Post on 14-Aug-2015
Ittajpja isem l-utent u l-password tiegħek
Suġġeriment: Uża l-prompt ‘Insejt il-password?’, jekk ma tistax tiftakar il-password tiegħek
Pass 1 Idħol
Pass 2 Aġġorna l-profil tiegħek Suġġeriment: Tkun taf liema ‘tab’ huwa
kurrentement mixgħul, għax it-titlu tat-tab ikun imdawwal
Ara l-Ħajja tal-eTwinning tiegħi fuq n-naħa tal-lemin u kun żgur li għażilt ‘Iva’ fit-tweġiba għal Jiena lest/a għal proġett tal-eTwinning
Pass 2 Aġġorna l-profil tiegħek
Suġġeriment: Tajjeb li ttella’ ritratt tiegħek – m’intix obbligat tagħmel dan, iżda dan jagħmel il-profil tiegħek aktar attraenti għal imsieħba prospettivi. Jekk ma tħossokx komdu tagħmel ritratt tiegħek, tista’ tqiegħed ritratt tal-iskola tiegħek, tal-logo tal-iskola tiegħek jew ta’ għeliem famuż fil-belt tiegħek.
Biex taġġorna l-profil tiegħek, ikklikkja fuq Editja l-Profil
Pass 2 Aġġorna l-profil tiegħek
Tista’ teditja l-biċċa l-kbira tal-Profil tiegħek , inkluż ismek u l-indirizz postali tiegħek
Suġġeriment: Tista’ wkoll tbiddel il-password tiegħek
Suġġeriment: Ipprova ikteb xi ħaġa qasira u interessanti dwarek, l-interessi professjonali tiegħek, l-iskola tiegħek, l-esperjenza tiegħek u l-ideat tal-proġett tiegħek. Huwa importanti ħafna li tikteb b’lingwa li l-imsieħba prospettivi tiegħek jifhmu – ħafna għalliema għandhom profili bilingwi, fejn jużaw kemm il-lingwa nattiva tagħhom kif ukoll lingwa oħra, li tinftiehem minn ħafna nies, bħall-Ingliż, il-Franċiż, l-Ispanjol jew il-Ġermaniż.
Pass 3 Aħseb dwar l-idea tal-proġett tiegħek
Suġġeriment: Jekk diġà għandek idea għal proġett, tista’ tinforma lin-nies billi tikteb fuq eTwinning u jien: Il-Ġurnal Tiegħi mbagħad ikklikkja fuq il-buttuna Ixxerja. In-nies imbagħad ikunu jistgħu jwieġbu l-posts tal-Ġurnal tiegħek biex jesprimu l-interess tagħhom. Jekk għad m’għandekx idea għal proġett, xorta tista’ tuża dan l-ispazju biex tgħid fiex inti interessat, p.eż., Jiena interessat/a li niskambja posta elettronika jew jiena interessat/a fi proġetti tax-Xjenza
Pass 3 Lil min tixtieq issib?
Check list
Dawn huma xi mistoqsiijiet li jistgħu jgħinuk tiddefinixxi l-imsieħeb prospettiv tiegħek:
• X’tip ta’ skola msieħba għandha tkun?• Kemm għandu jkollhom żmien it-tfal fil-klassi tal-imsieħba?• X’għandha tkun il-lingwa tal-proġett?• X’oqsma ta’ suġġetti tixtieq tkopri?• Għandek xi ideat jew suġġerimenti konkreti għall-proġett?• Liema għodod tixtieq tuża?• Hemm xi ħaġa ta’ importanza kbira għas-sħubija tal-eTwinning?
Suġġeriment: Jekk m’għandekx ideat, dejjem tista’ tibbrawżja l-Kits (proġetti lesti) fis-sezzjoni Ikkollabora
Pass 4 Uża l-Funzjoni tat-Tiftix
Ikklikkja fuq it-tab Sib eTwinners
Jekk diġà taf l-isem tal-persuna jew l-iskola li tixtieq issib, tista’ tittajpjah fil-qasam Tiftixa ta’ Malajr
Ittajpja isem
Pass 4 Uża l-Funzjoni tat-Tiftix
Jew tista’ tuża l-Funzjoni tat-Tiftix aktar ġenerali billi timla l-oqsma magħżula, p.eż. Pajjiż, Suġġett, Lingwa eċċ.
Suġġeriment: Din mhijiex formola ta’ applikazzjoni, għalhekk m’għandekx għalfejn timla kull qasam. Aktar ma tkun ġenerali t-tiftixa tiegħek, aktar ikollok riżultati.
Suġġeriment: Huwa tajjeb ukoll li timmarka l-kaxxa Disponibbli għal proġett tal-eTwinning, biex ir-riżultati tat-tiftix juru biss għalliema li huma kurrentement disponibbli
Tinsiex tikklikkja fuq il-buttuna Fittex
Pass 4 Uża l-Funzjoni tat-Tiftix
Fuq il-paġna Riżultati tat-Tiftix, inti tara kemm hemm għalliema disponibbli għal proġett tal-eTwinning skont l-ispeċifikazzjonijiet tiegħek.
Pass 5 Ikkuntattja lil xi ħadd
Biex tara aktar riżultati sempliċiment skrollja ’l isfel fuq din il-paġna
Suġġeriment: Fuq din il-paġna jkollok ħarsa ġenerali tal-profil ta’ xi ħadd, inkluż il-lingwa li jużaw, is-suġġetti li huma interessati fihom u l-pajjiż minn fejn ġejjin
Pass 5 Ikkuntattja lil xi ħadd
Għal ħarsa aktar mill-viċin tal-profil ta’ xi ħadd, sempliċiment ikklikkja fuq isimhom
Suġġeriment: Il-buttuna bis-sinjal tal-għadd l-aħdar tintuża biex tibgħat ‘Talba għal Kuntatt’ lil xi ħadd, biex tkun tista’ żżidhom mal-lista tal-Kuntatti bħala msieħba tal-proġett prospettiv. M’għandekx tuża din il-buttuna qabel ikollok l-opportunità tintroduċi lilek innifsek. Nirrikmandaw li l-ewwel tibgħat ittra elettronika lill-persuna, jew tikteb xi ħaġa fuq il-Ġurnal tagħhom, qabel tibagħtilhom talba għal kuntatt.
Pass 5 Ikkuntattja lil xi ħadd
Tista’ tikkuntattja lil xi ħadd billi tibagħtilhom ittra elettronika, sempliċiment ikklikkja fuq l-envelop l-abjad
Suġġeriment: Tista’ tara l-aħħar data ta’ lloggjar biex tkun taf kemm hu attiv xi ħadd.
Pass 5 Ikkuntattja lil xi ħadd
Suġġeriment: Tista’ wkoll tara min huma l-kuntatti tagħhom – dawn jistgħu jkunu msieħba prospettivi.
Jekk diġà kellek xi kuntatt mal-persuna, tista’ tikklikkja fuq il-buttuna bis-sinjal tal-għadd l-aħdar biex tibagħtilhom ‘Talba għal Kuntatt’
Tista’ tikteb kumment fil-Ġurnal tagħhom jew ‘togħġbok’ l-entrata tal-Ġurnal tagħhom, biex turi li inti interessat/a.
Pass 6 Uża l-forums
Tista’ tiża l-Forums biex tippostja messaġġ li jkunu jistgħu jarawhom persuni oħra li huma interessati jsibu msieħeb fl-eTwinning
Pass 6 Uża l-forums
Suġġeriment: Dawn huma f’gruppi skont l-Etàjiet, għalhekk agħżel il-Forum li huwa l-aktar relevanti għalik – hemm ukoll forum Ġenerali, jekk il-firxa tal-età mhijiex importanti għalik
Biex taċċessa l-forum, ikklikkja fuq it-titlu tal-Forum, p.eż. Proġetti tal-eTwinning 12-15
Pass 6 Uża l-forums
Suġġeriment: Qabel tippostja messaġġ fuq il-Forum, huwa dejjem tajjeb li tibbrawżja messaġġi eżistenti, biex tara jekk hemmx xi ħaġa li tinteressak.
Biex tara post eżistenti fil-Forum, sempliċiment ikklikkja fuq it-titlu
Pass 6 Uża l-forums
Imbagħad tara l-post fil-Forum u tista ‘twieġeb’ jekk tkun interessat/a
Suġġeriment: Tista’ tara persuni oħra li wieġbu l-post, dawn jistgħu jkunu wkoll imsieħba prospettivi tal-proġett
Pass 6 Uża l-forums
Tista’ tagħżel suġġett Vokazzjonali, jekk dan ikun relevanti
Agħżel il-lingwa tal-post tiegħekSuġġeriment:
Hija idea tajba li tittaggja l-post tiegħek bi kliem muftieħ, biex titla’ fit-tiftixiet li jagħmlu persuni fuq il-Forum Ikklikkja fuq Ippostja l-messaġġ tiegħek
Pass 7 Avvenimenti Onlajn u Offlajn
Tista’ wkoll tiltaqa’ ma’ msieħba f’avvenimenti bħal Seminars ta’ Kuntatt u f’Avvenimenti ta’ Tagħlim u Fieri tat-Tiftix ta’ Msieħba onlajn. Oqgħod attent/a għall-aħbarijiet nazzjonali fuq il-paġna Ewlenija u s-sezzjoni Ibqa’ aġġornat fuq il-Paġna Ewlenija tal-eTwinning.