DIĊEMBRU 2019 - signumfideimalta · 2019. 12. 29. · u tiġdid tal-wegħdiet minn fomm il-profeti...

70
0 DIĊEMBRU 2019 Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi

Transcript of DIĊEMBRU 2019 - signumfideimalta · 2019. 12. 29. · u tiġdid tal-wegħdiet minn fomm il-profeti...

  • 0

    DIĊEMBRU 2019

    Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi

  • SIGNUM FIDEI 1

    Għaliex il-ulej qam tassew minn bejn l

    S. Ġwann Battista De La Salle Familja Lasalljana Fundatur

    Il-Fehma tal-Papa Franġisku għax-xahar ta’ Diċembru :

    Biex kull pajjiż ikun determinat u jagħmel minn kollox biex iħares l-ewwel il-futur tal-aktar ċkejknin, speċjalment dawk li qed ibatu

    Dati importanti għax-xahar ta’ Diċembru: Is-7 ta’ Diċembru : Sant’Ambroġġ It-8 ta’ Diċembru : It-Tnissil bla Tebgħa ta’ Marija. Il-15 ta’ Diċembru : Tibda n-Novena tal-Milied Il-21 ta’ Diċembru : San Tumas l-Appostlu Il-25 ta’ Diċembru : It-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu Is-27 ta’ Diċembru : San Ġwann Evanġelista Il-31 ta’ Diċembru : L-Aħħar Ġurnata tas-Sena Nota importanti: Din il-ħarġa ta’ Diċembru issa hija aċċessibli minn fuq il-website http://signumfideimalta.wordpress.com

    - DIĊEMBRU 2019 -

    EJJEW NIFTAKRU LI QEGĦDIN FIL-PREŻENZA QADDISA

    T’ALLA.

    EJJEW NADURAWH

    Signum Fidei Ħajja ta’ Xhieda

    u ta’ Fidi

    Fidi

    http://signumfideimalta.wordpress.com/

  • 2 SIGNUM FIDEI

    Il-Ħadd, l-1 ta’ Diċembru L-Ewwel Ħadd tal-Avvent

    “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

    tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

    Qari: 1. Isaija 2:1-5 Il-Mulej jiġma’ l-ġnus kollha fis-sliem tas-saltna ta’ dejjem. 2. Salm 121:1,2,4-9 Immorru ferħana f’dar il-Mulej! 3. Rumani 13:11-14a Is-salvazzjoni tagħna fil-qrib. 4. Mattew 24: 37-44 Ishru biex tkunu lesti. Riflessjoni fuq il-Vanġelu: Hi ħaġa komuni li biex intaffu t-toqol tal-ħajja, nirrikorru għad-distrazzjoni fid-

    divertiment, nitfgħu ħarsitna band’oħra biex nagħmlu ħajjitna iktar faċli. Imma “d-distrazzjoni” hi perikoluża anke Ġesù jikkonfermalna dan fil-vanġelu tal-lum meta jfakkarna f’dak li ġralhom in-nies fi żmien Noe li “b’xejn ma ntebħu sa ma wasal id-dulluvju u ġarr lil kulħadd” (Mt. 24:39), għax kienu mħabbtin b’ħajjithom, jiġifieri l-ikel, ix-xorb, iż-żwieġ - jum id-dulluvju ġie fuqhom għall-għarrieda allavolja kellhom ħjiel li kellu jiġri hekk minħabba s-sinjali li ġew qabel.

    Fid-dinja tagħna l-ġid materjali qiegħed iġib miegħu dgħufija morali hekk kbira, tant; li ngħixu fid-distrazzjoni minflok f’dak li tassew jgħodd, saret realtà mifruxa u normali, qiegħda tindera u ġġiegħelna niddependu minnha.

    Lanqas Ernesto Balducci ma kien irnexxielu jipprevedi waqa’ morali daqshekk drastika meta qal “naħsbu li qegħdin bir-riħ fil-qala’ għax naċċettaw mingħajr kritika ta’ xejn, il-kliem li jkunu moda, l-għajta tal-gwerer, l-istrateġiji magħmula bl-addoċċ; hekk naħsbu li qegħdin nissodisfaw ix-xewqat tal-bniedem u nagħmlu dak li titlob il-kuxjenza, imma minflok dħalna f’nagħsa tqila.”

    Din hi t-theddida ta’ ħajjitna: nagħsa fil-fond li minnha tistenbaħ biss xħin il-ħalliel, wara li jkun daħal mingħajr ostakli fl-intimità ta’ ruħek, ikun wettaq xogħlu, jiġifieri – ir-rovina tiegħek. Din hi ħaġa serja ħafna imma mhix iddisprata għaliex il-Kelma t’Alla li biha l-Knisja tħabbar il-bidu tal-Avvent, ma tixbaħ xejn lil dak it-theddid moralistiku li bih s-soltu nippruvaw inwissu lil min ma jridx jibdel ħajtu.

    Hi qabel kollox aħbar sabiħa, l-istorja mqallba ta’ kull wieħed minna tibda b’laqgħa misterjuża u tkompli, anki jekk qalb ħafna diffikultaljiet, sejra lejn il-miġja glorjuża u definittiva – il-laqgħa ma’ min u l-miġja ta’ min? Ma’ Alla li hu fil-bidu tal-eżistenza tagħna jerġa’ jiġi fil-persuna ta’ Ġesù fl-aħħar taż-żmien: imbagħad id-diżgrazzji u l-problemi ma jaħsdux lil min ikun għaraf li l-eżistenza umana hi magħluqa fit-tgħannieqa ta’ Alla. It-twissija tat-tieni qari hi evidenti biex ma naħlux it-teżor prezzjuż tal-ħajja “bl-ikel żejjed u s-sokor,

  • SIGNUM FIDEI 3

    mhux biż-żina u t-tbaħrid, mhux bil-ġlied u l-għira...” (Rum. 13:13), għax dawn jistgħu jtellfuna dak l-aħħar appuntament li propju ma nistgħux nitilfu; dak mal-Mulej u mas-salvazzjoni li jagħtina.

    Minn La Realtà é Cristo ta’ Don Davide Rota Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med.1, it-2 punt It is not only the wicked who need to be afraid of the Last Judgment because of the evil life they have led. It will be a harrowing experience for the good as well as the wicked, says Saint Augustine. For, asserts Saint Jerome, there will be few, in fact there will be none, in that general gathering who will not deserve to be reproved with severity and anger by the Judge. This is why, he adds, there is no soul that does not fear God’s judgment, for the stars themselves, meaning the saints, will not be pure in his presence. It will be very difficult, this holy doctor continues, to find anyone pure and irreproachable enough to appear before this Judge with assurance and dare to say, who will convict me of sin? Because of this, says Saint Ephrem, all creatures will be penetrated with fear, and all the legions of holy angels will shudder on the great day of the Lord’s vengeance. The main reason why the just themselves will fear while awaiting the Last Judgment is that we will have to give an account not only of the idle words we have spoken, as Jesus Christ says in the Gospel, but even of the good works we have performed, according to what God declares through the Royal Prophet: I will judge justices, meaning all the good that we have accomplished during our life. He will probe it to see if it was truly good and whether anything defective can be found in it. Who of us, then, will not fear God’s judgment?

    TALBA O Alla tiegħi,

    xejn mhuwa diffiċli jew impossibli għalik, għax il-qawwa tiegħek hi infinità;

    m’hemm xejn li m’intix lest li tagħmel għalina, għax il-ħniena u t-tjubija tiegħek huma bla tmiem.

    Inti għamiltna fi xbieha tiegħek u għalhekk tħobb ix-xogħol ta’ jdejk.

    Inti ħlistna bid-demm prezzjuz ta’ ibnek il-waħdieni, li fih konna mwegħda l-ħajja ta’ dejjem.

    Inti seddaqt fuqna l-ispirtu tal-verità, il-Knisja Mqaddsa Kattolika tiegħek,

    u l-għaqda tal-qaddisin. Fik O Mulej inqiegħed it-tama tiegħi

    u l-pedimenti tiegħi, u b’hekk ma nitfixkel qatt. Ammen

    ‘Catholic Prayer’ (1907) Missierna ...

  • 4 SIGNUM FIDEI

    It-Tnejn, it-2 ta’ Diċembru

    Santa Bibjana - verġni u martri Il-Beata Marija Angela Astorch - verġni

    Il-Beatu Rafel Chylinski - presbiteru Il-Beatu Ġwanni Ruybroeck

    “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

    tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

    Qari: 1. Iżaija 4: 2-6 Fuq in-nies miġmugħa tinfirex il-glorja. 2. Salm 121: 1-9 Immorru ferħana f’dar il-Mulej. 3. Mattew 8: 5-11 Għad jiġu ħafna mil-Lvant u mill-Punent u joqogħdu fis-

    saltna tas-smewwiet IL-BEATU ĠWANNI RUYBROECK (1300-1381) Dan il-beatu huwa awtur ta’ ftit mill-aħjar teoloġija mistika tal-Knisja bil-

    Fjamming. Hu twieled f’familja umli f’Ruysbroeck, xi sitt mili fin-nofsinhar ta’ Brussel (il-Belġju).

    Ta’ 21 sena kien ordnat qassis u ta’ 50 sena rtira f’Groenendael ma’ zijuh u kjeriku ieħor.

    Għalkemm ma tantx kien jinqala’, hu kien imidd idejh ukoll għax-xogħol manwali. L-ermitaġġ tagħhom malajr kiber f’abbazija ta’ kanoniċi Agostinjani, b’Ruysbroeck bħala prijur.

    Il-kitba tiegħu kienet tinqara ħafna u kkontribwixxa ħafna għall-ambjent li minnu ħareġ il-famuż ktieb Imitazzjoni ta’ Kristu. Huwa miet ta’ 81 sena.

    Il-kitba tiegħu teħodha kontra l-mistiċiżmu falz li kien jidentifika r-ruħ ma’ Alla u jittraskura d-dixxiplina tal-Knisja, is-sagramenti u l-għemejjel tajba. Ħafna mix-xogħol tiegħu fih tagħlim għal dawk li għadhom fil-bidu tal-ħajja spiritwali. Hu kien jikteb b’mod li jinftiehem u li jiġbdek.

    Riflessjoni: Iż-żmien liturġiku tal-Avvent ifakkarna fiż-żmien bejn l-ewwel tħabbira tal-Messija fil-ġnien tal-Eden sakemm twieled f’Betlem. Il-poplu magħżul kien mimli tama f’din il-wegħda u kien jixtieq bi ħrara t-twettiq tagħha, dejjem inkwetat għax għadha ma waslitx il-ġurnata. Is-salvazzjoni tagħna ġiet imwiegħda minn Alla malli l-bniedem waqa’ fid-dnub. Għalhekk sa mill-ġnien tal-Eden insibu l-bidu tat-tama bħal meta l-għabex jurina li dalwaqt ser jisbaħ. Minn seklu għal seklu, it-tagħrif li l-Missier Alla ta lill-bniedem u tiġdid tal-wegħdiet minn fomm il-profeti żammew ħajja t-tama tal-miġja tal-Iben tiegħu fil-qlub tal-bnedmin, nisel wara ieħor u ġenerazzjoni wara l-oħra.

    Dun Ġużepp Cauchi (1900-1955)

  • SIGNUM FIDEI 5

    Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 1, silta mit-3 punt Saint Ephrem, who led a solitary life from his childhood and who was so pure, so penitent, and so filled with the Spirit of God, says that his heart trembled and his whole body shook every time he reflected that all our thoughts, words, and actions will be made manifest on Judgment Day. Acknowledging that he was still guilty, he constantly feared to be judged in strict rigor, knowing that he had no excuse for his negligence. If such great saints felt so much fear when considering this terrible day, what feelings of dread ought we not to experience, we who show such little fervor in God’s service and who fulfill our duties so negligently?

    TALBA Missier, meta l-ħajja nħossuha tħabbatna Mattew 11:28 u tqila, ispirana biex nagħżlu l-ħajja u mhux il-mewt; Dewteronomju 30: 19 ġedded fina s-sejħa ta’ ibnek għall-ħajja u l-ħbiberija. Ġwanni 10: 10,15: 4 Rattab l-ebusija ta’ qalbna u erġa’ ħeġġiġna bl-imħabba tiegħek; bis-saħħa ta’ dawk li jirriflettu ’l wiċċek u x-xbiha tiegħek; Ġenesi 1: 27 bis-saħħa ta’ dawk l-erwieħ ikkonsagrati 2Korintin3: 18 li jgħixu kuljum fl-hena; bis-saħħa u l-qawwa tal-Iskrittura; bis-saħħa tal-esperjenza li tkun maħbub, u l-maħfra; bis-saħħa ta’ dawk li jittrasformaw id-diffikultajiet, f’opportunitajiet ; 2Korintin 7: 10 bis-saħħa ta’ dawk li fil-kumpanija tagħhom inħossuna aktar għonja permess tal-għerf tagħhom; bis-saħħa tad-dinamiżmu ta’ dawk li jgħixu ħajja aktar profonda fl-intimità ta’ Ġesù. Ammen Bro. Louis Camilleri

    Missierna ...

  • 6 SIGNUM FIDEI

    It-Tlieta, it-3 ta’ Diċembru San Franġisk Saverju – saċerdot

    “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

    tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

    Qari: 1. Iżaija 11: 1-10 Fuqu jistrieħ l-ispirtu tal-Mulej. 2. Salm 71:2,7,8,12,13,17 Tħaddar f’jiemu l-ġustizzja u s-sliem kotran għal

    dejjem. 3. Luqa 10: 21-24 Ġesù tqanqal bil-ferħ mill-Ispirtu s-Santu.

    SAN FRANĠISK SAVERJU (1506-1552) – saċerdot San Franġisk Saverju twieled ħdejn Pamplona, Spanja, fil-kastell Xavier, fis-

    7 ta’ April, 1506. Fl-1524, daħal fl-Università ta’ Pariġi biex jistudja l-Filosofija, u ħa l-grad mill-

    Kulleġġ ta’ Santa Barbara. Hawn iltaqa’ u sar ħabib ma’ San Injazju ta’ Loyola, u wara sar wieħed mill-ewwel sitt kumpanni tiegħu, li ħadu l-voti f’Montmartre fl-1534. San Injazju kien jgħidlu: “Franġisk, x’jiswielek li tirbaħ id-dinja kollha, imbagħad titlef ruħek?”

    Fl-1537, San Franġisk, flimkien ma’ San Injazju u erba’ Ġiżwiti oħra, kien ordnat saċerdot, f’Venezja.

    Fl-1540, San Injazju talab lil Franġisku biex imur ma’ Patri Simon Rodriguez, bħala l-ewwel missjunarji Ġiżwiti fl-Indja. Fl-1541, maħtur bħala Nunzju Appostoliku tal-Lvant, Franġisku telaq lejn l-Indja. Wara vjaġġ twil u diffikultuż, li dam 13-il xahar, wasal Goa li kienet kolonja Portugiża, f’Mejju tal-1542.

    Ħadem bla heda matul il-kosta tal-Indja u għammed numru kbir ta’ Indjani. Huwa żar Cape Comorin, Malabar, Travancor, Malakka, Molukkas ħdejn New Guinea u Montai ħdejn il-Filippini.

    Meta kien fil-Malakka ltaqa’ ma’ Ġappuniż maħrub li tah l-idea li jmur il-Ġappun.

    Fil-15 ta’ Awwissu 1548, daħal il-Ġappun u bl-għajnuna ta’ xi Ġappuniżi kkonvertiti, huwa qaleb għall-Ġappuniż xi tagħlim Nisrani u kien jipprietka kif jista’. Dam sentejn fil-Ġappun. Għamel madwar 2000 Ġappuniż Nisrani, li kellhom ikunu l-pedament tal-Knisja tal-Ġappun. Ħalliehom fil-kura ta’ Patri Cosmas u Fratell Fernandez, u rritorna fl-Indja, fl-1551, meta nħatar l-ewwel provinċjal tal-Ġiżwiti fl-Indja u fil-Lvant.

    B’xewqa kbira li jwassal il-Vanġelu fiċ-Ċina, li dak iż-żmien kienet magħluqa għall-barranin, Franġisku mar f’Sancian, gżira żgħira ħdejn Hong Kong, ftit ’il bogħod miċ-Ċina. Hawnhekk marad u miet fit-3 ta’ Diċembru 1552, fl-età ta’ 46 sena.

    Għaxar ġimgħat wara, fetħu t-tebut u sabu li ġismu kien għadu intatt. Wara ħaduh fil-Malakka, u minn hemm lejn Goa, kważi sena wara mewtu, fejn it-

  • SIGNUM FIDEI 7

    tobba ċċertifikaw li ġismu kien għadu bla mittiefes. U hemm għadu miżmum fil-knisja ta’ Ġesù.

    Il-Papa Girgor XV ddikjarah qaddis fl-1662. Flimkien ma’ Santa Tereża ta’ Lisieux, hu l-patrun tal-missjonijiet.

    Riflessjoni: Jiena nintelaq kollni kemm jien f’idejn l-Ispirtu s-Santu, u jiena nħalli l-Ispirtu jeħodni meta u fejn irid hu, u min-naħa tiegħi, nimxi flimkien mal-Ispirtu b’resoluzzjoni soda u effettiva, u b’disserniment serju ... L-Ispirtu s-Santu jinżel fuqna bl-akbar ġentilezza, qatt bl-għagħa. San Franġisk Saverju Cabrini (1850-1917) Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med.79, silta mit-2 punt This saint (Saint Francis Xavier), by whom God planned to do such great things, had his heart set on the love of humiliations, knowing that it is to the humble that God gives in greatest abundance the grace to convert souls… In this spirit of humility, Saint Francis Xavier always traveled on foot, no matter how lengthy the journey, except when he had to cross the sea. In the same spirit, he usually stayed in hospitals, and during one long sea voyage, he acted as a servant toward everyone. Later, he served for two months as a domestic servant for a Japanese soldier. He wrote on his knees to Saint Ignatius, his superior. That is how this saint prepared for the conversion of a great number of souls, for God usually acts this way with those who serve him with humility, as the Most Blessed Virgin testifies in her canticle that God acted in her regard. The more humble people are, the more God accomplishes great things through them.

    TALBA O Kbir Alla ta’ dejjem,

    nirringrazzjawk għas-serv tiegħek Franġisk, li int sejjaħt biex ixandar l-Evanġelju lin-nies tal-Asja.

    Qajjem nitolbuk, f’din u fuq kull art, ħabbara u evanġelisti ta’ saltnatek

    biex il-Knisja tiegħek tipproklama l-ġid bla qies tas-sinjur tagħna Ġesù Kristu

    li jgħix u jsaltan miegħek u mal-Ispirtu s-Santu, Alla wieħed, issa u għal dejjem. Ammen.

    Missierna ...

    Nitolbu għal Bro. Robert of Mary Pace (1970) Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem....

  • 8 SIGNUM FIDEI

    L-Erbgħa, l-4 ta’ Diċembru San Ġwann Damaxxenu – presbiteru u duttur tal-Knisja

    Santa Barbara – verġni u martri

    “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

    tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Iżaija 25: 6-10a Sidi l-Mulej jagħmel għall-popli kollha mejda b’ikel fin u

    jixxotta d-dmugħ minn fuq kull wiċċ. 2. Salm 22:1-3ab,4-6 Ngħammar f’dar il-Mulej sakemm indum ħaj. 3. Mattew 15: 29-37 Ġesù fejjaq ħafna morda u qasam il-ħobż.

    SAN ĠWANN DAMAXXENU (c.674 - c.749) - saċerdot u duttur tal-Knisja Dan il-qaddis jissejjaħ Damaxxenu għax twieled f’Damasku. Kien ġej minn

    familja Għarbija għanja Nisranija, u għex taħt il-ħakma Musulmana ħajtu kollha. Kien edukat taħt raħeb għaref jismu Cosmas, li kien maħtuf mill-Misilmin minn Sqallija u mibjugħ lil missier Ġwanni, Mansur. Ġwanni laħaq flok missieru bħala uffiċjal fdat tal-kaliff Musulman Abdul Malek.

    Fis-726, meta l-Imperatur Ljun l-Iswarjan ħareġ l-ewwel editt tiegħu li kien jipprojbixxi l-qima lejn ix-xbihat, Ġwanni ddefenda bil-qawwa din il-prattika u malajr sar il-mexxej ewlieni fil-ġlieda tal-kattoliċi kontra l-hekk imsejħa Ikonoklasti (= dawk li jkissru x-xbihat).

    Minħabba f’hekk Ġwanni ġibed lejh il-mibegħda tal-imperaturi Biżantini, li ma setgħu jagħmlulu xejn fiżikament għax kien taħt il-ħakma tal-kaliff u bil-protezzjoni tiegħu. Ġwanni rriżenja mill-kariga fil-qorti tal-kaliff u, flimkien ma’ Kożma li kien sar ħuh adottat, ħaddan il-ħajja monastika u sar raħeb f’Mar Saba barra Ġerusalemm, u kien ordnat saċerdot.

    Ġwanni kiteb diversi opri teoloġiċi, fosthom l-Għajn tal-Għerf li hi sintesi ċara tat-teoloġija dommatika li tgħaddi fil-wisgħa lil kull opra ta’ dan it-tip li kienet inkitbet sa żmienu.

    Ġwann Damaxxenu huwa qabel kollox t-teologu tal-Inkarnazzjoni. L-iktar opra famuża tiegħu hi De Fide Orthodoxa, li hi fost l-aqwa kitbiet teoloġiċi tal-qedem, u li kellha influwenza kbira fuq it-teoloġi tal-Lvant u tal-Punent. Hu kkompona innijiet reliġjużi, uħud minnhom għadhom jintużaw fil-Liturġija Griega. Baqa’ msemmi għall-prietki tiegħu fuq l-Assunzjoni tal-Madonna.

    San Ġwann Damaxxenu miet f’Sabas, aktarx fil-5 ta’ Diċembru ċ.749 meta kellu madwar 74 sena. Hu meqjus bħala l-aħħar fost il-Padri Griegi. Kien iddikjarat duttur tal-Knija minn Ljun XIII fl-1890.

    Riflessjoni: L-Iben ta' Alla mhu xejn ħlief il-Kelma ta' Alla, mhux bħall-kelma li titlissen imma bħala l-kelma mnissla minn ġewwa. Għalhekk din l-istess Kelma ta 'Alla hija ta' natura waħda ma' Alla u daqs Alla ...

  • SIGNUM FIDEI 9

    Aħna dmirna li nkunu lesti li nisimgħu l-kliem ta 'Alla ... li nemmnu fil-kliem ta' Alla ... Il-Kelma ta' Alla li tibqa' magħna għandha tkun kontinwament fi ħsibijietna ... Aħna għandna nwasslu l-Kelma ta' Alla lill-oħrajn billi ngħidulhom, nipprietkawlhom u nħeġġulhom qlubhom... Aħna għandna npoġġu l-kelma t'Alla fil-prattika: "Kunu intom dawk li tħaddmu l-Kelma u mhux dawk li tisimgħuha biss, għax tkunu qed tqarrqu bikom infuskom." San Tumas t’Aquino Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 2, silta mill-1 punt You too, as well as Saint John, are angels sent by God to prepare a path for him, so that he can enter your heart and the hearts of your disciples. For this purpose you need to do two things: first, you must resemble the angels by your interior and exterior purity. Like the angels, you must be entirely detached from your body and from the pleasures of the senses, so that nothing seems to be left in you but your soul, which you are concerned about exclusively and which is the only object of your care. For you are destined by God to apply yourselves, like the holy angels, only to what refers to his service and to the care of souls. In you, as Saint Paul says, the outer man must decay, so that the inner man may be renewed day by day. You must become like the angels and like them, as the same Apostle says, not consider things that are visible but only those that are invisible, for, he continues, the former are temporary and pass away, whereas the latter are eternal and will be forever the object of our affection.

    TALBA fuq Salm 117:28

    Mulej! Ser inħabbatlek fuq il-bieb; u Int tiftaħli … u jien nidħol

    fl-artijiet tiegħek nikkontempla s-sbuħija u l-kobor tal-ħolqien tiegħek.

    U nidħol fit-tinda tiegħek biex infaħħar l-ospitalità tiegħek.

    U nidħol fis-sigriet ta’ qalbek biex ngħidlek li nħobbok.

    Iva Mulej, ser inħabbatlek il-bieb u niltaqa’ miegħek, u nibqa’ miegħek

    biex infaħħrek. Ammen Bro. Louis Camilleri

    Missierna ...

  • 10 SIGNUM FIDEI

    Il-Ħamis, il-5 ta’ Diċembru San Saba - abbati

    Il-Beatu Niels Stensen (Nikola Steno) - isqof Il-Beatu Bartilmew Fanti - presbiteru Il-Beatu Filippu Rinaldi - presbiteru

    Il-Beatu Plaċidu Riccardi - presbiteru

    “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

    tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Iżaija 26: 1-6 Jidħol poplu ġust li jżomm is-sewwa. 2. Salm 117:1, 8,9,19,21,25,27a Imbierek min ġej f’isem il-Mulej! 3. Mattew 7:21,24-27 Min jagħmel ir-rieda ta’ Missieri li hu fis-

    smewwiet jidħol fis-Saltna tas-Smewwiet.

    SAN SABA EREMIT (439-532) San Saba huwa wieħed mill-figuri kbar tal-monastiċiżmu tal-Lvant, Huwa

    twieled fil-Kappadoċja għall-ħabta tas-sena 439. Fi tfulitu ħarab minn taħt il-ħarsien ta’ zijuh u daħal f’monasteru f’Mutalaska, pajjiż twelidu, ħdejn Ċesarea, fit-Turkija.

    Ta’ 18-il sena mar Ġerusalemm fejn kien taħt id-direzzjoni tar-raħeb San Ewtimju. Mar miegħu jgħix fid-deżert, qrib il-Baħar Mejjet, minn fejn hu ħa l-formazzjoni spiritwali tiegħu.

    Wara l-mewt ta’ Ewtimju, Saba għażel li jidħol aktar ’il ġewwa fid-deżert u mar jgħix ġewwa għar fl-irdum. Hu waqqaf komunità ta’ dixxipli li nġabru madwaru f’Mar Saba. Din il-kolonja ta’ eremiti, fi żmien qasir, kellha 150 membru. F’din il-komunità tiegħu l-irħieb kienu jgħixu maqtugħin minn xulxin għal ħamest ijiem mill-ġimgħa jitolbu u jaħdmu xogħol manwali, u mbagħad jiltaqgħu s-Sibt u l-Ħadd flimkien biex jiċċelebraw l-Ewkaristija.

    Il-patrijarka Elija ta’ Ġerusalemm talab lil Saba biex jaċċetta l-ordinazzjoni saċerdotali ħalli jkun jista’ jservi lill-komunità. Kien ordnat saċerdot fl-492 u kien ukoll maħtur arkimandrita tal-irħieb kollha tal-Palestina. Xejn ma kien ħafif dan ix-xogħol billi kien hemm bejniethom qasmiet kbar minħabba l-ereżija monofiżita mibdija minn Ewtike li kienet tiċħad in-natura umana ta’ Kristu.

    Saba ddefenda bil-qawwa t-tagħlim taż-żewġ naturi fi Kristu kif kien definit fil-Konċilju ta’ Kalċedonja. Minħabba f’hekk il-qaddis ivjaġġa mal-Palestina biex jipprietka kontra l-ereżija u mar ukoll Kostantinopli biex jipprova jikkonvinċi lill-Imperatur Anastasju li kien miġbud lejn l-ereżija.

    Darba Saba ma rahiex bi kbira li jitlaq minn udjenza mal-Imperatur Ġustinu f’Kostantinopli għax kien sarlu l-ħin biex jagħmel siegħa talb. Kien magħruf għall-imħabba tiegħu lejn il-fqar u l-batuti.

    Xwejjaħ ta’ 90 sena mar għand l-Imperatur Ġustinjanu jinterċedi favur is-Samaritani ribelli u ġabilhom il-maħfra.

  • SIGNUM FIDEI 11

    San Saba miet fil-5 ta’ Diċembru 532 ta’ 93 sena, ġa miqjum matul ħajtu bħala qaddis. L-għadam tiegħu nġarr f’Venezja iżda, fl-1965, il-Papa Pawlu VI bi ftehim mal-patrijarka ta’ Venezja, ta dan il-fdal prezzjuż lill-patrijarka Ortodoss Grieg ta’ Ġerusalemm li tah lill-komunità ta’ 15-il raħeb f’Mar Saba.

    San Saba hu miqjum bħala wieħed mill-fundaturi tal-monastiċiżmu tal-Lvant.

    Riflessjoni: Il-Lhud kienu jqaddsu jum imsejjaħ minnhom dies ignis, jum in-nar li bih Nehemija ħaraq is-sagrifiċċju, malli wasal lura pajjiżu b'niesu li kienu ħelsu minn Babilonja. Anke hekk, u tabilħaqq bir-raġun, għandu jiġi msejjaħ jum il-Milied jum in-nar, li fih Alla ġie bħala tifel żgħir biex isawwab in-nar tal-imħabba fil-qlub tal-bnedmin. "Ġejt biex inġib in-nar fid-dinja," hekk tkellem Ġesù Kristu, u tassew hekk kien ... Hija drawwa ma' ħafna Nsara li jantiċipaw il-wasla tal-Milied ... billi jarmaw fi djarhom presepju li jirrappreżentaw it-twelid ta' Ġesù Kristu; imma hemm ftit li jaħsbu biex iħejju qalbhom, ħalli t-tarbija ta' Ġesù, titwieled fihom ... Ma’ dawn il-ftit madankollu għandna niġu magħduda, biex b’hekk inkunu ta’ siwi biex naqbdu b’dik il-fjamma ta’ ferħ li tagħmel lil ruħna kuntenta f’din id-dinja u hienja fil-ġenna. Ejjew nikkunsidraw ... kif il-Kelma dejjiema ma kellha l-ebda għan ieħor ħlief biex issir bniedem biex tħeġġiġna bl-imħabba divina tiegħu. Ejjew nitolbu d-dawl ta’ Ġesù Kristu u tal-Omm Qaddisa tiegħu, u għalhekk ejjew nibdew.

    San Alfons ta’ Ligouri Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle:

    Explanation of the Method of Interior Prayer Is it not the greatest advantage we can enjoy in this world to have God dwelling in us and reigning over us in as absolute a manner as a King in his kingdom and with complete dependence on our part? In this way God guides all our interior tendencies according to the divine pleasure (cf. Eph. 1:5). God curbs all our passions and becomes so completely the master of our senses that they seek out their proper objects (Gal 5:13–25) only when there is a need to do so (Col. 3:1–2).

    TALBA Alla qawwi, jien irrid il-kuraġġ tiegħek.

    Int offrejt li ssaħħaħli rkopptejja li huma tant għajjiena. Inti biss taf kemm-il darba jien inkun imbeżża’,

    u int toffrili l-qawwa. Hemm il-wegħda tal-miġja ta’ ibnek u b’hekk nagħraf li int ser issalvani.

    Xejn ma nista’ nagħmel waħdi għalkemm jien naħseb mod ieħor. Agħmel li nkun umli, biex matul ħajti

    nitlob l-għajnuna tiegħek u niftaħ qalbi biex naċċetta il-fejqan u l-imħabba tiegħek. Ammen.

    Missierna ...

  • 12 SIGNUM FIDEI

    Il-Ġimgħa, is-6 ta’ Diċembru San Nikola - isqof

    “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

    tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

    Qari: 1. Iżaija 29: 17-24 Dakinhar għajnejn l-għomja jaraw. 2. Salm 26: 1,4,13,14 Il-Mulej id-dawl u s-salvazzjoni tiegħi. 3. Mattew 9: 27-31 Żewġ għomja jitfejqu għax jemmnu fil-Mulej. SAN NIKOLA (270 - ċ345 u 352) – isqof fir-raba’ seklu San Nikola twieled lejn is-sena 270, minn familja sinjura f’Patara, Liċja fl-

    Asja ż-Żgħira fejn San Pawl kien ħawwel il-fidi. Sar isqof ta’ Mira, illum Dembre, raħal fit-Turkija. Kien mitfugħ il-ħabs fil-persekuzzjoni ta’ Djoklezjanu u ġie meħlus minn Kostantinu. X’aktarx li attenda l-Konċilju ta’ Niċea fis-sena 325, u miet f’Mira bejn 345 u 352.

    Fl-1087, wara l-invażjoni tal-Asja ż-Żgħira mill-Musulmani, il-fdal tiegħu ġie miġjub f’Bari, l-Italja, fejn għadu hemm sal-lum. Bħal-lum f’Bari jsiru festi kbar lil dan il-qaddis.

    San Nikola hu magħruf mad-dinja kollha speċjalment għall-istejjer ta’ karità li nxterdu dwaru. Fosthom meta darba sema’ b’wieħed raġel li ma kellux flus biżżejjed biex iżewweġ lit-tliet xebbiet li kellu. San Nikola mar billejl u tefagħlu mit-tieqa tliet boroż tal-flus biex ikun jista’ jżewwiġhom.

    Storja oħra tgħid li San Nikola, fi żmien Kostantinu, irnexxielu jipprova l-innoċenza ta’ tliet żgħażagħ li kienu kkundannati għall-mewt mill-Gvernatur Estathius, u b’hekk ġew meħlusin.

    Stejjer bħal dawn għamluh popolari ħafna, u fil-festa tiegħu bdew jitqassmu rigali lit-tfal. Billi din il-festa tiġi qrib il-Milied, bdiet tiġi meqjusa bħala l-bidu tal-festi tal-Milied. Biż-żmien l-isem ta’ San Nikola sar Santa Klaws. Illum din id-drawwa li Santa Klaws iqassam ir-rigali lit-tfal ftit ġranet qabel il-Milied, daħlet sewwa fid-dinja Nisranija kollha.

    Riflessjoni mill-Imitazzjoni ta’ Kristu, it-Tielet Ktieb, kap. 20: Imma, jaħasra, x’għama hu dan tagħna! Dal-ftit ta’ pjaċir qarrieq ikaxkar lil dik ir-ruħ li ma tkunx daqet il-ħlewwa t’Alla, u lanqas ma tkun rat il-ġmiel li l-virtù tnissel ġewwa l-qalb; u la tkun marbuta mad-dinja, jidhrilha li l-veru hena tinsab filli tikkuntenta xewqatha. Imma dawk li jobogħdu l-ħażen tad-dinja minn qalbhom u jfittxu biss li jservu ’l Alla, dawn jafu x’jiġifieri l-ħlewwa divina li Alla wiegħed lil min jiċħad lid-dinja. Dawn jaraw ukoll aħjar minn ħaddieħor kif id-dinja hi miexja mgħawweġ, u kemm hi mqarrqa.

  • SIGNUM FIDEI 13

    Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 80, it-2 punt This saint (St. Nicholas) loved prayer, and it was through his prayers that he calmed a furious storm when he was on the sea to make a devotional visit to the holy places of Jerusalem. To make prayer more easily and with more devotion, he spent much time in churches and went there early in the morning. It is said that this is what led to his being chosen as bishop in a seemingly miraculous manner. Prayer also helped him a great deal to govern his diocese, for in this way he became imbued with the episcopal spirit and the divine wisdom that he needed to guide souls. Your obligation to instruct children and to bring them up in the Christian spirit ought to make you very diligent in prayer to obtain from God the graces you need to carry out your work well and to draw down on you the light you need to know how to form Jesus Christ in the hearts of the children entrusted to your guidance and how to give them the spirit of God. Realize that being filled with God as much as you ought to be in the state in which Providence has placed you, obliges you to converse frequently with God.

    TALBA O Alla, kollok ferħ,

    iftaħli qalbi biex nagħraf dawk is-sinjali li Int poġġejtli quddiemi.

    Miss lir-ruħ tiegħi, biex jien inkun nista’ nirrispondi bil-ferħ,

    u nistagħġeb bl-imħabba għamja tiegħek. Fuq kollox, imlini bl-ispirtu tiegħek,

    biex b’hekk ukoll inkun nista’ nxandar il-Kelma ta’ Alla

    lid-dinja kollha. Ammen

    ‘Advent and Christmas with the Saints’ Missierna ...

    Is-Sibt, is-7 ta’ Diċembru Sant’Ambroġ – isqof u duttur tal-Knisja

    “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

    tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

    Qari: 1. Iżaija 30: 19-21,23-26 Il-Mulej iħenn għalik mal-ħoss tal-għajta tiegħek. 2. SALM 146 : 1-6 Alla ġust hu l-Mulej; henjin dawk li jafdaw fih. 3. Mattew 9: 35 - ;10: 1,6-8 Ra n-nies u tħassarhom.

  • 14 SIGNUM FIDEI

    SAN AMBROĠ (340? – 397) - isqof u duttur tal-Knisja San Ambroġ twieled fi Treviri, il-Ġermanja, minn familja aristokratika

    Rumana, fis-sena 340 jew ta’ qabilha. Wara l-mewt ta’ missieru, ommu mat-tlitt itfal li kellha, reġgħet lura f’Ruma.

    Ambroġ li kien l-iżgħar mit-tliet uliedha, kien għadu żgħir. Sant’Ambroġ irċieva edukazzjoni tajba mingħand ommu u mingħand oħtu

    Santa Marċellina, studja l-Grieg, sar poeta u oratur tajjeb. Meta kellu madwar 28 sena sar avukat fejn kiseb isem kbir. L-Imperatur Valentinjanu għaraf l-abbilità tiegħu u ħatru gvernatur ta’ Ligurja u Emilja, fis-sena 372.

    Fis-sena 374, l-isqof ta’ Milan, li kien Arjan, miet. Biex jagħżlu suċċessur tiegħu l-Insara li kienu maqsumin f’Kattoliċi u Arjani, ma setgħux jiftiehmu bejniethom lil min jagħżlu. Biex iġib il-paċi, Ambroġ mar il-knisja biex jindirizza lill-ġemgħa. Waqt li kien qed jitkellem, xi ħadd għajjat: ‘‘Ambroġ isqof’’.

    F’daqqa waħda, kulħadd, Kattoliċi u Arjani bdew jgħajtu l-istess. Ambroġ li lanqas biss kien għadu tgħammed, irrifjuta, iżda b’insistenza qawwija mill-imperatur, kellu jaċċetta u fi żmien qasir ġie mgħammed u kkonsagrat isqof ta’ Milan, fis-7 ta’ Diċembru 374, meta kellu mal-35 sena.

    San Ambroġ qeda dan il-ministeru tiegħu b’reqqa tal-għaġeb, l-aktar bl-imħabba li wera lejn kulħadd. Kien ukoll difensur kbir tal-Knisja u t-tagħlim tagħha.

    Bil-kitba u bl-għemil ħadha bil-qawwa kollha kontra l-Arjani biex iħares il-fidi. Kien isqof tassew kuraġġjuż u qaddis, għex ħajja sempliċi u fl-istess ħin awstera.

    Kien jikkonverti lil ħafna nies tant li permezz tiegħu ftit li xejn kienu baqgħu Arjani fid-djocesi tiegħu. L-ikbar konverżjoni kienet dik ta’ Santu Wistin fis-sena 387.

    Meta l-Imperatur Valentinjanu ried jindaħal fl-affarijiet tal-Knisja, l-Isqof Amroġ ipproklama: ‘‘L-imperatur huwa fil-Knisja, mhux fuqha’’.

    Kien l-ewwel fost il-padri tal-knisja li uża l-Latin b’tali effett li sar l-ilsien uffiċjali tal-Knisja tal-punent.

    Miet nhar Sibt il-Għid, 4 ta’ April, 397 fl-għomor ta’ madwar 57 sena. Riflessjoni (mill-ittra ta’ San Ambroġ): “Mulej, mhux bix-xejn il-Knisja tiegħek tibqa’ fis-sod: hija mibnija fuq il-blata tal-appostli, u fuq dawn is-sisien qawwija tieqaf kontra l-ħalel tal-baħar imqalleb. Il-mewġ jitla’ għaliha imma hi xejn ma titheżżeż; u għalhekk sikwit l-elementi ta’ din id-dinja jaħbtu fuqha bi ħsejjes kbar, hija għandha port tassew żgur ta’ salvazzjoni biex fih tilqa’ lill-imħabbtin. Iżda barra milli hi dgħajsa miexja f’wiċċ il-baħar, hija wkoll tiġri fix-xmajjar.”

  • SIGNUM FIDEI 15

    Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med.81, it-2 punt When Saint Ambrose became a bishop, his natural eloquence became heavenly and completely divine. It served him so well in the conversion of souls that no one was able to resist him. With God’s help he had the power to convert Saint Augustine from a stubborn Manichean to one of the greatest doctors of the Church. This was also the reason why the heretics feared him and did not dare challenge him, because he alone was quite able to refute all of them. He joined to his eloquence and piety a marvelous power and firmness that were reinforced by his extraordinary disinterestedness. You do not need eloquence of this sort, but you do need to share in his apostolic zeal in order to labor usefully in your work of saving souls. Often ask God for the grace to touch hearts as he did. This is the grace of your state, for it would be of little use to those whom you instruct if, as Saint Paul says of the Jews, their minds remained blinded and hardened after so many instructions and if, after you have announced to them so many times the truths of the holy Gospel, a veil still remained over their hearts.

    TALBA O Alla,

    li għamilt lill-Isqof Sant’Ambroġ għalliem tal-fidi kattolika

    u mudell tal-kuraġġ appostoliku, agħti lill-knisja tiegħek

    bnedmin skont il-qalb tiegħek biex imexxuha bil-kuraġġ u bl-għerf.

    B’ibnek Ġesù Kristu sidna, li jgħix u jsaltan

    flimkien mal-Ispirtu s-Santu, Alla wieħed,

    għal dejjem ta’ dejjem, Ammen.

    Kolletta Missierna ...

    Il-Ħadd, it-8 ta’ Diċembru It-Tieni Ħadd tal-Avvent

    “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

    tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

  • 16 SIGNUM FIDEI

    Qari: 1. Isaija 11: 1-10 Jiġġudika l-imsejknin skont il-ġustizzja. 2. Salm 71:1-2.7-8.12-13.17 Tħaddar f’jiemu l-ġustizzja. 3. Rumani 15: 4-9 Kristu jsalva lill-bnedmin kollha. 4. Mattew 3: 1-12 Indmu, għax is-Saltna tas-Smewwiet waslet. Riflessjoni fuq it-Tieni Ħadd tal-Avvent (Mattew 3:1-12): Il-figura qawwija ta’ Ġwanni l-Battista tiddomina l-ewwel paġni tal-vanġelu ta’

    San Mattew kif ukoll il-bidu tal-Avvent. L-evanġelista jwarrrbu ’l bogħod minn kollox u minn kulħadd u jħallih waħdu fid-deżert fejn Ġwanni ma jintilifx anzi jgħin lil dawk il-“mitlufin” isibu lilhom infushom u lil Alla. M’hemm ebda ħajr fi lbiesu u fl-ikel li jiekol, minkejja l-fatt li għandu t-titlu ta’ prekursur tal-Messija. Meħud mill-ħruxija tal-post li jgħix fih, jitneżża’ minn dak kollu li jista’ jfixkel l-identifikazzjoni tiegħu mal-missjoni li ġie afdat biha. B’hekk Ġwanni jsir kollu kemm hu “leħen” awtentiku li minn dawk l-imkejjen imbiegħda jwassal l-istedina għall-konverżjoni: messaġġ eċċezzjonali li jsir ħaġa waħda mal-awtentiċità tal-messaġġier.

    Hekk iseħħ dak li mhux mistenni; id-deżert jimtela bin-nies ġejjin minn kullimkien ifittxu s-salvazzjoni li tant jeħtieġu. Dan ir-raġel li bil-personalità spiritwali u morali kbira tiegħu jimla l-vojt tad-deżert u l-folol li jxettlu t-tama jgħidulna li x-xhieda ġenwina u l-ħajja tajba ma jistgħux jibqgħu moħbija u li l-fqar u l-midinbin għandhom sens qawwi biex ifittxu l-qdusija anke meta tinħeba fid-deżert.

    Ix-xhieda ta’ Ġwanni hija injezzjoni ta’ fiduċja u tama għall-Insara ta’ żmienna, megħluba mill-qtigħ ta’ qalb quddiem “id-deżert” dejjem jikber tal-prattika ta’ twemminna u li donnu dejjem qiegħed jiġbor fih iktar nies. Hu messaġġ qawwi u impenjattiv għall-Knisja kollha. Il-Battista jeżortana biex qatt ma nifirdu l-messaġġ evanġeliku mix-xhieda personali u komunitarja, biex ma jiġrix li l-inkonsistenza tal-messsaġġier titfa’ xi dell fuq il-verità tal-messaġġ. Ir-riflessjoni teoloġika u l-proġetti pastorali tajbin huma essenzjali għall-ħajja tal-Knisja, imma x-xhieda personali ta’ min bħal Ġwanni jsir dak li jipprietka u jibdel dak li jemmen fih fi stil ta’ ħajja, tibqa’ l-iktar ħaġa kruċjali biex in-nies jikkonvertu.

    Ma nistgħaġbux allura li Alla tant hu ħanin mal-midinbin li jikxef l-ipokresija ta’ min jinħeba wara faċċata ta’ moralità reliġjuża u jirreżisti l-konverżjoni; lanqas bil-vjolenza li biha Ġwanni jgħajjarhom “nisel il-lifgħat” (Mt. 3:7).

    Illum fi żmien ta’ oraturi raffinati li jnaqqxu r-realtà bi skalpell fin u jistmerru għal kollox l-idea ta’ Alla li jaħdem bil-mannara, għandna bżonn ta’ nies bħall-Battista, onesti u sempliċi, deċiżi li jibdlu dak li jemmnu fih f’ħajjithom stess.

    Dawn jafu li “min ġej warajja hu aqwa minni” (Mt. 3:11) lanqas qatt ma joħolmu li jieħdu postu. Xogħolhom joħolqu l-ambjent tajjeb għall-miġja tiegħu, iħejjulu t-triq, iħabbru t-tieni miġja tiegħu u jwarrbu malli jasal “min ġej” ; Ġesù dak li jġib is-salvazzjoni u l-fidwa li l-umanità għandha bżonnhom.

    Minn La Realtà é Cristo ta’ Don Davide Rota

  • SIGNUM FIDEI 17

    Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 2, silta mill-1 punt You too, as well as Saint John, are angels sent by God to prepare a path for him, so that he can enter your heart and the hearts of your disciples. For this purpose you need to do two things: first, you must resemble the angels by your interior and exterior purity. Like the angels, you must be entirely detached from your body and from the pleasures of the senses, so that nothing seems to be left in you but your soul, which you are concerned about exclusively and which is the only object of your care.

    TALBA Għażiż Mulej,

    fid-dalma nfittex l-għerf tiegħek; nixtieq li qalbi tkun miftuħa għalik,

    iżda nħoss li spiss qiegħed ngħaddi minn mumenti fejn tant ħwejjeġ jifirduna.

    Għinni Mulej sabiex nistenbaħ u nirrealizza li inti dak li ddawwalli ħajti.

    Kull ġurnata agħtini l-għajnuna biex inkun grat, talli beriktni bil-familja u l-ħbieb.

    Agħmel li nkun strument tal-paċi kemm miegħi nnifsi kif ukoll mad-dinja kollha.

    Nitolbok b’mod speċjali għal din id-dinja diffikultuża, u għal dawk li jeħtieġu li jaraw it-tmiem tal-vjolenza li jinsabu fiha.

    Din hija t-talba li ħierġa minn qalbi għal dan il-jum tal-Avvent. http://onlineministries.creighton.edu

    Missierna ...

    Nitolbu għal Bro. Michael Buttigieg (1997) Bro. Joseph Prosper Scicluna (1967) Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem....

    It-Tnejn, id-9 ta’ Diċembru It-Tnissil bla Tebgħa ta’ Marija – solennità trasferita

    “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

    tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

    http://onlineministries.creighton.edu/

  • 18 SIGNUM FIDEI

    Qari: 1. Ġenesi 3: 9-15.20 Innissel mibegħda bejn nislek u bejn nisel il-mara. 2. Salm 97: 1-4 Ngħannu lill-Mulej, għax għamel l-għeġubijiet. 3. L Efesesu 1, 3-6.11-12 Alla għażilna fi Kristu sa minn qabel il-ħolqien tad-

    dinja. 4. Luqa 1, 26-38 Sliem għalik, mimlija bil-grazzja. IS-SOLENNITÀ TAT-TNISSIL BLA TEBGĦA TAL-IMQADDSA VERĠNI MARIJA Fl-ewwel jiem tal-Avvent, iż-żmien li fih nitħejjew għall-miġja fostna tal-iben

    ta’ Alla bħala bniedem, il-Knisja turina kif Alla nnifsu ħejja lil dik li kellha tagħtih il-ġisem uman u tagħmel il-festa tat-Tnissil bla Tebgħa ta’ Marija.

    Kien fit-8 ta’ Diċembru, 1854, li l-Papa Piju IX mar jiddikjara bħala verità tal-fidi, il-Kunċizzjoni Immakulata ta’ Marija, verità li Marija stess ikkonfermatha ġewwa Lourdes, fil-25 ta’ Marzu, 1858.

    Dan ifisser li waqt li Marija, bħall-bnedmin kollha ġiet mifdija minn Kristu, ġiet però mifdija b’mod differenti u iktar perfett, jiġifieri li fit-tnissil bla tebgħa tagħha, għall-merti previsti ta’ Kristu, hi ġiet meħlusa minn kull tebgħa tad-dnub tan-nisel.

    L-aqwa difensur ta’ din il-verità kien il-Beatu Ġwanni Duns Skotu, Franġiskan Konventwali Skoċċiż (u għalhekk jissejjaħ Skotu), li miet fl-1308. Kien fl-1476, li l-Papa Sistu IV, Franġiskan Konventwali ieħor, daħħal il-festa fil-Kalendarju tal-Knisja Universali.

    Devoti kbar ta’ Marija Immakulata, kienu wkoll il-qaddisin Franġiskani Konventwali, San Franġisk-Anton Fasani, u San Massimiljan-Marija Kolbe. L-Immakulata hija l-patruna tal-Ordni Franġiskan, kif ukoll tal-Istati Uniti tal-Amerika (fejn insibu s-Santwarju Nazzjonali f’Washington), ta’ Spanja, tat-Tanżanija, taż-Żajire, tal-Mongolja u tal-Guinea.

    Riflessjoni:

    Il-kelma hawn jien hi l-qofol tal-ħajja, tittimbra l-mogħdija mill-ħajja orizzontali, moħħha biss fiha nfisha u l-ħtiġijiet tagħha, għal ħajja vertikali, li titla’ lejn Alla. Hawn jien ifisser li tkun disponibbli għall-Mulej, hija l-kura għall-egoiżmu, u l-antidotu tal-ħajja insodisfatta li dejjem jonqosha xi ħaġa. Hawn jien hi r-rimedju kontra l-kallu tad-dnub, hija t-terapija biex nibqgħu żgħażagħ minn ġewwa. Hawn jien hi l-emmna li Alla għandu valur akbar mill-’jien’. Hi l-għażla li s-sigurtà tagħna huwa l-Mulej, li nkunu doċli għas-sorpriżi tiegħu. Għaldaqstant, hawn jien hu l-akbar tifħir li nistgħu noffrulu. Għaliex ma nibdewx il-ġurnata tagħna ngħidulu: “hawn jien, Mulej”? Ikun sabiħ li kull filgħodu ngħidu: “Hawn jien, Mulej, illum ħa jsir minni skont ir-rieda tiegħek”. Ngħiduha fit-talba tal-Angelus, imma nistgħu ntennuha anki issa, flimkien: “Hawn jien, Mulej ħa jsir minni skont ir-rieda tiegħek!” Marija żżid “Ħa jsir minni skont kelmtek”.

    Ma tgħidx: “ħa jsir minni skont kelmti”, imma “skont kelmtek”. Lil Alla ma tagħmillux ħitan. Ma jgħaddix minn moħħha: nagħti ftit lilu, neħles, imbagħad

  • SIGNUM FIDEI 19

    nagħmel dak li jfettilli”. Le, Marija ma tħobbx lill-Mulej meta jidhrilha hi, bis-sulluzzu. Tgħix bil-fiduċja f’Alla f’kollox u għal kollox. Dan hu s-sigriet tal-ħajja. Dak li jafda f’Alla f’kollox, kollox jista’. Iżda, għeżież ħuti, il-Mulej isofri meta nweġbuh bħal Adam: “qed nibża’ u nħbejt”. Alla hu teneru, l-aktar missier teneru, u jixtieq li wliedu jkollhom fiduċja fih. Iżda kemm drabi nissuspettaw fih, nissuspettaw f’Alla! Naħsbu li jista’ jibagħtilna xi ‘test’, jiċħdilna l-libertà, jabbandunana. Imma dan hu ingann kbir, hi t-tentazzjoni tal-bidu, it-tentazzjoni tax-xitan: bl-ingann idaħħal l-isfiduċja f’Alla. Marija tirbaħ din l-ewwel tentazzjoni bl-hawn jien tagħha. U llum inħarsu lejn is-sbuħija tal-Madonna, li twieldet u għexet bla dnub, dejjem doċli u trasparenti għal Alla.

    Il-Papa Franġisku, Angelus 8/12/2018

    Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 82, silta mit-2 punt Not only was the Most Blessed Virgin preserved from original sin in her conception, but also she had at that instant a grace powerful enough to preserve her from all sin. This grace was so effective in her that she never did commit a single sin, which led Saint Augustine to say that when we speak of sin, we must always exclude the Most Blessed Virgin. The holy Fathers compare her to the Ark of the Covenant, which was made of incorruptible wood, in order to indicate to us that from the very first instant of her being, she received the grace of innocence and original justice, which she never lost, even though, like us, she was able to do both good and evil. Let us recognize that in the Most Blessed Virgin there was never any action that did not make her worthy of God, that her soul was always filled with him, so that he might prepare her to hold and to form within herself the body of God.

    TALBA il-Manifikat

    Ruħi tfaħħar il-kobor tal-Mulej, u l-ispirtu tiegħi jifraħ f'Alla s-salvatur tiegħi,

    għax hu xeħet għajnejh fuq iċ-ċokon tal-qaddejja tiegħu. Iva, minn issa ’l quddiem kull nisel isejjaħli hienja,

    għax is-setgħani għamel miegħi ħwejjeġ kbar; qaddis hu l-isem tiegħu. Il-ħniena tiegħu tinfirex f'kull żmien fuq dawk li jibżgħu minnu.

    Hu wera l-qawwa ta' driegħu, xerred lil dawk li huma mkabbra f'qalbhom. Niżżel is-setgħana minn fuq it-tron tagħhom u għolla ċ-ċkejknin.

    Mela b'kull ġid lil min hu bil-ġuħ u l-għonja bagħathom ’il barra b'xejn. Ħa ħsieb Iżrael qaddej tiegħu għax ftakar fil-ħniena tiegħu,

    bħalma wiegħed lil missirijietna, b'riżq Abraham u nislu għal dejjem. Glorja lill-Missier, lill-Iben u lill-Ispirtu s-Santu ...

    Missierna ...

  • 20 SIGNUM FIDEI

    It-Tlieta, l-10 ta’ Diċembru Il-Madonna ta’ Loretu San Ġwann Roberts

    “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

    tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

    Qari: 1. Iżaija 40: 1-11 Alla jfarraġ lill-poplu tiegħu. 2. Salm 95:1-3, 10aċ.-13 Sidi l-Mulej ġej bil-qawwa. 3. Mattew 18: 12-14 Alla ma jridx li jintilef wieħed minn dawn iż-żgħar. Il-MADONNA TA’ LORETU Loreto hi belt żgħira qrib Ancona, fuq ix-xatt orjentali tal-Italja Ċentrali. Fiha

    hemm bażilika famuża fuq id-disinn tal-Perit Bramante, mibnija madwar dar ċkejkna rettangulari, li, skont tradizzjoni hija kienet id-dar tal-Madonna f’Nazaret - id-dar, mela, li fiha seħħet it-tħabbira tal-Anġlu Gabrijel lil Marija, u li fiha għadda l-biċċa kbira tal-ħajja tiegħu fid-dinja Sidna Ġesù Kristu.

    Il-leġġenda tgħid li, biex din id-dar ma taqax f’idejn nies li ma jemmnux, kienet trasportata mill-anġli għal tliet bnadi differenti fuq ix-xatt tal-Adrijatiku (fl-1291), sakemm fil-lejl ta’ bejn id-9 u l-10 ta’ Diċembru 1294 strieħet għal kollox fejn tinsab illum.

    Studjużi Kattoliċi magħrufa jħarsu lejn l-istorja tat-trasport permezz tal-anġli bħala bla valur storiku, u llum l-opinjoni hi li l-fdalijiet tad-dar ta’ Nazzaret setgħu ġarrewhom nies mill-familja Degli Angeli. Imma t-tradizzjoni għadha qawwija u Loreto għadu sal-lum wieħed mis-santwarji l-aktar frekwentati mill-Insara.

    Fost persunaġġi kbar li żaru dan is-santwarju nsibu lil Kristofru Kolombu wara l-vjaġġ famuż tiegħu biex itemm wegħda li kien għamel, u ħafna qaddisin kbar, bħal S. Briġida, Injazju ta’ Loyola, Lwiġi Konzaga, Franġisk de Sales, Karlu Borromeo, Alfons de’ Liguori, eċċ., dan biex ma nsemmux l-għadd kbir ta’ Papiet, fosthom Ġwanni XXIII qabel beda l-Konċilju Vatikan II u l-Papa Benedittu XVI.

    Il-Madonna ta’ Loreto hi patruna tal-piloti. Fil-gżejjer tagħna hemm diversi kappelli ddedikati lill-Madonna ta’ Loreto,

    fosthom waħda l-Imsida li hi fi ħsieb is-Sorijiet Ursolini u kappella oħra qrib l-ajruport internazzjonali fil-Gudja. Il-parroċċa ta’ Għajnsielem, Għawdex, hija wkoll iddedikata lill-Madonna ta’ Loreto.

    Riflessjoni: Marija hija mimlija bil-grazzja jew kollha sbuħija għax hija d-dixxiplu li tiftaħ qalbha għall-Kelma u tibqa’ miexja wara l-Kelma anki meta l-Kelma hija minxura fuq is-salib fejn il-ġmiel ta’ Alla jinħeba taħt il-kruha fiżika tal-Kurċifiss. Fuq il-Kalvarju l-ġmiel tal-imħabba tal-Ħaruf bla tebgħa (is-sabiħ) imsallab jimla fuq l-Addolorata, li

  • SIGNUM FIDEI 21

    Melitone s-Sardi jsejħilha “l-ħarufa s-sabiħa”. Abbati Ċisterċensi li kien jgħix fiż-Żminijiet tan-Nofs, Sant’Amadeo minn Lusanna, jistħajjel lil Kristu jgħid hekk dwar Ommu Marija: “Inti sabiħa. Sabiħa fil-ħsibijiet, sabiħa fil-kliem, sabiħa fl-azzjoni, sabiħa minn twelidek sa mewtek; sabiħa fit-tnissil verġinali, sabiħa fil-ħlas divin, sabiħa mlibbsa l-porpra tal-passjoni tiegħi, sabiħa b’mod partikulari fl-isplendur tal-qawmien tiegħi.” L-Isqof Mario Grech Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 22, it-3 punt If you wish Jesus Christ to fight within you the enemies who want to keep him from reigning there, he must be able to raise an army of virtues that will equip your soul and enable him to be the complete master of your heart. You also need to fight valiantly under his standard, making use of the weapons he places in your hands. You must, says Saint Paul, be girded with the belt of truth and put on the breastplate of justice, that is, a love for the duties of your state. You must take up the shield of faith, with which you will be able to extinguish all the fiery darts of the devil. Hope of salvation must serve as your helmet and the word of God as your sword. By such weapons, declares the same Saint Paul, the peace of Jesus Christ will truly reign in your hearts.

    TALBA O Sinjura tiegħi, Omm tiegħi,

    jiena noffri ruħi kollni lilek, u bħala xhieda tad-devozzjoni tiegħi lejk, noffrilek għajnejja, widnejja, fommi, qalbi,

    lili nnifsi, u kollni kemm jien. La jiena kollni tiegħek, O Omm kollok tjieba,

    ħarisni u aqbeż għalija bħala ħaġa tiegħek u li qiegħda f’idejk.

    San Bernard Missierna ...

    L-Erbgħa, il-11 ta’ Diċembru San Damasu I-Papa

    Santa Marija Maravillas ta’ Ġesù - verġni Il-Beatu Franku minn Siena

    “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

    tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

  • 22 SIGNUM FIDEI

    Qari: 1. Iżaija 40: 25-31 Il-Mulej ikattar il-qawwa lil min hu bla saħħa. 2. Salm 102: 1-4,8,10 Bierek, ruħ tiegħi, il-Mulej! 3. Mattew 11: 28-30 Ejjew għandi, intom ilkoll li tinsabu mħabbtin u mtaqqlin.

    SAN DAMASO I (c. 304-384) - Papa San Damaso kien ta’ nisel Spanjol, imma twieled Ruma fl-ewwel snin tas-

    seklu erbgħa. Missieru, Anton, kien jieħu ħsieb il-knisja ta’ San Lawrenz, imsejħa Lucina, f’Ruma. Mhux magħruf, iżda, kif Anton ħeles mir-rabta taż-żwieġ biex biż-żmien għadda fil-qadi tal-ministeri sagri biex fl-aħħar sar kappillan tal-istess knisja.

    Damasu wkoll qeda fil-knisja ta’ San Lawrenz bil-ministeri sagri sakemm sar djaknu; u mbagħad bħala saċerdot ġie msejjaħ biex jgħin lill-Papa Liberju. B’hekk kellu sehem qawwi fit-tmexxija tal-Knisja f’Ruma. Meta l-Imperatur Kostanzu bagħat lil Liberju fl-eżilju fis-sena 355 Damasu mar miegħu għal xi żmien.

    Damaso nħatar Papa meta kellu ġa 60 sena u dam imexxi l-Knisja għal 18-il sena, bejn it-366 u t-384. Il-pontifikat tiegħu kien mifni bi ġlied imqanqal minn partit immexxi mill-anti-papa Ursinus. Huwa kien difensur kuraġġuż tal-primat tas-Sede Appostolika.

    Fi żmien dan il-Papa, San Ġilormu mar Ruma u kien għal xi żmien segretarju inkarigat mill-affarijiet kollha privati ta’ San Damasu. Kien dan il-Papa li inkoraġġixxa lil San Ġilormu fl-istudji Bibliċi tiegħu u nkarigah biex iħejji l-verżjoni tal-Bibbja bil-Latin imsejħa l-Vulgata.

    Billi San Damasu twieled fi żmien il-martri u kiber fost l-eżempji erojċi tagħhom, hu sar il-Poeta tal-Katakombijiet. Hu mhux biss ħa ħsieb l-oqbra tal-martri kbar Rumani u tal-katakombijiet, imma wkoll żejjinhom bi rħamijiet li fuqhom tnaqqxu skrizzjonijiet f’forma ta’ poeżija ddettati minnu.

    Papa San Damaso miet ta’ xi 80 sena u mill-ewwel kien rikonoxxut bħala qaddis. Jinsab midfun fil-Bażilika ta’ San Lawrenz in Damaso mibnija minnu.

    Ħsieb:

    Agħtina O Mulej, li ma nagħtux kas tal-ħwejjeġ tad-dinja, imma aktar li nħobbu l-ħwejjeġ tas-sema; filwaqt li dak kollu li jinsab madwarna jgħib fix-xejn, nistgħu bħalissa nkunu qegħdin inżommu fi jdejna dak li jkun jgħodd għal dejjem.

    San Iljun il-Kbir

    Riflessjoni:

    Jekk hija ħaġa iebsa li tagħti lil kull min jitolbok, jerġa’ huwa bil-wisq iktar iebes li tħalli ’l min jeħodlok dak li hu tiegħek mingħajr ma titlobhulu lura. O Madre, qed ngħid li hija ħaġa iebsa, imma iktar imissni ngħid li tidher iebsa, għax “il-madmad tal-Mulej ħelu u ħafif” (Lq. 6, 30); meta naċċettawh, minnufih inħossu l-ħlewwa tiegħu, u nistgħu ngħajtu mas-Salmista: “Jien ġrejt fit-triq tal-kmandamenti tiegħek minn meta int wessajtli qalbi” (S. 119, 32). M’hemmx ħlief l-imħabba li tista' twessagħli qalbi. O Ġesù, minn meta din il-fjamma ħelwa qiegħda tikkunsmaha,

  • SIGNUM FIDEI 23

    jien niġri bil-ferħ fit-triq tal-kmandament ġdid tiegħek... Irrid nibqa' niġri fiha sa dak il-jum imbierek li fih, waqt li ningħaqad mal-korteo tal-verġni, inkun nista' nimxi warajk fil-wesgħat infiniti, waqt li ngħanni l-għanja ġdida tiegħek (Apk. 14, 3), li għandha tkun dik tal-Imħabba. Santa Tereża tal-Bambin Ġesù

    Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 7 silta, mill-1 punt

    What an admirable lesson for all those responsible for teaching Christian truth to others! Jesus Christ made himself ready by submission and obedience to carry out the great task of the redemption and conversion of souls, because he knew that nothing can ensure the success of this mission more certainly and more effectively than preparing himself for it by a long practice of a humble and submissive life. This is why, in the early Church, especially in the East, it was customary to choose as bishops people who had lived for a long time under obedience…. The more faithful you are to the grace of Jesus Christ, who wishes to see you become perfect in this virtue of obedience, the more will God bless your efforts, because whoever obeys his superior obeys God.

    TALBA

    Sinjur Alla, Inti ħlaqt il-bniedem fuq ix-xbieha tiegħek;

    mela min iħobb lilek ma jistax ikun li ma jħobbx ’il kull bniedem mingħajr eċċezzjoni ta’ ħadd,

    u min iħobb lilek, inti tħobbu ta’ Alla li inti, u tħobbu skont il-grazzja u skont l-ordni tan-natura,

    billi int xejn ma tobgħod mill-ħwejjeġ li ħlaqt. O kemm jintgħaraf min lilek iħobb bil-verità. San Ġorġ Preca

    Missierna ...

    Il-Ħamis, it-12 ta’ Diċembru Santa Ġiovanna Franġiska Fremiot De Chantal,

    L-Imqaddsa Verġni Marija ta’ Gwadalupe

    “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

    tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari:

    1. Iżaija 41: 13-20 Jien il-feddej tiegħek, il-Qaddis ta’ Iżrael! 2. Salm 144 : 1, 9-13ab Il-Mulej twajjeb u ħanin. 3. Mattew 11: 11-15 Ħadd ma qam akbar minn Ġwanni l-Battista.

  • 24 SIGNUM FIDEI

    SANTA ĠIOVANNA FRANĠISKA FREMIOT DE CHANTAL (1572-1641) Twieldet fil-belt ta’ Dijon fit-28 ta’ Jannar, 1572. Missierha kien il-president

    tal-parlament tal-Burgundie, Benigne Fremyot. Ta’ 20 sena żżewġet lil Christopher de Rabutin, Baruni De Chantal, u

    kellhom sebat itfal, li tlieta minnhom però mietu trabi. Imma wara disa’ snin, il-baruni miet wara li sparaw fuqu aċċidentalment.

    Wara tliet snin li romlot wasal Dijon San Franġisk De Sales, biex jipprietka l-Kwareżimal (priedki tar-Randan), u l-barunessa għażlitu bħala d-direttur spiritwali tagħha.

    Tħajret tidħol Karmelitana, imma San Franġisk talabha biex flimkien miegħu twaqqaf ordni ġdid ta’ sorijiet klawstrali, dak tal-Viżitazzjoni.

    Kien nhar il-festa tas-Ssma. Trinità, tas-sena 1610, li fil-belt ta’ Annecy, Ġiovanna Franġiska, għamlet il-vestizzjoni flimkien ma’ tliet sorijiet oħra. Imma ma damux ma daħlu oħrajn, u l-fundatriċi rnexxielha tiftaħ kunvent f’Lyons, Moulins, Grenoble, Bourges u Pariġi, fejn id-direttur spiritwali kien San Vinċenz de Paul.

    Il-qaddisa sofriet għal żmien twil minn aridità spiritwali u taħbit kbir ieħor. Megħjuna però minn ħuha l-arċisqof ta’ Bourges, u fuq kollox minn San Franġisk De Sales, li kiteb l-opra tiegħu famuża, ‘Dwar l-Imħabba t’Alla’, għaliha u għas-sorijiet tagħha, minkejja li fehmet li kellha tkun martri bla ma xxerred demmha, ħarġet rebbieħa, u żgur li ma żbaljax San Vinċenz De Paul, meta qal li kienet waħda mill-ikbar bnedmin qaddisa li qatt ra.

    Fl-1622, miet San Franġisk De Sales, u ħames snin wara miet binha Celse-Benigne, fil-battalja kontra l-Ingliżi, u ħalla tarbija ta’ inqas minn sena, waqt li kellu biss 31 sena, u fl-1632 mietet ukoll martu.

    Fis-snin 1635-1636, żaret il-65 kunvent tal-ordni, u fl-1641, marret Pariġi, fejn ġiet milqugħa mir-Reġina Anna tal-Awstrija.

    Waqt li kienet sejra lura Annecy, mardet gravament, u mietet fil-kunvent ta’ Moulins, fit-13 ta’ Diċembru, 1641, fl-età ta’ 69 sena. Ħalliet 86 kunvent tal-Viżitazzjoni. Il-ġisem tagħha ttieħed Annecy u ndifen ħdejn dak ta’ San Franġisk De Sales, fil-bażilika tal-Viżitazzjoni, fejn għadu meqjum sal-lum.

    Il-Papa Klement VIII kkanonizzaha fis-16 ta’ Lulju, 1767. Riflessjoni: L-avveniment kollu tat-twelid ta’ Ġwanni l-Għammiedi hu mdawwar b’sens ta’ stagħġib ferrieħ, sorpriża u gratitudni. Stagħġib, sorpriża, gratitudni. In-nies qabadhom biża’ qaddis ta’ Alla u “madwar l-għoljiet kollha tal-Lhudija kienu jxerrdu dawn il-ġrajjiet kollha (v. 65). Ħuti, il-poplu fidil fehem li kienet saret ġrajja kbira, minkejja li umli u moħbija, u bdew jistaqsu lilhom infushom: “X’għad ikun dat-tifel? (v. 66). Il-poplu fidil lejn Alla għandu ħila jgħix il-fidi bil-ferħ, b’sens ta’ stagħġib, ta’ sorpriża u bil-gratitudni. Inħarsu lejn dawn in-nies li kliemhom dwar dil-ħaġa meraviljuża, dwar dal-miraklu tat-twelid ta’ Ġwanni, kien kliem sabiħ, kienu jitkellmu bil-ferħ, kienu henjin, mimlijin b’sens ta’ stagħġib, ta’ sorpriża, ta’ gratitudni. U aħna u nħarsu lejhom nistaqsu lilna nfusna: “Kif inhi l-fidi tiegħi? Hi

  • SIGNUM FIDEI 25

    fidi ferrieħa, jew fidi dejjem l-istess, fidi “ċatta”?” Inħoss sens ta’ stagħġib meta nara l-opri tal-Mulej, meta nisma’ min jitkellem dwar l-evanġelizzazzjoni jew dwar il-ħajja ta’ xi qaddis, jew meta nara tant nies twajba: inħoss il-grazzja ġewwa fija, jew xejn ma jiċċaqlaq ġewwa qalbi?

    Il-Papa Franġisku, waqt l-Anġelus tal-24 ta’ Ġunju 2018

    Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 138, silta mill-1 punt Because he (Saint John Baptist) was closely united to Jesus Christ, having been chosen by the eternal Father to be his precursor, it was most fitting that he be raised to a level of grace above that granted to other people and that his holiness be manifest at his birth. This is why Jesus Christ said that among all people there was none greater than John the Baptist. With the Church, let us honor the birth of Saint John as the beginning of his sanctity and of the sanctification of so many others. Because we were not born saints, let us pray that the second birth that we received when we withdrew from the world may be for us the beginning of our sanctification. In the words of Saint Leo, let us pray that we not do fall back into the degradation of our first birth by conduct inconsistent with the state we have embraced.

    TALBA

    Mulej Ġesù! Jiena, bħalma għamlu lill-Battista,

    li ġie jipprepara t-triq għall-miġja tiegħek, mhux dejjem nisma’ b’attenzjoni għaqlija,

    ix-xhieda li inti qed tibgħatli, jxandru l-kelma tiegħek.

    Mulej Ġesù, imlieni bl-ispirtu tiegħek

    biex niddixxerni u nifhem dawk is-sinjali ta’ mħabba tiegħek u nisma’ b’fidi ferma lil dawn il-profeti tiegħek

    li qed iwassluli b’tant imħabba u żelu l-messaġġ tiegħek

    li jgib il-paċi u l-hena lil ruħi. Bro. Louis Camilleri

    Missierna ...

  • 26 SIGNUM FIDEI

    Il-Ġimgħa, it-13 ta’ Diċembru Santa Luċija - verġni u martri

    Il-Beatu Anton Grassi - saċerdot

    “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

    tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Iżaija 48 :17-19 Li kieku tajt widen għall-kmandamenti tiegħi! 2. Salm 1: 1-4 u 6 Min jimxi warajk, Mulej, ikollu d-dawl tal-ħajja. 3. Mattew: 11, 16-19 La minn Ġwanni u lanqas minn Bin il-bniedem ma jridu

    jisimgħu. SANTA LUĊIJA (c. 283-303) - verġni u martri Din il-qaddisa, verġni u martri ta’ Sirakuża, fi Sqallija, qanqlet devozzjoni

    kbira lejha wara ftit snin mill-mewt tagħha. Hija saret tant popolari li isimha tniżżel fil-kanoni tal-quddiesa f’Ruma u f’Milan.

    Skont tradizzjoni, Santa Luċija twieldet Sirakuża, Sqallija madwar is-sena 283 minn familja nobbli. Meta kienet għadha żgħira tilfet lil missierha u rabbietha ommha, Ewtakja.

    Meta kibret, Luċija pperswadiet lil ommha, li kienet ilha marida, biex jagħmlu pellegrinaġġ flimkien għal Katanja u jmorru fuq il-qabar ta’ Santa Agata li kienet mietet martri xi ħamsin sena qabel. Waqt li kienu qed jitolbu, l-omm fieqet f’daqqa waħda.

    Luċija ddeċidiet li tħalli d-dinja u tikkonsagra ħajjitha kollha lil Alla, u tgħin lill-fqar. Għamlet il-vot tal-verġinità, u ħassret iż-żwieġ li kienet ser tidħol fih ma’ nobbli pagan.

    Iż-żagħżugħ ħassu mweġġa’ b’din l-azzjoni ta’ Luċija, u biex ipattihielha akkużaha quddiem il-Konslu Ruman li kienet Nisranija, u ma kinitx tosserva l-liġijiet tal-Imperu.

    Santa Luċija b’kuraġġ kbir stqarret il-fidi tagħha u ġiet ikkundannata għat-torturi bin-nar u l-ilma jagħli. Hi baqgħet soda minkejja t-torturi li sofriet, sakemm fl-aħħar niffdulha griżmejha b’xabla. Hi baqgħet ħajja sakemm xi ħadd qarbinha, imbagħad mietet.

    Dan ġara fil-persekuzzjoni tal-Imperatur Djoklezjanu fis-sena 304. Ma hemm l-ebda dubju dwar il-kult tagħha u l-konnessjoni tagħha ma’ Sirakuża.

    Mis-seklu XIV x-xbihat tagħha bdew iġibuha qed iżżomm platt b’għajnejha fih, minħabba l-leġġenda li qalgħulha għajnejha t-tnejn.

    Billi l-isem Luċija hu ġej mill-kelma latina lux, li tfisser dawl, il-qaddisa kienet assoċjata ma’ festivals tad-dawl, u msejħa wkoll kontra mard tal-għajnejn.

    Santa Luċija hija l-patruna ewlenija ta’ Sirakuża. F’Malta, subborg ħdejn Ħal Tarxien iġib isem din il-qaddisa (għalkemm il-parroċċa hi ddedikata lil San Piju X), u fil-belt Valletta, fi Triq il-Lvant, hemm knisja ddedikata lilha.

  • SIGNUM FIDEI 27

    Riflessjoni: Qatt kelli l-esperjenza ta’ kemm ħassejtni hieni għax għażilt li nagħmel it-tajjeb? Dak li jogħġob lil Alla? Ħassejtni hieni u kburi meta jien kont fit-triq it-tajba? Dejjem kont ferħan u fiduċjuż li kull azzjoni tajba li għamilt tatni frott u merti, għax magħqudin ma’ Ġesù permezz tal-grazzja nagħmlu ħafna frott? Ġesù stess qalilna: “Min jibqa fija u jiena fih, dan jagħmel ħafna frott” (Ġw. 15, 5). L-agħar esperjenza li jista’ jkollu l-bniedem, hija meta jagħżel it-triq il-ħażina. It-triq il-ħażina nafu minn fejn tibda, tista’ tkun ħaġa żgħira, imma fejn naslu ma nafux. Il-parabbola tal-iben li telaq minn dar missieru (Lq. 15,11), turina l-miżerja sa fejn jasal il-bniedem: ’il bogħod minn dar missieru!

    Patri Damian Cachia, Il0Verità teħliskom

    Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 23, silta mit-2 punt Despite the hatred that the Jews had for him and the wicked plot they had against him, Jesus Christ did not stop speaking to them about himself with all imaginable kindness. On one occasion, he reminded them of the many good works he had performed among them and asked them for which of these they wanted to put him to death. In their assembly they openly admitted their motive. If we let him continue to live, they said, the whole world will believe in him. What evil has he done? Pilate said to them. I find no crime in him that deserves death. But it sufficed that Jesus Christ was hated by the Jews, because he reproached them for their vices, and this was reason enough for their tribunal to find him guilty and worthy of death. Let us condemn him to a shameful death, they said, borrowing the words of the Wise Man.

    TALBA

    Mulej Alla, li inti kollok qawwa u setgħa,

    bl-eżempju tal-ħajja, it-tbatija u l-mewt

    ta’ Santa Luċija, int dawwalt id-dinja. Dawwal id-dlam li ninsabu fih,

    bid-dawl tal-fidi biex nitħeġġu fit-tama

    ħalli nitfgħu ħarsitna lejn il-miġja ta’ saltnatek, bi Kristu Sidna.

    Ammen Magnificat, 2013

    Missierna ...

  • 28 SIGNUM FIDEI

    Is-Sibt, l-14 ta’ Diċembru San Ġwann tas-Salib - presbiteru u duttur tal-Knisja

    “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

    tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

    Qari: 1. Bin Sirak 48: 1-4,9-11 Elija jerġa’ jiġi. 2. Salm 79: 2aċ,3b,15,16,18,19 Reġġagħna għal li konna, Alla tal-eżerċti. 3. Mattew 17: 10-13 Elija ġa ġie, u huma baqgħu ma għarfuhx.

    SAN ĠWANN TAS-SALIB (1542-1591) – presbiteru u duttur tal-Knisja San Ġwann twieled f’Fontiberos, fil-provinċja ta’ Avila, Spanja, għall-ħabta

    tal-1542. Tilef lil missieru meta kien għadu tarbija. Għadda żgħożitu Medina del Campo fejn kienet marret ommu biex issib ix-xogħol. Meta kiber xi ftit beda jmur l-iskola iżda ma damx għax malli tfarfar beda jaħdem. Ipprova bosta snajja’ iżda mkien ma saddad. Fl-aħħar meta kellu 17-il sena daħal jaħdem fi sptar. Fl-istess ħin kien jattendi skola mmexxija mill-Ġiżwiti. Wera li kellu moħħu tajjeb.

    Fl-1563 daħal mal-Patrijiet Karmelitani li bagħtuh Salamanca biex jistudja l-Filosofija u t-Teoloġija. Fl-1567, ta’ 25 sena, sar saċerdot. Ġwanni mar iqaddes l-ewwel quddiesa solenni tiegħu f’Medina fejn kien hemm ommu u ħuh. Hawn iltaqa’ ma’ Santa Tereża ta’ Ġesù, li kienet ġa bdiet taħdem biex tirriforma l-Ordni Karmelitan, u pperswadietu biex jaħdem magħha għar-riforma tal-patrijiet.

    Fl-1568, flimkien ma’ erba’ kumpanni, fetaħ l-ewwel kunvent tal-Karmelitani Skalzi, u ħa l-isem ta’ Ġwanni tas-Salib.

    Ġwanni sofra ħafna oppożizzjoni, persekuzzjoni, u saħansitra qafluh f’ċella, f’Yoledo, fl-1577, iżda disa’ xhur wara, fl-1578 irnexxielu jaħrab, mar ingħaqad ma’ sħabu, u kompla bħala superjur tal-kunvent El Calvario. Fl-1570 sar is-superjur tal-kunvent ta’ Baeza u mbagħad ta’ Granada fl-1581, u ħa f’idejh id-direzzjoni ta’ bosta kunventi tas-sorijiet Tereżjani. F’dan iż-żmien kiteb uħud mill-isbaħ kotba tiegħu, u fetaħ bosta djar tal-ordni.

    Fl-1591, f’kapitlu ġenerali li kien sar f’Madrid, Ġwanni ġie mneħħi minn kull kariga u ġie mibgħut bħala sempliċi patri fil-monasteru mbiegħed ta’ La Penuela. Hawn marad u wara tliet xhur miet ta’ qaddis fl-14 ta’ Diċembru 1591, ta’ 49 sena, kważi mkeċċi mill-kongregazzjoni li tagħha kien l-ewwel membru u ma’ Santa Tereża t’Avila, fundatur.

    Fl-1726 il-Papa Benedittu XIII ddikjarah qaddis, u l-1926 l-Papa Piju XI pproklamah duttur mistiku tal-Knisja.

    L-opri kbar tal-kitba tiegħu huma erbgħa, l-ewwel tnejn kumplimentari: It-Telgħa tal-Għolja tal-Karmelu, il-Lejl Mudlam, Kantiku Spiritwali u Fjamma Ħajja ta’ Mħabba.

  • SIGNUM FIDEI 29

    Riflessjoni mill-kitbiet ta’ San Ġwann tas-Salib: L-imħabba tikkonsisti mhux f’li tħossok tajjeb ħafna imma f’li jkollok stakkament kbir u tbatija għall-Maħbub. Ir-ruħ li hi marbuta ma' kull ħaġa, tkun kemm tkun tajba, mhux ser tasal għal-libertà tal-għaqda Divina. Għax kemm jekk ikun ħabel b'saħtu kif ukoll ħajt irqiq u delikat li jżomm għasfur, ma jimpurtax, jekk tassew iżommu sew; għax sakemm il-ħabel ma jinqatax, l-għasfur ma jistax itir.

    Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med.177, silta mit-3 punt

    Oh, how fortunate this saint (St Teresa of Avila) was to enjoy the presence of God! This caused her to perform all her actions in view of God, and it led her to make a vow to do whatever she knew was most pleasing to God. This is the result of frequent and fervent prayer, to enjoy God by anticipation as far as living faith can procure this happiness in this world. If you love God, prayer will be the food of your soul, and God will enter within you and will have you eat at his table, as Saint John says in the Apocalypse. You will then have the advantage of having God present in your actions and of having no other purpose than to please him. You will even have a constant hunger for him, as the Wise Man says, for, according to the expression of the Royal Prophet, you will not be filled until you enjoy his glory in heaven. By living a holy life, be worthy of such grace and of possessing such happiness.

    TALBA

    Alla tas-Salvazzjoni, int wegħedtna s-saħħa u l-kuraġġ f’ħajjitna;

    jekk kemm-il darba nqastek aħfirli u missni b’dik l-imħabba dejjiema tiegħek.

    Il-ħajja li għaddiet m’għadhiex tgħodd għax int tħobbni b’tant ħlewwa.

    Kif noqgħod naħseb fil-grazzji li tibgħatli jien nirringrazzjak tal-maħfra li tajtni, filwaqt li nħoss il-ferħ u l-hena ħerġin

    minn ġewwa fija. Ammen

    http://onlineministries.creighton.edu Missierna ...

  • 30 SIGNUM FIDEI

    Il-Ħadd, il-15 ta’ Diċembru It-Tielet Ħadd tal-Avvent

    Tibda n-Novena tal-Bambin Ġesù

    “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

    tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Isaija 35: 1-6a,10 Alla ġej biex isalvakom. 2. Salm 146 : 7-10 Ejja, Mulej, ħa ssalvana. 3. Ġakbu 5: 7-10 Qawwu qalbkom, għax il-miġja tal-Mulej hi fil-qrib. 4. Mattew 11: 2-11 Inti huwa dak li għandu jiġi, jew se nistennew lil

    ħaddieħor?

    Riflessjoni fuq il-Vanġelu:

    Ġwanni l-Battista ma jistaqsix lil Ġesù jekk kienx hu dak li kienu qegħdin jistennew sempliċement biex japprofondixxi xi idea teoloġika. Il-profeta kien qiegħed fil-ħabs jissogra ħajtu, li kienet dalwaqt se titteħidlu minħabba mara bla skrupli. Ġrajja kerha li kellha teqred lill-ikbar wieħed fost dawk imwielda min-nisa, kif jiddeskrivih Ġesù stess. Minn ġewwa l-ħabs, Ġwanni l-Battista jistaqsi lilu nnifsu u lil Ġesù, li l-folla kienet qiegħda ssejjaħlu l-Messija, għaliex kif jiġri spiss fil-ħajja, kien il-qamħ li kien qiegħed jinħaraq mhux it-tiben; u għaliex il-mannara kienet qiegħda tqaċċat is-siġar li jagħmlu l-frott u mhux lil dawk li jkiddu l-art.

    Dubji li huma attwali anke llum għax wara elfejn sena r-realtà ftit li xejn inbidlet u l-eżortazzjonijiet ta’ Isaija fl-ewwel qari “Agħmlu l-ħila, la tibżgħux! ...il-ħlas ta’ Alla wasal” (Is. 35:4), jidhru xi ftit patetiċi. Ġesù stess jintebaħ b’din id-delużjoni u jħoss il-ħtieġa li jikkonkludi l-preżentazzjoni tiegħu bil-kliem paradossali “Hieni hu min ma jitfixkilx minħabba fija!” (Mt. 11:6). It-tentazzjoni tal-iskandlu hi qawwija fil-fatt f’dinja mimlija qasab vojta, lesti li jmilu quddiem min imissu jkun sidhom, l-uniku wieħed li mhux lest ibaxxi rasu jkollu jħalliha fil-platt tal-festin ta’ Erodi. Meta fost il-ħafna nies li jiffrekkwentaw il-palazz li jaħbu l-vojt uman u spiritwali tagħhom wara d-dehra u l-ħwejjeġ tal-aħħar moda, l-uniku bniedem ġenwin idejjaqhom, tant li jaħbuh anzi jagħlquh fil-ħabs.

    Ir-risposta ta’ Ġesù hi sorprendenti, Ġwanni jiltaqa’ m’Alla mhux bħala rebbieħ, imma bħala qaddej umli u ħabib tan-nies li magħhom jimxi dik it-triq li hu stess kien bagħathom jidrittaw u jwittu. F’Ġesù li jistenna mal-oħrajn biex jitgħammed fil-Ġordan, Ġwanni jintebaħ li hu Alla li jinżel fl-ilma mniġġes tal-istorja tagħna ta’ ħażen u dnub, u jippurifikah bil-grazzja li taħfer id-dnubiet u ġġib is-salvazzjoni. Fuq kollox dak li hu l-ewwel qabel kulħadd jaqsam l-istess tmiem. Dak li l-Battista jġarrab fis-sigrieti tal-palazz hu biss tħabbira tat-tmiem tiegħu fuq l-għolja tal-kurċifissjoni. Kollox jieħu tifsira ġdida; l-

  • SIGNUM FIDEI 31

    għomja jaraw għax Alla ħares lejhom, iz-zopop jimxu, it-torox jisimgħu għax intgħażlu minn Alla bħala ħutu.

    L-aħbar it-tajba hi li Alla għandu l-wiċċ tal-emarġinati u l-imwarrbin, għalhekk anki l-mejtin għad iqumu għax l-aħbar it-tajba ma jwaqqafha xejn lanqas id-dnub u l-mewt. Id-dubji tagħna u tal-Battista se jibqgħu jagħmlu parti mill-mixja ta’ fidi tagħna: Alla jweġibna b’kelma u b’wegħda; jekk niddubitaw hu għaliex inqabbluh mal-kliem u mal-wegħdi tagħna l-bnedmin, imma l-Kelma t’Alla li ħalaq id-dinja saret bniedem biex issalvaha; il-wegħda tiegħu ma tintemmx qabel ma sseħħ, il-kelma u l-wegħda huma persuna waħda –Ġesù. X’neħtieġu iktar bħala garanzija għall-fidi tagħna?

    Minn La Realtà é Cristo ta’ Don Davide Rota

    Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 3, silta mill-1 punt

    The Jews sent priests and Levites from Jerusalem to ask Saint John who he was: the Christ, Elijah, or a Prophet. Saint John told them he was none of these, but he declared, I am the voice of one crying in the desert: make straight the way of the Lord. Saint John wished to leave to Jesus Christ all the honor of converting souls, the task at which he labored so constantly. He said, therefore, that he was only a voice crying out in the desert. He thus showed that the substance of the doctrine he taught was not his own and that it was indeed the word of God which he preached; as for himself, he was only the voice which proclaimed it. In the same way that a voice is a sound that strikes the ear and makes it possible for a word to be heard, so it was that Saint John prepared the Jews to receive Jesus Christ. L-Ewwel Jum tan-Novena - nistgħaġbu quddiem iċ-ċokon tat-tarbija Ġesù:

    Nimmaġinawna quddiem din t-tarbija tat-twelid; tarbija ċkejkna, tieħu l-ewwel nifsijiet tagħha, tiftaħ għajnejha u tara l-ewwel persuni u l-ewwel oġġetti madwarha, tisma’ l-ewwel ħsejjes; tarbija li tiġbed l-attenzjoni u ssaħħar lil kulħadd fil-ġmiel taċ-ċokon tagħha. Imma ieqaf u ftakar; ftakar li din t-tarbija li hemm fil-grotta ta’ Betlem, mhix tarbija kwalunkwe; hi Alla nnifsu magħmul bniedem. Ftakar u stagħġeb kif Alla li ma jonqsu xejn iċċekken u sar tarbija dipendenti mill-oħrajn. F’din t-tarbija naraw il-kobor fiċ-ċokon. Mhux ta’ b’xejn Ġesù nnifsu qal: ‘min jitkabbar jiċċekken u min jiċċekken jitkabbar’ (Lq. 14, 11), għax kien hu stess li minn ‘kollox’ sar tarbija ċkejkna. Kif insibu fl-ittra ta’ San Pawl lil Filippon (2, 6-11): Ġesù Kristu li kellu n-natura ta’ Alla, ma qagħadx ifittex tiegħu li hu daqs Alla, imma tneżża’ minn kollox, billi ħa n-natura ta’ lsir, sar jixbah lill-bniedem u deher minn barra bħala bniedem: ċekken lilu nnifsu, billi obda sal-mewt, anzi sal-mewt tas-salib.

    Dan iċ-ċokon jistedinna nersqu aktar viċin; bil-ħlewwa tiegħu jiġbidna lejh biex jgħarrafna lil Alla; hekk talab hu stess: ‘Infaħħrek Missier, sid tas-sema u tal-art, talli int dawn il-ħwejjeġ ħbejthom lil min hu għaref u lil min jifhem u għarrafthom lil min hu ċkejken’ (Mt. 11, 25-26).

  • 32 SIGNUM FIDEI

    Quddiem tarbija tgħib kull biża’ u kull sens ta’ twerwir, l-unika biża’ li tibqa’ hi dik l-biża’ li ma tmurx tweġġgħaha, tant tidher fraġli u vulnerabbli quddiemna. U l-istess l-Iben ta’ Alla; deher quddiemna ċkejken, fraġli u vulnerabbli biex jiġbidna lejh; quddiemu jgħib kull biża’ – tibqa’ biss l-biża’ ta’ Alla, dik l-biża’ li wieħed li jħobb iħoss – jibża’ li ma jmurx jitlef lil dak li jħobb.

    o Tistgħaġeb meta tara dan l-att ta’ Alla li jiċċekken biex jirbaħ minna kull biża’!

    o Tistgħaġeb meta tiftakar li Alla kien lest li jagħmel minn kollox biex jiġbidna lejh!

    o Tistgħaġeb meta f’din t-tarbija Ġesù tara l-kobor u l-qawwa tal-imħabba ta’ Alla.

    U għax iċċekken ‘Alla għollieh sas-smewwiet, u żejnu bl-isem li hu fuq kull isem, biex fl-isem ta’ Ġesù, fis-sema, fl-art u f’qiegħ l-art, il-ħlejjaq kollha jinżlu għarkupptejhom, u kull ilsien jistqarr: “Ġesù Kristu hu l-Mulej għall-glorja ta’ Alla l-Missier.”

    Ħin ta’ Talb

    Ejjew ninxteħtu quddiem Alla li ċċekken u sar tarbija u nitolbuh jagħtina l-grazzja biex aħna wkoll nixxenqu għal dan iċ-ċokon. Nitolbuh biex ineħħi minna kull sens ta’ kburija, kull sens ta’ ambizzjoni biex nilħqu u nikbru, kull sens ta’ superjorità fuq l-oħrajn. Nitolbuh l-grazzja li ma nibżgħux mill-vurnerabiltà, il-fraġilità u l-limitazzjonijiet tagħna, imma nagħrfu li dawn jistgħu jresquna lejh u lejn l-oħrajn.

    Missierna ...

    It-Tnejn, is-16 ta’ Diċembru Il-Beata Marija tal-Anġli - reliġjuża

    “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

    tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

    Qari: 1. Numri 24: 2-7,15-17a Għad titla’ kewkba minn Ġakobb. 2. Salm 24 : 4bċ-5ab,6-7bċ,8-9 Triqatek, Mulej, għarrafni. 3. Mattew 21: 23-27 Il-magħmudija ta’ Ġwanni minn fejn kienet

    ġejja?

  • SIGNUM FIDEI 33

    IL-BEATA MARIJA TAL-ANĠLI (1661-1717) - reliġjuża Kien jisimha Marianna Fontanella, u twieldet fis-7 ta’ Jannar 1661 f’Augusta

    fil-provinċja ta’ Turin, l-Italja. Hija kienet bint familja nobbli mill-Pjemonte. Minkejja l-oppożizzjoni tal-ġenituri tagħha, fl-1675, meta kien għad kellha 15-il sena, daħlet fil-monasteru Karmelitan Tereżjan ta’ Santa Kristina ta’ Turin. Imma għall-ewwel ma setgħetx tidra bħala novizza u kienet tistmell il-mod ġdid ta’ ħajja u lill-majjistra tagħha.

    Hi għaddiet minn stati għoljin ta’ talb u kienet tagħmel penitenzi ħorox. Il-fama ta’ qdusija ta’ din il-mistika Karmelitana ħarġet ukoll barra l-monasteru u ħafna kienu jfittxuha għall-pariri tagħha fosthom anki membri tal-familja rjali.

    Hija kellha qima speċjali lejn San Ġużepp, li f’ġieħu hija waqqfet monasteru ġdid fil-belt ta’ Moncalieri li fetħet fl-1703 biex tilqa’ fih tfajliet li ma setgħux jingħaqdu magħhom bħala sorijiet f’Turin minħabba nuqqas ta’ wisgħa.

    Bosta drabi qdiet hawn bħala majjistra tan-novizzi u prijura u fittxet li tnissel fil-komunità l-imħabba mħeġġa lejn Alla wkoll meta kienet għaddejja minn provi kbar. Meta kienet ser tintgħażel prijura għall-ħames darba, hija ma ħassithiex kapaċi għal din il-kariga u talbet li, jekk kienet il-volontà ta’ Alla, hija tmut f’qasir żmien.

    Fi żmien tliet ġimgħat hija mardet b’mod gravi u mietet fis-16 ta’ Diċembru 1717 fl-għomor ta’ 56 sena.

    Kienet iddikjarata beata mill-Beatu Piju IX fl-1865, bħala l-ewwel soru Karmelitana Taljana li telgħet għall-ġieħ tal-altari. Ħalliet miktub: “It-Tjubija ta’ Alla hija akbar minn kemm deni u dnubiet nistgħu nagħmlu, u qabel ma ngħejjew noffenduh hu jaħfrilna.”

    Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 2, silta mill-1 punt For you are destined by God to apply yourselves, like the holy angels, only to what refers to his service and to the care of souls. In you, as Saint Paul says, the outer man must decay, so that the inner man may be renewed day by day. You must become like the angels and like them, as the same Apostle says, not consider things that are visible but only those that are invisible, for, he continues, the former are temporary and pass away, whereas the latter are eternal and will be forever the object of our affection. It-Tieni Jum tan-Novena - nistgħaġbu quddiem il-faqar tat-tarbija Ġesù:

    Nimmaġinawna quddiem l-għar fqajjar ta’ Betlem; post għall-kenn tal-annimali, aktar milli post fejn jitwieled bniedem. Inħarsu lejn l-ewwel sodda li fuqha sab ruħu s-Sultan tas-Slaten; nistgħaġbu meta flok sodda tad-deheb insibu maxtura, u flok saqqu artab naraw ftit tiben.

    Nidħlu fil-grotta u nħarsu lejn l-ewwel persuni li ġew iżuru lill-ħallieq imwieled; u nindunaw li dawn kienu l-ifqar fost il-fqar. Naraw lir-rgħajja – lil dawk li ftit

  • 34 SIGNUM FIDEI

    kienu rikonoxxuti mis-soċjetà taż-żmien. Fl-istess ħin nindunaw kif Alla jivvalutizza dak li ma tantx hu importanti għad-dinja. Għalih kull bniedem hu prezzjuż u importanti. Ir-rikkezza f’għajnejn Alla mhix f’dak li wieħed ikollu, lanqas f’dak li jkun kapaċi jagħmel; Alla jħares lejn kull bniedem u jilmaħ fih iben maħbub jew bint maħbuba.

    Inħarsu wkoll lejn l-omm u lejn Ġużeppi; ma rridux wisq biex nindunaw li kienu nies foqra, imma kuntenti għax emmnu li Alla magħhom. Mhux ta’ b’xejn Ġesù qal ‘imberkin il-foqra’. Għax il-foqra ma għandhom xejn fuq xiex iserrħu rashom, u għalhekk jilqgħu l-aħbar t-tajba u t-tama tagħhom isibuha biss f’Alla. Meta Ġesù beda l-missjoni tiegħu mar fis-sinagoga ta’ Nazzaret fejn kien trabba u qal: 'L-Ispirtu tal-Mulej fuqi, għax hu kkonsagrani, bagħatni nħabbar il-ħelsien lill-imjassrin, inwassal il-bxara t-tajba lill-fqajrin’ (Lq. 4, 18). Il-foqra huma disposti li jilqgħu l-aħbar t-tajba għax qalbhom mhix mimlija b’rikkezzi oħra.

    o Tistgħaġeb meta tirrealizza li r-rikkezzi kollha tad-dinja ma jiswew xejn quddiem Alla!

    o Tistgħaġeb meta dak li għandu kollox twieled daqshekk fqir, bla xejn tiegħu!

    o Tistgħaġeb meta tinduna li l-għasafar tal-ajru għandhom il-bejtiet tagħhom u l-volpijiet l-għerien tagħhom imma bin il-bniedem ma għandux fejn imid rasu (Lq. 9, 58).

    Ħafna minnha, qalbhom tingħafas quddiem il-faqar, quddiem nies li ma għandhomx x’jieklu u x’jilbsu, u malajr idaħħlu idejhom fil-but biex jgħinu lill-fqir. Din hi kwalità tajba, imma tajjeb li ma ngħinux lill-fqir għax nitħassruh; narawh bħala miskin, imma ngħinu lill-fqir għax naraw lil Ġesù nnfisu fih. Niftakru li Ġesù għażel li jsir fqir biex inkunu nistgħu narawh fil-fqir tal-lum.

    Ħin ta’ Talb

    Ejjew ninxteħtu quddiem Alla li ftaqar biex nistgħanew aħna u nitolbuh jagħtina l-

    grazzja biex infittxu l-ġid vera li jibqa’ għal dejjem u mhux dak li jgħaddi. Nitolbuh

    jgħinna nfittxu tteżor li ma jsaddadx u jittiekel mis-susa. Nitolbu lil Mulej jagħtina l-

    grazzja biex l-qalb tagħna tkun marbuta aktar mas-saltna tas-sema milli mal-

    ħwejjeġ tal-art.

    Missierna ...

  • SIGNUM FIDEI 35

    It-Tlieta, is-17 ta’ Diċembru San Lazzru – l-ewwel seklu

    San Ġwann ta’ Matha Santa Olimpja – armla tar-raba’ seklu

    “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

    tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

    Qari: 1. Ġenesi 49: 2,8-10 Ix-xettru minn id Ġuda ma jitneħħiex. 2. Salm 71:1-4ab,7,8,17 Tħaddar f’jiemu l-ġustizzja u s-sliem.

    Hallelujah: O Għerf tal-Għoli. 3. Mattew 1: 1-17 Ktieb in-nisel ta’ Ġesù, bin David.

    SAN LAZZRU (l-1 seklu) San Lazzru kien ħu Marta u Marija li Ġesù kien iħobb imur għandhom meta

    kien ikun f’Betanja. Kulma nafu ċert dwaru hu dak li jsemmulna l-Evanġelisti, b’mod speċjali San Ġwann li jirrakkonta kif dan Lazzru kien miet u Ġesù qajmu mill-ġdid wara li kien ġa ilu erbat ijiem fil-qabar.

    Billi, ħafna bdew jemmnu f’Ġesù minħabba l-miraklu kbir li għamel ma’ Lazzru, il-Lhud ħasbu li joqtlu mhux biss lil Ġesù imma lil Lazzru wkoll.

    Jingħadu ħafna leġġendi dwar Lazzru. Tradizzjoni antika tgħid li hu, flimkien ma’ ħutu Marta u Marija, marru jxandru l-evanġelju fi Franza, imma dan x’aktarx ġej għax iħalltuh ma’ xi ħaddieħor, bl-istess isem, li xandar lil Kristu fi Franza.

    Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 2, silta mit-2 punt Why, do you think, did Jesus Christ praise Saint John so highly? It was to lead the people to accept his teaching and to make them understand that what John had said about himself was true: that Saint John had been sent to prepare their hearts to receive Jesus Christ and to profit by his teachings. This saint, who was Christ’s precursor, began by living a life of seclusion, prayer, and penance to practice what he wanted to teach others and thus to dispose his own heart to receive the fullness of the Spirit of God in order to make himself fit to