tal-A fil- 2013 · 4. II-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta...

17
ЕВРОПЕЙСКА СМЕТНА ПАЛАТА TRIBUNAL DE CUENTAS EUROPEO EVROPSKÝ ÚČETNÍ DVŮR DEN EUROPÆISKE REVISIONSRET EUROPÄISCHER RECHNUNGSHOF EUROOPA KONTROLLIKODA ΕΥΡΩΠΑΪΚΟ ΕΛΕΓΚΤΙΚΟ ΣΥΝΕΔΡΙO EUROPEAN COURT OF AUDITORS COUR DES COMPTES EUROPÉENNE CÚIRT INIÚCHÓIRÍ NA HEORPA EUROPSKI REVIZORSKI SUD CORTE DEI CONTI EUROPEA EIROPAS REVĪZIJAS PALĀTA EUROPOS AUDITO RŪMAI EURÓPAI SZÁMVEVŐSZÉK IL- QORTI EWROPEA TAL- AWDITURI EUROPESE REKENKAMER EUROPEJSKI TRYBUNAŁ OBRACHUNKOWY TRIBUNAL DE CONTAS EUROPEU CURTEA DE CONTURI EUROPEANĂ EURÓPSKY DVOR AUDÍTOROV EVROPSKO RAČUNSKO SODIŠČE EUROOPAN TILINTARKASTUSTUOMIOISTUIN EUROPEISKA REVISIONSRÄTTEN 12, RUE ALCIDE DE GASPERI TELEPHONE (+352) 43 98 1 E-MAIL: [email protected] L - 1615 LUXEMBOURG TELEFAX (+352) 43 93 42 INTERNET: http://eca.europa.eu Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri għas-sena finanzjarja 2013 flimkien mar-risposti tal-Aġenzija

Transcript of tal-A fil- 2013 · 4. II-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta...

Page 1: tal-A fil- 2013 · 4. II-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet annwali tal -Aġenzija u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet

ЕВРОПЕЙСКА СМЕТНА ПАЛАТА TRIBUNAL DE CUENTAS EUROPEO

EVROPSKÝ ÚČETNÍ DVŮR DEN EUROPÆISKE REVISIONSRET EUROPÄISCHER RECHNUNGSHOF

EUROOPA KONTROLLIKODA ΕΥΡΩΠΑΪΚΟ ΕΛΕΓΚΤΙΚΟ ΣΥΝΕΔΡΙO

EUROPEAN COURT OF AUDITORS COUR DES COMPTES EUROPÉENNE

CÚIRT INIÚCHÓIRÍ NA HEORPA

EUROPSKI REVIZORSKI SUD CORTE DEI CONTI EUROPEA EIROPAS REVĪZIJAS PALĀTA

EUROPOS AUDITO RŪMAI

EURÓPAI SZÁMVEVŐSZÉK IL-QORTI EWROPEA TAL-AWDITURI

EUROPESE REKENKAMER EUROPEJSKI TRYBUNAŁ OBRACHUNKOWY

TRIBUNAL DE CONTAS EUROPEU CURTEA DE CONTURI EUROPEANĂ

EURÓPSKY DVOR AUDÍTOROV EVROPSKO RAČUNSKO SODIŠČE

EUROOPAN TILINTARKASTUSTUOMIOISTUIN EUROPEISKA REVISIONSRÄTTEN

12, RUE ALCIDE DE GASPERI TELEPHONE (+352) 43 98 – 1 E-MAIL: [email protected] L - 1615 LUXEMBOURG TELEFAX (+352) 43 93 42 INTERNET: http://eca.europa.eu

Rapport dwar il-kontijiet annwali

tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Kooperazzjoni Operazzjonali

fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri għas-sena finanzjarja 2013

flimkien mar-risposti tal-Aġenzija

Page 2: tal-A fil- 2013 · 4. II-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet annwali tal -Aġenzija u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet

2

ADB001974MT04-14PP-CH105-14APCFIN-RAS-2013_FRONTEX-TR.DOC 8.7.2014

INTRODUZZJONI

1. L-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Kooperazzjoni Operazzjonali fil-

Fruntieri Esterni tal-Istati Membri (minn hawn 'il quddiem “l-Aġenzija”, magħrufa

wkoll bħala l-“FRONTEX”), li tinsab f’Varsavja, inħolqot bir-Regolament tal-

Kunsill (KE) Nru 2007/20041. Il-kompitu tal-Aġenzija huwa li tikkoordina l-

attivitajiet tal-Istati Membri fil-qasam tal-ġestjoni tal-fruntieri esterni (appoġġ

għal kooperazzjoni operazzjonali, assistenza teknika u operazzjonali, u analiżi

tar-riskju)2

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

.

2. L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-

awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-

sistemi ta’ superviżjoni u kontroll tal-Aġenzija. Dan huwa ssupplimentat

b’evidenza pprovduta mix-xogħol ta’ awdituri oħrajn (fejn rilevanti) u analiżi tar-

rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3. Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament

tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-Qorti awditjat:

(a) il-kontijiet annwali tal-Aġenzija, li jinkludu r-rapporti finanzjarji3 u r-rapporti

dwar l-implimentazzjoni tal-baġit4

1 ĠU L 349, 25.11.2004, p. 1.

għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-

31 ta' Diċembru 2013, u

2 L-Anness II jagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Aġenzija. Huwa ppreżentat għal skopijiet ta’ informazzjoni.

3 Dawn jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-flussi tal-flus, ir-rapport tat-tibdil fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

Page 3: tal-A fil- 2013 · 4. II-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet annwali tal -Aġenzija u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet

3

ADB001974MT04-14PP-CH105-14APCFIN-RAS-2013_FRONTEX-TR.DOC 8.7.2014

(b) il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-

kontijiet.

Ir-responsabbiltà tal-maniġment

4. II-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-

kontijiet annwali tal-Aġenzija u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’

bażi5

(a) Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-kontijiet annwali tal-

Aġenzija jinkludu t-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ sistema ta’

kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta ta’ rapporti

finanzjarji li jkunu ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali,

sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball; l-għażla u l-

applikazzjoni ta’ politiki kontabilistiċi xierqa fuq il-bażi tar-regoli kontabilistiċi

adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni

:

6

(b) Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-

tranżazzjonijiet ta’ bażi u l-konformità mal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja

; it-tħejjija ta’ stimi

kontabilistiċi li jkunu raġonevoli fiċ-ċirkustanzi. Id-Direttur japprova l-

kontijiet annwali tal-Aġenzija wara li l-uffiċjal tal-kontabbiltà tagħha jkun

ħejjiehom fuq il-bażi tal-informazzjoni kollha disponibbli u jkun stabbilixxa

nota biex takkumpanja l-kontijiet li fiha huwa jiddikjara, fost l-oħrajn, li

għandu aċċertament raġonevoli li dawn jippreżentaw stampa vera u ġusta

tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Aġenzija fl-aspetti materjali kollha.

4 Dawn jinkludu l-kont tar-riżultat baġitarju u l-anness għall-kont tar-riżultat

baġitarju.

5 L-Artikoli 39 u 50 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 (ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42).

6 Ir-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni huma dderivati mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fejn rilevanti, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IAS)/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà.

Page 4: tal-A fil- 2013 · 4. II-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet annwali tal -Aġenzija u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet

4

ADB001974MT04-14PP-CH105-14APCFIN-RAS-2013_FRONTEX-TR.DOC 8.7.2014

tajba jikkonsistu fit-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ sistema ta’

kontroll intern effettiva u effiċjenti li tinkludi superviżjoni adegwata u miżuri

xierqa għall-prevenzjoni ta’ irregolaritajiet u frodi u, jekk meħtieġ,

proċedimenti legali għall-irkupru ta’ fondi mħallsa jew użati ħażin.

Ir-responsabbiltà tal-awditur

5. Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li, fuq il-bażi tal-awditu tagħha, tipprovdi lill-

Parlament Ewropew u lill-Kunsill7

6. L-awditu jinvolvi t-twettiq ta' proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar

dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità

tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq il-ġudizzju tal-

awditur, li huwa bbażat fuq valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta

materjali tal-kontijiet u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali mit-tranżazzjonijiet ta’

bażi mar-rekwiżiti fil-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u

sew jekk minħabba xi żball. Meta jivvaluta dawn ir-riskji, l-awditur iqis

kwalunkwe kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-

kontijiet, kif ukoll is-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll li jkunu implimentati biex

jiġu żgurati l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, u jfassal

proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa skont iċ-ċirkustanzi. L-awditu jinvolvi wkoll

b’dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-

affidabbiltà tal-kontijiet annwali u dwar il-legalità u r-regolarità tat-

tranżazzjonijiet ta’ bażi. Il-Qorti tmexxi l-awditu tagħha skont l-Istandards

Internazzjonali tal-Awditjar u l-Kodiċijiet tal-Etika tal-IFAC u l-Istandards

Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar tal-INTOSAI. Dawn l-

istandards jeżiġu li l-Qorti tippjana u twettaq l-awditu biex tikseb aċċertament

raġonevoli dwar jekk il-kontijiet annwali tal-Aġenzija jkunux ħielsa minn

kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li

fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari.

7 L-Artikolu 107 tar-Regolament (UE) Nru 1271/2013.

Page 5: tal-A fil- 2013 · 4. II-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet annwali tal -Aġenzija u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet

5

ADB001974MT04-14PP-CH105-14APCFIN-RAS-2013_FRONTEX-TR.DOC 8.7.2014

l-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi, ir-raġonevolezza tal-

istimi kontabilistiċi u l-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet.

7. Il-Qorti tqis li l-evidenza għall-awditjar miksuba hija suffiċjenti u xierqa biex

tipprovdi bażi għad-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni tagħha.

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

8. Fl-opinjoni tal-Qorti, il-kontijiet annwali tal-Aġenzija jippreżentaw b’mod ġust,

fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru

2013 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u l-flussi tal-flus tagħha għas-sena li

ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha

u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni.

Bażi għal opinjoni kwalifikata dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

9. Fl-2013, l-infiq relatat ma’ għotjiet ammonta għal EUR 32 miljun, li

jirrappreżenta 39 % tan-nefqa totali. Sabiex jiġi vverifikat l-infiq ikklejmjat mill-

pajjiżi li jikkooperaw, l-Aġenzija wettqet kontrolli tar-raġonevolezza qabel ma

sar il-pagament għat-tipi kollha ta' operazzjonijiet iffinanzjati (operazzjonijiet

konġunti ta' ritorn u operazzjonijiet konġunti tal-art/baħar/ajru).

Dokumentazzjoni li tappoġġa l-intitolamenti tal-pajjiżi li jikkooperaw normalment

intalbet għal operazzjonijiet konġunti ta' ritorn, iżda mhux għal operazzjonijiet

konġunti tal-art/baħar/ajru implimentati taħt ftehimiet ta' għotjiet iffirmati qabel

Ġunju 2013.

10. Tranżazzjonijiet fir-rigward ta' operazzjonijiet konġunti tal-art/baħar/ajru

rrappreżentaw EUR 23 miljun jew 28 % tan-nefqa totali 2013. Għalkemm ġiet

introdotta sistema aktar komprensiva ta' verifikazzjonijiet ex ante għal ftehimiet

ta' għotjiet iffirmati minn Ġunju 2013 'l hawn, il-maġġoranza ta' tranżazzjonijiet

tal-2013 irriżultaw minn ftehimiet ta' għotjiet iffirmati qabel dik id-data.

Page 6: tal-A fil- 2013 · 4. II-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet annwali tal -Aġenzija u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet

6

ADB001974MT04-14PP-CH105-14APCFIN-RAS-2013_FRONTEX-TR.DOC 8.7.2014

11. L-Aġenzija twettaq kontrolli ex post fuq għotjiet li jkopru tranżazzjoniiet mis-

snin preċedenti. Ebda waħda mit-tranżazzjonijiet tal-għotjiet tal-2013 ma kienet

suġġetta għal dan iċ-ċiklu ta' kontrolli ex post.

12. Fin-nuqqas ta' evidenza għall-awditjar xierqa u suffiċjenti dwar l-effettività ta'

verifikazzjonijiet ex ante u verifikazzjonijiet ex post fuq tranżazzjonijiet tal-2013,

ma hemmx biżżejjed aċċertament dwar il-legalità u r-regolarità tat-

tranżazzjonijiet ta' għotjiet tal-2013 relatati ma' operazzjonijiet konġunti tal-

art/baħar/ajru.

Opinjoni kwalifikata dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

13. Fl-opinjoni tal-Qorti, bl-eċċezzjoni tal-kwistjonijiet deskritti fil-

paragrafi 9 sa 12, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali

tal-Aġenzija għall-perjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2013 huma

legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

14. Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjoni tal-Qorti dwar l-

affidabbiltà tal-kontijiet jew dwar l-opinjoni kwalifikata tagħha dwar il-legalità u r-

regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi.

KUMMENTI DWAR L-AFFIDABBILTÀ TAL-KONTIJIET

15. Dikjarazzjonijiet tal-fornituri fi tmiem is-sena ġew rikonċiljati b'diffikultà

konsiderevoli. Hemm ħtieġa għal monitoraġġ tal-bilanċi tal-fornituri b'mod aktar

regolari u għal analiżi tad-differenzi b'mod aktar f'waqtu.

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI BAĠITARJA

16. Madwar EUR 32 miljun jew 35 % tal-approprjazzjonijiet impenjati għall-2013

ġew riportati għall-2014. Għalkemm in-natura pluriennali tal-operazzjonijiet tal-

Aġenzija u r-riskju akbar ta' avvenimenti mhux previsti jirrappreżentaw sfida

partikolari fir-rigward tal-ippjanar u l-implimentazzjoni annwali tal-baġit, xorta

Page 7: tal-A fil- 2013 · 4. II-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet annwali tal -Aġenzija u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet

7

ADB001974MT04-14PP-CH105-14APCFIN-RAS-2013_FRONTEX-TR.DOC 8.7.2014

għad hemm ambitu għall-monitoraġġ imtejjeb tal-baġit biex jgħin fit-tnaqqis tal-

livell ta' riporti.

17. Ir-riporti jinkludu impenji globali ta' EUR 5,2 miljun, li huma l-bilanċ li jifdal ta'

sussidju addizzjonali ta' EUR 8,2 miljun li sar disponibbli mill-awtoritajiet

baġitarji lejn it-tmiem tal-2013 biex jiġu trattati ħtiġijiet operazzjonali urġenti u

mhux previsti. Għalkemm l-impenn globali sar biex ikopri l-operazzjonijiet

relatati fl-2014, ir-regolament finanzjarju tal-Aġenzija ma jipprovdix bażi ċara

għal tali riporti.

18. Fl-2013, saru 29 trasferiment baġitarju li jammontaw għal EUR 12,2 miljun.

Dan huwa parzjalment dovut għall-fatt li l-fondi meħtieġa għal operazzjonijiet

kienu ġew trasferiti minn linji oħra tal-baġit sakemm is-sussidji addizzjonali saru

disponibbli.

KUMMENTI OĦRA

19. Il-Frontex bdiet topera fl-2005 u, sal-lum, ħadmet fuq il-bażi ta'

korrispondenza u skambji mal-Istat Membru ospitanti. Madankollu, ma ġiex

iffirmat ftehim komprensiv dwar il-kwartieri ġenerali bejn l-Aġenzija u l-Istat

Membru. Tali ftehim kieku jkompli jippromwovi t-trasparenza fir-rigward tal-

kundizzjonijiet li taħthom joperaw l-Aġenzija u l-persunal tagħha.

SEGWITU GĦALL-KUMMENTI MIS-SNIN PREĊEDENTI

20. Ħarsa ġenerali lejn l-azzjonijiet korrettivi li ttieħdu b’rispons għall-kummenti

tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness I

.

Page 8: tal-A fil- 2013 · 4. II-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet annwali tal -Aġenzija u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet

8

ADB001974MT04-14PP-CH105-14APCFIN-RAS-2013_FRONTEX-TR.DOC 8.7.2014

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Milan Martin CVIKL,

Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-8 ta’ Lulju

2014.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA President

Page 9: tal-A fil- 2013 · 4. II-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet annwali tal -Aġenzija u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet

1

ADB001974MT04-14PP-CH105-14APCFIN-RAS-2013_FRONTEX-TR.DOC 8.7.2014

ANNESS I

Segwitu għall-kummenti mis-snin preċedenti

Sena Kumment tal-Qorti Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata / Għadha għaddejja / Pendenti / M/A)

2011 Bħas-sena preċedenti, il-livell ta' riporti huwa eċċessiv u jmur kontra l-prinċipju baġitarju tal-annwalità. Għadha għaddejja

2011 Fi ħdan l-ammont totali riportat, l-Aġenzija rriportat impenji globali ta’ EUR 5,1 miljun. Madankollu r-Regolament Finanzjarju tal-Aġenzija ma jipprovdix bażi ċara għal tali riport1.

Għadha għaddejja

2011

Fl-2011, l-Aġenzija ffinanzjat għotjiet għal operazzjonijiet konġunti li ammontaw għal EUR 74 miljun. Sabiex tivverifika l-infiq ikklejmjat mill-benefiċjarji (Stati Membri u l-Pajjiżi Assoċjati ma’ Schengen), l-Aġenzija, għalkemm twettaq kontrolli ta’ raġonevolezza, mhux soltu li titlob dokumentazzjoni ta’ sostenn li tkun tindirizza r-riskju ta’ nfiq ineliġibbli.

Għadha għaddejja

2011 Ġew identifikati dgħufijiet fil-kontroll intern fir-rigward tal-ġestjoni tal-assi fissi. Ma hemm ebda proċedura relatata mar-rimi ta' assi fissi u l-inventarju fiżiku mhuwiex komplet.

Ikkompletata

Page 10: tal-A fil- 2013 · 4. II-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet annwali tal -Aġenzija u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet

2

ADB001974MT04-14PP-CH105-14APCFIN-RAS-2013_FRONTEX-TR.DOC 8.7.2014

Sena Kumment tal-Qorti Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata / Għadha għaddejja / Pendenti / M/A)

2012 L-inventarju fiżiku ma kienx komplet u ma kopriex l-assi kollha li kienu jappartjenu għall-Aġenzija. Ma tteħidx kont tal-assi taħt kostruzzjoni u tal-assi mixtrija lejn tmiem is-sena.

Ikkompletata

2012

Ma hemm ebda proċedura għar-rimi ta’ assi fissi. L-assi fissi li ma jkunux għadhom jintużaw jiġu kkanċellati mir-reġistru tal-assi fissi mingħajr ma jitneħħew fiżikament. Ma jinżamm ebda reġistru ta’ dawn l-assi.

Ikkompletata

2012 Dgħufijiet kienu xorta waħda nnutati fis-sistema għar-rikonċiljazzjoni tar-rendikonti tal-fornituri mar-rekords korrispondenti fl-Aġenzija.

Għadha għaddejja

2012

Il-baġit 2012 tal-Aġenzija ammonta għal EUR 89,6 miljun li minnhom EUR 21,8 miljun (25 % tal-approprjazzjonijiet impenjati) ġew riportati għall-2013. Riporti relatati mat-Titolu III (nefqa operazzjonali) ammontaw għal EUR 19,6 miljun (55 %). Livell daqshekk għoli ta’ riporti huwa eċċessiv u jmur kontra l-prinċipju baġitarju tal-annwalità, għalkemm huwa parzjalment relatat man-natura operazzjonali u pluriennali tal-attivitajiet tal-Aġenzija. Sa tmiem Frar 2013, EUR 1,1 miljun minn dawn ir-riporti kienu ġew ikkanċellati.

Għadha għaddejja

Page 11: tal-A fil- 2013 · 4. II-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet annwali tal -Aġenzija u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet

3

ADB001974MT04-14PP-CH105-14APCFIN-RAS-2013_FRONTEX-TR.DOC 8.7.2014

Sena Kumment tal-Qorti Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata / Għadha għaddejja / Pendenti / M/A)

2012

L-Aġenzija għamlet 39 trasferiment baġitarju li ammontaw għal EUR 11,5 miljun fl-2012, u li affettwaw 70 mid-79 linja tal-baġit. Dan huwa parzjalment dovut għall-fatt li t-tieni emenda baġitarja għall-2012 ġiet approvata biss f’Ottubru 2012 u sadattant il-fondi meħtieġa għall-operazzjonijiet kienu ġew trasferiti minn linji oħra tal-baġit.

Ikkompletata

2012

Il-proċeduri tar-reklutaġġ eżaminati wrew nuqqasijiet sinifikanti li jaffettwaw it-trasparenza u t-trattament indaqs tal-kandidati: mistoqsijiet għat-testijiet bil-miktub u għall-intervisti ġew stabbiliti wara li l-applikazzjonijiet kienu ġew eżaminati mill-bord tal-għażla; ma ġew stabbiliti ebda punteġġi minimi għall-ammissjoni għat-testijiet bil-miktub u għall-intervisti u għall-inklużjoni fuq il-lista ta’ kandidati adatti; il-Bord tal-Għażla ma ddokumentax il-laqgħat u d-deċiżjonijiet kollha tiegħu.

Għadha għaddejja

1 Ir-Regolament Finanzjarju tal-Aġenzija jiddikjara fl-Artikolu 62(2) tiegħu li l-impenji globali tal-baġit għandhom ikopru l-ispiża totali tal-impenji legali individwali korrispondenti konklużi sal-31 ta’ Diċembru tas-sena N+1. Madankollu, kemm ir-Regolament Finanzjarju tal-UE kif ukoll ir-Regolament Finanzjarju tal-Aġenzija mhumiex ċari dwar dak li jikkonċerna l-użu ta’ impenji globali għal approprjazzjonijiet mhux-differenzjati. L-Aġenzija użat impenji globali biex tiġġustifika riport awtomatiku ta’ approprjazzjonijiet mhux-differenzjati.

Page 12: tal-A fil- 2013 · 4. II-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet annwali tal -Aġenzija u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet

1

ADB001974MT04-14PP-CH105-14APCFIN-RAS-2013_FRONTEX-TR.DOC 8.7.2014

ANNESS II

L-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni (Varsavja)

Kompetenzi u attivitajiet

Oqsma ta’ kompetenza tal-Unjoni li jidderivaw mit-Trattat

L-Artikoli 74 u 77(2)(b) u (d) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

L-Artikolu 74: "Il-Kunsill għandu jadotta miżuri sabiex jassigura l-kooperazzjoni amministrattiva bejn is-servizzi kompetenti (id-dipartimenti rilevanti) tal-Istati Membri fl-oqsma koperti b’dan it-Titolu, kif ukoll bejn dawk is-servizzi (id-dipartimenti) u l-Kummissjoni. (...)”

L-Artikolu 77(2): "(...) il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, għandhom jadottaw il-miżuri meħtieġa dwar:

(…) (b) il-kontrolli li huma suġġetti għalihom il-persuni li jaqsmu l-fruntieri esterni; (…)

(…) (d) kwalunkwe miżura meħtieġa għall-istabbiliment gradwali ta' sistema integrata ta' ġestjoni għall-fruntieri esterni (...)”.

Kompetenzi tal-Aġenzija

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004, emendat bir-Regolament (KE) Nru 863/2007 u bir-Regolament (UE) Nru 1168/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

L-aħħar emenda daħlet fis-seħħ fit-12.12.2011; il-kontenut tat-tabella jirrifletti s-sitwazzjoni wara din l-aħħar emenda.

Objettivi

Il-Frontex ġiet stabbilita bil-ħsieb li ttejjeb il-ġestjoni integrata tal-fruntieri esterni tal-Istati Membri tal-UE.

Kompiti Prinċipali

(a) Li tikkoordina l-kooperazzjoni operazzjonali bejn l-Istati Membri fil-qasam tal-ġestjoni tal-fruntieri esterni;

(b) li tassisti lill-Istati Membri fit-taħriġ tal-gwardji tal-fruntiera nazzjonali u fl-istabbiliment ta' standards komuni ta' ta ħriġ;

(c) li twettaq analiżijiet ta’ riskju, inkluża l-valutazzjoni tal-kapaċità tal-Istati Membri li jiffaċċjaw theddid u pressjonijiet fil-fruntieri esterni;

(d) li tipparteċipa fl-iżvilupp ta’ riċerka rilevanti għall-kontroll u s-sorveljanza ta’ fruntieri esterni;

(e) li tassisti lill-Istati Membri f’ċirkustanzi li jkunu jirrikjedu aktar assistenza teknika u operazzjonali, speċjalment dawk l-Istati Membri li jiffaċċjaw pressjonijiet speċifiċi u sproporzjonati;

(f) li tipprovdi lill-Istati Membri bl-appoġġ meħtieġ li jinkludi, fuq talba, dak ta’ koordinazzjoni jew organizzazzjoni ta’ operazzjonijiet konġunti ta’ ritorn;

(g) li tistabbilixxi Timijiet Ewropej ta’ Gwardji tal-Fruntieri (EBGT) għal skjerament matul operazzjonijiet konġunti, proġetti pilota u interventi rapidi;

(h) li tiżviluppa u tħaddem sistemi ta’ informazzjoni għall-iskambju ta’ informazzjoni, inkluż l-ICOnet;

(i) li tipprovdi l-assistenza meħtieġa għall-iżvilupp u t-tħaddim ta’ sistema Ewropea ta’ sorveljenza tal-fruntieri (EUROSUR).

Governanza Bord ta’ Ġestjoni

Kompożizzjoni

Rappreżentant wieħed ta’ kull Stat Membru (SM) u żewġ rappreżentanti tal-Kummissjoni u rappreżentant wieħed għal kull Pajjiż Assoċjat ma’ Schengen (SAC).

Kompiti

(a) Li jaħtar lid-Direttur Eżekuttiv;

(b) li jadotta r-rapport ġenerali tal-Aġenzija;

(c) li jadotta l-Programm ta’ Ħidma tal-Aġenzija;

(d) li jistabbilixxi proċeduri għat-teħid ta’ deċiżjonijiet relatati mal-kompiti operazzjonali

Page 13: tal-A fil- 2013 · 4. II-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet annwali tal -Aġenzija u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet

2

ADB001974MT04-14PP-CH105-14APCFIN-RAS-2013_FRONTEX-TR.DOC 8.7.2014

tal-Aġenzija;

(e) li jwettaq il-funzjonijiet tiegħu relatati mal-baġit tal-Aġenzija;

(f) li jeżerċita awtorità dixxiplinarja fuq il-(Viċi) Direttur Eżekuttiv;

(g) li jistabbilixxi r-Regoli ta’ Proċedura tiegħu;

(h) li jistabbilixxi l-istruttura organizzattiva tal-Aġenzija u jadotta l-politika tal-persunal tal-Aġenzija;

(i) li jadotta l-pjan pluriennali tal-Aġenzija.

Direttur Eżekuttiv

Maħtur mill-Bord ta’ Ġestjoni fuq proposta mill-Kummissjoni.

Awditu estern

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

Awtorità ta’ kwittanza

Il-Parlament Ewropew li jaġixxi fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill.

Riżorsi disponibbli għall-Aġenzija fl-2013 (2012)

Baġit Finali

EUR 93,95 (89,6) miljun

Sussidju mill-Unjoni EUR 87,7 (84) miljun

Persunal fil-31 ta' Diċembru 2013

Tabella tal-persunal

Persunal temporanju ppjanat: 153 (143) - Postijiet għal persunal temporanju okkupati: 142 (137)

Postijiet oħra

Persunal kuntrattwali ppjanat: 87 (87) - Postijiet għal persunal kuntrattwali okkupati: 82 (84)

Esperti Nazzjonali Sekondati ppjanati: 78 (83) - Postijiet għal Esperti Nazzjonali Sekondati okkupati: 76 (82)

Total ta’ postijiet tal-persunal: 318 (313) - li minnhom okkupati: 300 (303)

Assenjati għall-kompiti li ġejjin: operazzjonali 227 (216) – amministrattivi 91 (87)

Prodotti u servizzi fl-2013 (2012)

L-Unità tal-Analiżi tar-Riskju (RAU) pproduċiet 79 (80) rapport strateġiku inklużi 6 rapporti annwali regolari, 1 rapport annwali ta’ tip ġdid, 3 rapporti mfassla apposta, 12-il rapport ta’ kull tliet xhur b’aġġornamenti u analiżi tas-sitwazzjoni għall-Istati Membri tal-UE u reġjuni magħżula fil-viċinat tal-UE, 57 rapport ta’ monitoraġġ strateġiku; 510 (482) prodott analitiku li jappoġġaw l-ippjanar, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni ta’ Operazzjonijiet Konġunti; 81 (54) rapport/kontributi ta’ tipi oħra, inkluża sessjonijiet ta' informazzjoni għall-Maniġment tal-Aġenzija, il-Kummissjoni tal-UE u oħrajn; ippubblikat 7 (7) rapporti strateġiċi għall-pubbliku ġenerali permezz tal-websajt tal-Aġenzija. Il-Mudell Komuni Integrat ta' Analiżi tar-Riskju (CIRAM v 2.0) aġġornat sar disponibbli għall-Istati Membri f'lingwi magħżula tal-UE. Ġew organizzati 4 (4) laqgħat regolari tan-Netwerk ta' Analiżi tar-Riskju tal-Frontex, 5 (5) laqgħat tan-netwerk speċjalist mal-Istati Membri dwar Frodi ta’ Dokumenti tal-UE, 4 (2) laqgħat dwar l-Analiżi tar-Riskju Tattiku, 10 (6) laqgħat/konferenzi reġjonali tal-esperti, u 1 (3) sessjonijiet ta’ ħidma reġjonali tekniċi. F’konformità mal-kompiti tal-Unità tal-Analiżi tar-Riskju fi ħdan il-EUROSUR, dawn li ġejjin inbdew fl-2013 (u ġew ikkomunikati/ikkonsultati kif xieraq mal-Istati Membri fil-qafas tal-Grupp Utent tas-Saff ta’ Analiżi (Analysis Layer User Group), li ltaqa' ħames darbiet fl-2013): fi ħdan is-saff ta’ analiżi CPIP/ESP - twassil tal-kontenut (317-il (281) prodott) u servizzi bażiċi, ikkompletar tat-tfassil tal-għodod tal-analiżi, żvilupp tal-metodoloġija tal-livell tal-impatt inizjali u ppjanar fuq terminu twil għall-implimentazzjoni tagħha.

L-Unità ta’ Operazzjonijiet Konġunti (JOU) organizzat 19 (17)-il operazzjoni konġunta, 10 (12)-il proġett pilota u proġetti, 8 (10) konferenzi u 64 (25) laqgħa mal-partijiet interessati esterni inklużi laqgħat u sessjonijiet ta' ħidma ta' tħejjija/ppjanar/evalwazzjoni. Barra minn hekk, matul 39 (39) operazzjoni konġunta ta’ ritorn ikkoordinati mill-Frontex ġew irritornati 2 152 (2 110) ċittadin ta' pajjiżi terzi. L-għadd totali ta’ jiem operazzjonali akkumulati fl-operazzjonijiet konġunti kollha ammontaw għal 2 832 (3 503); l-għadd ta’ jiem ta’ xogħol operazzjonali akkumulati ammonta għal 89 548 (117 114).

Iċ-Ċentru tas-Sitwazzjonijiet tal-Frontex (FSC) ipprovda 2 226 (2 169) rapport tas-sitwazzjoni, 43 (31) rapport dwar inċidenti serji, 44 (27) bullettin tal-aħbarijiet fil-qosor u 10

Page 14: tal-A fil- 2013 · 4. II-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet annwali tal -Aġenzija u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet

3

ADB001974MT04-14PP-CH105-14APCFIN-RAS-2013_FRONTEX-TR.DOC 8.7.2014

(13)-il rapport ta’ għarfien dwar missjonijiet, filwaqt li ttellgħu 20 084 (2 130) artefatt għall-EUROSUR u 107 (145) avviż ta' dokument fil-portal FOSS. Tqassmu 237 Fuljett tal-Aħbarijiet ta’ Kuljum lil madwar 500 (241) abbonat; saru 795 (308) kontribut mill-midja għal rapporti tas-sitwazzjoni ta’ kuljum u għal sessjonijiet informattivi operazzjonali. L-FSC bħala punt uniku ta’ kuntatt amministra aktar minn 25 000 (24 000) oġġett ta’ korrispondenza; huwa kkonsolida l-Frontex-One-Stop-Shop (FOSS) bħala l-pjattaforma prinċipali għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn il-Frontex u s-sħab esterni, b’6 238 (6 000) dokument imtella’ u kważi 4 500 utent fi tmiem l-2013. L-FSC irċieva madwar 29 000 (30 000) inċident permezz tal-Applikazzjoni Konġunta ta’ Rappurtar dwar l-Operazzjonijiet (JORA) u pprovda taħriġ dwar il-JORA lil 200 (500) uffiċjal mill-Frontex u l-Istati Membri/SAC.

It-Taqsima tal-Ġabra ta' Riżorsi (PRU) organizzat 9 (11-il) avveniment bil-parteċipazzjoni ta’ 252 (295) parteċipant mill-Istati Membri. Sar investiment ta’ aktar minn 1 250 (551) jum tax-xogħol mill-partijiet interessati fl-attivitajiet tal-unità. Il-fokus tal-attenzjoni għall-PRU fl-2013 kien l-iżvilupp tat-Timijiet Ewropej ta’ Gwardji tal-Fruntieri (EBGT) u l-ġbir tat-Tagħmir Tekniku (TE), il-ħolqien ta' applikazzjoni adatta ta' softwer għall-ġestjoni tagħhom u, barra minn hekk, l-iżvilupp ta' mekkaniżmu tal-Uffiċjali Mistiedna Sekondati. Ingħatat ukoll attenzjoni għall-akkwist ta' mezzi tal-ajru għas-sorveljanza tal-fruntieri. B'mod partikolari, il-PRU organizzat u mmaniġġjat it-Taħdidiet Bilaterali Annwali bejn il-Frontex u l-Istati Membri, kif ukoll taħdidiet ma' pajjiżi terzi, sabiex jaqblu dwar il-kontributi nazzjonali għall-ġbir. Għalhekk, il-PRU implimentat 7 (7) proġetti mfassla għat-titjib tal-effettività ġenerali tal-operazzjonijiet tal-Frontex.

Fil-qafas ta’ 3 (3) programmi li jinkludu 17 (19)-il proġett; l-Unità ta’ Taħriġ (TRU) organizzat 205 (207) attività bil-parteċipazzjoni ta’ 3 253 (2 980) parteċipant (esperti tat-taħriġ, apprendisti, eċċ.). B'kollox, sar investiment ta' 12 460 (13 300) jum tax-xogħol mill-partijiet interessati f’attivitajiet ta’ taħriġ. Taħt l-ewwel programm, tnieda l-Qafas Settorjali tal-Kwalifiki (SQF) għall-Gwardjar tal-Fruntieri u kompla x-xogħol fuq l-implimentazzjoni tal-Kurrikulu Komuni Ewlieni (CCC) u l-iżvilupp tal-Programm Konġunt ta' Studji Speċjalizzati. Għal aktar taħriġ u speċjalizzazzjoni tal-Gwardji tal-Fruntieri, li għalihom huwa dedikat it-tieni programm, it-TRU ffinalizzat l-iżvilupp tal-Manwal għall-Ħarrieġa tad-Drittijiet Fundamentali għall-gwardji tal-fruntieri u kompliet l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' korsijiet ta' taħriġ speċjalizzat għall-gwardji tal-fruntieri. Ġew organizzati korsijiet ta' taħriġ ta' induzzjoni għal membri tal-EBGT u ġie żviluppat kunċett ġdid ta' informazzjoni ta' qabel l-istazzjonar sabiex jiġi żgurat li l-uffiċjali mistiedna kollha li jipparteċipaw fl-operazzjonijiet konġunti koordinati tal-Frontex jirċievu taħriġ adegwat qabel l-istazzjonar tagħhom. It-tielet nett, għal kwistjonijiet relatati man-netwerking u l-IT, it-TRU implimentat għodod amministrattivi ġodda għal reġistrazzjoni onlajn għal avvenimenti, kondiviżjoni ta' dokumenti u ppjanar ta' attivitajiet. Qed jiġu żviluppati komponenti ġodda ta' tagħlim elettroniku li jiżguraw it-twassil ta' partijiet mit-taħriġ tal-Frontex b'mod kosteffettiv u modern.

L-Unità Riċerka u Żvilupp (RDU) organizzat 8 proġetti (inkluż l-EUROSUR) li jkopru 40 attività bil-parteċipazzjoni ta' 950 (1 020) parteċipant (parteċipanti mill-Istati Membri, is-SAC, l-istituzzjonijiet tal-UE, organizzazzjonijiet intergovernattivi u internazzjonali, akkademji, istituti tar-riċerka u rappreżentanti tal-industrija). B'kollox, sar investiment ta' 2 000 jum tax-xogħol mill-partijiet interessati f’dawn l-attivitajiet. L-RDU kompliet bl-isforzi tagħha biex tidentifika u tiżviluppa linji gwida għall-aħjar prattika fil-qasam tal-Kontroll Awtomatizzat tal-Fruntieri, Kontrolli fil-Fruntieri fil-punti ta' qsim tal-fruntieri fuq l-art, l-introduzzjoni u l-implimentazzjoni tas-sistema ta' Informazzjoni dwar il-Visa (VIS) mill-Istati Membri u sorveljanza tal-fruntieri fuq l-art. Sabiex jittejbu l-kapaċitajiet għall-qbid tal-frodi tad-dokumenti fl-ewwel linja, ġew organizzati bosta avvenimenti li jimmiraw lejn valutazzjoni tal-prestazzjoni kemm ta' magni kif ukoll ta' esperti umani. Fl-2013, l-RDU wettqet attivitajiet biex tagħti spinta lis-sensibilizzazzjoni tal-Istati Membri dwar żvilupp ġodda fil-qasam ta' sensuri, pjattaformi u soluzzjonijiet ta' sistema avvanzata filwaqt li ffa ċilitat ukoll l-istazzjonar (prova) ta' teknoloġiji ġodda għas-sorveljanza tal-fruntieri fl-Istati Membri u fil-kuntest ta' Operazzjonijiet Konġunti koordinati mill-Frontex. Barra minn hekk, ġie stabbilit Grupp ta' Konsulenza informali għall-utenti aħħarija dwar ir-Riċerka tas-Sigurtà tal-Fruntieri li jikkonsistu minn rappreżentanti ta' 22 Stat Membru tal-UE u tas-SAC. Dan il-Grupp ħejja l-ewwel abbozz tal-Isfidi għas-Sigurtà tal-Fruntieri u Suġġetti tar-Riċerka għall-perspettiva ta' nofs it-terminu u ta' dak twil bl-għan li jipprovdi input lill-Kummissjoni Ewropea biex jiġu organizzati u ffinanzjati attivitajiet ta' riċerka taħti il-qafas il-ġdid tal-iffinanzjar għar-riċerka tal-UE Horizon 2020.

• Sħubija u kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi: Matul l-2013, ġie konkluż Arranġament tax-Xogħol (WA) mal-awtoritajiet kompetenti tal-Azerbajġan, biż-żieda tal-għadd globali tal-WAs għal 19 (18). Fi ħdan il-qafas tal-WAs rispettivi, il-kooperazzjoni operazzjonali dwar kwistjonijiet relatati mas-sigurtà/il-ġestjoni tal-fruntieri bejn l-Aġenzija u l-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi ssaħħet aktar, bil-ħsieb li jiġu żviluppati progressivament sħubijiet sostenibbli u ta’ benefiċċju reċiproku. Inkisbu riżultati tanġibbli b'mod partikolari fil-qasam tal-kondiviżjoni ta’ informazzjoni, tat-taħriġ, u ta’ attivitajiet operazzjonali konġunti.

Kooperazzjoni ma’ korpi tal-UE u organizzazzjonijiet internazzjonali: Matul l-2013, fi ħdan il-qafas tal-Ftehimiet rispettivi diġà konklużi (11-il WA, 2 Arranġamenti ta'

Page 15: tal-A fil- 2013 · 4. II-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet annwali tal -Aġenzija u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet

4

ADB001974MT04-14PP-CH105-14APCFIN-RAS-2013_FRONTEX-TR.DOC 8.7.2014

Kooperazzjoni, 2 Memoranda ta' Qbil (MtQ), Ftehim amministrattiv u Ftehim dwar il-Livell ta' Servizz) il-kooperazzjoni ma' korpi tal-UE u ma' organizzazzjonijiet internazzjonali ssaħħet aktar, Ġie ffirmat MtQ mal-Eurojust, Fi ħdan il-qasam tat-"Traffikar tal-Bnedmin", il-Frontex kompliet il-programm "ħarreġ lill-ħarrieġa" u organizzat 3 sessjonijiet lill-ħarrieġa tuturi tal-Istati Membri

Ġiet organizzata l-konferenza dwar is-Sistema Ewropea tal-Gwardji tal-Fruntieri, li involviet għadd ta' partijiet interessati tal-qasam tal-ĠAI. Sar xogħol ta' tħejjija sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tal-ewwel proġett ta' assistenza teknika mmexxi mill-Frontex fi ħdan il-qafas tas-Sħubija tal-Lvant, li jinvolvi kooperazzjoni estensiva mal-IOM, l-UNHCR u l-ICMPD u l-WCO. Ġew stabbiliti kuntatti maċ-Ċentru Ewropew Konġunt tar-Riċerka biex jinstabu sinerġiji fil-proġetti fil-qasam tas-sigurtà.

Sors: Anness ipprovdut mill-Aġenzija.

Page 16: tal-A fil- 2013 · 4. II-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet annwali tal -Aġenzija u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet

FRONTEX – European Agency for the Management of Operational Cooperation at the External Borders of the Member States of the European Union

FRONTEX_MT

IT-TWEĠIBIET TAL-AĠENZIJA

9-13: L-Aġenzija ħadet nota tal-opinjoni kwalifikata tal-Qorti dwar il-legalità u r-regolarità tat-

tranżazzjonijiet imsemmija.

Il-Frontex tieħu nota tal-opinjoni tal-Qorti għal dak li jirrigwarda r-raġonevolezza tal-verifikar qabel il-

ħlasijiet u l-introduzzjoni ta’ kontrolli ex ante rinfurzati minn Ġunju 2013 ‘il quddiem. Il-kampjun ta’

statistika tal-Qorti għall-verifika tal-2013 sfortunatament ma nkluditx tranżazzjonijiet li kienu jaqgħu

taħt is-sistema ta' kontroll ex ante rinfurzata. Għaldaqstant il-funzjonament tas-sistema ta' kontroll ex

ante rinfurzata ma ġietx awditjata, minkejja li kienet ilha fis-seħħ għal seba’ xhur fl-2013.

15: Il-proċess ta’ rikonċiljazzjoni huwa twil u eżerċizzju li jieħu l-ħin, jitlob il-kooperazzoni u s-sistemi

ta' informazzoni ta' kontabilità taż-żewġ naħat. Ħafna mill-entitajiet pubbliċi la għandhom sistemi

ċentralizzati ta’ kontabilità lanqas ma jimplimentaw sistema ta’ kontabilità bbażata fuq id-dovuti. Biex

titjieb il-kwalità tar-rikonċiljazzjoni, l-Aġenzija ser tniedi eżerċizzju ta’ rikonċiljazzjoni addizzjonali fis-

sajf 2014.

16: Qegħdin isiru sforzi kontinwi biex titnaqqas ir-rata ta’ riporti f’Titolu III; l-emendi baġitarji tard

jibqgħu mhux f’idejn il-kontroll tal-Aġenzija; u huwa immirat kontroll imtejjeb tal-finanzjament tal-

attivitajiet operattivi li huma ta’ natura multiannwali, marbuta ma’ konsum f’waqtu tal-fondi ta’ C1.

17: Għal dak li jirrigwarda r-regoli tar-riporti tal-impenji globali, l-Aġenzija tixtieq tisħaq li r-Regolament

Finanzjarju tal-Frontex, li jsegwi l-Qafas tar-Regolament Finanzjarju rivedut, baqa' vag anki wara r-

reviżjoni tiegħu tal-2013.

18: L-Aġenzija rnexxielha tnaqqas in-numru ta’ trasferiment meta mqabbel mal-2012 bi 30% u ser

tkompli bil-ħidma tagħha; madankollu il-ħtiġijiet operattivi ser ikomplu jixprunaw l-allokazzjonijiet ta’

approprjazzjonijiet lejn il-linji baġitarji l-iktar meħtieġa.

19: Sa mit-twaqqif tagħha, il-frontex talbet ripetutament lill-awtoritajiet Pollakki biex jikkonkludu Ftehim

ta' Sede, iżda mingħajr suċċess; id-dħul fis-seħħ tar-Regolament dwar il-Frontex emendat f’Diċembru

2011 ma bidilx is-sitwazzjoni. Riċentement, l-awtoritajiet Pollakki wrew il-ħajra li jibdew negozjati u

Page 17: tal-A fil- 2013 · 4. II-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet annwali tal -Aġenzija u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet

FRONTEX – European Agency for the Management of Operational Cooperation at the External Borders of the Member States of the European Union

FRONTEX_MT

bħalissa għaddejjin xi skambji. Is-segwitu u l-azzjoni korrettiva ta’ din is-sejba hija għaldaqstant f’idejn

l-Aġenzija sa ċertu punt.