AWWISSU 2015 - signumfideimalta...- AWWISSU 2015 - NIFTAKRU LI QEGĦDIN FIL-PREŻENZA QADDISA...

66
AWWISSU 2015 Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi Il-Verġni Marija Nkurunata mis-Santissima Trinità Din il-pittura tinsab fil-mużew tal-Arti u l-Istorja ġewwa Neuchâtel fl-Isvizzera.

Transcript of AWWISSU 2015 - signumfideimalta...- AWWISSU 2015 - NIFTAKRU LI QEGĦDIN FIL-PREŻENZA QADDISA...

Page 1: AWWISSU 2015 - signumfideimalta...- AWWISSU 2015 - NIFTAKRU LI QEGĦDIN FIL-PREŻENZA QADDISA T’ALLA. EJJEW NADURAWH Signum Fidei }ajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi Fidi SIGNUM FIDEI

AWWISSU 2015

Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi

Il-Verġni Marija Nkurunata mis-Santissima Trinità Din il-pittura tinsab fil-mużew tal-Arti u l-Istorja ġewwa

Neuchâtel fl-Isvizzera.

Page 2: AWWISSU 2015 - signumfideimalta...- AWWISSU 2015 - NIFTAKRU LI QEGĦDIN FIL-PREŻENZA QADDISA T’ALLA. EJJEW NADURAWH Signum Fidei }ajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi Fidi SIGNUM FIDEI

2 SIGNUM FIDEI

assew minn bejn l-im

S. Ġwann Battista De La Salle Familja Lasalljana Fundatur

Intenzjonijiet tal-Papa u tal-isqfijiet tagħna: 1. Biex il-voluntiera jagħtu lilhom infushom b’qalb mifuħa għas-servizz ta’ min hu fil-bżonn. 2. Biex nagħrfu nkunu proxxmu ta’ dawk li jsibu ruħhom fil-periferija tal-ħajja umana u tas-soċjetà. 3. Għaż-żgħażagħ b’qalbhom maqsuma biex isibu min jagħdirhom u jgħinhom. Dati importanti għax-xahar ta’ AWWISSU: 4 ta’ Awwissu: Festa ta’ San Ġwann Marija Vianney 6 ta’ Awwissu: Festa tat-Trasfigurazzjoni tal-Mulej 10 ta’ Awwissu: San Lawrenz, Levita u Martri 15 ta’ Awwissu: Il-Verġni Marija Mtella’ s-Sema 22 ta’ Awwissu: Il-Verġni Mqaddsa Marija Reġina Nota importanti: Din il-ħarġa t’Awwissu issa hija aċċessibli minn fuq il-website http://signumfideimalta.wordpress.com.

- AWWISSU 2015 -

NIFTAKRU LI QEGĦDIN FIL-PREŻENZA QADDISA T’ALLA.

EJJEW NADURAWH

Signum Fidei }ajja ta’ Xhieda

u ta’ Fidi

Fidi

Page 3: AWWISSU 2015 - signumfideimalta...- AWWISSU 2015 - NIFTAKRU LI QEGĦDIN FIL-PREŻENZA QADDISA T’ALLA. EJJEW NADURAWH Signum Fidei }ajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi Fidi SIGNUM FIDEI

SIGNUM FIDEI 3

Is-Sibt, 1 t’Awwissu San Alfons Marija de’ Liguori - isqof u duttur tal-knisja

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Levitiku 25: 1.8-17 Tkun is-sena tal-ġublew għalikom: kull wieħed jerġa’ għal li kellu. 2. Salm 66: 2-3.5.7-8 Ifaħħruk il-popli kollha, O Alla, ifaħħruk il-popli kollha. 3. Mattew 14: 1-12 Erodi bagħat jaqta’ ras Ġwanni u d-dixxipli tiegħu marru jagħtu l-aħbar lil Ġesù.

SAN ALFONS MARIJA DE’ LIGUORI (1696-1787) - isqof u duttur San Alfons twieled f’Marianelli, qrib Napli, iben ta’ kaptan tax-xwieni rjali. Kiseb id-dottorat kemm fil-liġi ċivili kif ukoll dik ekkleżjastika mill-università ta’

Napli meta kellu biss sittax-il sena u pprattika ta’ avukat b’suċċess kbir sa tmien snin wara, meta abbanduna l-karriera, minħabba li bi żvista tilef kawża importanti li kien qed jiddefendi.

Hu ddeċieda li jsir saċerdot u daħal mal-Oratorjani. Ordna saċerdot fl-1726, meta kellu qrib it-30 sena.

Għal sentejn ħadem bħala missjunarju madwar Napli, għallem għal sena, u fl-1730, fuq stedina tal-Isqof Tumas Folcoia, mar f’Castellamare. Meta kien qed jagħti rtir f’kunvent tas-sorijiet fi Scala, iltaqa’ ma’ Swor Marija Celeste u għarrfitu b’viżjoni li kellha dwar twaqqif ta’ ordni reliġjuża ġdida - u li kienet taqbel ma’ viżjoni oħra li l-Isqof Falcoia kellu aktar qabel f’Ruma.

Il-qaddis għaraf li l-viżjoni kienet ġenwina. Alfons għalhekk, sena wara (1731), organizza l-kunvent tas-sorijiet skont ir-regola li Swor Celeste kellha fil-viżjoni, u twaqqfet il-kongregazzjoni tas-sorijiet tas-Santissimu Redentur.

Hu mar joqgħod fi Scala fejn hemm ta bidu għat-twaqqif tal-fergħa tal-irġiel tal-Kongregazjoni tas-Santissimu Redentur, imsejħin Redentoristi. Dawn huma ddedikati biex jipprietkaw missjonijiet speċjalment fi nħawi traskurati. L-ordni tar-Redentoristi kibret u fl-1743, il-Kunsill Ġenerali għażel lil Alfons bħala superjur.

Matul il-biċċa l-kbira tal-91 sena ta’ ħajtu, S. Alfons kellu vot li ma jaħlix mument żmien. Barra li pprietka kemm felaħ missjonijiet fil-kampanja u fl-irħula, iddedika ruħu għall-kitba.

Minn nofsinhar tal-lum sa nofsillejl ta’ għada tista’ tintrebaħ l-indulġenza tal-Porzjunkula bi żjara f’xi knisja parrokkjali jew f’xi knisja tal-Franġiskani. Biex wieħed jirbaħ l-indulġenza jrid jgħid il-Kredu u l-Missierna u jkun qerr u tqarben u talab għall-Papa.

Page 4: AWWISSU 2015 - signumfideimalta...- AWWISSU 2015 - NIFTAKRU LI QEGĦDIN FIL-PREŻENZA QADDISA T’ALLA. EJJEW NADURAWH Signum Fidei }ajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi Fidi SIGNUM FIDEI

4 SIGNUM FIDEI

Irrifjuta li jsir isqof ta’ Palermo, imma fl-1762 kien imġiegħel jaċċetta li jsir isqof ta’ S. Agata dei Goti ħdejn Napli.

Huwa inawgura programm maħsub biex jirriforma l-kleru, il-monasteri, u d-djoċesi kollha kemm huma, u ħabrek biex itaffi l-kundizzjonijiet tal-fqar u tal-injoranza.

Marid u batut bir-rewmatiżmu, li ħallieh ipparalizzat sakemm miet, huwa rriżenja minn isqof fl-1775 (wara li kien ilu 13-il sena) u rtira f’Nocera.

Fl-aħħar snin ta’ ħajtu, meta naqaslu ħafna d-dawl ta’ għajnejh, sofra ħafna minħabba l-ordni tiegħu. Fl-aħħar ftit snin ta’ ħajtu sofra wkoll minn dipressjoni kbira spiritwali u għadda minn dak li hu msejjaħ, il-lejl mudlam tar-ruħ. Imma mbagħad dan l-istat inbidel fi żmien ta’ paċi u dawl mis-sema, u esperjenza viżjonjiet, estasijiet u anki pprofetizza ġrajjiet li seħħew wara.

Miet Noċera fl-1 ta’ Awwissu 1787, ta’ 91 sena. Kien ikkanonizzat fl-1839 u ddikjarat duttur tal-knisja fl-1871, minn Piju IX.

Riflessjoni: Ġesù kien jaf li jiena dgħajfa wisq biex iħallini esposta għat-tentazzjoni; forsi kont inħalli lili nnifsi ninħaraq kollni kemm jien mid-dawl qarrieq kieku rajtu jlellex f’għajnejja ... Ma kienx hekk: ma ltqajtx ħlief ma’ mrar hemm fejn erwieħ iżjed b’saħħithom isibu l-ferħ u jinqatgħu minnu b’fedeltà. Mela, jien ma għandi ebda mertu talli ma ntlaqtx għall-imħabba tal-ħlejjaq, ladarba ġejt miżmuma ħielsa minnha bis-saħħa biss tal-ħniena kbira ta' Alla! ...Nagħraf li mingħajru stajt naqa' fil-baxx daqs Santa Maddalena; u l-kliem profond tal-Mulej lil Xmun “Min jinħafirlu ftit, ftit iħobb” (Lq. 7, 47) għadu jidwi f’ruħi bi ħlewwa kbira ...

Santa Tereża tal-Bambin Ġesù

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 162, silta mill-1 punt Because the purpose of the sojourn of Jesus Christ on earth was for the sanctification of all people, it also seems that the purpose the Savior had in choosing Saint John the Baptist as his prophet and precursor was to bring about the destruction of sin. In this sense the saint came to prepare the way for Jesus Christ. Because we cannot be sanctified except after sin has been destroyed through sorrow for it and through penance, that is what Saint John the Baptist did. To enable him to do this as much for himself as for others and to fulfill in this his ministry more effectively and solidly, Jesus Christ began by visiting him before his birth, while Jesus was still in his holy mother’s womb. He delivered John from original sin, something which can only be accomplished by the unaided grace of Jesus Christ, without any action by the one afflicted with this sin. Jesus Christ wanted Saint John to come into this world free from sin, so that he might be able all the more easily to destroy it in those for whose conversion he would labor.

Page 5: AWWISSU 2015 - signumfideimalta...- AWWISSU 2015 - NIFTAKRU LI QEGĦDIN FIL-PREŻENZA QADDISA T’ALLA. EJJEW NADURAWH Signum Fidei }ajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi Fidi SIGNUM FIDEI

SIGNUM FIDEI 5

TALBA ulej, fis-skiet ta’ din l-għodwa li qed titwieled, ġejt nitolbok il-PAĊI, l-GĦERF u l-QAWWA. Illum irrid inħares lejn id-dinja, b’għajnejn kollha mimlijin IMĦABBA, li nuri sentiment

ta’ paċenzja, mogħdrija u ħlewwa. Għinni nara lil hinn minn dak li jidher lil uliedek, bħalma tħares lejhom INT u b’hekk nagħraf biss dak it-tajjeb u s-sabiħ li hemm fihom. Soddli widnejja għall-qlajjiet kollha li jgħidu fuqi, żommli lsieni mill-kliem li jagħmlu ħsara lill-proxxmu tiegħi. Nebbaħni biex fil-menti tiegħi ma jgħammar l-ebda ħsieb u xewqa ħlief dak li ngħid, Ikun imbierek Alla fil-bnedmin kollha. Għinni biex inkun tant lest biex ngħin, u kuntent li dawk kollha li jiltaqgħu miegħi llum jħossu l-PREŻENZA tiegħek. Libbisni b’dik id-dehra sabiħa tiegħek Mulej, u li matul dan il-jum jien NIRRIVELAK ma’ kulħadd.

Bro. Louis

Matul Awwissu għid din it-talba ta’ filgħodu kuljum. Missierna ...

Il-Ħadd, 2 t’Awwissu It-18-il Ħadd taż-żmien ta’ matul is-sena

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Eżodu 16, 2-4.12-15 Nibgħatilkom xita ta’ ħobż mis-sema. 2. Salm77, 3.4.23-25.54 Il-Mulej tahom il-qamħ mis-sema. 3. Efesin 4, 17.20-24 Ilbsu l-bniedem il-ġdid, maħluq skont Alla. 4. Ġwanni 6, 24-35 Min jiġi għandi ma jieħdu qatt il-ġuħ, u min jemmen fija

ma jkun qatt bil-għatx.

M

Page 6: AWWISSU 2015 - signumfideimalta...- AWWISSU 2015 - NIFTAKRU LI QEGĦDIN FIL-PREŻENZA QADDISA T’ALLA. EJJEW NADURAWH Signum Fidei }ajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi Fidi SIGNUM FIDEI

6 SIGNUM FIDEI

Riflessjoni fuq il-Vanġelu:

Il-vanġelu ta’ llum hu l-bidu tad-diskors twil li Ġesù għamel lill-folla li riedet tagħmlu re, wara l-ġrajja tat-tkattir tal-ħobż. Il-Mulej mhux biss jaħrab minn dawn il-pretensjonijiet tan-nies imma wkoll jagħmel minn kollox biex jiskoraġġixxi kull entużjażmu fil-konfrtont tiegħu. Anke jekk Ġesù jirnexxilu jiġbed lejh dawk il-folol kollha, jagħmel minn kollox biex ifixkel u jmewwet l-entużjażmu tagħhom b’dak li jgħid f’Kafarnahum, u ma nistagħġbux kif ħafna mid-dixxipli jitilquh (Ġw. 6:66).

Il-miraklu tal-ħobż jirrappreżenta mument ta’ suċċess kbir għal Ġesù li jiġbed lejh il-folla “Iżda n-nies, meta raw li fuqhom la kien hemm Ġesù u lanqas id-dixxipli tiegħu, telgħu fuq id-dgħajjes u marru lejn Kafarnahum ifittxu lil Ġesù » (Ġw 6 :24). Iżda Ġesù jwarrab mill-folla għax jaf li fis-suċċess hemm moħbija tentazzjoni fina : Hu ġie fid-dinja biex jgħallem lill-bnedmin li s-salvazzjoni sseħħ bit-twettiq tar-rieda t’Alla, in-nies iridu eżattament il-kontra jiġifieri li Alla jrid iwettaq ir-rieda tal-bniedem u jaqtagħlu xewqtu. Minn dejjem hekk kien. Anke l-ewwel qari jgħidilna kif il-poplu ta’ Iżrael jinsa l-entużjażmu tal-ħruġ mill-Eġittu u waqt il-vjaġġ iebes tal-ħelsien jispiċċa jibki l-basal u l-laħam, u l-vantaġġi fqajra l-oħra tal-iskjavitu.

Għan-nies fqar ta’ żmien Ġesù, il-prospettiva li jieklu xi ħaġa kuljum kienet l-ikbar aspirazzjoni, filwaqt li għan-nies ta’ llum dawn huma iktar soffistikati, imma fil-qofol xejn ma jinbidel. Il-bnedmin ta’ kull żmien huma ttentati li lil Alla jagħmluh l-iktar mezz effikaċi biex jilħqu x-xewqat tagħhom, xi ftit bħal-lampa ta’ Aladin ; imma din hi pretensjoni bla sens u perikoluża ! Alla qatt ma jista’ jsir mezz għax Alla hu ‘l-għan ‘ Hu ir-rejalta li l-bniedem jgħix għaliha. Il-ġuħ għall-ħobż (jew għal kwalunkwe ħaġa oħra sal-aqwa ħaġa, il-ferħ) ma jista’ jixxabba b’xejn , anzi minn ħadd jekk mhux minn Alla u għalhekk Ġesù sar għalina ħajja,storja, bniedem, ħobż : "Jiena hu l-ħobż tal-ħajja. Min jiġi għandi ma jieħdu qatt il-ġuħ, u min jemmen fija ma jkun qatt bil-għatx’ (Ġw 6 :35).

Lin-nies miġbura quddiemu u lilna ; irid ifiehemna żewġ veritajiet : l-ewwel li kontra kull ħsieb komuni, l-ferħ mhux qiegħed f’li tagħmel dak li tixtieq, imma fit-twettiq umli u fidil tar-rieda t’Alla. Ġesù fil-MIssierna jgħallimna nitolbu ‘Ikun li trid Int’ u mhux li rridu aħna, għax jaf li fil-fond ta’ qalbna, anke aħna bħal omm ulied Żebedew ma nafux sew x’nixtiequ : fortunatament hemm xi ħadd li jaf, u jixtiqulna bis-saħħa tiegħu kollha.

It-tieni, bit-tkattir tal-ħobż, Ġesù jurina li jieħu b’ħafna serjeta il-problemi konkreti tagħna, tant li fl-aħħar Hu se jiġġudikana propju fuq li nitimgħu lil min hu bil-ġuħ, u nisqu lil min hu bil-għatx (Mt 25 :31), biex jgħidilna li l-fidi hi rejalta konkreta ħafna, prattika, vitali. Imma fl-istess ħin Ġesù jistedinna ninterpretaw il-ġuħ tagħna bħala sejħa għal xi ħaġa – anzi għal xi ħadd – li jmur lil’ hinn mill-affarijiet konkreti u Hu kapaċi jxebbalna l-aptiti kollha tal-bniedem. Dan ix-xi ħadd ma jista’ jkun ħadd iktar ħliefu, - il-Mulej.

Minn La Realta` e` Cristo – Don Davide Rota

Page 7: AWWISSU 2015 - signumfideimalta...- AWWISSU 2015 - NIFTAKRU LI QEGĦDIN FIL-PREŻENZA QADDISA T’ALLA. EJJEW NADURAWH Signum Fidei }ajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi Fidi SIGNUM FIDEI

SIGNUM FIDEI 7

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 48, it-2 punt

Jesus Christ told the Jews that he was the true bread come down from heaven. He added that this bread gives life to the world. He says even more that whoever eats this bread will never be hungry. How fortunate we are to be able to satisfy our hunger with such bread as often as we wish! This is the bread that nourishes you so well that you find in it all the spiritual sustenance and vigor you need. This is why the Fathers of the Church say that this is the supersubstantial bread spoken of in the Lord’s prayer according to Saint Matthew. For nothing is better able to sustain our soul and to give it such surpassing strength to walk vigorously in the path of virtue. The bread that Elias ate before reaching the summit of Mount Horeb, which alone sufficed to strengthen him for his journey of forty days, is also regarded as a figure of the sacred bread of the Eucharist. Eat this divine bread, then, gladly, with love, and as often as you can. If you learn how to find in it all the encouragement it contains, it will give your soul a truly heavenly life here on earth.

TALBA

Ġesù nagħtik kull qima, int vittma u kbir qassis;

il-ġisem u d-demm tiegħek, saru ikel wisq għażiż.

O Sagrament Imqaddes, O Sagrament Divin;

kull radd ta’ ħajr, foħrija, minn qalbi ntik kull ħin.

Missierna …

Nitolbu għal Bro. Francis Muscat (1987) Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem....

Page 8: AWWISSU 2015 - signumfideimalta...- AWWISSU 2015 - NIFTAKRU LI QEGĦDIN FIL-PREŻENZA QADDISA T’ALLA. EJJEW NADURAWH Signum Fidei }ajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi Fidi SIGNUM FIDEI

8 SIGNUM FIDEI

It-Tnejn, 3 t’Awwissu Santa Lidja

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Numri 11: 4b-15 Ma niflaħx jien waħdi l-piż ta’ dan il-poplu kollu. 2. Salm 80:12-17 Għannu bil-ferħ lil Alla, qawwa tagħna. 3. Mattew 14: 13-21 Refa’ għajnejh lejn is-sema, bierek, qasam il-ħobżiet u tahom lid-dixxipli, u d-dixxipli newluhom lin-nies. SANTA LIDJA (l-1 seklu) Din il-qaddisa tissemma fil-ktieb tal-Atti tal-Appostli (Kap. 16, v. 14-15). Kienet

minn Tijatira, post fil-provinċja Rumana tal-Asja, imsemmi ħafna għaż-żebgħa tad-drapp bil-porpra (lewn aħmar). Kienet tgħix fil-belt ta’ Filippi tinnegozja f’dan id-drapp meta San Pawl wasal l-ewwel darba f’din il-belt għall-ħabta tas-sena 55.

L-Atti jgħidulna li Lidja “kienet tqim lil Alla”, espressjoni li tfisser konvertita għar-reliġjon Lhudija. Darba, f’jum is-Sibt, San Pawl mar jipprietka f’dar fejn kienu jiltaqgħu jitolbu. “Lidja kienet tisma’, il-Mulej fetħilha moħħha biex tixrob kull ma kien jgħid Pawlu. U tgħammdet hi u darha.”

Hekk kienet l-ewwel mara li saret nisranija fl-Ewropa. Jidher li Lidja kienet mara għanja, u għalhekk talbet, anzi nsistiet biex Pawlu u sħabu Silas u Luqa jidħlu joqogħdu għandha tul il-waqfa tagħhom fil-Filippi.

Fil-Filippi, lil Pawlu u ’l Silas, wara li ċarrtulhom ilbieshom u sawtuhom bl-oħtra (bsaten), tefgħuhom il-ħabs, mnejn ġew meħlusin minħabba li kienu ċittadini Rumani, bil-patt li jitilqu minn hemm.

Qabel telaq minn Filippi, Pawlu mar mill-ġdid għand Lidja jsellem lill-insara tal-post u jħeġġiġhom iżommu sħiħ fil-fidi. (Atti 16, 11).

Barra minn dan it-tagħrif li nsibu fil-ktieb tal-Atti tal-Appostli dwar Santa Lidja, ma nafu xejn aktar fuqha. Hi patruna ta’ dawk li jiżbgħu d-drappijiet.

Riflessjoni: L-ebda ħajja mingħajr is-salib tagħha. L-ebda persuna fid-dinja mhi eżentata li ġġorr xi salib. It-tbatija tas-salib:

tnaddaf, issaffi, iġġedded, tgħinna nagħdru u tipperswadina li m’hemmx ħajja mingħajr xi salib, iddaħħalna fina nfusna.

Trid tkun taf xi jfisser salib? Imxi ma’ Ġesù miċ-ċenaklu sal-Kalvarju ftit kuljum, għal kwarta kuljum, aqsam miegħu u itlob miegħu, issallab miegħu u ndifen miegħu.

Bro. Louis

Page 9: AWWISSU 2015 - signumfideimalta...- AWWISSU 2015 - NIFTAKRU LI QEGĦDIN FIL-PREŻENZA QADDISA T’ALLA. EJJEW NADURAWH Signum Fidei }ajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi Fidi SIGNUM FIDEI

SIGNUM FIDEI 9

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 20, silta mill-1 punt

On this occasion in today’s Gospel, Jesus Christ did not hesitate to speak to his disciples to tell them to provide for the needs of the people, even though they were not able to do so. At the same time, he made use of them to distribute the bread that he had multiplied to feed everyone. This is how God wants you always to turn to those who guide you, represented in this Gospel by the Apostles, even though at times and in certain difficulties, doing this may seem to you quite useless. God wishes you always to use, insofar as you are able, the ordinary means that he provides for your guidance, even if this is without any success.

TALBA

Għinni Mulej inwarrab minn quddiemi

dak kollu li mhux qed iħallili ħin biex ninġabar fis-skiet

u niltaqa' miegħek. Missierna …

It-Tlieta, 4 t’Awwissu San Ġwann Marija Vianney - presbiteru

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Numri 12: 1-13 Mosè hu l-bniedem li fdajtlu dari. Kif, mela, ma bżajtux titkellmu kontra tiegħu? 2. Salm 50: 3-7.12-13 Mulej, ħassar ħtijietna għaliex dnibna. 3. Mattew 14: 22-36 Ordnali niġi ħdejk fuq l-ilma.

Page 10: AWWISSU 2015 - signumfideimalta...- AWWISSU 2015 - NIFTAKRU LI QEGĦDIN FIL-PREŻENZA QADDISA T’ALLA. EJJEW NADURAWH Signum Fidei }ajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi Fidi SIGNUM FIDEI

10 SIGNUM FIDEI

SAN ĠWANN M. VIANNEY (1786-1859) - saċerdot Ġwann Marija kien ir-raba’ fost sitt ulied ta’ familja ta’ bdiewa, f’Dardilly, fi

Franza. Kien jirgħa l-merħla ta’ missieru u attenda ftit xhur biss skola fi tfulitu. Ta’ 18-il sena beda jieħu lezzjonijiet privati għand kappillan ta’ parroċċa qrib, biex jidħol is-Seminarju.

Billi ma kienx jaf bil-Latin biżżejjed, ma tħalliex ikompli l-kors fis-Seminarju Maġġuri, iżda s-surmast antik tiegħu tah kors privat fit-teoloġija b’manwal bil-Franċiż. Ta’ 23 sena (1809) kien maqbud suldat bil-lieva, imma ħarab.

Seta’ jmur lura d-dar meta Napuljun ta amnestija lil dawk kollha li ħarbu fl-1810. Is-sena ta’ wara rċieva t-tonsura u mar is-Seminarju fi Lyons fl-1813. Minkejja bosta diffikultajiet, huwa ġie ordnat saċerdot ta’ 29 sena u f’inqas minn tliet snin intbagħat f’Ars, raħal b’230 ruħ xi 40km fit-tramuntana ta’ Lyons.

Is-superjuri tiegħu billi kienu jafu kemm moħħu ma jtihx, bagħtuh f’Ars għax qalu li hemm żgur ma setax jagħmel ħsara.

F’dan il-post, il-knisja kienu jmorru xi ftit nisa xjuħ, in-nies kienu jaħdmu nhar ta’ Ħadd, jiskru u jħobbu jiżfnu. Wara għaxar snin, dan ir-raħal inbidel, saru konverżjonijiet u fejqan tal-għaġeb. Il-kurat kien iħabbar il-ġejjieni u jaqra l-qlub tan-nies.

Huwa kien jitlob, isum u jqarar ħafna – kien jgħaddi minn 16 sa 18-il siegħa fil-konfessjonarju. Qaddisin u midinbin kienu jmorru għandu għall-pariri. Kien jorqod biss xi tlieta jew erba’ sigħat. Kienu jiġu għall-pariri tiegħu bosta u bosta nies minn kull naħa ta’ Franza, tant li l-gvern kellu jwassal il-linji tal-ferrovija sa hemm.

Minkejja li kien miżmum b’qaddis minn ħafna, kien hemm oħrajn li kienu jippruvaw iwaqqgħuh għaċ-ċajt minħabba n-nuqqas ta’ għerf tiegħu. Għal 30 sena kien ukoll immolestat spiss minn attakki tax-xitan li żgur ma kienx jaħmel jara dawk il-konverżjonijiet kollha jsiru f’riġlejn il-qaddis.

Kien miġbud ħafna għall-ħajja iebsa tal-Kartużjani, u tliet darbiet ittanta jaħrab mill-parroċċa biex imur magħhom. Irrifjuta l-unuri kollha li riedu jagħtuh fl-aħħar snin ta’ ħajtu.

Meta ġabulu l-vjatku qal: “Kemm hija ħaġa ta’ niket li titqarben għall-aħħar darba!” San Ġwann M. Vianney miet fl-4 ta’ Awwissu 1859, ta’ 73 sena. Piju XI fl-1925 ddikjarah qaddis, u erba’ snin wara ħatru patrun tal-kappillani.

Riflessjoni: Kien jgħid il-kurat ta' Ars: "M'hemmx għalfejn nitkellmu ħafna biex nitolbu tajjeb. Aħna nafu li Alla qiegħed hemm; ejjew mela niftħu qalbna miegħu. Ejjew nieħdu pjaċir fil-preżenza tiegħu. Din hi l-aħjar talba." Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 57, silta mit-2 punt

Saint Peter had not succeeded in his work when he acted on his own, but as soon as Jesus Christ commanded him to throw the net and pointed out the place he ought to throw it, Peter showed such great submission to what the Savior had just

Page 11: AWWISSU 2015 - signumfideimalta...- AWWISSU 2015 - NIFTAKRU LI QEGĦDIN FIL-PREŻENZA QADDISA T’ALLA. EJJEW NADURAWH Signum Fidei }ajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi Fidi SIGNUM FIDEI

SIGNUM FIDEI 11

told him that he and his companions caught such a great quantity of fish that the net was about to tear. There you see the result of obedience. It draws down God’s blessing so well on what we do that by this means we obtain what- ever we desire; we acquire great facility for doing good and touching hearts when we have the happiness of working for the salvation of souls and do so through simple obedience.

TALBA

Mulej, sid tagħna, kemm hu kbir ismek fl-art kollha!

Int qgħedt is-sebħ tiegħek ’il fuq mis-smewwiet. Int, li s-sebħ tiegħek jgħannuh fomm it-tfal u t-trabi tal-ħalib.

Int, li bnejt sur kontra l-għedewwa biex iġġib fix-xejn l-għadu.

Inħares lejn is-smewwiet, għemil subgħajk, il-qamar u l-kwiekeb li inti qgħedt fihom!

X’inhu l-bniedem biex tiftakar fih, Bin il-bniedem, biex taħseb fih?

Ftit inqas mill-allat għamiltu, bis-sebħ u l-ġmiel żejjintu,

qgħedtu fuq l-għemejjel kollha ta’ jdejk! Kollox taħt riġlejh qgħedtlu,

in-nagħaġ u l-baqar kollha, sal-bhejjem tax-xagħri; l-għasafar tal-ajru u l-ħut tal-baħar,

dak kollu li jterraq fil-baħar. Mulej sid tagħna,

kemm hu kbir ismek fl-art kollha! Salm 8

Missierna …

Page 12: AWWISSU 2015 - signumfideimalta...- AWWISSU 2015 - NIFTAKRU LI QEGĦDIN FIL-PREŻENZA QADDISA T’ALLA. EJJEW NADURAWH Signum Fidei }ajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi Fidi SIGNUM FIDEI

12 SIGNUM FIDEI

L-Erbgħa, 5 t’Awwissu Id-dedikazzjoni tal-Bażilka ta’ S. Marija Maggiore f’Ruma.

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Numri 13: 1-3a.25 – 14, 1.26-29.34-35 Huma maqdru l-art li tgħaxxaq. 2. Salm 105: 6-7a.13-14.21-22.23 Ftakar fija, Mulej, fi mħabbtek għall-poplu tiegħek. 3. Mattew 15: 21-28 Mara, il-fidi tiegħek kbira! Id-Dedikazzjoni tal-Bażilka ta’ Santa Marija Maggiore f’Ruma. Il-festa tal-lum bdieha Sistu III (432-440) u għall-ewwel kienet waħda lokali,

sakemm fl-1586 iddaħħlet fil-Kalendarju Ruman. Hemm leġġenda qadima popolari li tgħid li fi żmien il-Papa Liberju fis-seklu 4

il- Madonna dehret lil wieħed patrizju (nobbli) jismu Ġwanni u talbitu li tinbena knisja ddedikata lilha fuq il-post li kellha turih permezz ta’ nżul ta’ silġ fi żmien mhux soltu għax fis-sajf, bejn il-lejl tal-5 u s-6 ta’ Awwissu.

Minn hawn ġej li l-festa tal-lum popolarment tissejjaħ ukoll il-Madonna tas-Silġ.

Sa mis-seklu 7 din il-knisja bdiet tissejjaħ Sancta Maria ad Praesepe billi jingħad li fiha kien hemm il-maxtura li fiha twieled Ġesù f’Betlem.

Il-Konċilju ta’ Efesu fis-sena 431 wettaq it-tagħlim li Marija hi tabilħaqq Omm Alla (Theotokos). Biex ifakkar din l-okkażjoni, il-Papa Sistu III xi erba’ snin wara (madwar is-sena 435) rrestawra l-bażilka Liberjana antika u ddedikaha lil Marija Omm Alla.

Il-bażilka ta’ Santa Maria Maggiore f’Ruma hi hija l-akbar knisja fid-dinja ddedikata lil Marija Santissma. Hija wkoll waħda mill-erba’ knejjes patrijarkali li fihom il-Papa jmur jiċċelebra f’xi okkażjonijiet speċjali, u li fihom hemm altar, riservat għalih biss.

It-tliet bażiliċi l-oħra huma San Pietro fil-Vatikan, San Ġwann Lateran u San Paolo Fuori le Mura.

Riflessjoni: Ċertu persuna, Lew Kraft, kien imur minn ħanut għall-ieħor, biż-żiemel tiegħu jismu Paddy, jbiegħ il-ġobon. Minkejja il-ħin twil u x-xogħol iebes, il-bejgħ kien baxx, baxx ħafna. Ġurnata fost l-oħrajn, ħabib tiegħu qallu kif iħossha: “Lew, ammetti li int fallut”. Imma Lew baqa’ jdur il-ħwienet u jkellem liż-żiemel tiegħu Paddy dwar il-ħolma tiegħu. Illum il-kumpanija milljunarja tal-Kraft hi tifkira ta’ dan ir-raġel li ma riedx jaċċetta l- le bħala tweġiba.

Page 13: AWWISSU 2015 - signumfideimalta...- AWWISSU 2015 - NIFTAKRU LI QEGĦDIN FIL-PREŻENZA QADDISA T’ALLA. EJJEW NADURAWH Signum Fidei }ajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi Fidi SIGNUM FIDEI

SIGNUM FIDEI 13

X’hemm fil-ħajja tiegħi li qiegħda tiddiskuraġġini? X’nista’ nagħmel fuqha? Meta kollox jisfa’ fix-xejn, il-ħaġa li tista’ tagħmel hi li terġa’ tipprova!

Mark Link S.J.

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 151, l-1 punt We are not in a position to offer temporal gifts to the Most Blessed Virgin, for we have renounced the world and left all to consecrate ourselves to the service of God. All she asks of us, the reason why the Church seems to have instituted this feast today to honor the holy Mother of God, is to encourage us to have a very special devotion to her and to procure it for those whose guidance God has entrusted to us. The Church calls your attention to the great grace she gave on this day to these two people who were so eager to promote her honor, which was that she willed that they be remembered in the Church and that what they did to honor her, and what she did in their favor, be proclaimed until the end of time by all the faithful. Let us be convinced that everything we do to honor the Most Blessed Virgin or to cause her to be honored will be very richly rewarded by God through her. Let us always acknowledge her as our good Mother, for Jesus Christ gave her as such to all those who would be devoted to her. He did this in the person of Saint John, when, at the point of death, he said to him, My Son, behold your Mother.

TALBA

Sliem għalik, kewkba tal-baħar, omm qaddisa u kbira t’Alla, dejjem verġni bla mittiefsa,

bieb il-hena u ferħ tas-sema. Uri li tassew int ommna,

wassal talbna quddiem Alla, li fi ħnientu twieled minnek biex

isir għalina bniedem. Mill-Innu tal-Għasar

Missierna …

Page 14: AWWISSU 2015 - signumfideimalta...- AWWISSU 2015 - NIFTAKRU LI QEGĦDIN FIL-PREŻENZA QADDISA T’ALLA. EJJEW NADURAWH Signum Fidei }ajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi Fidi SIGNUM FIDEI

14 SIGNUM FIDEI

Il-Ħamis, 6 t’Awwissu It-Trasfigurazzjoni tal-Mulej

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Danjel 7, 9-10.13-14 Ilbiesu abjad silġ. jew

2. Pietru 1, 16-19 Smajna dan il-leħen ġej mis-sema.

3. Salm 96, 1-2.5-6.9 Il-Mulej isaltan, hu ’l fuq mill-art kollha.

4. Mark 9, 2-10 Dan hu ibni: isimgħu lilu.

FESTA TAT-TRASFIGURAZZJONI TAL-MULEJ Meta Ġesù kien fil-Galilija, xi sena qabel ma ġarrab il-passjoni, huwa wera l-

glorja tiegħu lit-tliet appostli maħbubin tiegħu, Pietru u ż-żewġ aħwa Ġwanni u Ġakbu. Tradizzjoni qadima tgħid li din it-trasfigurazzjoni seħħet fuq il-muntanja Tabor.

Ir-rakkont jagħtuhulna l-ewwel tliet evanġelji, Mattew, Mark u Luqa. Huma jgħidulna kif il-wiċċ ta’ Ġesù sar jiddi bħax-xemx u lbiesu bojod bħas-silġ. Dehru wkoll miegħu Mosè u Elija li tkellmu miegħu fuq dak li kellu jġarrab f’Ġerusalemm. Għal dehra bħal din l-appostli baqgħu mistagħġbin u Pietru qal lil Ġesù: “Kemm hu tajjeb għalina li qegħdin hawn!” u ppropona li jibnu tliet tined, waħda għal Ġesù, u l-oħrajn għal Mosè u Elija. Imma, waqt li kien jitkellem, sħaba kollha dija għattiethom, u minnha nstema’ leħen: “Dan hu Ibni l-maħbub li fih insib l-għaxqa tiegħi. Lilu isimgħu.”

L-appostli waqgħu wiċċhom fl-art bil-biża’, imma Ġesù messhom u qalilhom biex iqumu. Meta qamu d-dehra kienet intemmet, u Ġesù reġa’ deher kif kien jidher qabel. It-trasfigurazzjoni setgħet ġrat f’xi wieħed mill-iljieli li Ġesù għadda fit-talb.

Din kienet dehra minn qabel tal-qawmien mill-mewt ta’ Ġesù u l-Vanġeli jgħaqqdu ż-żewġ ġrajjiet meta jgħidulna li Mosè u Elija tkellmu ma’ Ġesù fuq il-passjoni tiegħu u li d-dixxipli kienu ordnati minn Ġesù biex ma jgħidu xejn minn dak li raw ħlief wara l-qawmien mill-mewt tiegħu. Ix-xena żgur għenet lill-appostli biex jaċċettaw lil Ġesù bħala l-mibgħut tal-Missier minkejja li aktar tard jarawh umiljat u msallab.

Il-festa tat-trasfigurazzjoni ilha tiġi ċċelebrata b’solennità kbira fil-Lvant sa mis-seklu sitta. Kienet iċċelebrata wkoll f’xi nħawi fil-Punent fil-medjuevu, sakemm ġiet estiża għall-knisja kollha fl-1457 minn Kallistu III biex tfakkar ir-rebħa tal-insara fuq it-Torok f’Belgrade s-sena ta’ qabel.

F’Malta l-parroċċa ta’ Ħal Lija hi ddedikata lit-trasfigurazzjoni li fostna nsejħulha l-festa tas-Salvatur.

Page 15: AWWISSU 2015 - signumfideimalta...- AWWISSU 2015 - NIFTAKRU LI QEGĦDIN FIL-PREŻENZA QADDISA T’ALLA. EJJEW NADURAWH Signum Fidei }ajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi Fidi SIGNUM FIDEI

SIGNUM FIDEI 15

Riflessjoni: “Araw il-qaddej tiegħi, li jien inwieżen, il-maħtur tiegħi li fih qalbi strieħet! Li qgħedt l-Ispirtu tiegħi fuqu, biex iġib il-ġustizzja lill-ġnus. Ma jgħajjatx, ma jgħollix leħnu, ma jsemmax leħnu fil-pjazez. Qasba mġellġa ma jiksirhiex, musbieħ inemnem ma jitfihx. Iġib il-ġustizzja fis-sewwa.” Isaija 42: 1-3 Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 152, it-2 punt Although the purpose that the Son of God set before himself on coming into this world was to suffer for us, he willed to show for a short time, as it were in passing, some rays of his glory to three of his Apostles. With this in view, he led them to a solitary place on a high mountain. There he first gave himself to prayer and, while praying, was transfigured in their presence. His face became as bright as the sun, his garments all shining with light and as white as snow. Saint Peter, who was present at this mystery, when giving testimony to what he had seen, says, We ourselves were witnesses of the majesty of Jesus Christ, for he received from God the Father a testimonial to his honor and glory when we were together with him on the holy mountain. Moses and Elias also were there and joined with him to do him homage. Because Jesus Christ always possessed this glory within himself, when he was transfigured, the change that appeared in him was only external. It is not the same with us. The change that must take place in us is interior; we must be entirely transformed by the light and the fulness of grace and by the possession of the Spirit of God. If there were to follow, later on, some change in our exterior, this would come about only as an overflowing of the happiness that we enjoy in the depths of our soul, because we will then be taken up with God alone and with what we must do for love of him.

TALBA

Glorja lill-Missier, u lill-Iben u lill-Ispirtu s-Santu, kif kien fil-bidu, issa u dejjem u jibqa għal dejjem ta’ dejjem.

Ammen.

Missierna ...

Page 16: AWWISSU 2015 - signumfideimalta...- AWWISSU 2015 - NIFTAKRU LI QEGĦDIN FIL-PREŻENZA QADDISA T’ALLA. EJJEW NADURAWH Signum Fidei }ajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi Fidi SIGNUM FIDEI

16 SIGNUM FIDEI

It-Tlieta, 7 t’Awwissu San Sistu II - Papa u sħabu - martri

San Gejtanu - presbiteru San Albertu ta’ Trapani - presbiteru

Beatu Agatanġlu u Beatu Kassjan - presbiteri martri

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Dewteronomju 4: 32-40 Ħabb lil missirijietek, għażel lil nisilhom warajhom. 2. Salm 76 :12-16,21 Niftakar f’għemilek, Mulej. 3. Mattew 16: 24-28 Xi prezz se jagħti l-bniedem biex isalva ħajtu?

SAN GEJTANU TA’ THIENE (1480-1547) - saċerdot Dan il-qaddis twieled f’Viċenza u kien iben il-konti Venezjan Kaspar ta’ Thiene

u Marija di Porto. Ta’ sentejn tilef lil missieru waqt il-ġlieda tal-Venezjani kontra r-re Ferdinandu ta’ Napli. Rabbietu f’għożża kbira ommu. Studja fl-università ta’ Padova u ħa d-dottorat fil-liġi ċivili u kanonika.

Sar senatur f’Viċenza u fl-1506 mar Ruma, serva fl-amministrazzjoni taħt il-Papa Ġulju II bħala protonotarju. F’Ruma huwa reġa’ ta l-ħajja lill-konfraternità tal-Imħabba Divina, magħmula minn qassisin devoti.

Mal-mewt ta’ Ġulju II fl-1513, irriżenja minn Protonotarju u beda jaħseb bis-serjetà fuq il-ħajja spiritwali. Huwa sar qassis fl-1516 ta’ 36 sena, u rritorna f’Viċenza. Hemmhekk ingħaqad mal-Oratorju ta’ San Ġlormu, ħadem mal-fqar u l-morda, speċjalment l-inkurabbli, u waqqaf oratorju simili f’Verona.

Fl-1520 mar Venezja, fejn kompla l-ħidma tiegħu ma’ persuni fil-bżonn. Mar mill-ġdid Ruma fl-1523 u ma’ tliet qassisin oħra, fosthom Ġwann Pietru Caraffa (li aktar tard sar Papa Pawlu IV) beda l-Kjeriċi Regolari Teatini, li kienu jwettqu l-ministeru iżda kienu marbutin bil-voti reliġjużi solenni u ddedikati għal grad għoli ta’ axxetiżmu u ministeru pastorali.

Huma kienu jirrifjutaw benefiċċji u bla ma jittallbu, kienu jiddependu fuq id-donazzjonijiet volontarji li l-providenza t’Alla kienet tibgħat. Il-motto fuq l-arma tagħhom kien: “Fittxu l-ewwel is-saltna t’Alla.” Fost il-prattiċi piji li tradizzjonalment ġew imxerrda mill-Kjeriċi Regolari nsibu l-“att erojku” li bih wieħed iċedi mhux biss il-valur satisfatorju tal-opri tajba li jwettaq f’ħajtu iżda wkoll is-suffraġji, favur l-erwieħ tal-Purgatorju.

San Gejtanu, flimkien mal-Beatu Ġwanni Marinoni, waqqaf il-montes pietatis biex jgħin fis-self għall-foqra u jikkumbatti l-użura .

Miet f’Napli fis-7 ta’ Awwissu 1547 u kien ikkanonizzat fl-1671. Gejtanu kien wieħed mir-riformaturi kbar kattoliċi u ħafna mir-riformi li wettaq il-Konċilju ta’ Trentu kienu antiċipati minn San Gejtanu u mqegħdin fil-prattika minnu ħafna qabel ma tlaqqa’ l-konċilju.

Page 17: AWWISSU 2015 - signumfideimalta...- AWWISSU 2015 - NIFTAKRU LI QEGĦDIN FIL-PREŻENZA QADDISA T’ALLA. EJJEW NADURAWH Signum Fidei }ajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi Fidi SIGNUM FIDEI

SIGNUM FIDEI 17

Waħda miż-żewġ parroċċi tal-Ħamrun hija ddedikata lill-“Qaddis tal-Providenza”, San Gejtanu Thiene.

Riflessjoni: Tajjeb li nħarsu lejn il-mera u nistaqsu lilna nfusna “Wiċċi qiegħed jixhed l-esperjenza tiegħi ta’ Alla?” Jekk aħna verament insara, jeħtieġ li wiċċna jixhed il-ferħ u l-paċi li jagħtina Ġesù, b’tali mod li persuni oħra jintebħu li għandna f’qalbna xi ħaġa li mhix ġejja minna stess imma li rċevejna minn xi ħadd ferm akbar minna. Stephen Zammit, Ftit Dawl għal matul it-Triq

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 153, l-1 punt What Holy Scripture tells us about the ancient Patriarchs can also be said of Saint Cajetan, namely, that his days were full and that he died full of days,for as soon as he had received Holy Orders, he devoted himself to procure the salvation of souls in such a way that the day and the night did not seem enough for him to do his work, so ardent and so all embracing was his zeal for his neighbor. He spent all day administering the sacraments, visiting and encouraging the sick, and in other acts of piety; then he spent nearly all night in penance, study, and prayer. In this way what he did at night helped him to prepare for what he had to do during the day. Because you are obliged to work for the salvation of your neighbor, bring to the exercise of your work the same preparation that Saint Cajetan brought in order to fulfill well his ministry. Therefore, study your catechism, read good books, pray fervently, and in accord with the spirit of your Institute, mortify your mind and your senses. You must learn the truths of religion thoroughly by study, for ignorance in you would be criminal, because it would cause ignorance in those who are entrusted to you. Prayer and mortification are needed for you to draw down the graces of God on you and on those whom you instruct.

TALBA Ħa jfaħħru dawn kollha isem il-Mulej:

għax hu kkmanda, u huma nħolqu; hu waqqafhom għal dejjem ta’ dejjem;

tahom ordni li qatt ma tgħaddi. Faħħru ’l-Mulej minn fuq l-art,

mostri tal-baħar u abbissi kollha. In-nar u s-silġ, il-borra u ċ-ċpar,

l-irwiefen, li jisimgħu kelmtu, il-muntanji u l-għoljiet kollha,

is-siġar tal-frott u ċ-ċedri kollha, il-bhejjem selvaġġi u l-annimali kollha,

il-bhejjem li jitkaxkru u l-għasafar li jtiru. Salm 148: 5-10

Missierna …

Page 18: AWWISSU 2015 - signumfideimalta...- AWWISSU 2015 - NIFTAKRU LI QEGĦDIN FIL-PREŻENZA QADDISA T’ALLA. EJJEW NADURAWH Signum Fidei }ajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi Fidi SIGNUM FIDEI

18 SIGNUM FIDEI

Is-Sibt, 8 t’Awwissu San Duminku - presbiteru

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Dewteronomju 6: 4-13 Ħobb lill-Mulej, Alla tiegħek, b’qalbek kollha. 2. Salm 17 : 2-4,47,51ab Inħobbok, Mulej, qawwa tiegħi! 3. Mattew 17: 14-20 Kieku għandkom il-fidi ma jkun hemm xejn għalikom li ma jistax isir. SAN DUMINKU (1170-1221) - presbiteru San Duminku twieled f’Calaruega, f’Kastilja, Spanja, fl-1170. Meta kellu 14-il

sena daħal l-Università ta’ Palencia biex jistudja l-filosofija u t-teoloġija. Waqt li kien għadu student sar kanonku tal-katidral ta’ Osma. Wara l-ordinazzjoni tiegħu fl-1195, mar jgħix mal-kanonċi skont ir-Regola ta’ S. Wistin. Fl-1201, sar il-pirjol tal-kapitlu.

Fl-1204, kien mal-isqof tiegħu qed jivjaġġa fi Franza, u ra l-ħsara li kienu qed jagħmlu l-Albiġiżi (minn Alby, Franza) li fost tagħlim eretiku ieħor kienu jsostnu li l-ispiritwali huwa tajjeb u l-materjali huwa ħażin u li Ġesù ma twelidx tassew minn Marija. F’Languedoc, iltaqa’ ma’ wieħed Albiġiż u għadda l-lejl kollu jiddiskuti miegħu sakemm ikkonvinċieh u rah jerġa’ jħaddan it-twemmin Kattoliku.

Minn din il-laqgħa, San Duminku ra ċar li l-missjoni tiegħu kienet li jipprietka l-vanġelu u jikkumbatti l-ereżija tal-Albiġiżi. Għalhekk ġabar madwaru grupp ta’ għalliema biex jgħinuh iwettaq il-ħsieb tiegħu, u b’xi nisa minnhom waqqaf il-kunvent ta’ Prouille fl-1206. Huwa baqa’ f’Languedoc għal kważi għaxar snin jipprietka bla serħan.

Fl-1214 mar Toulouse u sena wara ħa sehem fir-raba’ Konċilju Lateran, f’Ruma.

Meta reġa’ lura f’Toulouse waqqaf l-ordni tal-Predikaturi jew kif saru magħrufin “tad-Dumnikani”, fil-25 ta’ April 1215. L-għan prinċipali tal-ordni kien li l-membri tiegħu jgħaqqdu l-għerf mal-qdusija u s-sempliċità tal-ħajja u jippritkaw il-vanġelu ħalli jikkumbattu l-ereżija tal-Albiġiżi. Il-Papa Onorju III approva l-ordni f’Diċembru 1216.

F’qasir żmien l-ordni nxteret fi Spanja, Franza, l-Ingilterra, l-Italja u f’pajjiżi oħra. Fl-1220, il-Papa Onorju III, ħatar lil San Duminku bħala s-superjur ġenerali tal-ordni. F’dik l-istess sena, San Duminku sejjaħ l-ewwel Kapitlu Ġenerali f’Bolonja.

San Duminku kien ikun spiss ħsiebu f’Alla, jekk ma kienx jitkellem fuq Alla bil-prietki tiegħu, kien jitkellem ma’ Alla fit-talb. Ma kienx jgħaddi mument bla ma jaħseb f’Alla.

Page 19: AWWISSU 2015 - signumfideimalta...- AWWISSU 2015 - NIFTAKRU LI QEGĦDIN FIL-PREŻENZA QADDISA T’ALLA. EJJEW NADURAWH Signum Fidei }ajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi Fidi SIGNUM FIDEI

SIGNUM FIDEI 19

F’Bolonja marad u wara xi tliet ġimgħat miet, fis-6 ta’ Awwissu 1221. Il-Papa Girgor IX pproklamah qaddis fl-1234.

Huwa għamel ir-rużarju devozzjoni mill-iktar popolari speċjalment biex jikkumbatti l-ereżija tal-Albiġiżi.

Riflessjoni: Il-Beatu Jordan ta’ Saxony kiteb hekk fuq S. Duminku: “Xejn ma kien ifixkel l-ekwanimità tiegħu, il-paċi u s-serenità tar-ruħ, jekk mhux is-simpatija lejn il-batuti. Wiċċu kien jirriffletti l-vera ferħ li kien iħoss. Duminku kien ħabib u ferrieħi. Kont tara fih dik il-paċi ġenwina tar-ruħ.”

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med.150, l-1 punt

In his youth Saint Dominic attained such great perfection that his bishop, desiring to reform his cathedral chapter and to make it more faithful to its regulations, named him a canon and, later, an archdeacon. In these two positions, he led a very exemplary life and gave proof of extraordinary fervor. One of his main virtues was his compassion for his neighbor, especially for the poor. This virtue led him to do penance for the sins of others as well as for his own. It likewise led him to sell all his property to assist the poor, and when he was unable to assist them any further, he wept with compassion. Seeing a woman who was in great sorrow because her son had been captured by the Moors, he offered himself to her to be sold or exchanged for her son. You know that you are responsible for the instruction of the poor. Imitate the tenderness of this saint toward them, and overcome nature when it suggests that you ought to have more consideration for the wealthy. Jesus Christ will look at the good you do to the poor as done to him.

TALBA Mulej, Alla tagħna u re tagħna,

il-kobor tiegħek narawh mad-dinja kollha.

Meta nagħti ħarsa lejn is-smewwiet

li l-id tiegħek għamlet, u nara l-qamar u l-kwiekeb

li int qassamt fis-sema, jien nagħraf kemm jiena ... jien,

żgħir f’dan il-ħolqien tiegħek. Ammen.

Missierna ...

Page 20: AWWISSU 2015 - signumfideimalta...- AWWISSU 2015 - NIFTAKRU LI QEGĦDIN FIL-PREŻENZA QADDISA T’ALLA. EJJEW NADURAWH Signum Fidei }ajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi Fidi SIGNUM FIDEI

20 SIGNUM FIDEI

Il-Ħadd, 9 t’Awwissu Id-19-il Ħadd taż-żmien ta’ matul is-sena

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. 1 Slaten 19, 4-8 Bis-saħħa ta’ dan l-ikel baqa’ miexi sa ma wasal fil-

muntanja tal-Mulej. 2. Salm 33, 2-9 Ippruvaw u taraw kemm hu tajjeb il-Mulej. 3. Efesin 4, 30 – 5,2 Imxu bl-imħabba, bħal Kristu. 4. Ġwanni 6, 41-51 Jien hu l-ħobż tal-ħajja, li niżel mis-sema.

Riflessjoni fuq il-Vanġelu:

Il-Vanġeli tal-Ħdud t’Awwissu, ipoġġulna quddimna d-diskors dwar il-ħobż tal-ħajja li Ġesù għamel fis-sinagoga ta’ Kafarnahum wara l-miraklu tat-tkattir tal-hobż u l-ħut. Diskors twil u kumpless, li hu kontinwament imfixkel mill-objezzjonijiet tal-folla, tal-Lhud u tad-dixxipli; diskors stramb li donnu magħmul apposta biex iwaqqa’ il-vantaġġi li s-suċċess kien kiseb b’dan il-miraklu. M’hemmx għalfejn niskantaw li fl-aħħar Ġesù jibqa’ waħdu mad-dixxipli l-uniċi li jiddeċiedu li ma jitilqux avolja ma kienu fehmu xejn.

Hu saħansitra diskors sbilanċjat, fejn ir-risposti ta’ Ġesù għall-mistoqsijiet ta’ dawk preżenti, mhumiex risposti loġiċi u kważi jitrattaw suġġetti oħra. Kristu fil-fatt iwassal l-affermazzjonijiet tiegħu b’mod provokatorju, lil’ hinn miċ-ċertezzi tan-nies, bħal donnu jrid juri lil min jisimgħu, li hu impossibbli jimxi warajh jekk jibqa’ jirraġuna bil-loġika, jekk jaħseb li se jibqa’ jkollu kontroll fuqu nnifsu u fuq ħajtu. “Ħadd ma jista' jiġi għandi jekk il-Missier li bagħatni ma jiġbdux lejja » (Ġw 6 :44) jwieġeb Ġesù lil dawk li jistaqsuh : jekk anqas it-tletin sena li għex magħhom ma kkonvinċewhom dwar l-oriġini tiegħu, u għalihom jibqa’ iben il-mastrudaxxa, jekk anqas il-mirakli m’huma biżżejjed biex jippruvaw il-verita ta’ Kelmtu, allura m’hemmx biss ir-ras iebsa u n-nuqqas ta’ twemmin tan-nies fin-nofs, hemm xi ħaġa li tmur lil’ hinn mill-possibilitajiet tar-raġuni umana, xi ħaġa li hi possibbli biss jekk Alla jieħu l-inizjattiva u jiddeċiedi li jiġbed lill-bnedmin lejh.

Jekk f’Kafarnahum Ġesù jagħti tweġibiet strambi lil dawk li jistaqsuh, mhux biex ikun provokkattiv, imma biex jirrejaliżżaw li fl-istorja umana ġrat xi ħaġa ġdida, mingħajr preċedent, u għalhekk imprevedibbli : f’Ġesù fil-fatt, huwa Alla stess li jmexxi lill-poplu u jiġbed lejh lil dawk li fehmu li ma jistgħux iserrħu fuq il-forzi tagħhom biss. Dawk li jixbħu lill-profeta li jitkellem dwaru l-ewwel qari. Il-folla ma tifhmux, ippersegwitat mill-poter, mikul bl-inkwiet u mġarrab minn Alla, fl-aħħar tal-forzi tiegħu, Elija jgħajjat id-disperazzjoni tiegħu lejn is-sema : “Issa biżżejjed, Mulej; ħudli 'l ħajti, għax m'iniex aħjar minn missirijieti!” (1Slat 19 :4). Propju x’ħin il-profeta jmiss il-qiegħ tal-kundizzjoni miżerabbli tiegħu, jinfetħu quddiemu possibiltajiet ġodda : jerġa’ jqum, wara li

Page 21: AWWISSU 2015 - signumfideimalta...- AWWISSU 2015 - NIFTAKRU LI QEGĦDIN FIL-PREŻENZA QADDISA T’ALLA. EJJEW NADURAWH Signum Fidei }ajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi Fidi SIGNUM FIDEI

SIGNUM FIDEI 21

jiekol l-ikel li ;Alla jipprovdilu, u jkun kapaċi jimxi minghajr ma jieqaf, għal erbgħin jum u erbgħin lejl, lejn id-destinazzjoni aħħarija, lejn is-salvazzjoni.

Hawn forsi nibdew nifhmu għaliex Ġesù jċanfar lin-nies li għalihom, li tiekol kuljum kienet xi ħaġa impossibli : jekk jakkuża lil dawn l-imsejknin għax ifittxuh għaliex xebbagħhom bil-ħobż, jew isejjaħ materjalista lil min ma jixtieq xejn aktar ħlief loqma ħobż, żgur mhux għaliex ma jafx xi jfisser li tkun imċaħħad. Ġesù fir-rejalta jixtieqna nifhmu li fil-bniedem hemm ġuħ radikali u profond li ebda ħobż ma jista’ jxebba’ ; li għandna bżonn l-ikel li ħadd m’hu kapaċi jikseb waħdu, imma jista’ biss jirċevih bħala rigal mingħand Alla ; li dan id-don divin li jxebba l-ġuħ tagħna huwa persuna, Hu stess.

Mill-bqija in-nies ta’ Kafarnahum, kif setgħu jimmaġinaw li kien Ġesù stess u mhux il-ħobż li kattar jew il-mirakli li għamel, dak li verament kellhom bżonn ? Li l-kliem ta’ Ġesù fis-sinagoga hu tqil biex jiftiehem imma assolutament veru, jiggarantihulna l-fatt li minn elfejn sena ‘l hawn, ġeneralment jintlaqa’ b’xettiċiżmu : l-opinjoni pubblika fil-fatt hi kapaċi taċċetta l-kliem kollu tad-dinja minbarra dak veru u fuq kollox dak etern.

Minn “La Realta` e` Cristo” – Don Davide Rota Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 26, it-2 punt In instituting this divine (Eucharistic) sacrament, Jesus Christ changed bread into his flesh and wine into his blood. On this very day (Holy Thursday) he became the living Bread come down from heaven to unite himself with us, to incorporate himself in us, and to communicate himself to the lowliness of a vile creature. This heavenly Bread unites him to our soul to nourish it with God and to make it grow strong, to use Tertullian’s expression, with the flesh of Jesus Christ. He puts aside all the splendor of his divinity to take on the appearance of ordinary bread, an appearance that has no proportion to what it contains. What takes the place of the bread is his own true substance, which is the object of veneration for angels and for all his people. Admire this holy institution; become worthy to profit from it by a holy life, and today pray to Jesus Christ, who comes to you to destroy entirely your own inclinations and spirit, so that you may have no other inclinations except his and may no longer be guided except by his Spirit.

TALBA Ibqa’ miegħi Mulej,

ħalli nibda niddi, bħal ma tiddi int, u hekk inkun ta’ dawl għal ħaddieħor.

Dan id-dawl, O Ġesù, ikun kollu mingħandek. Kun inti d-dawl minn ġo fija għal fuq l-oħrajn.

Agħti d-dawl, lilhom u lili. Agħmel li nipprietka bla ma nitkellem,

mhux bil-kliem imma bl-eżempju tiegħi. Ammen. Beatu John Henry Newman

Missierna …

Page 22: AWWISSU 2015 - signumfideimalta...- AWWISSU 2015 - NIFTAKRU LI QEGĦDIN FIL-PREŻENZA QADDISA T’ALLA. EJJEW NADURAWH Signum Fidei }ajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi Fidi SIGNUM FIDEI

22 SIGNUM FIDEI

It-Tnejn, 10 t’Awwissu San Lawrenz - djaknu u martri

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. 2 Korintin 9,6-10 Alla jħobb lil min jagħti bil-ferħ.

2. Salm111, 1-2.5-9 Hieni l-bniedem li jħenn u jislef.

3. Ġwanni 12, 24-26 Min jaqdi lili, lilu Missieri jweġġah.

FESTA TA’ SAN LAWRENZ, († 258) djaknu, levita u martri Wara l-appostli San Pietru u San Pawl, San Lawrenz l-aktar martri Ruman

magħruf ta’ Ruma. Ma għandniex wisq dettalji ċerti fuqu ħlief li kien djaknu tal-Knisja ta’ Ruma. Jingħad li hu kien minn Huesca ta’ Aragona (Spanja) u ħadu miegħu Ruma l-arċidjaknu Sistu meta dan kien għaddej fuq qadja minn Huesca t’Aragona.

Meta aktar tard Sistu sar Papa bl-isem ta’ Sistu II, fil-257 għażel lil Lawrenz bħala djaknu, u għalkemm kien għadu żagħżugħ, qiegħdu l-ewwel wieħed mis-seba’ djakni li kienu jservu ’l-Knisja ta’ Ruma.

Fis-6 ta’ Awwissu 258 l-Papa Sistu, waqt li kien fiċ-ċimiterju ta’ San Kallistu ma’ xi djakni tiegħu, ġie maqbud u kkundannat għall-mewt. Jingħad li Lawrenz mar jilħqu u staqsieh kif kien sejjer għall-aħħar sagrifiċċju tiegħu mingħajr id-djaknu tiegħu. Papa Sistu jingħad li ħabbar lil Lawrenz li kellu jmut mewta ħarxa ftit jiem wara. Fil-fatt Lawrenz ġie hu wkoll maqbud mis-suldati rumani.

San Ambroġ ħalla miktub li, skont tradizzjoni orali, Lawrenz qabel ma arrestawh, ġie mogħti tlett ijiem żmien biex inewwel lill-Imperatur Valerjanu t-teżori tal-knisja, iżda d-djaknu biegħhom biex jiġu mgħejuna l-foqra u ppreżenta lill-imperatur dawn l-istess foqra bħala teżori tal-knisja.

Lawrenz ġie għalhekk ikkundannat għal mewta l-aktar ħarxa billi jkun mixwi fuq gradilja. Il-qaddis ingħata difna xierqa fuq il-Via Tiburtina.

Prudentius, madwar is-sena 400, jgħid li l-konverżjoni ta’ Ruma saret minħabba t-talb ta’ San Lawrenz u jgħid ukoll li folol kbar kienu jmorru fil-knisja ta’ dan il-qaddis f’Ruma u li ħafna grazzji kienu jinqalgħu bl-interċessjoni tiegħu. Fis-seklu erbgħa dan il-qaddis mhux biss kellu festa iżda wkoll vġili.

L-Imperatur Kostantinu bena bażilka fuq il-qabar ta’ San Lawrenz. Għall-ewwel kienet knisja żgħira li mbagħad kienet imkabbra u msebbħa mill-Papa Pelaġju II (579-590) u saret waħda mis-seba’ knejjes l-aktar importanti ta’ Ruma, imsejħa San Lawrenz Barra s-Swar.

Il-parroċċa tal-Birgu hi ddedikata lil dan il-qaddis, u f’Għawdex hemm raħal imsemmi għalih u l-parroċċa tiegħu hi ddedikata lilu wkoll.

Page 23: AWWISSU 2015 - signumfideimalta...- AWWISSU 2015 - NIFTAKRU LI QEGĦDIN FIL-PREŻENZA QADDISA T’ALLA. EJJEW NADURAWH Signum Fidei }ajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi Fidi SIGNUM FIDEI

SIGNUM FIDEI 23

Riflessjoni: Lill-Isqof Ċiprijanu ta’ Kartaġni xi ħadd kitiblu hekk: Għadu kemm wasal editt ta’ Valerjanu li fih iħabbar il-qtil tal-isqfijiet u tad-djakni, fost dawn hemm id-djaknu Lorenzu. Skont l-Isqof Ċiprijanu, il-ħsieb ta’ Valerjanu ma kienx biss li joqtol lil dak u lill-ieħor, imma li f’kolp wieħed inaddaf lis-soċjetà ta’ żmienu mis-saċerdozju. Valerjanu ried joħloq l-instabbilità fi ħdan il-Knisja billi mhux biss ifieri imma saħansitra joqtol lil kull saċerdot. Nibża’ li dan l-ispirtu ta’ Valerjanu jista’ jerġa’ jibda jqajjem rasu ... Hemm bżonn li fil-Knisja jkollna komunità li kapaċi tqum fuq riġlejha u tagħmel id-difiża tagħha mhux lil dik il-persuna (is-saċerdot individwali) imma l-ministeru afdat lil dik il-persuna. Isqof Mario Grech – mill-omelija f’jum il-festa tad-Djaknu San Lawrenz

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 154, l-1 punt It is impossible to understand how much Saint Lawrence loved and esteemed the poor. His love for them was such that when Saint Sixtus, whose deacon he was, was being led to martyrdom and told him to give to the poor all the wealth he had placed in his hands, he executed the assignment and completely emptied the treasury of the Church. Again he showed his extraordinary regard for the poor when the emperor, having learned that he had been given charge of all that belonged to the Church, demanded that he hand over the treasure entrusted to him. The saint gathered all the poor and presented them to the emperor, telling him, Here are the treasures of the Church. Let us admire how great the faith of this saint was, for it led him to look upon the poor as the treasure of the Church, that is, as being the most precious and most valuable part in the Church, having the closest relationship with Jesus Christ. Let us share this saint’s attitude, we to whom God has entrusted the most valuable portion of his treasure.

TALBA Nirringrazzjak Missier, għal dawk in-nies kollha

li mal-medda ta’ elfejn sena nebbħu lil ħaddieħor u għamlu l-parti tagħhom biex iwasslu

l-wirt ħaj tal-fidi taghom, ġenerazzjoni wara ġenerazzjoni. Nirringrazzja speċjalment

lil dawk li għexu l-fidi tagħhom fi żminijiet iebsa u ta’ persekuzzjoni. Nitolbok, Missier, biex jien nikber

fil-fidi u fl-imħabba, fiż-żmien tajjeb u ħażin. Ammen. Br. Nicholas Hutchinson

Missierna …

Nitolbu għal Bro. William Xavier Seychell (1947) Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem....

Page 24: AWWISSU 2015 - signumfideimalta...- AWWISSU 2015 - NIFTAKRU LI QEGĦDIN FIL-PREŻENZA QADDISA T’ALLA. EJJEW NADURAWH Signum Fidei }ajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi Fidi SIGNUM FIDEI

24 SIGNUM FIDEI

It-Tlieta, 11 t’Awwissu Santa Klara - verġni

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Dewteronomju 31: 1-8 Agħmel il-ħila u qawwi qalbek, għax int Ġożwé ddaħħal lil dan il-poplu fl-art

imwiegħda. 2. Salm Dewteronomju 32: 3,4a,7-9,12 Sehem il-Mulej baqa’ l-poplu tiegħu. 3. Mattew 18: 1-5,10,12-14 Araw li ma tonqsux mill-istima lejn xi wieħed minn dawn iż-żgħar. SANTA KLARA T’ASSISI (1194-1253) Klara twieldet fil-belt t’Assisi, fl-1194, tnax-il sena wara San Franġisk. Ta’ 18-il sena, nhar Ħadd il-Palm, it-18 ta’ Marzu 1212, imsaħħra mill-qdusija

ta’ Franġisku, telqet lejn il-kappella tal-Porzjunkola, biex tkun dixxipla tiegħu, u tgħix bħalu l-ħajja tal-faqar evanġeliku.

Għall-ewwel għexet fil-kunvent tas-Sorijiet Benedittini ta’ San Pawl ħdejn Bastia, u wara f’dak ta’ Sant’Anġlu in Panzo.

Wara però, Franġisku tahom jgħixu mal-knisja ta’ San Damiano, barra minn Assisi. Ma’ Klara, ingħaqdu ħutha, Sant’Anjeże u Beatriċe, u saħansitra ommha Ortolana.

Matul ħajjitha, Klara rat is-sorijiet tagħha jinxterdu fl-Italja, fi Franza, fil-Ġermanja u fil-Boemja. Fi Praga, il-kunvent twaqqaf minn Sant’Anjeże, bint ir-Re Ottokar I tal-Boemja.

Klara, maħtura kontra qalbha badessa ta’ San Damiano minn San Franġisk innifsu, damet tmexxi l-monasteru għal 40 sena. Kienet hekk magħrufa li saħansitra isqfijiet, kardinali u anke Papiet, fittxew il-parir tagħha.

Mietet fil-11 ta’ Awwissu 1253, fil-kunvent ta’ San Damiano, u ġiet ikkanonizzata mill-Papa Alessandro IV, fil-katidral ta’ Anagni fl-1255. Il-ġisem tagħha jinsab meqjum fil-bażilika ddedikata lilha, fil-belt t’Assisi, fejn qabel kien hemm il-knisja ta’ San Ġorġ.

Il-Papa Piju XII ħatar lil Santa Klara patruna tat-televiżjoni fl-14 ta’ Frar 1958. Anke oħtha Anjeże hija meqjuma bħala qaddisa. Interessanti l-ittri li Santa Klara kitbet lil Sant’Anjeże ta’ Praga dwar l-

osservanza tal-vot tal-faqar.

Riflessjoni: storja b’tagħlima: Fr. Mark Link S.J., jirrakkonta kif darba waħda tliet studenti, wieħed minnhom iben kittieba Amerikana Joan Webster Anderson, kienu qed jivjaġġaw f’maltempata tas-silġ fi triqtom lejn Illinois. Wara li wasslu lil wieħed minnhom ġewwa Fort Wayne, erħewlha biex ikomplu fi triqithom. Kienu għaddejjin mill-partijiet diżabitati fil-

Page 25: AWWISSU 2015 - signumfideimalta...- AWWISSU 2015 - NIFTAKRU LI QEGĦDIN FIL-PREŻENZA QADDISA T’ALLA. EJJEW NADURAWH Signum Fidei }ajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi Fidi SIGNUM FIDEI

SIGNUM FIDEI 25

kampanja, meta, ħin bla waqt il-karozza waqfet. Qabdithom ansjetà kbira, ma setgħux jissaportu f’dik il-kesħa xxoqq il-għadam u ma kienet tidher ebda ruħ. F’daqqa waħda raw id-dwal ta’ karozza riesaq lejhom u ħaġa tal-għaġeb waqaf ħdejhom trakk tal-irmonkar. Ix-xufier wassalhom lura lejn Fort Wayne. Iben Joan daħal ġewwa biex iġib il-flus biex iħallas lix-xufier. B’għaġeb kbir xħin ħareġ ma sab lil ħadd ħlief il-karozza tiegħu. Mhux biss ma kienx hemm it-trakk iżda lanqas il-marki fis-silġ ta’ minn fejn għadda ma kien hemm. Kien hemm biss il-marki tal-karozza tiegħu. “Għax il-Mulej jibgħatlek l-anġli tiegħu u jħarsuk fi triqatek kollha.” (Salm 90:11)

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 33, it-3 punt

It is, then, your duty to teach the children entrusted to you; this is your duty every day. Because they must understand what you say, you must give them instructions that are adapted to their capacity; otherwise, what you say will be of little use. For this purpose, you must prepare and train, so that your questions and answers during the catechism lessons are understood well and so that you can explain the text clearly and use words that will be easily understood. In your exhortations to your students, explain their faults simply, and show them how to correct them. Make known to them the virtues they ought to practice, and help them see how easy this is. You must inspire them to have a very great horror for sin and to avoid bad companions. In a word, speak to them of everything that can lead them to piety. This is how your disciples ought to hear the voice of their teacher.

TALBA

Mulej Ġesù, int id-dawl tad-dinja.

Tħallina qatt ninqatgħu la mid-dawl u l-ħajja

li tagħtina int, u lanqas mill-influwenza tajba

tal-oħrajn fuqna. Meta niġu wiċċ imb wiċċ

mad-dlam fil-ħajja tagħna, għinna nressquh lejn id-dawl li diġà għandna ġewwa fina.

Ammen. Br. Nicholas Hutchinson

Missierna …

Page 26: AWWISSU 2015 - signumfideimalta...- AWWISSU 2015 - NIFTAKRU LI QEGĦDIN FIL-PREŻENZA QADDISA T’ALLA. EJJEW NADURAWH Signum Fidei }ajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi Fidi SIGNUM FIDEI

26 SIGNUM FIDEI

L-Erbgħa, 12 t’Awwissu Santa Ġovanna Franġiska de Chantal - verġni

Santa Feliċissima - martri Beatu Isidor Bakanja - martri Il-Beatu Innoċenz XI - Papa.

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Dewteronomju 34: 1-12 Mosé miet fl-art ta’ Moab. Qatt iżjed ma deher f’Iżrael

profeta bħal Mosé. 2. Salm 65 :1-3°,5,16,17 Imbierek Alla: hu li jżommna fost il-ħajjin. 3. Mattew 18: 15-20 Jekk jisma’ minnek, tkun irbaħt lura lil ħuk.

SANTA GIOVANNA FRANĠISKA FREMOIT DE CHANTAL (1572-1641) Twieldet fil-Belt ta’ Dijon fit-28 ta’ Jannar 1572. Missierha kien il-president tal-

parlament tal-Burgundie, Benigne Fremyot. Ta’ 20 sena, iżżewġet lil Christopher de Rabutin, Baruni de Chantal, u kellhom sebat itfal, li tlieta minnhom però mietu trabi.

Wara disa’ snin, il-Baruni miet wara li sparaw fuqu aċċidentalment. Wara tliet snin li romlot, wasal Dijon San Franġisk de Sales biex jipprietka l-Kwareżima, u l-Barunissa għażlitu bħala d-direttur spritwali tagħha.

Tħajret tidħol Karmelitana, imma San Franġisk talabha biex flimkien miegħu twaqqaf ordni ġdid ta’ sorijiet klawstrali, dak tal-Viżitazzjoni.

Kien nhar il-festa tas-Ssma. Trinità, tas-sena 1610, li fil-belt ta’ Annecy, Giovanna-Franġiska, għamlet il-vestizzjoni flimkien ma’ tliet sorijiet oħra. Imma ma damux ma daħlu oħrajn u l-fundatriċi rnexxielha tiftaħ kunventi f’Lyons, Moulins, Grenoble, Bourges u Pariġi, fejn id-direttur spiritwali kien San Vinċenz de Paul.

Fl-1622 miet San Franġisk de Sales u ħames snin wara miet binha Celse-Benigne fil-battalja kontra l-Ingliżi, u ħalla tarbija ta’ inqas minn sena, waqt li kellu biss 31 sena, u fl-1632 mietet ukoll martu.

Fis-snin 1635-1636, żaret il-65 kunvent tal-ordni, u fl-1641 marret Pariġi, fejn ġiet milqugħa mir-Reġina Anna tal-Awstrija. Waqt li kienet sejra lura Annecy, mardet gravament, u mietet fil-kunvent ta’ Moulins fit-13 ta’ Diċembru 1641, fl-età ta’ 69 sena.

Dakinhar ħalliet 86 kunvent tal-Viżitazzjoni. Il-ġisem tagħha ttieħed Annecy u ndifen ħdejn dak ta’ San Franġisk de Sales, fil-Bażilika tal-Viżitazzjoni, fejn għadu meqjum sal-lum. Il-Papa Klement XIII ikkanonizzaha fis-16 ta’ Lulju 1767.

Il-qaddisa qabel mewtha sofriet għal żmien twil minn aridita spiritwali u taħbit kbir ieħor. Megħjuna però minn ħuha l-arċisqof ta’ Bourges, u fuq kollox minn San Franġisk de Sales, li kiteb l-opra tiegħu famuża “Dwar l-Imħabba t’Alla”

Page 27: AWWISSU 2015 - signumfideimalta...- AWWISSU 2015 - NIFTAKRU LI QEGĦDIN FIL-PREŻENZA QADDISA T’ALLA. EJJEW NADURAWH Signum Fidei }ajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi Fidi SIGNUM FIDEI

SIGNUM FIDEI 27

għaliha u għas-sorijiet tagħha, minkejja li fehmet li kellha tkun martri bla ma xxerred demmha, ħarġet rebbieħa. Żgur li ma żbaljax San Vinċenz de Paul meta qal li kienet waħda mill-iktar bnedmin qaddisa li qatt ra.

Riflessjoni, mill-Imitazzjoni ta’ Kristu; 1Ktieb, Kap. 1: It-tagħlim ta’ Kristu huwa ogħla u isbaħ minn tal-qaddisin kollha; u min inissel ġewwa fih l-ispirtu ta’ Ġesù Kristu, isib f’dat-tagħlim manna moħbija. Imma l-kbira hi, li bosta wħud jisimgħu spiss il-kliem tal-evanġelju, u x-xewqa mejta jnisslu fihom, għax m’għandhomx l-ispirtu ta’ Kristu. Min irid mela jisma’ u jtiegħem sewwa l-kliem ta’ Kristu għandu jqis li ħajtu tkun tixbah lil tiegħu.

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 72, it-3 punt Another reason why few are chosen to live in community is that few open their hearts entirely to their superiors. Without this openness, it is impossible to avoid the evil consequences that result from the violent temptations with which the devil assails those who are called to live a community life. Such temptations, as a rule, get more and more violent as these people make progress in virtue. For when they labor fervently to attain the perfection of their state, the devil knows that they will persevere and do him much harm by their good example and by the graces they will obtain for others by their prayers. Thus he constantly besieges them, as Saint Peter says, seeking an opportunity to make them fall. This is why Saint Dorotheus says that the devil is filled with joy when he finds some who wish to guide themselves and who do not allow themselves to be guided by their superior, because he knows that they will fall like leaves from a tree. They are acting, says this saint, in alliance with the devil and are enemies of their own salvation. The saint even adds that he does not know any other reason for the fall of those who live in community than this confidence they have in their own lights. He concludes that there is nothing more criminal or more pernicious in a community than such conduct and that there is no other way to bring about our salvation than openness of heart.

TALBA Salm 148: 5-10

Agħtini qalb dejjem disponibbli biex hi tirċievi l-KELMA tiegħek, Mulej,

u li nilqagħha b’entużjażmu u niddinamizza ħajti. Agħmel li l-għemejjel l-aktar ordinarji

li jiġu kuljum ta’ spiss ikunu offerta ta’ tifħir. Jalla l-KELMA tiegħek li tixtarr f’qalbi tul il-ġurnata

tgħini ngħix id-diffikultajiet ta’ kuljum b’kuraġġ u b’serenità. Agħmel li t-talba tiegħi tkun waħda ta’ qalb ma’ QALB.

Mulej, ibgħat l-Ispirtu tal-Verità fuqi. Ammen. Bro. Louis

Missierna ...

Page 28: AWWISSU 2015 - signumfideimalta...- AWWISSU 2015 - NIFTAKRU LI QEGĦDIN FIL-PREŻENZA QADDISA T’ALLA. EJJEW NADURAWH Signum Fidei }ajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi Fidi SIGNUM FIDEI

28 SIGNUM FIDEI

Il-Ħamis, 13 t’Awwissu San Ponzjanu - papa u San Ippolitu – presbiteru u martri

San Benild Romançon - reliġjuż Beatu Mark minn Aviano - presbiteru

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Ġożwe 3:7-11,13-17 L-arka tal-patt tal-Mulej sejra tgħaddi quddiemkom fil-

Ġordan. 2. Salm 113A : 1-6 Hallelujah. Hallelujah. 3. Mattew 18: 21 – ; 19:1 Ma ngħidlikx sa seba’ darbiet imma sa sebgħa u sebgħin darba.

SAN BENILDU (1805-1862) - reliġjuż Qabel ma daħal mal-Frères u ħa l-isem ta’ Benild, hu kien jismu Pierre

Romançon. Twieled fir-raħal żgħir ta’ Thuret (Franza) u kien ġej minn familja tgħix mir-raba’. Ommu tatu trobbija tassew nisranija u nisslet fih imħabba lejn l-ewkaristija u l-Madonna. Lil ommu, wara Alla, kien jaf il-qdusija tiegħu li fiha għex u wasslitu fuq l-altari.

Ta’ 14-il sena talab li jingħaqad mal-Frères, imma, minkejja li kien magħruf għal tjubitu, ma ġiex aċċettat minħabba li kien ta’ statura qasira ħafna. Kellu jistenna sentejn oħra sakemm fil-ħarifa tal-1820 telaq għan-novizzjat ta’ Clermond-Ferrand u ngħata l-isem ta’ Benild.

Fl-1841 (ta’ 36 sena) kien mibgħut biex jiftaħ u jmexxi skola f’Saugues, fil-muntanji Gevedon. Hawnekk kellu jgħaddi l-aħħar 21 sena ta’ ħajtu.

L-awtoritajiet tal-belt żgħira ħarġu jilqgħuh bil-banda u l-bnadar, imma meta rawh, qsajjar qsajjar, tħassbu u staqsew lil xulxin kif dan is-surmast hekk qasir kien ser jikkontrolla tfal tant sfrattati u mqarbin.

Mill-ewwel jum tlett mitt tifel marru jiffullaw jgħajtu barra mill-iskola. Uħud minnhom qatt ma kienu marru skola: ġuvintur ta’ 20 sena b’lingwaġġ u manjieri rozzi lesti biex jiżvugaw in-nuqqas ta’ tagħlim fil-vandaliżmu u l-vjolenza. Il-qilla tagħhom kienet xi ħaġa tal-għaġeb. Iżda l-influwenza qaddisa ta’ dan is-surmast-reliġjuż kienet tinħass b’qawwa tal-għaġeb waqt il-lezzjoni tal-katekiżmu. Huwa kien tabilħaqq katekista mill-aqwa.

Dan stqarrewh it-tfal stess: “Tant kien jinteressana waqt il-katekiżmu li qatt ma konna niddejqu jew nitilfu ż-żmien waqt il-lezzjoni tad-duttrina.”

Biex irnexxielu jikkontrolla ġuvintur ta’ dix-xorta nqeda bil-mezzi umani, bħal per eżempju, skola organizzata tajjeb fil-programmi u fl-orarju, lezzjonijiet interessanti, dixxiplina intelliġenti, pika meqjusa, premjazzjoni ... Imma qiegħed ukoll pedament ta’ mezzi spiritwali: talb, xogħol iebes u tbatija għal Alla, eżempju tajjeb, paċenzja kbira, tjubija ...

Page 29: AWWISSU 2015 - signumfideimalta...- AWWISSU 2015 - NIFTAKRU LI QEGĦDIN FIL-PREŻENZA QADDISA T’ALLA. EJJEW NADURAWH Signum Fidei }ajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi Fidi SIGNUM FIDEI

SIGNUM FIDEI 29

Speċjalità tiegħu kienet it-tħejjija għall-Ewwel Tqarbina. L-aqwa għodda ta’ San Benild fl-edukazzjoni tat-tfal, tal-ġuvintur u l-irġiel ta’ Saugues kienet il-katekiżmu, il-kelma ta’ Alla.

Frott ta’ din il-ħidma kien it-tiġdid fil-ħajja nisranija ta’ Saugues, kif ukoll għadd sabiħ – xi 15 kull sena – ta’ ġuvintur li kienu jidħlu s-seminarju jew iħaddnu l-ħajja reliġjuża.

Meta San Benild miet, kien hemm xi 265 saċerdot u reliġjuż ħajjin, li kollha stqarrew li, wara Alla, kienu jafu l-vokazzjoni tagħhom lil dan il-Frère qaddis.

Benild ma għamel xejn straordinarju f’ħajtu. Għex fis-skiet u l-ġabra u kien attent li jogħġob lil Alla fil-qadi ta’ dmirijietu ta’ kuljum mill-aħjar li seta’. Hu miet ta’ 57 sena b’kanċer fil-fwied fit-13 ta’ Awwissu 1862, jitlob maħfra għan-nuqqasijiet tiegħu u għall-eżempji ħżiena li seta’ ta.

Il-Beatu Pawlu VI ddikjarah qaddis fl-1967. Skola tal-Frères f’Tas-Sliema hija ddedikata lil San Benild.

Riflessjoni: Missier San Benild mar jarah waqt in-novizzjat u biex jeħles minn piż li taqqallu qalbu, qal lil Pierre, “Pierre irridek tiġi lura d-dar.” Brother Benild talab f’qalbu: ġabar il-kuraġġ u l-ħila tiegħu u fl-aħħar wieġeb, “Missier, jien se nibqa hawn!” “Jekk ma tiġix lura d-dar inċaħħdek minn sehmek fil-wirt tal-familja.” Imma Brother Benild irrisponda, “jekk ikolli ngħix il-bqija ta’ ħajti fuq qxur tal-patata biss, ma nitlaqx minn din id-dar imbierka!” Waqa’ skiet kbir fil-kamra ... il-missier qalbu mnikkta ħa b’idejn ibnu u tbiegħed b’pass mgħaġġel ... Din il-prova li għadda minnha, għal Brother Benild kienet ta’ barka kbira.

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: MTR 16:L-1 punt As St Paul told the Corinthians, "You will be our glory when the Day of Our Lord, Jesus Christ, comes." (2 Cor 1:14) Your pupils are like St Paul's Corinthian converts, because you can say that they will be the cause of your glory on Judgement day if you taught them well and they followed your teachings. Everyone at the judgement will see the good that you have done for them. And all through eternity you will be glorified for teaching them so well. Your glory will reflect the glory you earned for them.

TALBA LIL SAN BENILD O Alla, int għażilt lil San Benild

biex jagħti edukazzjoni nisranija lit-tfal u liż-żgħażagħ; qajjem fil-knisja tiegħek Brothers u għalliema, nisa u rġiel

li jingħataw b’qalbhom kollha biex jedukaw lit-tfal u liż-żgħażagħ, sew bħala bnedmin u sew bħala nsara.

B’ibnek Ġesù Kristu sidna, li hu Alla u miegħek jgħix u jsaltan flimkien mal-Ispirtu s-Santu, għal dejjem ta’ dejjem. Ammen

Missierna…

Page 30: AWWISSU 2015 - signumfideimalta...- AWWISSU 2015 - NIFTAKRU LI QEGĦDIN FIL-PREŻENZA QADDISA T’ALLA. EJJEW NADURAWH Signum Fidei }ajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi Fidi SIGNUM FIDEI

30 SIGNUM FIDEI

Il-Ġimgħa, 14 t’Awwissu San Massimiljan Marija Kolbe - presbiteru u martri

Illum l-Vġili tal-Festa ta’ Santa Marija mtellgħa s-sema bir-Ruħ u bil-Ġisem.

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Ġożwè 24: 1-13 Jiena ħadt lil missierkom Abraham min-naħa l-

oħra tax-xmara; u mbagħad ħriġtkom mill- Eġittu, u tajtkom l-art.

2. Salm 135: 1-3.16-18.21,22 , 24 Għax għal dejjem it-tjieba tiegħu. 3. Mattew 19: 3-12 Kien minħabba l-ebusija ta’ qalbkom li Mosé takom il-permess tibagħtu n-nisa tagħkom. Iżda ma kienx hekk mill-bidu. SAN MASSIMILJANU KOLBE (1894-1941) - saċerdot u martri Dan il-qaddis twieled qrib Lodz, fil-Polonja-Russja, minn ġenituri li kienu

Terzjarji Franġiskani. Ta’ 16-il sena, wara li spiċċa s-seminarju minuri, daħal mal-patrijiet Franġiskani Konventwali.

Hu għadda minn żmien ta’ skrupli u marad bit-tuberkulożi waqt l-istudji tiegħu għas-saċerdozju f’Ruma. F’din il-belt hu waqqaf il-Milizzja tal-Immakulata li l-appostolat tagħha kien li l-erwieħ jiġu kkonvertiti u mqaddsin bil-medjazzjoni ta’ Marija Santissma.

Kien iħobb jgħid: “It-tajjeb jittieħed aktar mill-ħażen.” Huwa waqqaf ċentri Marjani fil-Ġappun u fl-Indja. Fl-1936 ġie lura mill-Ġappun biex ikun is-superjur ta’ Niepokalanov ħdejn Varsavja, b’760 Franġiskan, minn fejn kien jippubblika r-rivista tiegħu ta’ kull xahar, il-“Kavallier tal-Immakulata”. Sas-sena 1939 din ir-revista kellha ċirkulazzjoni ta’ miljun kopja u l-kwartier ewlieni tiegħu, Niepokalanov, kien l-akbar dar reliġjuża fid-dinja kattolika.

Wara l-invażjoni tal-Polonja mill-Ġermaniżi fl-1939, il-komunità tiegħu tat kenn lir-refuġjati Pollakki u Lhud u ppubblikat kitbiet li kienu jikkritikaw lin-Nażi.

Massimiljanu kien arrestat waqt drive biex jeqirdu l-Intelligentia Pollakka u kien mitfugħ il-ħabs fit-taqsima tax-xogħol iebes tal-kamp tal-konċentrament Ġermaniż ta’ Auswichtz (Oswiecim), post ta’ moħqrija ma titfissirx u ta’ qerda ta’ għadd bla tarf ta’ nies, l-aktar Lhud, imma wkoll Pollakki, zingari u nies oħra ta’ gruppi hekk imsejħa “inferjuri”.

Massimiljanu ħadem b’mod erojku ma’ sħabu l-patrijiet priġunieri u l-oħrajn. Meta jum minnhom priġunier ħarab mill-grupp li fih kien hemm Massimiljanu, ingħażel raġel żagħżugħ, missier ta’ familja, fost l-għaxra li kellhom jiġu maqtula bi tpattija għal dak li ħarab. Patri Massimiljanu, minn jeddu, offra li

Page 31: AWWISSU 2015 - signumfideimalta...- AWWISSU 2015 - NIFTAKRU LI QEGĦDIN FIL-PREŻENZA QADDISA T’ALLA. EJJEW NADURAWH Signum Fidei }ajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi Fidi SIGNUM FIDEI

SIGNUM FIDEI 31

jmut minflok dak ir-raġel fil-bunker tal-ġuħ. Billi ma mietx malajr, hu ġie maqtul b’injezzjoni ta’ aċidu karboliku, fl-14 ta’ Awwissu 1941, lejlet is-solennità tal-Assunzjoni.

Huwa ġie kkanonizzat fl-10 ta’ Ottubru 1982 minn San Ġwanni Pawlu II li sejjaħlu l-Qaddis tad-Diffiċli fis-Seklu XX.

Riflessjoni: Alla l-Imbierek irid fidi u ħajja qaddisa. Jekk hemm xi ħaġa li ma nistax nifhimha, nista’ nemminha fuq kliemu bla biża’ ta’ xejn. Ma jistax iqarraq bija, għaliex Huwa l-għajn ta’ kull verità. Meta noqgħod fuq il-kelma t’Alla, inkun qiegħed nagħmel l-akbar att intelliġenti li jista’ jasal għalih il-bniedem. Nista’ nitgħallem x’inhuma l-ħsibijiet u r-rieda mqaddsa t’Alla billi nitgħallem it-tagħlim u l-amar li ibnu ħalla f’idejn il-Knisja Mqaddsa tiegħu. Jgħallimni nifhem il-ħajja bħalu u joffrili l-paċi mqaddsa tiegħu. Fis-sagramenti jagħtini l-istess qawwa tiegħu mis-sema, biex naħrab il-ħażin u nagħmel is-sewwa.

Fr. Anthony J. Paone S.J., Ħobżna ta’ Kuljum, It-Tieni Parti, Kap.21

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 156, silta mill-1 punt The Most Blessed Virgin, filled with the love of God throughout her life, remained on earth only with reluctance and solely through submission to God’s will. For this reason, death appeared to her pleasant and desirable, and because her soul held on to her body so lightly, as it were, she died without pain. The extreme joy she felt at that moment, caused by the desire to see God, who possessed her, filled her soul with such consolation that she easily went from earth to heaven without any struggle. What blessed detachment from the bonds of her body in the soul of Mary, already detached from whatever could have attached her to earth!

TALBA

O San Massimiljano Kolbe, dixxiplu fidil ta’ San Franġisk t’Assisi,

imħeġġeġ bl-imħabba lejn Alla, inti ddedikajt ħajtek

fil-virtù u l-ħidma tal-karità. Ħares lejna b’ħarsa ta’ ħniena

waqt li nafdaw fik dawk il-bżonnijiet li bħalissa għandna bżonn.

Ammen.

Missierna …

Page 32: AWWISSU 2015 - signumfideimalta...- AWWISSU 2015 - NIFTAKRU LI QEGĦDIN FIL-PREŻENZA QADDISA T’ALLA. EJJEW NADURAWH Signum Fidei }ajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi Fidi SIGNUM FIDEI

32 SIGNUM FIDEI

Is-Sibt, 15 t’Awwissu L-Imqaddsa Verġni Marija Mtellgħa s-Sema

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Apokalissi 11, 19a; 12, 1-6.10 Mara, liebsa x-xemx, bil-qamar taħt riġlejha. 2. Salm 44, 10bc.11-12ab.16 F’lemintek is-sultana mżejna b’deheb ta’ Ofir. 3. 1 Korintin 15, 20-26 L-ewwel, Kristu; wara, dawk li huma ta’ Kristu. 4. Luqa 1, 39-56 Is-setgħani għamel miegħi ħwejjeġ kbar: għolla ċ-ċkejknin. IL-VERĠNI MQADDSA MARIJA MTELLGĦA S-SEMA – patruna ta’ Malta Fl-ewwel ta’ Novembru 1950, il-Papa Piju XII, iddikjara li hi verità rrivelata

lilna minn Alla li meta l-Verġni Mqaddsa Marija għalqilha ż-żmien tagħha f’din id-dinja, ġiet bil-qawwa t’Alla mtellgħa s-sema bir-ruħ u bil-ġisem.

Din hi d-domma tal-Assunzjoni. Hija differenti mill-Axxenzjoni, it-tlugħ fis-sema, għax Ġesù tela’ bil-qawwa tiegħu stess.

Sa mill-bidu tal-ħames seklu, f’Ġerusalemm kienet diġà bdiet issir il-festa tat-tlugħ tal-Madonna bir-ruħ u bil-ġisem fis-sema. Bil-mod il-mod din il-festa bdiet tiġi ċċelebrata fi knejjes oħra.

Storikament m’hemm xejn fi żgur fejn u meta ġrat il-mewt tal-Madonna. Wara li Ġesù tela’ s-sema, il-Madonna baqgħet Ġerusalemm, u kienet mal-appostli meta niżel fuqhom l-Ispirtu s-Santu.

Imbagħad flimkien ma’ San Ġwann, marret Efesu. Probabbilment wara xi żmien, reġgħet marret Ġerusalemm, fejn mietet bejn is-sena 5 u 15 wara l-Axxenzjoni ta’ Ġesù.

Dawk li jmutu fi Kristu, il-ġisem dgħajjef tagħhom għad jieħu s-sura tal-ġisem glorjuż tiegħu fil-qawmien mill-imwiet fl-aħħar jum. Dan hu t-twemmin tagħna. Din hi t-tama tagħna.

Bi grazzja speċjali, Alla ried li dak li għad jiġri fl-aħħar jum lil dawk li jmutu fi Kristu, iseħħ fil-Verġni Mqaddsa sa mill-bidu tal-mewt tagħha, billi ġisimha bla ma jara t-taħsir jinbidel f’ġisem glorjuż.

Riflessjoni, silta mill-Kostituzzjoni Appostolika tal-Papa Piju XII:

1 ta’ Novembru, 1950 Għalhekk San Ġwann Damaxxenu, li hu l-aqwa wieħed fost dawk kollha li fissru dan il-misteru, huwa u jqabbel it-tlugħ glorjuż tal-omm ta’ Alla fis-sema, mal-privileġġi u l-grazzji l-oħra kollha li bihom kienet imżejna, bi kliem tassew li jqanqal jgħid:

“Kien jeħtieġ li dik li fit-twelid ta’ binha żammet bla mittiefsa xbubitha, wara mewtha żżomm bla mittiefes ġisimha.

Page 33: AWWISSU 2015 - signumfideimalta...- AWWISSU 2015 - NIFTAKRU LI QEGĦDIN FIL-PREŻENZA QADDISA T’ALLA. EJJEW NADURAWH Signum Fidei }ajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi Fidi SIGNUM FIDEI

SIGNUM FIDEI 33

Kien jeħtieġ li dik li ġabet fi ħdanha bħala binha ’l dak li ħalaq kollox, ikollha l-għamara tagħha ma’ Alla.

Kien jeħtieġ li dik li rat lil binha msallab, li dakinhar nifdilha qalbha s-sejf tan-niket li ma nifdilhiex fi twelidu, tarah ukoll fil-lemin tal-Missier.

Kien jeħtieġ li l-omm ta’ Alla, ikollha dak kollu li hu ta’ binha, u tkun miqjuma mill-ħlejjaq kollha bħala omm Alla u qaddejja tiegħu.”

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 156, it-2 punt

The Most Blessed Virgin did not remain in the tomb for long; a few days after her death, she rose. It was quite proper that God granted her such a favor, for without doubt it would not have been fitting that the flesh from which the flesh of Jesus Christ came would suffer corruption. It was, moreover, worthy of God’s goodness that the very special purity of the Most Blessed Virgin would be rewarded by so great a favor. How, O my God, could you have allowed that the body of the Most Blessed Virgin, which had been the tabernacle of your Incarnate Word, the Temple of the Holy Spirit, and the sacred ark of a soul filled with your grace, would be for a long time separated from that soul and not be honored even after death with all the favors it could possibly receive? The special grace we ought to ask of the Most Blessed Virgin on this day is to be removed and to be freed from the corruption of the world and especially to have great purity, which is the true incorruptibility that we ought to procure for our body. Because the Most Blessed Virgin possessed this virtue in all its perfection, she can help us very much to preserve it.

TALBA

O Alla, int għażilt il-verġni mqaddsa Marija biex issir omm Ibnek il-waħdieni magħmul bniedem,

u għollejtha fi glorja tassew tal-għaġeb, aħna nfaħħruk u nigglorifikawk.

Nitolbuk, biex kif int salvajtna bil-misteru tal-fidwa, hekk ukoll teħodna miegħek fil-glorja tas-sema,

biex mal-Verġni Marija nibqgħu nfaħħruk u nigglorifikawk għal dejjem.

Ammen. Missierna …

Page 34: AWWISSU 2015 - signumfideimalta...- AWWISSU 2015 - NIFTAKRU LI QEGĦDIN FIL-PREŻENZA QADDISA T’ALLA. EJJEW NADURAWH Signum Fidei }ajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi Fidi SIGNUM FIDEI

34 SIGNUM FIDEI

Il-Ħadd, 16 t’Awwissu L-20 Ħadd ta’ matul is-sena

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Proverbji 9, 1-6 Kulu l-ħobż tiegħi u ixorbu l-inbid li ħejjejtilkom. 2. Salm 33, 2-3.10-15 Ippruvaw u taraw kemm hu tajjeb il-Mulej. 3. Efesin 5, 15-20 Fittxu x’inhi r-rieda tal-Mulej. 4. Ġwanni 6, 51-58 Ġismi huwa ikel tassew u demmi hu xorb tassew. Riflessjoni fuq il-Vanġelu

Minkejja xi oġġezzjonijiet u xi mistoqsijiet biex jiċċaraw xi punti, l-folla li kienet timla s-sinagoga u l-Lhud li kienu għassa ta’ dak li kien jgħid Ġesù, almenu kienu għamlu ħilithom biex jifhmu kliemu, sakemm semgħuh jgħid “jekk ma tiklux il-ġisem ta' Bin il-bniedem u ma tixorbux demmu, ma jkollkomx il-ħajja fikom.“ (Ġw 6:53). Kif nistgħu nippretendu li fuq dan il-punt ma tqumx protesta? Jekk anke l-ħsieb biss li tiekol il-laħam ta’ bniedem hi ħaġa tant kerha, u li tixrob demmu kienet daqshekk ħaġa orrenda li kienet projbita mil-liġi t’Alla. Għal dawk li kienu jisimgħuh dan il-kliem, kienu jġibu quddiem għajnejhom massakri u mewt.

Ħafna studjużi għalhekk jistaqsu jekk Ġesù lissinx dawk il-kelmiet – li jġibulna f’moħħna l-Ewkaristija – propju f’dan il-kuntest jew jekk hux biss fl-ambjent intimu tal-aħħar ċena, quddiem l-appostli, kif fil-fatt insibu fil-vanġeli l-oħra. Ma nistgħux inlumu lil-Lhud għal kollox li jqisu kliem Ġesù, offensiv lid-dinjita tal-bniedem u ta’ Alla, bħala skandaluż. Illum niftaħru li aħna iktar tolleranti, forsi għalhekk kliem Ġesù ma jqajjimx agħa f’dawk li ma jemmnux; sfortunatament iżda, anqas iqajjem emozzjoni f’ċerti nsara. Din in-normalita ma tantx tirrassikurana, jekk il-ħobż li niżel mis-sema li jagħti l-ħajja ta’ dejjem, donnu ma jimpurtah minnu ħadd. Kultant anke l-Knisja ssibha bi tqila tifhem id-diskorsi tal-Imgħallem tant li titkellem dwar misteru ewkaristiku. Imsomma veru li l-kliem li lissen Ġesù fis-sinagoga ta’ Kararnahum hu diffiċli u jiżboq il-limiti tal-fehma tal-bniedem. Jekk dan id-diskors jidher skandaluż għal-Lhud, hu għaliex juri kif id-deċiżjoni li jħobb lill-proxxmu –lilna u ‘l-umanita kollha – bħalu nnifsu, twassal lil Alla għal konsegwenzi estremi għalih u li aħna anqas biss noħolmu bihom.

Dawn huma: id-don sħih li l-Missier jagħti f’Ġesù lill-bniedem; is-sagrifiċċju ta’ ħajtu fuq is-salib; l-offerta tal-istess persuna tiegħu bħala ikel għall-ġuħ tal-bniedem. Ir-repetizzjoni tal-kelma “ikel” fit-test, tikkonferma s-serjeta tal-proposta ta’ Ġesù; mhux biss l-idejat u l-proġetti tiegħu imma persuntu ħajtu stess, ġismu u demmu. Hawn min irid iħobb bis-serjeta jissogra kollox. Jaf li minn esperjenza bħal din ma joħroġx sħiħ, anzi anqas ħaj kultant. Jaf li jrid jiġi mikul u assimilat jekk irid jibdel il-qlub tan-nies matul iż-żmien.

Page 35: AWWISSU 2015 - signumfideimalta...- AWWISSU 2015 - NIFTAKRU LI QEGĦDIN FIL-PREŻENZA QADDISA T’ALLA. EJJEW NADURAWH Signum Fidei }ajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi Fidi SIGNUM FIDEI

SIGNUM FIDEI 35

Il-kliem ta’ Ġesù fil-fatt mhumiex assurdi, anzi huma l-iktar veri u konkreti li xi bniedem qatt lissen fl-istorja tal-umanita kollha. Kif nistgħu nistagħġbu li jiskandaliżża lil dawk in-nies twajba li jgħixu fil-fantasiji u jilludu rħhom li jistgħu iħobbu mingħajr ma jweġġgħu, li tista’ tagħmel it-tajjeb mingħajr ma titlef xejn?

Dik ta’ Ġesù hi kelma qawwija daqs il-blat, li ġġiegħel lill-komunita nisranija terġa taħseb fuqha nnifisha, is-sens tal-eżistenza fil-fidi u l-istil tal-atteġġjament nisrani. Min aħna, x’inhi l-Knisja? Aħna ma Ġesù u bħalu msejħin biex insiru ħobż mogħti, maqsum, mikul u assimilat għas-salvazzjoni tagħna u tad-dinja kollha.

Minn “La Realta` e` Cristo” – Don Davide Rota Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med.26; It-3 punt The love of Jesus Christ for us led him to institute this divine sacrament in order to give himself entirely to us and to remain always with us. He knew that immediately afterward he would suffer and die for us, that this offering he would make of himself on the cross would occur only once, and that after his Ascension into heaven, he would no longer appear among us. This is why, to give us a sign of his tender love and goodness before dying, he left to his Apostles and to the whole Church in their person, his body and blood to be for us in the ages to come a precious proof of the tender love he feels for us. Today, receive this gift with respect and thanksgiving. Give Jesus love in return for his love, considering what a great benefit you receive. May this love you have for him and the desire you have to be united with him lead you to have a great love for frequent Communion.

TALBA

Mulej Ġesù, inti għidt li ħadd ma jista’ jkollu mħabba akbar

minn dik li wieħed jagħti ħajtu għal ħaddieħor. Fakkarna, fiċ-ċirkustanzi personali tagħna llum,

li l-għożża u l-ħniena, l-imħabba u s-sagrifiċċju

jistgħu jbiddlu kollox. Ammen.

Br. Nicholas Hutchinson

Missierna...

Page 36: AWWISSU 2015 - signumfideimalta...- AWWISSU 2015 - NIFTAKRU LI QEGĦDIN FIL-PREŻENZA QADDISA T’ALLA. EJJEW NADURAWH Signum Fidei }ajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi Fidi SIGNUM FIDEI

36 SIGNUM FIDEI

It-Tnejn, 17 t’Awwissu Beatu Anġlu Wistin Mazzinghi, presbiteru

Santa Kjara ta’ Montefalco, verġni San Ġjaċint tal-Polonja, presbiteru

Santa Beatrice de Silva, verġni Santa Beatrice de Silva, fundatriċi tal-kongregazzjoni tal-Konċezzjonisti, verġni

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Mħallfin 2: 11-19 Il-Mulej kien iqajjem l-imħallfin, imma anqas

minnhom ma semgħu. 2. Salm 105: 34-37.39-40.43 u 44 Ftakar fija, Mulej, fi mħabbtek għall-poplu tiegħek. 3. Mattew 19: 16-22 Jekk trid tkun perfett, bigħ il-ġid li għandek, u jkollok teżor fis-sema. SAN ĠJAĊINT (c.1185-1257) - saċerdot Ftit tagħrif għandna dwar San Ġjaċint, u dan il-ftit nafuh l-aktar mill-ewwel

bijografu tiegħu, Stanislaw ta’ Krakovja, li kiteb madwar mitt sena wara l-mewt tal-qaddis. Ismu bil-Pollakk kien Jaċek (jew Jako) li mbagħad ħa l-forma latina Ġjaċint. Jaċek twieled f’Kamien, qrib Wroclaw (illum fil-lbiċ tal-Polonja) lejn it-tmiem tas-seklu 12, u sar kanonku tal-katidral ta’ Krakovja.

Huwa mar ma’ zijuh Ruma u hemm flimkien ma’ ħbiebu ngħaqad mal-ordni tal-Predikaturi (Dumnikani) li kienet għadha kemm twaqqfet.

Fl-1221, fil-kapitlu ta’ Bolonja, San Duminku għażel lil Ġjaċint wieħed minn grupp żgħir tal-ewwel patrijiet missjunarji biex imorru l-Polonja. Il-ħeġġa, il-qdusija u l-kwalitajiet sbieħ ta’ Ġjaċint għenu ħafna biex l-ordni ġdid Dumnikan jixtered fil-pajjiżi kbar tat-tramuntana.

Fl-1228, twaqqfet provinċja awtonoma Dumnikana li kienet tiġbor fiha s-saltniet tal-Polonja u tal-Boemja. Il-ħidma tal-patrijiet kienet mifruxa ħafna.

Ġjaċint għadda xi żmien fi Gdansk, u meta twaqqfet komunità ta’ patrijiet dumnikani fi Kiev (Ukraina), hu kien attiv hemm bejn is-snin 1229-1233.

L-art tal-ħidma tiegħu kienet tabilħaqq wiesgħa, u tinkludi l-Iskandinavja, il-Prussja u l-Litwanja.

Hu kkonsidrat bħala l-appostlu tal-Polonja. San Ġjaċint miet fi Krakovja fil-15 t’Awwissu 1257 meta kellu madwar 72 sena. Kien iddikjarat qaddis fl-1594.

Riflessjoni: Omelija ta’ San Paċjanu – Isqof : Jekk aħna għandna tama biss f’din id-dinja, aħna l-aktar nies imsejkna fost

kemm huma l-bnedmin.

Page 37: AWWISSU 2015 - signumfideimalta...- AWWISSU 2015 - NIFTAKRU LI QEGĦDIN FIL-PREŻENZA QADDISA T’ALLA. EJJEW NADURAWH Signum Fidei }ajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi Fidi SIGNUM FIDEI

SIGNUM FIDEI 37

Il-ħajja ta’ din id-dinja, kif intom stess taraw, hi l-istess għall-bhejjem, għall-annimali, għat-tjur tal-arju u għalina wkoll u forsi għalihom hi itwal milli għalina.

Il-ħajja li hi proprju tal-bniedem, dik li tagħha Kristu permezz tal-Ispirtu s-Santu, hi l-ħajja ta’ dejjem, imma din il-ħajja niksbuha biss jekk ma nidinbux.

Għax kif niksbu l-mewt bi ħżunitna, neħilsu minnha bi tjubitna: u hekk il-ħajja tintilef bil-ħażen u tinżamm bit-tjieba.

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: MTR 4, it-2 punt

Jesus told his Apostles at the Last Supper: "I have given you an example to follow, so that you will do what I have done." He took them around with him while he was doing his father's work so that they learn what to do, and take him as their model when their turn came. You must do the same as the Apostles did. Jesus has picked you to carry on this work that he gave to the Apostles. Read the Good news and find the lessons that Jesus taught them. He taught them that some things that people hate, like poverty, injury, insults, people who tell lies about you, and anything bad which happens to you because you are doing the right thing - all these things can really be blessings from God. He added that they should be happy when these things happen to them, as they are a chance to do something for God. He gave us as rules for our behaviour gentleness, humility and things like that rather than the way most people behave. He told the Apostles to be better than the scribes and Pharisees.

TALBA

Int, imsejken bniedem, erħi ftit it-taħbit tiegħek, inqata’ mill-ħsibijiet imħawda tiegħek.

Biegħed minnek it-tħassib li qiegħed itaqqlek, ħallik għal ftit mix-xogħol li qiegħed jeħodlok rasek. Ieqaf kemm kemm fuq Alla, u strieħ daqsxejn fih.

Idħol fil-kamra ta’ ġewwa nett ta’ moħħok; battalha minn kollox, barra minn Alla

u minn kull ma jgħinek tfittxu; agħlaq il-bieb, u oqgħod fittex lil Alla.

U issa għid b’qalbek kollha, għid lil Alla: nixtieq lil wiċċek; jiena nfittex lil wiċċek, Mulej.

Talba ta‘ San Anselmu

Missierna …

Page 38: AWWISSU 2015 - signumfideimalta...- AWWISSU 2015 - NIFTAKRU LI QEGĦDIN FIL-PREŻENZA QADDISA T’ALLA. EJJEW NADURAWH Signum Fidei }ajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi Fidi SIGNUM FIDEI

38 SIGNUM FIDEI

It-Tlieta, 18 t’Awwissu Santa Elena, imperatriċi

San Alberto Hurtado Cruchaga, presbiteru Beatu Mannes, ħu San Duminku, presbiteru

Beati Lwiġi-Armandu Adam u Nikola Savouret, presbiteri martri

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Mħallfin 6: 11-24a Gidgħon jeħles lil Iżrael. Mhux jien bgħattek? 2. Salm 84: 9.11-12.13-14 Il-Mulej is-sliem ixandar, għall-poplu u l-ħbieb tiegħu. 3. Mattew 19: 23-30 Eħfef li ġemel igħaddi minn għajn ta’ labra milli wieħed għani jidħol fis-Saltna tas-Smewwiet. SANTA ELENA (c.250 - c.330) - imperatriċi. Elena aktarx kienet bint wieħed bil-lukanda, u twieldet aktarx bejn is-snin 248-

255 fi Drepanum, fil-Bitinja. Għall-ħabta tas-sena 270 iltaqgħet mal-ġeneral ruman Kostanzu Clorus, u

minkejja li ma kinitx ta’ klassi għolja, hu żżewwiġha. Bejn is-snin 274-288, twelidilhom binhom Kostantinu.

Meta Kostanzu sar Ċesare fil-293 taħt l-imperatur Massiminu, Elena ġiet imwarrba għal raġunijiet politiċi u Kostanzu żżewweġ lil Teodora, bint tar-rispett tal-imperatur Massiminu.

Meta Massiminu miet f’York, l-Ingilterra, fit-306, Kostantinu, li kien miegħu, kien iddikjarat imperatur mit-truppi ta’ hemm, imma ma kellux titlu ċar għat-tron qabel ir-rebħa tiegħu drammatika kontra Massenzju fit-312.

Kostantinu tant baqa’ jistmaha lil ommu Elena li pproklamaha imperatriċi Awgusta, u ordna li jagħtuha l-ġieħ ta’ omm l-imperatur, u anki ħareġ muniti bix-xbieha tagħha. Elena f’dak iż-żmien kellha fuq 60 sena (Ewsebju jgħid li kellha 63) u kienet għadha mhix nisranija.

Hija tgħammdet wara l-editt ta’ tolleranza ta’ Milan u baqgħet figura reliġjuża importanti għas-17-il sena li ġew wara. Hija baqgħet imsemmija għall-ħajja devota tagħha u għall-knejjes li bniet f’Ruma, f’Kostantinopli, f’Betlem u fuq l-Għolja taż-Żebbuġ.

S. Ambroġ isemmi l-parti li ħadet fis-sejbien tal-veru salib ta’ Kristu. Il-parroċċa ta’ Birkirkara hija ddedikata lil din il-qaddisa.

Riflessjoni mill-Imitazzjoni ta’ Kristu: It-Tielet Ktieb, Kap 35. Taħseb int li l-ħlewwiet tas-sema għandhom jinżlu fuqek kulmeta trid int? Il-Qaddisin tiegħi, mhux dejjem kien ikollhom dan il-hena; anzi dejjem kienu jkunu ttantati u mħabbtin, u f’baħar ta’ dwejjaq. Imma b’kollox kienu jieħdu paċenzja, u aktar kienu jintrabtu miegħi, milli jħobbu lilhom infushom; għax kienu jafu li t-tbatijiet

Page 39: AWWISSU 2015 - signumfideimalta...- AWWISSU 2015 - NIFTAKRU LI QEGĦDIN FIL-PREŻENZA QADDISA T’ALLA. EJJEW NADURAWH Signum Fidei }ajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi Fidi SIGNUM FIDEI

SIGNUM FIDEI 39

tad-dinja xejn m’huma ħdejn il-glorja li bihom jistgħu jirbħu fis-smewwiet. Kif trid li int jkollok hekk malajr dawk il-grazzi, li lil bosta oħrajn ma tajthomlhomx ħlief wara tant biki u taħbit? Ixxennaq dejjem għal Alla, rabbi l-ħila u l-qawwa, la taqtax qalbek u minni la titbegħidx, anzi b’ġismek u ruħek aħdem għall-glorja t’Alla. Jiena nħallsek bil-bosta; jiena nkun miegħek fid-dwejjaq tiegħek. Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med.5: Silta mit-3 punt

To how many do not these words of Jesus Christ seem harsh? Blessed are the poor in spirit; it is harder for a rich man to enter heaven than for a camel to pass through a needle’s eye. For us, let us probe the depths of our hearts. Are they truly penetrated with what Jesus Christ said: Blessed will you be when people falsely say all sorts of evil against you? How many there are who violate rules on many points, as though they were obliged to observe only the rules that they find convenient. Such people soon fall into disorderly living, for as Saint Dorotheus remarks, as soon as we begin to say, “What does it matter if I say this word? What harm is there if I eat this morsel? What crime do I commit in doing this or that?”, we end up smothering all remorse of conscience, even on the most essential points. Let us fear that we will be lost if we attach ourselves to maxims that lead to laxity, for we are people whom God has called to live according to the perfection of the Gospel.

TALBA O Alla,

ftakar fina u sawwar l-istorja tagħna, dawwar il-ħarsa tagħna

fuq id-dell tas-salib tiegħek, li fiż-żminijiet mqallba tal-lum,

jagħti l-ħajja. F’ġieħ Kristu Sidna li miet għalina lkoll,

Ammen. ‘The Glenstal’ book of daily prayer

Missierna …

Page 40: AWWISSU 2015 - signumfideimalta...- AWWISSU 2015 - NIFTAKRU LI QEGĦDIN FIL-PREŻENZA QADDISA T’ALLA. EJJEW NADURAWH Signum Fidei }ajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi Fidi SIGNUM FIDEI

40 SIGNUM FIDEI

L-Erbgħa, 19 t’Awwissu

San Ġwann Eudes – presbiteru San Eżekjel Moreno y Diaz - isqof Beatu Bernardu Tolomei - abbati San Ludovik minn Toloża - isqof

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Mħallfin 9: 6-15 Għedtu: Ħa jkollna re jsaltan fuqna. Iżda l-Mulej, Alla tagħkom, hu s-sultan tagħkom. 2. Salm 20: 2-7 Mulej, bil-qawwa tiegħek jifraħ is-sultan! 3. Mattew 20: 1-16a Qiegħed tgħir għax jien qalbi tajba? SAN EŻEKJEL MORENO Y DIAZ (1848-1906) - isqof Twieled f’Alfaro Tarazona, fi Spanja, nhar id-9 t’April 1848. Ta’ 17-il sena

għamel il-professjoni reliġjuża fil-Kongregazzjoni Agostinjana tar-Recolletti. Kien ordnat saċerdot f’Manila, fil-Gżejjer Filippini, fit-3 ta’ Ġunju 1871.

Għadda l-ewwel 15-il sena tas-saċerdozju tiegħu mimlijin tabilħaqq b’appostolat kollu ħeġġa fil-Filippini.

Mill-1888 sa ftit xhur qabel ma miet wettaq kull xorta ta’ attività fil-Kolumbja: irrestawra l-provinċja Agostinjana ta’ Candelaria; beda epoka ġdida missjunarja, kien l-ewwel Vigarju Appostoliku ta’ Casanare u fl-1896 l-ewwel isqof ta’ Pasto.

Ħadem kemm felaħ biex jiddefendi l-interessi ta’ Kristu tal-Knisja. Kien devot kbir tal-Qalb ta’ Ġesù.

Il-qaddis miet fid-19 ta’ Awwissu 1906 fil-kunvent ta’ Monteacuto (Navarra, Spanja) fejn kien għamel il-professjoni reliġjuża tiegħu u li tiegħu hu kien ukoll is-superjur.

Kien iddikjarat beatu mill-Beatu Papa Pawlu VI fl-1 ta’ Novembru 1975; iddikjarat qaddis fil-11 ta’ Ottubru 1992 f’Santo Domingo minn San Ġwanni Pawlu II, Papa, li ppreżentah lid-dinja bħala eżempju ta’ ragħaj u ta’ missjunarju fil-5 Ċentinarju tal-Evanġelizzazzjoni tal-Amerika.

Riflessjoni Il-veri devoti tal-Qalb ta’ Ġesù, mhumiex dawk li jixgħelu x-xema’ u jpoġġu l-fjuri quddiem ix-xbieha tal-Qalb ta’ Ġesù. Min jagħmel dan qed jagħmel tajjeb għax hi espressjoni ta’ mħabba lejn it-tieni persuna tat-Trinità Qaddisa, imma mhux biżżejjed. Hu biss meta nilqgħu l-isfida tas-Sinjur tagħna biex inħobbu kif ħabb hu li nkunu qed nifhmu s-sens sħiħ. Forsi nistgħu naħsbu li aħna nies twajjba u li diġà qed nagħmlu dan. Madanakollu, jekk niftħu l-Evanġelju u nirriflettu ftit dwar il-mod

Page 41: AWWISSU 2015 - signumfideimalta...- AWWISSU 2015 - NIFTAKRU LI QEGĦDIN FIL-PREŻENZA QADDISA T’ALLA. EJJEW NADURAWH Signum Fidei }ajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi Fidi SIGNUM FIDEI

SIGNUM FIDEI 41

kif ħabb Ġesù, aktarx nintebħu li għad fadlilna ħafna x’interrqu biex naslu fejn wasal hu. Ftit Dawl matul it-Triq Stephen Zammit Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 73, it-2 punt A number of others would also like to see miracles and prodigies in their Brothers, in that they would like to suffer nothing on their account, which is impossible. For it is a law of God and consequently an obligation that when people live together, they suffer from one another. Saint Paul teaches us this by the words, Bear one another’s burdens, that is, one another’s defects, and so you will fulfill the law of Jesus Christ. This, then, is a law of Jesus Christ, which we must observe; to support one another is a charity that everyone is obliged to practice toward his Brothers if he wishes to preserve union with them and to show by his conduct that he forms one and the same Society with them. It follows that each Brother shares in all that his Brothers suffer. We are not exempt from suffering from others, because it is not possible for two people to live together without causing suffering to each other in some way. Because we make others suffer, it is only right that we suffer from them in our turn. This burden that God has imposed on all people helps them to be saved. In this way the yoke of Jesus Christ is light, because he helps us bear easily the burdens and troubles of this life rather than have them feel like something oppressive. Do not, then, be so foolish, so unreasonable, and so unchristian as to expect to have nothing to suffer from your Brothers, for this would be to ask for a most extraordinary and unheard-of miracle. Do not expect it, then, to happen anytime during your life.

TALBA

“Nitolbok biex żżomm f’moħħok li Sidna Ġesù Kristu huwa r-ras tassew, u li int wieħed mill-membri tiegħu.

Dak li r-ras hi għall-membri, hekk hu għalik; kull ma hu tiegħu huwa tiegħek:

l-ispirtu, il-qalb, il-ġisem, ir-ruħ u s-setgħat kollha, u int għandek tinqeda bihom kollha

bħallikieku kienu tiegħek, biex taqdih, tfaħħru, tħobbu u tigglorifikah.”

San Ġwann Eudes

Missierna …

Page 42: AWWISSU 2015 - signumfideimalta...- AWWISSU 2015 - NIFTAKRU LI QEGĦDIN FIL-PREŻENZA QADDISA T’ALLA. EJJEW NADURAWH Signum Fidei }ajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi Fidi SIGNUM FIDEI

42 SIGNUM FIDEI

Il-Ħamis, 20 t’Awwissu San Bernard - Abbati u Duttur tal-knisja

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Mħallfin 11: 29-39a Min joħroġ jilqagħni l-ewwel minn bieb dari, ikun tal- Mulej u noffrihulu b’sagrifiċċju. 2. Salm 39 : 5,7-10 Hawn jien, ġej biex nagħmel ir-rieda tiegħek. 3. Mattew 22: 1-14 Sejħu għall-festa lil kull min issibu. SAN BERNARD TA’ CLAIRVAUX (1090-1153) Twieled fi Franza, qrib il-belt ta’ Dijon fl-1090. Ta’ 22 sena, daħal flimkien ma’

30 żagħżugħ ieħor maċ-Ċisterċensi fil-kunvent ta’ Citeaux (bil-Latin Cistercium, u għalhekk Ċisterċensi), 15-il sena biss wara l-bidu ta’ dan l-ordni, li filfatt huwa riforma Benedittina, imwaqqfa minn San Robertu ta’ Molesmes.

Wara tliet snin, fl-1115, bagħtuh fil-monasteru ta’ Clairvaux, fejn laħaq abbati. Il-qaddis tant kabbar l-ordni li jista’ jissejjaħ it-tieni fundatur tagħha.

Waqqaf difatti, mhux inqas minn 68 monasteru, ipprietka l-Kruċjata, iddefenda bil-kitba u bil-predikazzjoni l-verità Kattolika kontra l-ereżiji u kien devot kbir tal-Madonna.

Kellu, fi Clairvaux, mhux inqas minn 700 patri, u mill-kunvent ħareġ Papa, il-Beatu Ewġenju III, bosta kardinali u isfqijiet, u mal-mewt ta’ San Bernard fl-1153, iċ-Ċisterċensi kellhom 339 kunvent. Dixxiplu ġenwin ta’ San Stiefnu Harding, kien is-surmast ta’ Pietro Peganelli, li minn Kanonku tal-Katidral ta’ Pisa daħal Ċisterċens bl-isem ta’ Bernard, abbati tat-Tre Fontane, u spiċċa Papa bl-isem ta’ Ewġenju III. Kien jagħti l-pariri lill-Papiet, isqfijiet, slaten u nies importanti oħra.

Ħalla kitba ta’ għerf u qdusija. Miet ta’ 63 sena fl-20 t’Awwissu 1153, fl-Abbazija ta’ Clairvaux, assistit mill-patrijiet tiegħu, bħalma kien hu li fit-2 ta’ Novembru,1148, assista lil San Malakija, arċisqof ta’ Armagh fl-Irlanda. San Bernard ġie kkanonizzat mill-Papa Alessandru III fl-1174, u ddikjarat Duttur tal-Knisja, “Doctor Mellifluus” (id-duttur tal-għasel) mill-Papa Piju VIII, fl-1830.

Fil-Katidral ta’ Troyes, fi Franza, insibu fit-teżor, ir-relikwa insinji ta’ rasu, kif ukoll xi relikwi ta’ ħabibu, San Malakija. Ta’ min isemmi wkoll li ħutu Vitus (Guy), Ġerardu, Nivard u Umbelina huma wkoll beati.

Riflessjoni: xi siltiet mill-kitbiet ta’ San Bernard: “Ħaġa tal-għaġeb l-imħabba - jekk tagħraf kif tibda; jekk tara mnejn tiġi; jekk issib l-għajn li minnha toħroġ - biex minnha tieħu, ħa tfawwar bla heda. Fost is-sentimenti, il-ġibdiet u l-ħajriet kollha li jinsabu f’qalb il-bnedmin, l-imħabba biss tista’ twieġeb, għalkemm b’mod dgħajjef ħafna.”

Page 43: AWWISSU 2015 - signumfideimalta...- AWWISSU 2015 - NIFTAKRU LI QEGĦDIN FIL-PREŻENZA QADDISA T’ALLA. EJJEW NADURAWH Signum Fidei }ajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi Fidi SIGNUM FIDEI

SIGNUM FIDEI 43

“Għalkemm il-ħlejjaq kollha jħobbu inqas milli jħobbu min ħalaqhom, għaliex huma inqas minnu, b’danakollu jekk iħobbu bil-qawwa kollha tagħhom, xejn ma jonqoshom, għaliex fejn ma hemm xejn nieqes, hemm kollox. Mela min iħobb b’dan il-mod jintrabat tassew fl-imħabba, għaliex ħadd ma jista’ jħobb b’dan il-mod mingħajr ma jkun maħbub... Min mhux se jifhem għalhekk li l-Verb hu l-ewwel li jħobb ir-ruħ u li jħobbha wisq aktar milli qatt tista’ tħobbu?” Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 158, l-1 punt

Saint Bernard was brought up so well by his mother that in a short time he acquired a solid piety and displayed all sorts of virtues, especially chastity, which he possessed to such an eminent degree that once, because he had looked too closely at a very attractive woman, he immediately threw himself naked into a freezing pond to take vengeance on and to punish himself for the fault he had committed. When a shameless woman entered his room to tempt him, he immediately cried out, Robber! By his cries, he prevented her from robbing him of his chastity. By such heroic actions, by generous resistance to occasions of sin, and by a holy violence, the saints acquired this virtue. They are also the same means that you must use to preserve it. By your great recollection, above all, you will make it easy for you. For as you see, Saint Bernard suffered an attack against his virtue by looking too closely at a woman.

TALBA Ftakar, ja l-iżjed ħanina verġni Marija,

li qatt ma nstema’, li xi ħadd intefa’ taħt il-patroċinju tiegħek,

talbek l-għajnuna jew fittex li inti tidħol għalih u inti ma smajtux.

Imqanqal minn dan il-ħsieb, jien għal għandek niġi ja verġni omm tiegħi, għal għandek niġi,

quddiemek noqgħod, nidneb u niedem, ja omm l-iben t’Alla, magħmul bniedem.

La tistmerrx it-talb tiegħi, iżda ismagħni u weġibni. Ammen. Talba ta’ San Bernard

Missierna …

Nitolbu għal Bro. Charles Gatt (1992) Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem....

Page 44: AWWISSU 2015 - signumfideimalta...- AWWISSU 2015 - NIFTAKRU LI QEGĦDIN FIL-PREŻENZA QADDISA T’ALLA. EJJEW NADURAWH Signum Fidei }ajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi Fidi SIGNUM FIDEI

44 SIGNUM FIDEI

Il-Ġimgħa, 21 t’Awwissu San Piju X - Papa

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Rut 1: 3-6,14b-16,22 Nagħomi u Rut il-Mowabija waslu Betlehem. 2. Salm145 : 5-10 Faħħar, ruħ tiegħi, il-Mulej. 3. Mattew 22: 34-40 Ħobb lill-Mulej, Alla tiegħek u ħobb lil għajrek bħalek innifsek. SAN PIJU X (1835 – 1914) – Papa Kien jismu Ġużeppi Sarto, u twieled fir-raħal ta’ Riese, fid-djoċesi ta’ Treviso,

minn familja fqira, fit-2 ta’ Ġunju, 1835. Kien it-tieni fost l-għaxar ulied tal-pustier tar-raħal.

Ordnat qassis fl-1858, fis-sena tad-dehriet ta’ Lourdes, għadda 9 snin viċi fil-paroċċa ta’ Tombolo, u 7 snin kappillan ta’ Salzano, sakemm fl-1874, sar kanonku tal-katidral ta’ Treviso, kanċillier tad-djoċesi, u direttur spiritwali tas-seminarju.

Il-Papa Leone XIII, ħatru isqof ta’ Mantova fl-1884, u disa’ snin wara, patrijarka ta’ Venezja u kardinal. Mal-mewt ta’ Leone XIII, fl-1903, intagħżel papa bl-isem ta’ Piju X.

Tul il-11-il sena tal-pontifikal tiegħu, irriforma l-liturġija, ikkumbatta l-moderniżmu, iffaċilità t-tqarbin ta’ spiss u ta’ kuljum, kif ukoll tat-tfal, ippropaga t-tagħlim tal-katekiżmu, ippropaga studji serji tal-Bibbja, ta bidu għall-kodiċi l-ġdid tal-Liġi Kanonika, u ħadem tassew biex iġedded kollox fi Kristu.

Kien San Piju X li kkanonizza liż-żewġ redentoristi, San Ġerardu Majella, u San Klement Hofbauer, lill-barnabita Sant’Alessandru Sauli, isqof ta’ Pavija, u lill-qassis spanjol San Ġużepp Oriol.

Miet qalbu maqsuma ftit jiem wara li faqqgħet l-Ewwel Gwerra Dinjija, fl-20 t’Awwissu 1914.

Ta’ Terzjarju Franġiskan li kien, għamel testment spiritwali, li jinġabar fi ftit kliem: “twelidt fqir, għext fqir u nixtieq immut fqir.”

Il-Papa Piju XII ikkanonizzah fid-29 ta’ Mejju, 1954. Il-fdal tiegħu jinsab meqjum Ruma, fil-Bażilika ta’ San Pietru fil-Vatikan, taħt

l-altar tal-Preżentazzjoni tal-Madonna. Riflessjoni: Ninsabu mħassbin u nkwetati ħafna fuq is-stat diżastruż tas-soċjetà humana llum. Min ma jistax jintebaħ li llum iżjed minn qatt qabel, is-soċjetà hija marida serjament u din il-marda kuljum qegħda tnaqqar il-ġewwieni tagħha biex teqridha għal kollox.

Page 45: AWWISSU 2015 - signumfideimalta...- AWWISSU 2015 - NIFTAKRU LI QEGĦDIN FIL-PREŻENZA QADDISA T’ALLA. EJJEW NADURAWH Signum Fidei }ajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi Fidi SIGNUM FIDEI

SIGNUM FIDEI 45

Din il-marda mhix ħlief l-apostasija minn Alla, li fil-veru sens tal-kelma hija l-akbar alleanza tar-rovina. San Piju X – Papa

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 58; It-3 punt People living in the world think very little about God and have little concern about their salvation. Their sole occupation is usually with their temporal affairs and the needs of the body. It would seem that most have nothing to hope for or to fear beyond this present life. If we speak to them about God, about what leads us to God, about the essential duties of a Christian, about the practice of what is right, and about avoiding occasions of sin and dangerous company, they then have ears and hear nothing, because all they can grasp is what strikes their senses. You have withdrawn from the world to lead a life above nature and human inclinations and to labor for the salvation of your neighbor; therefore, you must not be attached and devoted to anything but God and the ministry with which he has honored you. All your concern ought to be concentrated on purely spiritual matters.

TALBA

Glorjuż papa tal-Ewkaristija, San Piju X, int fittixt ‘li żżomm kollox fi Kristu’. Aqlagħli l-imħabba vera ta’ Ġesù,

biex jien inkun nista’ ngħix fih. Għini nakkwista dak il-fervur ħaj u rieda sinċiera

biex naħdem għall-qdusija ta’ ħajti, u li nżomm lili nnifsi dejjem dispost

għall-ġid tas-sagrifiċċju u s-sagrament tal-Ewkaristija. Bl-imħabba tiegħek lejn Marija,

l-omm u reġina tagħna, ħeġġiġli qalbi b’dik id-devozzjoni ħanina lejha.

Ammen.

San Piju X itlob għalina.

Missierna …

Page 46: AWWISSU 2015 - signumfideimalta...- AWWISSU 2015 - NIFTAKRU LI QEGĦDIN FIL-PREŻENZA QADDISA T’ALLA. EJJEW NADURAWH Signum Fidei }ajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi Fidi SIGNUM FIDEI

46 SIGNUM FIDEI

Is-Sibt, 22 t’Awwissu L-imqaddsa Verġni Marija Reġina

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Rut 2: 1-3,8-11; 4: 13-17 Imbierek il-Mulej, li ma ċaħħdekx minn qarib feddej illum. 2. Salm 127 : 1-5 Ara, kif ikun imbierek il-bniedem li jibża’ mill-Mulej. 3. Mattew 23: 1-12 Huma kliem biss għandhom, imma fatti xejn.

VERĠNI MQADDSA MARIJA REĠINA It-titlu ta’ Marija bħala “Reġina” huwa wieħed mill-aktar bikrin u ġa fiż-żmien

appostoliku hemm ħjiel tiegħu fit-tislima ta’ Eliżabetta “Omm il-Mulej tiegħi.” (Lq. 1, 43)

Il-festa tal-lum tfakkar id-dinjità ta’ Marija bħala kooperatriċi intima u volontarja ma’ binha f’kull pass tal-missjoni ta’ fidwa tiegħu u tenfasizza l-inizjattiva kollha mħabba tagħha bħala Omm tal-Ħniena. Għalhekk kien tassew xieraq li l-Knisja twaqqaf din il-festa biex tqim lill-Verġni Marija b’dan it-titolu ta’ Reġina.

Il-Papa Piju XII ikkonsagra d-dinja lill-Qalb Immakulata ta’ Marija, Omm u Sultana fil-31 ta’ Ottubru 1942 u waqqaf il-festa ta’ Marija Reġina fl-1954 biex issir f’għeluq ix-xahar ta’ Mejju.

Imma, fir-riforma tal-Kalendarju Universali (1969) din it-tifkira bdiet issir fl-ottava tal-Assunzjoni bħalma l-ħames misteru tal-Glorja tar-Rużarju jiġi wara r-raba’ wieħed, u fil-31 ta’ Mejju bdiet issir il-festa taż-żjara ta’ Marija lil Eliżabetta.

Riflessjoni: L-ewwel messaġġ ta’ Fatima fit-18 t’ Ottubru 1961 Għandna bżonn nagħmlu ħafna sagrifiċċji u ħafna penitenza. Għandna nżuru ta’ spiss lil Ġesù fl-ewkaristija. Imma qabel xejn għandna ngħixu ħajja tajba. Jekk ma nagħmluhx hekk, se niltaqgħu mal-kastig. Il-kalċi qiegħed jimtela u jekk ma nibdlux ħajjitna, kastig kbir se jiġi fuqna.

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 164, It-2 punt

You cannot have a better guide than the Most Blessed Virgin, because she is most pure within and without, because the saints call her the treasurer of the graces that God has given to her to share them with you, and because she knows all the paths and means to keep you safe amid the dangers you will encounter. This is why it is most advantageous to allow yourselves to be guided by her, because, says Saint Bernard, when we follow her, we cannot go astray; when we think of her, we cannot wander from the right path; when we pray to her, we can

Page 47: AWWISSU 2015 - signumfideimalta...- AWWISSU 2015 - NIFTAKRU LI QEGĦDIN FIL-PREŻENZA QADDISA T’ALLA. EJJEW NADURAWH Signum Fidei }ajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi Fidi SIGNUM FIDEI

SIGNUM FIDEI 47

never despair of reaching the place where we intend to go; when she helps and upholds us, we cannot fall; when she protects us, we can fear nothing, and when she guides us, we cannot grow weary. In dangers and in narrow, perilous paths, think of Mary. Invoke her sacred name, and at once you will find comfort and deliverance from all your troubles. Oh, how happy you are, if you are devoted to the Most Blessed Virgin, to have easy recourse to her holy name and by this invocation alone to be safe in the midst of all the problems of so difficult a journey

TALBA

Omm l-aktar ħelwa, inti tafna b’isimna lkoll,

tagħraf wiċċna u taf ġrajjietna. Inti tħobbna kif aħna,

bħala omm l-aktar twajba. Inti tfawwar l-imħabba mill-għaqda mal-qalb divina.

Nerħi u nikkonsagra lil kulħadd lilek wisq qaddisa, ommna u omm Alla.

Papa Benedittu XVI, Mejju 2010

Missierna ...

Il-Ħadd, 23 t’Awwissu Il-21 Ħadd ta’ matul is-sena

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Ġożwè 24: 1-2a,15-18b Aħna rridu naqdu ’l-Mulej, għax hu Alla tagħna. 2. Salm 33: 2,3,16-23 Ippruvaw u taraw kemm hu tajjeb il-Mulej. 3. Efesin 5: 21-32 Dan il-misteru – qiegħed ngħid għal Kristu u

għall-Knisja – huwa kbir. 4. Ġwanni 6: 60-69 Mulej, għand min immorru? Int għandek il-kliem

tal-ħajja ta’ dejjem.

Page 48: AWWISSU 2015 - signumfideimalta...- AWWISSU 2015 - NIFTAKRU LI QEGĦDIN FIL-PREŻENZA QADDISA T’ALLA. EJJEW NADURAWH Signum Fidei }ajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi Fidi SIGNUM FIDEI

48 SIGNUM FIDEI

Riflessjoni fuq il-Vanġelu

Il-Vanġelu tal-lum huwa it-tielet parti tad-diskors ta’ Ġesù. Fl-ewwel parti tkellem dwar l-Inkarnazzjoni tiegħu, u l-Ħadd li għadda tkellem fuq l-Ewkaristija. Illum qed ipoġġi quddiem id-dixxipli għazla: jew l-għażliet li għamel Ġesù fl-Inkarnazzjoni u l-Ewkaristija nagħmluhom tagħna jew nimxu bil-kriterji tad-dinja. ‘Tridux tmorru intom ukoll?’

Jisimgħu lil Ġesù kien hemm żewġ tipi ta’ nies, dawk li ħassew dan il-kliem ta’ Ġesù iebes u m’aċċewtawx u l-ohrajn, li Pietru f’isem kulħadd, stqarr, ‘Mulej għand min imorru?’

L-Ispirtu ta’ Ġesù juri lid-dixxipli li l-ħajja trid tkun sens ta’ għotja lill-oħrajn waqt lil-mewt għanda tkun l-aqwa espressjoni ta’ mħabba.

Dawk li jaħsbuha bħal Ġuda, huma dawk li jagħżlu t-triq tal-mewt li għalkemm jibqgħu ħajjin ikunu ttradew lil ħabibhom, bħal ma Ġuda ttradixxa lil Ġesù.

Pietru fil-Vanġelu tal-lum insibuh jitkellem għal kulħadd waqt li kompla jistqarr: ‘Inti għandek il-kliem tal-ħajja ta’ dejjem u aħna emminna u għarafna li inti l-Qaddis ta’ Alla’.

Ġesù huwa ‘it-triq, il-verità u l-ħajja’ (Ġwanni 14;6). Għalhekk m’hemmx triq oħra, jew nimxu kif qed jurina Ġesù jew nagħżlu t-triq li twassal għal-mewt. M’hemmx it-triq tan-nofs, hija waħda li twassalna għal għand il-Missier u din qed jurihilna Ġesù stess.

Dak in-nhar ħafna mid-dixxipli sabu dan il-kliem ta’ Ġesù iebes u ma baqgħux jimxu warajh.

Inti lest li timxi wara Ġesù u bħal Ġesù tkun ‘inkarnat’ u tagħti ħajtek għall-oħrajn? Lest li timpenja ruħek biex ittejjeb l-ambjent ta’ madwarek u l-komunità nisranija? L-għażla hija f’idejk, jew tistqarr l-istqarrija ta’ Pietru jew tittradixxi ‘l-ħutek il-bnedmin.

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med.183; Silta mit-3 punt What inspired the saints to suffer so much in this life in order to enjoy a blessed eternity afterward is the example of the Savior. They were convinced, as Saint Paul says, that they must always bear in their bodies the mortification of Jesus Christ, so that the life of Jesus might also appear in their mortal bodies, knowing that he who raised Jesus from the dead will also raise his elect with him and place them all in his presence. Because of this confidence, continues Saint Paul, they preferred to be separated from their bodies in order to enjoy the presence of the Lord.

Page 49: AWWISSU 2015 - signumfideimalta...- AWWISSU 2015 - NIFTAKRU LI QEGĦDIN FIL-PREŻENZA QADDISA T’ALLA. EJJEW NADURAWH Signum Fidei }ajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi Fidi SIGNUM FIDEI

SIGNUM FIDEI 49

TALBA

Talba lil S.Roża ta’ Lima (bħallum tiġi ċċelebrata l-festa tagħha)

O Alla Missier tagħna, għall-imħabba tiegħek Santa Roża

iċċaħdet minn kollox biex tat ħajjitha għall-penitenza. Bil-għajnuna tat-talb tagħha, agħmel li aħna nimitaw

il-ħajja motifikata li għexet f’din id-dinja, u agħmel li nirbħu l-barka tagħha mill-ġenna.

Dan nitolbuh b’Ġesù Kristu Sidna, li jgħix u jsaltan flimkien miegħek u mal-Ispirtu Santu,

Alla wieħed għal dejjem ta’ dejjem. Ammen.

Missierna …

It-Tnejn, 24 t’Awwissu San Bartilmew - appostlu

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Apokalissi 21, 9b-14 Fil-pedamenti hemm it-tnax-il isem tat-tnax-il appostlu

tal-Ħaruf. 2. Salm 144, 10-13.17-18 Ħbiebek ixandru l-ġmiel ta’ saltnatek. 3. Ġwanni 1, 45-51 Israeli li jistħoqqlu dan l-isem; ma hemm ebda qerq fih.

Page 50: AWWISSU 2015 - signumfideimalta...- AWWISSU 2015 - NIFTAKRU LI QEGĦDIN FIL-PREŻENZA QADDISA T’ALLA. EJJEW NADURAWH Signum Fidei }ajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi Fidi SIGNUM FIDEI

50 SIGNUM FIDEI

SAN BARTILMEW APPOSTLU – (L-1 seklu) Bartolmew ifisser iben Tolmew. Wara li Ġesù għamel lejl sħiħ jitlob fuq

l-għoljiet ta’ Kafarnahum, hu għażel it-tnax-il appostlu tiegħu, fosthom lil Bartolmew li dejjem jissemma ma’ Filippu.

San Ġwann fl-evanġelju tiegħu ma jsemmih qatt lil dan l-appostlu, imma jsemmi ċertu Natanael li l-Appostlu Filippu introduċa lil Ġesù u li dwaru Ġesù qal: “ara wieħed Israeli tabilħaqq li ma għandux qerq”.

Sa mis-seklu disgħa Bartilmew huwa komunement identifikat ma’ dan Natanael. Iżda xejn ma nafu b’ċertezza fuqu. Jaħsbu li kien minn Kana tal-Galilea.

Rakkonti tardivi jgħidu li ppriedka l-fidi nisranija fl-Għarabja Felix, fl-Asja Minuri, l-Armenja, il-Persja u l-Indja. Jingħad ukoll li huwa sofra l-martirju billi ġie mqaxxar ħaj fl-Armenja.

Ir-relikwji tal-qaddis jinsabu fil-Knisja ddedikata lilu fuq gżira żgħira f’Ruma fix-xmara Tevere.

Hu msejjaħ kontra l-mard tal-ġilda. F’Malta, il-parroċċa tal-Għargħur hi ddedikata lil dan l-appostlu.

Riflessjoni: "... Fuq l-eżempju ta' San Bartilmew għandek iġġorr miegħek martirju li mhux inqas iebes daqs dak ta' S. Bartilmew – martirju li jikkonsisti bħalma jgħid S. Pawl "li għandkom twarrbu l-ħajja tagħkom ta' qabel u tinżgħu l-bniedem il-qadim, imħassar bix-xewqat tal-pjaċiri qarrieqa ..." Efesin 4:22

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 159, l-1 punt

Saint Bartholomew had the honor of being one of the Apostles chosen by Jesus Christ. To fill himself entirely with the Gospel truths, he always carried the Gospel of Saint Matthew with him on his journeys. This was the treasure in which he placed all his confidence for securing the salvation of the souls whom he converted in great numbers. It is true that he had the abundant grace of the apostolate and that this was what worked in him and drew souls to God. Because he was humble, he attributed the results of his preaching to the living and effective word of God, which he drew from Saint Matthew’s Gospel, much more than to anything he could say. He knew that this divine word alone is able to make the division between the flesh and the spirit that is so necessary to bring about the entire conversion of a soul. How fortunate you are to carry the holy Gospel with you at all times, for in it are found all the treasures of the knowledge and the wisdom of Jesus Christ. Be faithful to this practice. From this holy book, you must draw the truths that you are to teach your disciples every day to give them by this means the true Christian spirit. For the same reason, nourish your soul daily with the holy maxims contained in this wonderful book; make them familiar to you by often meditating on them.

Page 51: AWWISSU 2015 - signumfideimalta...- AWWISSU 2015 - NIFTAKRU LI QEGĦDIN FIL-PREŻENZA QADDISA T’ALLA. EJJEW NADURAWH Signum Fidei }ajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi Fidi SIGNUM FIDEI

SIGNUM FIDEI 51

TALBA

Alla Missierna, nirringrazzjak talli ħafna persuni użaw it-talenti tagħhom sewwa

u għinuni u għallmuni, u ġabuli l-ferħ u l-hena f’ħajti.

Jalla, jien ukoll ngħix b’tali mod li nġib barka lill-oħrajn bl-attitudni u bl-azzjonijiet tiegħi, u bil-preżenza tiegħi magħhom.

Ibqa miegħi u mexxini sa dak l-aħħar jum, meta jien ukoll, inkun nista’ ngħid

“qiegħed nara s-smewwiet kollha quddiemi u lill-kbir Alla nnifsu.”

Ammen. Br. Nicholas Hutchinson

Missierna …

It-Tlieta, 25 t’Awwissu Jum il-Vokazzjonijiet għall-Istitut Lasaljan

San Ludoviku, re ta’ Franza San Ġużepp Calasanz, presbiteru

Beata Marija Baouardy ta’ Ġesù Msallab, verġni

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1.1Tessalonikin 2: 1-8 Ridna naqsmu magħkom mhux biss l-Evanġelju ta’

Alla, imma wkoll ħajjitna stess. 2. Salm 138 : 1-6 Mulej, int tgħarbilni u tagħrafni. 3. Mattew 23: 23-26 Dawn kien imisskom tagħmlu, bla ma tħallu l-oħrajn barra. SAN ĠUŻEPP CALASANZ (1556-1647) San Ġużepp Calasanz huwa l-fundatur tal-Patrijiet Piaristi, ordni ta’ saċerdoti

għalliema li daż-żmien jgħoddu mal-2000.

Page 52: AWWISSU 2015 - signumfideimalta...- AWWISSU 2015 - NIFTAKRU LI QEGĦDIN FIL-PREŻENZA QADDISA T’ALLA. EJJEW NADURAWH Signum Fidei }ajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi Fidi SIGNUM FIDEI

52 SIGNUM FIDEI

Wara li studja l-liġi huwa beda jistudja t-teoloġija u rnexxa bħala qassis u vigarju ġenerali fid-djoċesi ta’ Urgel fi Spanja. Wara li kellu sejħa misterjuża huwa rrinunzja għall-benefiċċji tiegħu, qassam ħafna mill-wirt tiegħu u mar Ruma fejn is-sejħa tiegħu bħala edukatur bdiet tidher aktar ċara.

Huwa beda bil-Konfraternità tad-Duttrina Nisranija iżda sar persważ li l-akbar ħtieġa kienet ta’ skola reliġjuża b’xejn għall-foqra. Ebda waħda mill-organizzazzjonijiet li avviċina ma riedet tidħol għal dan il-proġett, għalhekk bdieha flimkien ma’ tliet qassisin oħra u fi żmien ġimgħa kellhom ġa 100 student.

Dan ix-xogħol ipprospera għal 40 sena, imbagħad ġew 10 snin ta’ slaleb għall-Ordni li kellu 500 membru li ġie mfarrak minn membru ġdid li kiseb influwenza mas-Santa Sede.

Il-qaddis ġie mwarrab u l-kongregazzjoni prattikament meqruda, għalkemm ġiet restawrata 20 sena wara.

Il-fundatur kien jikkunsilja l-ubbidjenza u jsib faraġ fil-kliem ta’ Ġobb: “Alla tani u Alla ħadli; ikun imbierek isem il-Mulej.”

Huwa patrun tal-iskejjel insara.

Riflessjoni Wieħed missjunarju kien qiegħed jittraduċi l-Bibbja bis-Songhai. Għal mument ma setax isib il-kliem għal “Jiena nemmen”. Staqsa lil wieħed minn tal-pajjiż kif jitraduċiha. Wara ftit dak qallu: “Tfisser tisma’ fil-qalb”. Din tassew hi l-vera traduzzjoni ta’ “Jiena nemmen”. Alla ma jitkellimx bil-vuċi ta’ bniedem imma b’vuċi spiritwali, vuċi tinstema’ mill-qalb biss. Dan ried ifisser Ġesù meta wieġeb lil Pietru: “Hieni int, Xmun bin Ġona, għax mhux bniedem tad-demm u l-laħam uriek dan, imma Missieri li Hu fis-smewwiet.” (Mattew 16:17) Bro. Louis

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 203; Silta mill-1 punt This is how Jesus Christ often made his zeal for the Jews manifest in the Temple, when he went there and drove out those who were buying and selling the things needed for the sacrifices. At the time, he made a whip of cords that he used to chase them. Jesus acted similarly toward the Pharisees, because he could not tolerate their hypocrisy and false piety, much less their pride, which led them to esteem and

Mill-istorja tal-fundatur Bħal-lum 1650, iżżewweġ il-Maġistrat Louis De La Salle, li kellu 25 sena ma’ Nicole Moet ta’ 17-il sena li kellhom ikunu missier u omm San Ġwann Battista De La Salle, li tweldilhom fit-30 ta’ April tas-sena 1651.

Page 53: AWWISSU 2015 - signumfideimalta...- AWWISSU 2015 - NIFTAKRU LI QEGĦDIN FIL-PREŻENZA QADDISA T’ALLA. EJJEW NADURAWH Signum Fidei }ajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi Fidi SIGNUM FIDEI

SIGNUM FIDEI 53

praise their own actions while belittling and blaming the behavior of others. He condemned all their conduct, because they satisfied themselves with teaching others but took no pains to practice what they taught. In all these encounters, Jesus Christ rebuked and blamed them publicly. See what Jesus Christ did not only to the Pharisees but also to others on several occasions.

TALBA GĦALL-VOKAZZJONIJIET

O Alla, Int għażilt lil San Ġwann Battista De La Salle biex jagħti edukazzjoni nisranija

lit-tfal u liż-żgħażagħ; qajjem fil-knisja tiegħek

Brothers u għalliema, nisa u rġiel li jingħataw b’qalbhom kollha biex

jedukaw lit-tfal u liż-żgħażagħ, sew bħala bnedmin u sew bħala nsara.

B’Ibnek Ġesù Kristu Sidna, li hu Alla u miegħek jgħix u jsaltan

flimkien ma’ l-Ispirtu s-Santu, għal dejjem ta’ dejjem,

Ammen.

Missierna …

L-Erbgħa, 26 t’Awwissu Beatu Ġakbu Retomet – presbiteru u martri

Santa Tereża ta’ Ġesù fin-nifda tal-Qalb San Liberal u San Bonifazju

Beatu Żeferinu – Papa u martri Santa Ġovanna Eliżabetta Bichier de Ages - Fundatriċi

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Page 54: AWWISSU 2015 - signumfideimalta...- AWWISSU 2015 - NIFTAKRU LI QEGĦDIN FIL-PREŻENZA QADDISA T’ALLA. EJJEW NADURAWH Signum Fidei }ajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi Fidi SIGNUM FIDEI

54 SIGNUM FIDEI

Qari: 1.1Tessalonikin 2: 9-13 Sakemm konna qegħdin inxandrulkom l-Evanġelju, aħna ħdimna billejl u binhar. 2. Salm 138 : 7-12ab Mulej, int tgħarbilni u tagħrafni. 3. Mattew 23: 27-32 Intom ulied il-qattiela tal-profeti. SANTA ĠOVANNA ELIŻABETTA BICHIER DE AGES – (1773-1838) – fundatriċi Din il-qaddisa twieldet fl-1773 f’La Blanc, Charente, Franza minn familja

nobbli. Missierha kien Antonio l-milord ta’ Anjeże u ommha Marie Augier de Moussac.

Minn meta kellha 10 snin sa 19-il sena hija ħadet l-edukazzjoni tagħha f’kunvent ġewwa Poitiers, Franza.

Meta miet missierha hija rritornat id-dar sabiex tieħu ħsieb il-propjeta tal-familja milli tiġi ikkonfiskata mill-gvern.

Hija rebħet il-kawża fil-qorti u hi u ommha marru joqgħodu f’La Guimetiere. Il-belt kien għadha taħt l-effetti li ħalliet ir-Revoluzzjoni Franċiża. La kien hemm saċerdoti u lanqas kumunitajiet reliġjużi.

Govanna Eliżabetta bdiet tlaqqa n-nies f’darha biex jitolbu, jaqraw l-Iskrittura u jkantaw l-innijiet reliġjużi.

Sabiex tkun taf dwar il-ħajja reliġjuża mill-qrib għamlet xi żmien tgħix mal-Karmelitani u s-Soċjetà tal-Providenza.

Semgħet b’Sant Andrija Fournet li kien jgħix f’belt qrib u li kien qiegħed jagħmel l-istess appostolat u fl-1797 iltaqgħet miegħu biex titolbu jgħinha.

Flimkien huma waqqfu Ulied (Xebbiet) is-Salib ta’ Sant Andrija. Huma kienu jieħdu ħsieb il-morda u l-foqra, u kienu jedukaw in-nies tal-kampanja.

Govanna Eliżabetta kienet l-ewwel superjura tal-komunità. Sas-sena1830 il-komunità kella 60 dar imferrxin madwar Franza.

Twaqqfet ukoll il-kongregazzjoni ta’ rġiel Saċerdoti tal-Qalb Imqaddsa ta’ Betherran.

Il-qaddisa mietet b’kawżi naturali, fis-26 ta’ Awwissu tas-sena 1838, f’La Puye,Vienne, ġewwa Franza

Ġiet venerata fit-22 t’April 1928 minn Papa Piju XI u bbeatifikata mill-istess Papa fit-13 ta’ Mejju 1934. Ġiet ikkanoniżżata minn Papa Piju XII, fis-6 ta’ Lulju 1947.

Riflessjoni Meta aħna nitolbu, nidħlu bl-ispirtu ta’ wieħed fqajjar, u mhux bħallikieku nippossedu xi ħaġa, u b’hekk it-talb tagħna la jtaqqalna u lanqas jinkwetana. Kardinal Martini – Ar`isqof ta’ Milan

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 74, it-2 punt This charity that is required of us presupposes a patience that is proof against everything. Everyone has defects, and we bring them with us everywhere we go; consequently, it is only by overlooking them among ourselves that we can maintain

Page 55: AWWISSU 2015 - signumfideimalta...- AWWISSU 2015 - NIFTAKRU LI QEGĦDIN FIL-PREŻENZA QADDISA T’ALLA. EJJEW NADURAWH Signum Fidei }ajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi Fidi SIGNUM FIDEI

SIGNUM FIDEI 55

peace and union, even in the most select societies. This is why Saint Paul has said that charity endures all things. So that we might be convinced that he was not mistaken and that he did not say this thoughtlessly, he said it twice. Some will say: This I will endure from my Brother, but as for that, I cannot bring myself to put up with it, or again, My disposition is too incompatible with his. You do not want to have any charity for your Brother or establish any union with him if there is anything that you are not prepared to suffer from him, for charity endures all things. Think seriously about this. If you believe that you have come to community without being obliged to suffer the defects of your Brothers, you are deceived, and you made a mistake in coming here. Take proper measures in this regard for the future and for the rest of your life.

TALBA

Aħfirli Mulej, jekk jien riesaq lejk b’idi f’idi.

Aħfirli Mulej, jekk moħħi ffissa u qed ninsa’ l-eternità.

Aħfirli Mulej, jekk m’intix issib fija frott tajjeb fi żmienu.

Dun Pawl Camilleri

Missierna …

Il-Ħamis, 27 t’Awwissu Santa Monika, armla

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. 1Tessaloninkin 3: 7-13 Jalla l-Mulej ikattrilkom u jfawwarkom bl-imħabba għal xulxin u lejn kulħadd. 2. Salm 89: 3,4,12-14, 17 Imliena, Mulej, bit-tieba tiegħek. 3. Mattew 24: 42-51 Kunu lesti.

Mill-istorja tal-Istitut Lasalljan f’Malta Fis-27 ta’ Awwissu, tliet Brothers waslu Malta biex jiftħu skola. Din kienet dar kbira, fi Triq Strada Buongiorno, f’Cospicua. Din l-iskola nfetħet fit-3 ta’ Novembru u semmewha ‘Il-Kulleġġ De La Salle’.

Page 56: AWWISSU 2015 - signumfideimalta...- AWWISSU 2015 - NIFTAKRU LI QEGĦDIN FIL-PREŻENZA QADDISA T’ALLA. EJJEW NADURAWH Signum Fidei }ajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi Fidi SIGNUM FIDEI

56 SIGNUM FIDEI

SANTA MONIKA (333-387) - armla Monika hija mudell ta’ omm nisranija, ta’ mara miżżewġa u ta’ armla. Binha

Santu Wistin, jagħtina tagħrif mill-isbaħ fuqha fid-9 ktieb tal-konfessjonijiet tiegħu.

Hija twieldet f’familja nisranija f’Tagaste, fl-Afrika ta’ Fuq lejn is-sena 331. Żewġuha lil Patrizju, bniedem pagan ta’ ħajja laxka u li jitlagħlu malajr, imma li bil-ħlewwa u s-sabar tagħha, Monika rnexxilha ddawru kif ukoll lil ommu għall-fidi nisranija fit-370.

Patrizju rċieva l-magħmudija ftit qabel ma miet. Hi kellha tliet ulied: Augustinus Aurelius (S. Wistin), Naviġju u Perpetwa.

Monika romlot fit-371 (ta’ madwar 40 sena) u għal ħafna snin talbet għal konverżjoni ta’ binha Wistin, li minn meta ta’ 17-il sena mar jistudja Kartaġni, beda jgħix ħajja vizzjuża, ingħaqad mal-Manikej, u anki kien jgħix ma’ mara li minnha kellu tarbija.

Darba hija talbet lill-isqof biex ikellmu iżda l-isqof induna li Wistin kien għadu mhux imħejji biex jisma’. Monika kompliet tinsisti u nfexxet tibki u l-isqof qalilha: “Ma jistax ikun li iben ta’ tant dmugħ jintilef.” Hija kompliet titlob għall-konverżjoni tiegħu.

F’Kartaġni meta Monika kienet qed titlob f’kappella, Wistin żgiċċa u baħħar lejn Ruma (383). Hija marret warajh sa Milan fejn sabet lil S. Ambroġ bħal anġlu t’Alla mibgħut biex jgħin lil binha.

Fit-386 hija kellha l-faraġ li tara lil binha Wistin iħaddan ir-reliġjon nisranija u f’Sibt il-Għid tat-387 jirċievi l-magħmudija u jiddisprezza l-hena tad-dinja.

Sakemm Wistin kien qed jitħejja għall-magħmudija, Monika kienet tgħix ma’ binha Wistin u ibnu Adeodatu u sħabu f’Cassiciacum, fejn marru jagħmlu speċi ta’ irtir.

Hija mietet f’Ostia fejn flimkien ma’ Wistin kienet qed tistenna ġifen biex tmur lura fl-Afrika. Qabel mietet hija talbet lil Wistin biex jiftakar fiha fuq l-altar tal-Mulej kull fejn ikun.

Sal-1969 il-festa tagħha kienet issir fl-4 ta’ Mejju, lejlet il-festa tal-konverżjoni ta’ S. Wistin; fir-riforma tal-Kalendarju Universali t-tifkira tagħha bdiet issir lejlet il-festa ta’ binha Santu Wistin.

Monika hija l-patruna tan-nisa miżżewġa u mudell għall-ommijiet insara. Riflessjoni: Santu Wistin wara l-mewt ta’ ommu kiteb hekk: Int taf Mulej x’omm jien tlift fiha. Ebda omm oħra ma qatt bkiet fuq qabar binha waħdieni, daqs kemm hi bkiet fuq il-qabar ta’ ruħi. Nista’ nkun hekk ingrat li ninsa omm bħal din? Le, ommi l-għażiża, jiena niftakar dejjem fl-imħabba tiegħek kollha ħeġġa għalija. Niftakar fl-inkwiet tiegħek fuqi u fis-sufferenzi ta’ qalbek minħabba fija.

Page 57: AWWISSU 2015 - signumfideimalta...- AWWISSU 2015 - NIFTAKRU LI QEGĦDIN FIL-PREŻENZA QADDISA T’ALLA. EJJEW NADURAWH Signum Fidei }ajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi Fidi SIGNUM FIDEI

SIGNUM FIDEI 57

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 122, l-1 punt

In her youth Saint Monica had a special attraction to prayer, and her greatest pleasure was to spend days and nights in prayer, avoiding the company of those who might turn her attention away from God. Having learned some prayers from her mother, she never gave up reciting them. What a blessing it is to be brought up in piety from our youth! This makes it easier to preserve that spirit throughout life. Saint Monica had this advantage, and it contributed a great deal to the conversion of her husband and of her son. Do you take care to educate the children confided to you in a Christian spirit? Do you try, above all else, to inspire them with recollection in their prayers and with love for this holy practice? You, on your part, ought to pray much for them to obtain for them from God the gift of piety, something God alone can give them.

TALBA

Ja Omm eżemplari tal-kbir Santu Wistin, inti mxejt wara ibnek mitluf b’perseveranza dejjiema

mhux bit-theddid imma bit-talb lil Alla. Idħol għall-ommijiet ta’ żmienna

biex jitgħallmu jressqu lil uliedhom lejn Alla. Għallimhom kif għandhom joqogħdu qrib uliedhom,

anke dawk l-ulied ħaljin li b’niket tilfu t-triq.

Ammen.

Missierna …

Il-Ġimgħa, 28 t’Awwissu Santu Wistin - isqof u duttur tal-Knisja

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. 1Tessalonikin 4: 1-8 Dan irid Alla minnkom: il-qdusija tagħkom. 2. Salm 96: 1, 2b,5-6,10-12 Ifirħu, ġusti, fil-Mulej. 3.Mattew 25: 1-13 Ara l-għarus! Oħorġu ilqgħuh!

Page 58: AWWISSU 2015 - signumfideimalta...- AWWISSU 2015 - NIFTAKRU LI QEGĦDIN FIL-PREŻENZA QADDISA T’ALLA. EJJEW NADURAWH Signum Fidei }ajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi Fidi SIGNUM FIDEI

58 SIGNUM FIDEI

SANTU WISTIN- (354-430) ISQOF TA’ IPPONA(IPPONA L-AFRIKA TA’ FUQ FL-ALĠERIJA) Missieru Patrizju kien uffiċjal ruman pagan, ommu Monika, kienet nisranija.

Wistin twieled Tagaste fit-13 ta’ Novembru, 354. Wara l-mewt ta’ missieru fis-sena 371, mar jgħix ma’ xebba u kellhom lil Adeodatus.

Agostino għallem ir-Retorika Tagaste, Kartaġni, Ruma u Milan fejn Sant’Ambroġġ għenu fil-konverzjoni, u li għammdu fl-Għid tas-sena 387.

Kien preżenti għall-mewt ta’ ommu f’Ostja u wara rritorna l-Afrika, fejn sar qassis fis-sena 391 u isqof erba’ snin wara.

Tul il-35 sena tal-episkopat tiegħu, bil-kitba u l-predikazzjoni ddefenda l-verità Kattolika, kontra l-ereżiji tal-Manikej, id-Donatisti, il-Prixxiljanisti u l-Pelagjani. Hu l-ikbar duttur tal-Knisja, il-veru prodiġju, miraklu ta’ għerf, qdusija u grazzja. Il-konverżjoni tiegħu wara li qara l-ittri ta’ San Pawl, kienet miraklu mill-ikbar tal-grazzja.

Kien il-ħabib mhux biss ta’ Sant’Ambroġġ, imma wkoll ta’ isqfijiet qaddisin oħra: Sant’Alipju, San Simpliċijan u San Possodju.

Agostino miet Ippona meta kienet assedjata minn Genseriku fit-28 t’ Awwissu 430 ta’ 76 sena.

Il-fdal tiegħu, midfun għall-ewwel Ippona, ittieħed wara f’Sardinja u llum jinsab meqjum ġo monument insinji fil-Knisja ta’ San Pietri ‘In Ciel d’Oro’ fil-belt ta’ Pavia, tal-Patrijiet Agostinjani.

Ġewwa Bona mbagħad, l-Agostinjani Maltin għandhom il-bażilika tiegħu li tħares ukoll relikwija insinji tiegħu.

Ta’ min isemmi fost il-kitbiet tiegħu: l-Ktieb tal-Istqarrijiet u l-Belt ta’ Alla.

Ta’ min jgħid ukoll li l-hekk imsejħa Regola ta’ Santu Wistin (ittra tiegħu lis-Soriijiet) josservawha mhux biss l-Agostinjani imma wkoll ordnjijiet oħra, fosthom id-Dumnikani, it-Trinitarji, is-Servi ta’ Marija u diversi kongregazzjoniet religużi.

Bla dubju ta’ xejn Agostino jibqa’ ġgant kolossali ta’ għerf u ta’ qdusija. Riflessjoni: Kliem Santu Wistin wara li kkonverta Sbuħija dejjem qadima u dejjem ġdida, domt ma ħabbejtek. Int kont miegħi, iżda jien le. Il-maħluqin tiegħek kienu jżommuni ’l bogħod minnek Doqtok, u issa għadni bil-ġuħ u l-għatx għalik. Mellistni u issa nħossni ħerqan bix-xewqa tal-paċi tiegħek. Inti tassew timlieli ħajti, O Alla tiegħi.

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 161, l-1 punt

Once Saint Augustine had been converted to God through the prayers of his holy mother and the powerful and effective instructions of Saint Ambrose, he withdrew to the countryside, where for three years he led an extremely solitary and penitential life. Here he learned to enjoy the presence of God and to practice with perfection

Page 59: AWWISSU 2015 - signumfideimalta...- AWWISSU 2015 - NIFTAKRU LI QEGĦDIN FIL-PREŻENZA QADDISA T’ALLA. EJJEW NADURAWH Signum Fidei }ajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi Fidi SIGNUM FIDEI

SIGNUM FIDEI 59

the rules of the holy Gospel, which were the subject of his meditation. Here he often poured out his heart in the presence of his God. He could not console himself at the thought of his former disorderly life. Whenever he considered the enormity of his sins, he became so overwhelmed by the love of God for him that he could not sufficiently admire and give thanks for the extraordinary goodness that this God of love had shown to him. Sometimes deeply touched by the greatness and the incomprehensibility of God and of God’s gifts to all people, his heart would melt and soften, then burst forth in leaps of love for his God. In holy seclusion this saint became a new man, a man of God; there, after being converted, he prepared to labor effectively for the conversion of others. You cannot become capable of laboring usefully in your work except in seclusion and in prayer. These are the two means at your disposal by which you can become entirely free from the world and from inclination to sin and be consecrated entirely to God.

TALBA Lilek biss inħobb Mulej, warajk biss irrid nimxi. Lilek biss irrid infittex, u lilek biss irrid naqdi.

Nitolbok Mulej, ikkmandani dak li trid, irrid naqdik bil-ferħ kollu ta’ qalbi.

Għaliex mhux l-indiema, imma l-imħabba, qiegħda ssejjaħli lejk. Agħmel Mulej li nkun kapaċi nisma’ dak li tixtieq minni. Għini ngħix dak li tikkmandani, u kkmandani dak li trid . Agħmel li nsibuk, għax qabel ma nsibuk, ma nistrieħux.

Fik biss jinsabu l-hena u l-mistrieħ tagħna. Int għamiltna għalik, O Alla, u qalbna ma ssib qatt kwiet,

jekk ma tistrieħx FIK. Santu Wistin

Missierna …

Is-Sibt, 29 t’Awwissu Il-martirju ta’ Ġwanni l-Battista

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Ġeremija 1, 17-19 Għidilhom kull ma ordnajtlek; la tibżax minnhom.

2. Salm 70, 1-6.15.17 Fommi jxandar il-ġustizzja tiegħek.

3. Mark 6, 17-29 Irridek issa stess tagħtini ras Ġwanni l-Battista fuq platt.

Page 60: AWWISSU 2015 - signumfideimalta...- AWWISSU 2015 - NIFTAKRU LI QEGĦDIN FIL-PREŻENZA QADDISA T’ALLA. EJJEW NADURAWH Signum Fidei }ajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi Fidi SIGNUM FIDEI

60 SIGNUM FIDEI

IL-MARTIRJU TA’ SAN ĠWANN BATTISTA. Wara li l-Knisja tkun ġa għamlet l-festa tat-Twelid tal-Battista fl-24 ta’ Ġunju,

hija terġa’ tfakkar il-martirju ta’ dan il-qaddis prekursur ta’ Ġesù fid-29 ta’ Awwissu.

Ir-rakkont tal-mewt ta’ dan l-aħħar fost il-profeti jagħtihulna bid-dettalji l-evanġelista San Mark (6, 17-29). Erodi Antipas, iben Erodi l-Kbir, kien keċċa ’l martu Marianne u żżewweġ lil Erodias, mart ħuh Filippu.

San Ġwann kien iċanfar fil-pubbliku lir-re u jgħidlu, “ma tistax iżżomm il-mara ta’ ħuk.” Minħabba f’hekk Erodias bdiet tobogħdu u bdiet taħseb kif teqirdu.

L-okkażjoni ġiet meta Erodi għamel il-festa ta’ twelidu, u ħarġet tiżfen bint Erodias li tant għoġbot lir-re li qalilha biex titolbu dak li xtaqet, imqar nofs is-saltna.

It-tfajla marret tieħu parir mingħand ommha li qaltilha: “Mur itlob lir-re biex jagħtik issa ras Ġwanni l-Battista fuq platt.”

Għal din it-talba stramba, Erodi wera li ma ħax gost, imma biex joħroġ ta’ raġel quddiem il-mistednin, qabbad suldat biex imur jaqta’ ras Ġwanni li allura kien fil-ħabs mitfugħ minn Erodi nnifsu għax kien iċanfru, u jġibha fuq platt u jagħtiha lit-tfajla, li min-naħa tagħha mbagħad tatha lil ommha.

Id-dixxipli mbagħad ġabru l-ġisem u tawh difna xierqa. Il-ġrajja seħħet xi sena qabel ma Ġesù ħa l-passjoni.

Ġużeppi Flavju fil-kitba tiegħu jsemmi kif il-Lhud kienu jemmnu li l-qerda tal-armata ta’ Erodi kienet kastig t’Alla għall-qtil ta’ S. Ġwann.

Riflessjoni: Ma tistax togħġob lil Alla u lid-dinja fl-istess ħin. F’xejn ma jaqblu, la

fil-ħsibijiet, la fix-xewqat u lanqas fl-għemil tagħhom. San Ġwann M. Vianney (1786-1859)

Din il-ħajja u l-oħra li ġejja huma żewġ għedewwa. Ma nistgħux inkunu ħbieb tagħhom it-tnejn; jeħtieġ li nagħżlu minn issa lil min se ngawdu u ’l min se nabbandunaw. San Klement (miet 99)

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 162, l-1 punt

Because the purpose of the sojourn of Jesus Christ on earth was for the sanctification of all people, it also seems that the purpose the Savior had in choosing Saint John the Baptist as his prophet and precursor was to bring about the destruction of sin. In this sense the saint came to prepare the way for Jesus Christ. Because we cannot be sanctified except after sin has been destroyed through sorrow for it and through penance, that is what Saint John the Baptist did. To enable him to do this as much for himself as for others and to fulfill in this his ministry more effectively and solidly, Jesus Christ began by visiting him before his birth, while Jesus was still in his holy mother’s womb. He delivered John from original sin, something which can only be accomplished by the unaided grace of Jesus Christ, without any action by the one afflicted with this sin. Jesus Christ

Page 61: AWWISSU 2015 - signumfideimalta...- AWWISSU 2015 - NIFTAKRU LI QEGĦDIN FIL-PREŻENZA QADDISA T’ALLA. EJJEW NADURAWH Signum Fidei }ajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi Fidi SIGNUM FIDEI

SIGNUM FIDEI 61

wanted Saint John to come into this world free from sin, so that he might be able all the more easily to destroy it in those for whose conversion he would labor. Although you have not come into this world exempt from sin like Saint John, at least you ought to have made it a point to be free of it since your spiritual birth and your consecration to God. Since then, have you not committed a great number of sins, even some of considerable gravity? Is this how you have been faithful to Jesus Christ, who did you the honor of calling you to his service and withdrawing you from the abyss of the world and of sin?

TALBA O Alla,

inti ridt lil San Ġwann Battista biex iħejji l-poplu għal Kristu.

Imla l-poplu li għandu l-grazzja tiegħek bil-ferħ, u ressaq il-ħsibijiet tal-fidili kollha

fit-triq tal-paċi u s-salvazzjoni. Agħmel li bħal ma’ San Ġwann sofra l-martirju

għall-verità u l-ġustizzja, hekk ukoll aħna bil-qawwa kollha

nixxdu l-fidi fik u agħmel li oħrajn jimxu fit-triq

tal-verità u tal-ħajja eterna, Ammen.

Missierna …

Il-Ħadd, 30 t’Awwissu It-22-il Ħadd ta’ matul is-sena

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Dewteronomju 4: 1-2.6-8 Ħarsu l-liġijiet tal-Mulej Alla tagħkom. 2. Salm 14 : 2-5 Mulej, min jgħammar fid-dar tiegħek? 3. Ġakbu 1 : 17-18.21-22.27 Kunu intom dawk li jagħmlu l-Kelma ta’ Alla. 4. Mark 7 : 1-8.14-15.21-23 Intom twarrbu l-kmandamenti ta’ Alla biex tħaddnu t- tradizzjonijiet tal-bnedmin.

Page 62: AWWISSU 2015 - signumfideimalta...- AWWISSU 2015 - NIFTAKRU LI QEGĦDIN FIL-PREŻENZA QADDISA T’ALLA. EJJEW NADURAWH Signum Fidei }ajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi Fidi SIGNUM FIDEI

62 SIGNUM FIDEI

Riflessjoni fuq il-Vanġelu

Il-Kittieba u l-Fariżej kienu nies tradizzjonalisti. Il-ħasil tal-idejn kien ritwal importanti għalihom. Mhux biex ikollhom idejhom ndaf biex imissu l-ikel, imma fil-ħsieb tagħhom l-indafa tal-idejn kien ifisser qima lejn Alla. Ghalhekk għalihom, li wieħed ikollu jdejh maħmuġa waqt l-ikel, ikun qiegħed juri nuqqas ta’ rispett lejn Alla.

It-tagħlim ta’ Ġesù fuq dak li kien ritwalment nadif jew maħmuġ kienet kwistjoni taħraq kemm matul il-ministeru tiegħu fuq l-art u kif ukoll wara, meta l-Ġentili bdew jikkonvertu u jingħaqdu mal-Knisja. Alla kien ta lill-poplu Lhudi liġijiet dettaljati fuq l-ikel u l-indafa (ara Levitiku 11).

Hawnhekk Ġesù jikkonfronta żewġ kwistjonijiet: il-liġijiet li żdiedu mill-bnedmin u x’inhu dak li verament jagħmel lil xi ħadd maħmuġ jew nadif. Jidher li matul is-snin il-mexxejja reliġjużi żiedu l-liġijiet tagħhom ma’ dawk ta’ Alla. Agħar minn hekk bdew jagħtu prominenza lil dawn il-liġijiet li għamlu huma bla ma qiesu l-liġijiet oriġinali li kien tahom Alla.

Ġesù sfida tradizzjoni Lhudija antika ħafna. M’humiex l-affarijiet ta’ barra, bħal dawk li tiekol, li jagħmluk maħmuġ, imma dak li għandek f’qalbek. Hu hawnhekk li ħsibijiet ħżiena jinbtu u jwasslu għal azzjonijiet ħżiena.

Ġesù mhux interessat f’nies li jagħmlu u jgħidu ”dak li hu tajjeb” jekk l-attitudni ta’ qalbhom mhix tajba. Ħafna mill-Fariżej kienu tilfu t-triq. Alla jridna nqimuh u naqduh b’qalb safja mimlija mħabba.

Hekk ukoll illum waqt li nitilgħu għat-tqarbin, nagħrfu li jdejna wkoll m’humiex indaf. Fil-fatt qadel it-tqarbin ilkoll nirrepetu dik l-istqarrija taċ-Ċenturjun: “Mulej, ma’ jistħoqlix li tidħol taħt is-saqaf tiegħi, iżda għid kelma waħda u ruħi tkun imfejqa.” Hekk ukoll nistgħu npoġġu lilna nfusna flokk il-publikan fil-parabbola ta’ Ġesù li qagħad fuq in-naħa ta’ wara tat-Tempju, jitlob maħfra waqt li kien qed jgħid: “Mulej, ikollok ħniena minni, għax jien midneb.”

Ma jfissirx li Ġesù jinsab kuntent li ma nkunux indaf imma jikmandana li nkunu qaddisa, bħal Missier li hu qaddis. Hekk Ġesù jiġi jiltaqa’ magħna fid-dgħufija tagħna. Ġesù ma’ jridniex nippruvaw nidhru ta’ dak li m’aħniex, imma jridna naraw dak li hemm f’qalbna. F’dan tinsab it-tama tagħna. Għax wara kollox quddiem il-Mulej minn hu b’idejħ indaf?

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 21; It-3 punt You are also obliged to practice with docility the advice and the orders of your superiors, for, as Saint John says, we show that we truly know God if we keep his commandments. At the same time, the chief witness you can give that you recognize as your superior the one who commands you is that you carry out promptly and exactly not only everything you are ordered but everything you are told, even simple counsels. Just as the one who pretends to know God but does not observe his commandments is a liar and the truth is not in him, as Saint John adds, so too the

Page 63: AWWISSU 2015 - signumfideimalta...- AWWISSU 2015 - NIFTAKRU LI QEGĦDIN FIL-PREŻENZA QADDISA T’ALLA. EJJEW NADURAWH Signum Fidei }ajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi Fidi SIGNUM FIDEI

SIGNUM FIDEI 63

one who does not do everything his superior tells him and shows by his conduct that although he may say that the one who speaks to him is, in fact, his superior, he does not recognize him as such, for what makes known that he is truly united with him in that role and dependent on him is whether he does what his superior tells him. So too, according to this holy Apostle, what proves that we are in God is whether we keep his words.

TALBA

Lejk jien nerfa’ ruħi Mulej, Alla tiegħi. Fik jien nittama, ma jkollix għax nitħawwad.

Triqatek Mulej għarrafni, u l-mogħdijiet tiegħek għallimni. Mexxini fis-sewwa tiegħek u għallimni

għax int Alla tas-salvazzjoni tiegħi. Għalik nixxennaq il-jum kollu.

Serraħli qalbi mid-dwejjaq, min-niket tiegħi eħlisni. Ara n-niket u d-diqa tiegħi, u aħfirli ħtijieti kollha.

Ħarisli ħajti u eħlisni; is-sewwa u l-ġustizzja jħarsuni għax jien fik ittamajt.

Ammen Salm 25.

Missierna ...

It-Tnejn, 31 t’Awwissu San Rajmond Nonnatus, kardinal

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. 1 Tessalonikin 4: 13-18 Alla jiġbor miegħu lil dawk li raqdu f’Ġesù. 2. Salm 95: 1 u 3.4-5.11-12.13 Il-Mulej ġej jagħmel ħaqq mill-art. 3. Luqa 4: 16-30 Bagħatni nwassal il-bxara t-tajba lill-fqajrin ... ebda profeta ma jilqgħuh. SAN RAJMOND NONNATUS (ċ. 1204-1240) - kardinal Dan il-qaddis kien membru tal-Ordni tal-Merċedari li kien imwaqqaf

għall-fidwa tal-ilsiera. Hu twieled f’Portello fil-Katalonja għall-ħabta tal-1204 b’operazzjoni ċesarja għaliex ommu mietet waqt il-ħlas; minħabba f’hekk kien imlaqqam Nonnatus (non natus = mhux imwieled).

Rajmond ingħaqad mal-Ordni tal-Merċedarji taħt San Pietru Nolasco f’Barċellona u malajr kien afdat bil-missjoni li jifdi lill-insara li kienu maqbudin ilsiera fl-Alġerija. Fl-istess ħin huwa eżerċita l-appostolat tat-talb u tal-predikazzjoni.

Page 64: AWWISSU 2015 - signumfideimalta...- AWWISSU 2015 - NIFTAKRU LI QEGĦDIN FIL-PREŻENZA QADDISA T’ALLA. EJJEW NADURAWH Signum Fidei }ajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi Fidi SIGNUM FIDEI

64 SIGNUM FIDEI

Meta spiċċawlu l-flus li bihom kien jifdi lill-ilsiera, huwa ta lilu nnifsu minn rajh bħala ostaġġ biex jinħelsu oħrajn.

Wara li hu sofra ħafna moħqrijiet u tmien xhur priġunerija ħarxa minħabba li kien jippriedka l-vanġelu fost l-Islam, huwa ġie mifdi mill-Ordni tiegħu.

Meta San Rajmond rritorna fi Spanja, il-Papa Girgor IX innominah kardinal (1239).

Il-qaddis miet is-sena ta’ wara f’Cardona, ftit mili ’l bogħod minn Barċellona, waqt li kien fi triqtu għal Ruma. Kien għad kellu biss 36 sena.

San Rajmond Nonnatus kien ikkanonizzat fl-1657. Hu l-patrun tal-qwiebel

(midwives) u tan-nisa li jkunu se jsiru ommijiet. Riflessjoni mill-Imitazzjoni ta’ Kristu, It-Tielet Ktieb, Kap 58 Ibni, ma għandekx għalfejn toqgħod tistħarreġ fuq it-triqat moħbija t’Alla; ma għandekx għalfejn trid taf għala dan donnu minsi mn’Alla u dak ġie mgħolli fi grazzja hekk kbira; għala dan ġewħ tant slaleb, u dak ġie msejjaħ għal ħwejjeġ kbar, Il-moħħ tal-bniedem m’hux biżżejjed biex jifhem dawn il-ħwejjeġ u kollu żejjed li wieħed iħabbat moħħu u jitlewwem biex jikxef il-fehma t’Alla. Meta l-għadu tar-ruħ jiġi jsefsiflek ħwejjeġ bħal dawn, jew xi bnedmin jitħaddtu fuq hekk, int weġibhom bi kliem il-Profeta: “Mulejja, inti kollok sewwa, u tal-ħaqq il-fehma tiegħek;’’ jew b’dal-kliem l-ieħor: “Il-fehmiet t’Alla huma minnhom, u mill-ewwel sal-aħħar tas-sewwa.’’ Il-fehmiet tiegħi, iva, ta’ min jibża’ minnhom, u mhux ta’ min joqgħod jitlewwem fuqhom: għaliex moħħ il-bniedem ma jilħaqx magħhom.

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med.87; It-3 punt After teaching the faith, Saint Stephen also died for the faith. The Jews could not endure the reproaches and explanations he leveled at them about their ingratitude to God and their hardness of heart. They threw him out of the city and stoned him as a blasphemer. That is how they treated all the Prophets, our Lord says. This saint considered himself fortunate to be treated like those who had preceded him. Saint Augustine says that he welcomed with gratitude this shower of stones that fell upon him. Faith filled his being and made him feel truly honored at being persecuted in this way, as Jesus Christ, his Master, had been. All he did during this time was to look to heaven to show God his gratitude for so great a favor.

TALBA LIL MARIJA Omm ħelwa ta’ Kristu l-Feddej, int bieb illi jagħti għas-sema,

int kewkba tal-baħar, Marija! Ħarisna mill-waqgħa, kun magħna, għajnuna tal-poplu l-maħtur,

li b’għaġeb nissilt ’l min ħalqek fis-siegħa li lqajt it-tislima li tak Gabrijel, u bqajt xebba, kif qabel, hekk wara t-tnissil.

Ħenn, Omm, għal uliedek midinba.

Missierna …

Page 65: AWWISSU 2015 - signumfideimalta...- AWWISSU 2015 - NIFTAKRU LI QEGĦDIN FIL-PREŻENZA QADDISA T’ALLA. EJJEW NADURAWH Signum Fidei }ajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi Fidi SIGNUM FIDEI

SIGNUM FIDEI 65

It-Talba tas-Signum Fidei Missierna li inti fis-smewwiet, fil-providenza tiegħek, inti għoġbok tagħżilni biex inkun Sinjal ta’ Fidi f’dinja mimlija konfużjoni u inċertezzi. Ixgħel fija u fil-membri kollha tas-Signum Fidei, spirtu qawwi ta’ FIDI u ĠENEROŻITÀ, ħalli meta niġi biex nikkommetti ruħi fl-appostolat, nimxi fuq l-eżempju ta’ San Ġwann Battista De La Salle, u ndawwal oħrajn, biex huma wkoll jikkonsagraw ħajjithom, ħalli jwasslu l-Vanġelu lid-dinja fl-edukazzjoni. Bierek ix-xogħol ta’ ħutna, huma fejn huma, biex flimkien , imdawwla bl-entużjażmu tal-ispirtu tal-imħabba tiegħek, insiru dejjem aktar il-melħ tad-dinja, id-dawl tad-dinja, l-aktar fost il-fqar u , dawk li jinsabu bogħod mis-salvazzjoni li inti toffri. Ilqa’ ġewwa dirgħajk lil ħutna li telqu qabilna bis-sinjal tat-twemmin u li issa jinsabu reqdin fil-paċi tiegħek. Qed nitolbok dan, permezz ta’ Ġesù Kristu, ibnek l-għażiż. Ammen. Direzzjoni: Min jixtieq tagħrif dwar is-Signum Fidei kkuntatjaw lil:

Signum Fidei, Dar il-Frères, Triq Antonio Sammut, Il-Gżira. GŻR1563

Page 66: AWWISSU 2015 - signumfideimalta...- AWWISSU 2015 - NIFTAKRU LI QEGĦDIN FIL-PREŻENZA QADDISA T’ALLA. EJJEW NADURAWH Signum Fidei }ajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi Fidi SIGNUM FIDEI

66 SIGNUM FIDEI

ST. BENILDE ROMANSON

O God, who inspired Saint Benilde Romanson

to be an excellent educator who carried out his daily work to

perfection, graciously grant that through

his intercession and example, we too may be faithful

to our vocation and attain perfect charity.

Through Christ our Lord. Amen

”Dear brothers and sisters, after being taken up into Heaven, Mary did not distance herself from us but continues to be even closer to us, and her light shines on our lives and on the history of mankind. Attracted by the heavenly brightness of the Mother of the Redeemer, let us turn with trust to the One who looks upon us and protects us from on high.” Pope Benedict, Angelus on August 15, 2007