ĠANANTON VASSALLO, - Kitbietnakitbietna.weebly.com/uploads/5/7/3/7/5737040/32_lehha.pdf ·...

1
leħħ il-Malti Folja eleronika b’tagħrif lingwisku, ortografiku, grammakali u kulturali dwar il-lingwa Malja maħruġa mid-Diparment tal-Mal fi ħdan il-Kulleġġ San Injazju sabiex il-lingwa tagħna ngħata l-valur li jistħoqqilha. Kull suġġeriment u/jew diffikultà huma ġenlment milqugħa fuq [email protected] G ramma rammatika ramma rammatika ejjew niffurmaw il-Verbi... It-Tmien Forma ssir billi nżidu l-konsonanti ‘t’ wara l-ewwel konsonanti tal-Mamma tal-Verb Ewlieni. 8 it- Forma 1 FORMA 8 FORMA 1 v 2 v 3 1 v 2 v 3 L a Q a L T a Q a M e L a (J) M T e L a (J) N e B a Ħ N T e B a Ħ N a S a B N T a S a B Il-Forma tieħu tifsira: riflessiva , eż: ma damx ma ntebaħ li mar ’il quddiem; passiva , eż: lanqas indunajna li l-barmil imtela daqshekk malajr. reċiproka , eż: iltaqgħu dalgħodu. 1-2-3 huma konsonanti u ‘v’ tfisser vokali [email protected] LEĦĦ IL-MALTI [email protected] ĠANANTON VASSALLO, poeta u storiku (1817-1868) Ġ ananton Vassallo twieled il-Belt Vallea fis-6 ta’ Ġunju 1817 minn Vincenzo u Maria Vassallo. Fost l-għalliema egħu nsibu lil Dun Pietru Pawl Psaila u Dun Ġużepp Zammit Brighella. Kien jaf tajjeb diversi lingwi fosthom il- Mal, it-Taljan, il-Lan, il-Franċiż, l-Għarbi u xi ſtit l-Ingliż. Fl-1839 Vassallo beda l-kors tal-liġi fl-Università u ħa l-lawrja fl-1842. Fl-1844 huwa emigra lejn l-Eġiu fejn għamel biss 13-il xahar. Fl-1850 beda jgħallem it- Taljan il-Liċeo, u fl-1863 laħaq Professur tat-Taljan fl-Università. Ta’ 25 sena beda jikteb il-poeżija bil-Mal. Kiteb ħafna bijografiji ta’ nies Maln fir- rivista Arte (1862-1866) u bit-Taljan ħareġ La Storia di Malta raccontata in Compendio (1854). Bil-Mal ħareġ Storja ta’ Malta miktuba għall-poplu Mal (1862), Il-ħajja tal-Appostlu Missierna San Pawl (1858), kif ukoll Ġesù Kristu fid-Dinja (1861) u żewġ kotba ta’ poeżija, wieħed bl-isem ta’ Ħrejjef (1861) u ieħor bl-isem ta’ Ħrejjef u Ċajt bil-Mal (1863). Aktarx li l-aktar xogħol magħruf egħu huwa Il- Ġifen Tork, epika li kiteb fl-1842. Ġananton Vassallo kien juża kemm il-Mal kif ukoll it-Taljan bħala għodda għat-tagħlim. Il-Mal kien jidhirlu li għandu jinkiteb kif inhu mitkellem fl-ibliet biex ikun Mal suffiċjen, anzi għani, u jkun jista’ jinqeda bih kull min irid ifisser il-kunċe tal-ħajja ċivili. Vassallo miet qasir il-għomor fl-età ta’ 51 sena fit-28 ta’ Marzu 1868.

Transcript of ĠANANTON VASSALLO, - Kitbietnakitbietna.weebly.com/uploads/5/7/3/7/5737040/32_lehha.pdf ·...

Page 1: ĠANANTON VASSALLO, - Kitbietnakitbietna.weebly.com/uploads/5/7/3/7/5737040/32_lehha.pdf · Missierna San Pawl (1858), kif ukoll Ġesù Kristu fid-Dinja (1861) u żewġ kota ta’

leħħ

il-Malti

Folja elettronika b’tagħrif lingwistiku, ortografiku, grammatikali u kulturali

dwar il-lingwa Maltija maħruġa mid-Dipartiment tal-Malti fi ħdan il-Kulleġġ San

Injazju sabiex il-lingwa tagħna tingħata l-valur li jistħoqqilha. Kull suġġeriment

u/jew diffikultà huma ġentilment milqugħa fuq [email protected]

leħħ[email protected] [email protected] [email protected]

G ramma rammatika ramma rammatika

ejjew niffurmaw il-Verbi...

It-Tmien Forma ssir billi nżidu l-konsonanti ‘t’ wara l-ewwel

konsonanti tal-Mamma tal-Verb Ewlieni.

8 it-

Forma

1 FORMA 8 FORMA

1 v 2 v 3 1 v 2 v 3

L a Q a ’ L T a Q a ’

M e L a (J) M T e L a (J)

N e B a Ħ N T e B a Ħ

N a S a B N T a S a B

Il-Forma tieħu tifsira:

riflessiva, eż: ma damx ma ntebaħ li mar ’il quddiem;

passiva, eż: lanqas indunajna li l-barmil

imtela daqshekk malajr.

reċiproka, eż: iltaqgħu dalgħodu. 1-2-3 huma konsonanti u ‘v’ tfisser vokali

[email protected] LEĦĦ IL -MALTI [email protected]

ĠANANTON VASSALLO,

poeta u storiku (1817-1868)

Ġ ananton Vassallo twieled il-Belt Valletta fis-6 ta’ Ġunju 1817 minn

Vincenzo u Maria Vassallo. Fost l-għalliema tiegħu nsibu lil Dun Pietru Pawl

Psaila u Dun Ġużepp Zammit Brighella. Kien jaf tajjeb diversi lingwi fosthom il-

Malti, it-Taljan, il-Latin, il-Franċiż, l-Għarbi u xi ftit l-Ingliż.

Fl-1839 Vassallo beda l-kors tal-liġi fl-Università u ħa l-lawrja fl-1842. Fl-1844

huwa emigra lejn l-Eġittu fejn għamel biss 13-il xahar. Fl-1850 beda jgħallem it-

Taljan il-Liċeo, u fl-1863 laħaq Professur tat-Taljan fl-Università. Ta’ 25 sena

beda jikteb il-poeżija bil-Malti. Kiteb ħafna bijografiji ta’ nies Maltin fir-

rivista Arte (1862-1866) u bit-Taljan ħareġ La Storia di Malta raccontata in

Compendio (1854). Bil-Malti ħareġ Storja ta’ Malta miktuba għall-poplu Malti (1862), Il-ħajja tal-Appostlu

Missierna San Pawl (1858), kif ukoll Ġesù Kristu fid-Dinja (1861) u żewġ kotba ta’ poeżija, wieħed bl-isem

ta’ Ħrejjef (1861) u ieħor bl-isem ta’ Ħrejjef u Ċajt bil-Malti (1863). Aktarx li l-aktar xogħol magħruf tiegħu huwa Il-

Ġifen Tork, epika li kiteb fl-1842.

Ġananton Vassallo kien juża kemm il-Malti kif ukoll it-Taljan bħala għodda għat-tagħlim. Il-Malti kien jidhirlu li

għandu jinkiteb kif inhu mitkellem fl-ibliet biex ikun Malti suffiċjenti, anzi għani, u jkun jista’ jinqeda bih kull min

irid ifisser il-kunċetti tal-ħajja ċivili.

Vassallo miet qasir il-għomor fl-età ta’ 51 sena fit-28 ta’ Marzu 1868.