Saflaħħar! 14 - Xitwa 2015.pdf · KUN PARTI MINN DIN L-ESPERJENZA SABIEĦA! Hallelujah!...

2
#14 Xitwa 2015 Tassew għaddew tliet snin sħaħ sakemm din ix-xewqa se tibda sseħħ. Dan jista’ jagħtik idea ċkejkna tal-ħafna diffikultajiet li proġett bħal dan jimplika fil-prattika u t-twettiq tiegħu. In-nuqqas ta’ magażin filosofiku kien jinħass ħafna. Mhux biss jista’ magażin bħal dan ixandar u jferrex l- attivitajiet filosofiċi li jsiru f’Malta u Għawdex, iżda, forsi aktar minn hekk, ikun mezz ta’ qsim tal-ideat. Hi t-tama tal-Fondazzjoni li, jekk ix- xorti tidħkilna, il-magażin isir bil-mod il-mod il-‘vetrina’ ewlenija tal-filosofija f’Malta u Għawdex. Max-xorti, natural- ment, hemm l-impenn sħiħ ta’ għadd ta’ nies li lesti jqiegħdu l-ħin, l-enerġija u t-talenti tagħhom għas-suċċess ta’ din l-inizzjattiva hekk importanti. DAN JINKLUDI LILEK UKOLL! Tista’ titħajjar tikteb fil-magażin. Tista’ tgħin fl-organizzazzjoni tiegħu. Tista’ tagħti suġġerimenti. Tista’ tferrxu. KUN PARTI MINN DIN L-ESPERJENZA SABIEĦA! Hallelujah! Il-gżejjer Maltin saflaħħar se jkollhom il-magażin filosofiku tagħhom! Din hija l-ewwel darba li dan qiegħed iseħħ u kemm aħna kburin li se tkun il-Fondazzjoni tagħna li se tagħmlu. Hija t-tama tagħna li l-magażin jinltaqa’ b’suċċess u li jkompli jikber maż-żmien. Il-ħruġ ta’ magażin filosofiku fil- gżejjer Maltin kien fi ħsieb il-fundaturi tal-Fondazzjoni sa mill-bidu nett. Infatti, l-idea ġiet inkluża saħansitra fl- Istatut tal-Fondazzjoni bħala wieħed mill-objettivi fit-tul. IR-RABA’ STAĠUN TA’ KORSIJIET Titlifx dawn l- opportunitajiet Il-mistoqsijiet eżistenzjali. Minfejn ġejjin? Aleks Farrugia; bil-Malti 11 Jan – 8 Frar 2016 Il-Ġisem Sagru fl-Arti Dr Immanuel Mifsud; bil-Malti 22 Frar – 21 Mar 2016 Il-korsijiet Isiru fil- VALLETTA VOLUNTEER CENTRE Triq Melita, il-Belt (kantuniera ma’ Triq San Pawl) mis-6.30 pm sat-8.00 pm Booking qabel l-ewwel lezzjoni ta’ kull kors. Il-postijiet ikunu limitati. JINGĦATA ĊERTIFIKAT TA’ ATTENDENZA Saflaħħar Saflaħħar ! L L - - ewwel magażin ewwel magażin filosofiku f ’pajjiżna! filosofiku f ’pajjiżna! www.philosophysharing.org Bidu uffiċjali tal- magażin SHARE Osborne Hotel Triq Nofsinhar, il-Belt Is-Sibt, 5 ta’ Diċembru 7.00 PM STEDINA MIFTU ĦA G ĦALIK UKOLL!

Transcript of Saflaħħar! 14 - Xitwa 2015.pdf · KUN PARTI MINN DIN L-ESPERJENZA SABIEĦA! Hallelujah!...

Page 1: Saflaħħar! 14 - Xitwa 2015.pdf · KUN PARTI MINN DIN L-ESPERJENZA SABIEĦA! Hallelujah! Il-gżejjer Maltin saflaħħar se jkollhom il-magażin filosofiku tagħhom! Din hija l-ewwel

#14 Xitwa 2015

Tassew għaddew tliet snin sħaħ sakemm din ix-xewqa se tibda sseħħ. Dan jista’ jagħtik idea ċkejkna tal-ħafna diffikultajiet li proġett bħal dan jimplika fil-prattika u t-twettiq tiegħu.

In-nuqqas ta’ magażin filosofiku kien jinħass ħafna. Mhux biss jista’ magażin bħal dan ixandar u jferrex l-attivitajiet filosofiċi li jsiru f’Malta u Għawdex, iżda, forsi aktar minn hekk, ikun mezz ta’ qsim tal-ideat.

Hi t-tama tal-Fondazzjoni li, jekk ix-xorti tidħkilna, il-magażin isir bil-mod il-mod il-‘vetrina’ ewlenija tal-filosofija f’Malta u Għawdex. Max-xorti, natural-ment, hemm l-impenn sħiħ ta’ għadd ta’ nies li lesti jqiegħdu l-ħin, l-enerġija u t-talenti tagħhom għas-suċċess ta’ din l-inizzjattiva hekk importanti.

DAN JINKLUDI LILEK UKOLL! Tista’ titħajjar tikteb fil-magażin. Tista’ tgħin fl-organizzazzjoni tiegħu. Tista’ tagħti suġġerimenti. Tista’ tferrxu.

KUN PARTI MINN DIN L-ESPERJENZA SABIEĦA!

Hallelujah! Il-gżejjer Maltin saflaħħar se jkollhom il-magażin filosofiku tagħhom! Din hija l-ewwel darba li dan qiegħed iseħħ u kemm aħna kburin li se tkun il-Fondazzjoni tagħna li se tagħmlu. Hija t-tama tagħna li l-magażin jinltaqa’ b’suċċess u li jkompli jikber maż-żmien.

Il-ħruġ ta’ magażin filosofiku fil-gżejjer Maltin kien fi ħsieb il-fundaturi tal-Fondazzjoni sa mill-bidu nett. Infatti, l-idea ġiet inkluża saħansitra fl-Istatut tal-Fondazzjoni bħala wieħed mill-objettivi fit-tul.

IR-RABA’ STAĠUN TA’ KORSIJIET

Titlifx dawn l-opportunitajiet

Il-mistoqsijiet eżistenzjali.

Minfejn ġejjin?

Aleks Farrugia; bil-Malti 11 Jan – 8 Frar 2016

Il-Ġisem Sagru fl-Arti

Dr Immanuel Mifsud; bil-Malti 22 Frar – 21 Mar 2016

Il-korsijiet Isiru fil-

VALLETTA VOLUNTEER CENTRE Triq Melita, il-Belt

(kantuniera ma’ Triq San Pawl) mis-6.30 pm sat-8.00 pm

Booking qabel l-ewwel lezzjoni ta’ kull kors. Il-postijiet ikunu limitati.

JINGĦATA ĊERTIFIKAT TA’ ATTENDENZA

SaflaħħarSaflaħħar! LL--ewwel magażin

ewwel magażin

filosofiku f ’pajjiżna!filosofiku f ’pajjiżna!

www.philosophysharing.org

Bidu uffiċjali tal-

magażin SHARE

Osborne Hotel

Triq Nofsinhar, il-Belt

Is-Sibt, 5 ta’ Diċembru

7.00 PM

S T E D I N A M I F T U Ħ A

G Ħ A L I K U K O L L !

Page 2: Saflaħħar! 14 - Xitwa 2015.pdf · KUN PARTI MINN DIN L-ESPERJENZA SABIEĦA! Hallelujah! Il-gżejjer Maltin saflaħħar se jkollhom il-magażin filosofiku tagħhom! Din hija l-ewwel

L-Erbgħa, 6 ta’ Jannar Taħdita mmexxija minn

Norman Lowell

IL-FILOSOFIJA TA’ NIETZSCHE

Volunteer Centre Valletta 6.30 pm - 8.00 pm

Ingħaqad magħna għal din id-diskussjoni

interessanti!

Segwina fuq Facebook Fittixna billi tikteb:

PhilosophySharing Malta

Il-Mizwed - #14 Xitwa 2015 .

Għal kull informazzjoni dwar il-

Fondazzjoni u l-attivitajiet

tagħha, żomm ruħek aġġornat/a

permezz tas-sit elettroniku

philosophysharing.org Is-sit ma fihx biss informazzjoni

dwar il-fondazzjoni, iżda wkoll

dwar il-filosfi Maltin tal-lum,

kotba filosofiċi ippubblikati

minn Maltin, u tagħrif ieħor

marbut mal-filosofija f’Malta.

Dan hu l-ewwel u l-uniku sit

filosofiku fil-gżejjer Maltin.

Żommu b’favorit tiegħek!

Taħdida pubblika

Abbona fl-istazzjon tal-Fondazzjoni!

Fittex ‘PHILOSOPHY SHARING MALTA’ fuq YOUTUBE u agħfas

‘SUBSCRIBE’.

Żomm ruħek aġġornat/a bil-vidjos ġodda li jittellgħu regolarment.

L-Istazzjon tal-fondazzjoni tal-fondazzjoni

Hallelujah oħra tixraq bil-wisq hawnhekk. Mira ambizzjuża oħra li kellha l-Fondazzjoni sa mit-twaqqif tagħha qiegħda sseħħ tassew: il-bidu ta’ fergħa f’Għawdex. Hallelujah! Hallelujah!

Għandna tabilħaqq għalfejn nifirħu. Speċjalment għal dawk f’Għawdex li jħobbu l-filosofija u li issa se jkollhom l-opportunità, saflaħħar, li jieħdu sehem fl-attivitajiet tal-Fondazzjoni.

Il-ħsieb ta’ din il-fergħa ilu jberren f’moħħ l-organizzaturi tal-Fondazzjoni sa mill-bidu nett tat-twaqqif tagħha. Dawn kien konxji ħafna min-nixfa ta’ ħidmiet filosofiċi kemm f’Malta iżda aktar u aktar f’Għawdex.

S’issa l-attivitajiet kollha tal-Fondazzjoni saru biss f’Malta għax ma kienx għad hemm struttura sabiex jiġu organizzati attivitajiet simili f’Għawdex.

Imma dan in-nuqqas għandu jimtela ma jdumx. Bil-mod il-mod qiegħed jinħaseb sabiex il-Fondazzjoni jkollha fergħa f’Għawdex li toffri lill-pubbliku opportunitajiet ta’ laqgħat u diskussjonijiet filosofiċi fil-gżira Għawdxija.

Id-dettalji loġistiċi għadhom qegħdin jinħadmu. Iżda f’dan, il-Fondazzjoni għandha l-koo-perazzjoni u l-għajnuna konkreta ta’ għadd ta’ Għawdxin stess midħla sew tal-ambjent Għawdxi.

F’dan il-proġett, il-Fondazzjoni hija assigurata mill-kontribut attiv li lesti jagħtu nies imqabbdin maċ-Circolo Gozitano, il-Ministeru ta’ Għawdex u l-Università ta’ Malta.

Il-ħsieb hu (bħal f’kull inizzjattiva ġdida oħra tal-Fondazzjoni) li l-fergħa Għawdxija tkun waħda sostenibbli. Jiġifieri li jingħatalha bażi soda sabiex il-possibbiltà ta’ suċċess fuq medda twila ta’ żmien ikun kemm jista’ jkun garantit.

Din hi avventura oħra li fiha l-Fondazzjoni se tagħmel minn kollox sabiex tirnexxi.

FERGĦA TALFERGĦA TAL--FONDAZZJONIFONDAZZJONI F’GĦAWDEXF’GĦAWDEX

Il-magażin SHARE se jkun

maħruġ u aċċessibbli għall-

pubbliku ġenerali. Mhuwiex

ġurnal akkademiku. Il-ħsieb

tiegħu huwa li jipprovdi ħsibijiet

ta’ natura filosofika fuq aspetti

differenti tal-ħajja.

Bidu uffiċjali tal-

magażin SHARE

Osborne Hotel

Triq Nofsinhar, il-Belt

Is-Sibt, 5 ta’ Diċembru

7.00 PM

S T E D I N A M I F T U Ħ A

G Ħ A L I K U K O L L !