Newsheet tal-Għaqdiet Kattoliċi · 2020. 7. 19. · Newsheet tal-Għaqdiet KattoliċiNru. 466...

2
Newsheet tal-Għaqdiet Kattoliċi Nru. 466 OTTUBRU 2015 SINODU TAL-ISQFIJIET FUQ IL-FAMILJA 4 – 25 TA’ OTTUBRU 2015 Il-Papa Franġisku talab lill-Knisja Kattolika kollha biex jitolbu b’mod speċjali f’dan iż- żmien li fih qed qed isir is-Sinodu tal-Isqfijiet fil-Vatikan fuq il-Familja. Tajjeb li ngħidu t- Talba maħruġa mill-Papa għal dan il-għan u anke ir-Rużarju. IL-Knejjes Partikulari, il- Komunitajiet Parrokkjali, l-Istituti tal-Ħajja Konsagrata l-Għaqdiet u Movimenti Kattoliċi HUMA MISTIEDNA JITOLBU QUDDIEM ĠESÙ EWKARISTIJA u ċelebrazzjonijiet liturġiċi fil- ġranet qabel u waqt li jkun isir is-Sinodu. Bħala President tal-Konferenza Episkopali Maltija, l-Isqof tagħna se jieħu sehem f’dan is-Sinodu f’isem l-Isqfijiet Maltin. ASSEMBLEA TAL-AZZJONI KATTOLIKA Is-Sibt 31 ta’ Ottubru, Knisja Parrokkjali Bażilka tax-Xagħra Motto tas-Sena Soċjali: “ Inxandru l-Ħniena ta’ Alla lil Kulħadd” . Programm tal-Assemblea: 5.30p.m. Diskors mill-President Antoine Vassallo b’powerpoint fuq Il-Ħniena ta’ Alla u mal-Proxxmu.. Nitolbu b’ Rużarju Meditat għall-familja bi ħsibijiet fuq kull posta tar-Ruzarju. 6.30pm Konċelebrazzjoni mmexxija mill-Isqof Mario Grech flimkien mal-Assistenti Ekkleżjastiċi. Issir il-wegħda tat-Tesserament Kollettiv mill-Membri tal-Azzjoni Kattolika Il-Membri kollha huma mitluba biex jattendu u jistiednu u jġibu oħrajn magħhom. It-89 ĠURNATA MISSJUNARJA Il-Ħadd 18 ta’ Ottubru 2015 MESSAĠĠ TAL-QDUSIJA TIEGĦU FRANĠISKU GĦALL-JUM DINJI TAL-MISSJONI 2015 Għeżież Ħuti, Il-Jum Dinji tal-Missjoni 2015 qed jiġi ċċelebrat bis-Sena tal-Ħajja Kkonsagrata fl-isfond tiegħu u għalhekk minnha jirċievi stimolu għat-talb u r-riflessjoni. Fil-fatt, jekk kull mgħammed hu msejjaħ biex jagħti xhieda ta’ Ġesù Kristu billi jxandar il-fidi milqugħa bħala don, dan jgħodd b’mod partikulari għall-persuna kkonsagrata, għax bejn il-ħajja kkonsagrata u l-missjoni hemm rabta qawwija. Il-mixja wara Ġesù, li minnha tnisslet fil-Knisja l-ħajja kkonsagrata, twieġeb għas-sejħa biex nerfgħu s-salib tagħna u nimxu warajH, biex inkunu nixbhuh fl-għotja tiegħu lill-Missier u l-ġesti tiegħu ta’ qadi u mħabba, biex nitilfu ħajjitna ħalli nerġgħu nsibuha. U la l-ħajja kollha ta’ Kristu għandha dan il-karattru missjunarju, l-irġiel u nisa li jimxu warajh i¿jed mill-qrib għandhom jagħmlu tagħhom b’mod sħiħ dan il-karattru. Id-dimensjoni missjunarja, li hi fl-istess natura tal-Knisja, hi intrinsika wkoll għal kull għamla ta’ ħajja kkonsagrata, u ma tistax tiġi mwarrba għall-ġenb mingħajr ma tħalli vojt li jisfigura l-kari¿ma. Il-missjoni m’hix proseliti¿mu jew sempliċi strateġija; il-missjoni tagħmel parti mill-“grammatika” tal-fidi, hi ħaġa essenzjali għal min jisma’ l-leħen ta’ l-Ispirtu li jissuġġerilu “ejja” u “mur”. Min jimxi wara Kristu ma jistax ma jsirx missjunarju, u jaf li Ġesù “qed jimxi miegħu, jitkellem miegħu, jieħu n-nifs miegħu. Iħossu lil Ġesù ħaj miegħu qalb il-ħidma missjunarja” (Eżortazzjoni appostolika Il-Ferħ tal-Vanġelu, 266). (Siltiet mill-Messaġġ tal-Papa Frangisku għall-Ġurnata Missjunarja) Aqra l-Messaġġ kollu mill-website www.missio.org.mt.

Transcript of Newsheet tal-Għaqdiet Kattoliċi · 2020. 7. 19. · Newsheet tal-Għaqdiet KattoliċiNru. 466...

  • Newsheet tal-Għaqdiet Kattoliċi

    Nru. 466 OTTUBRU 2015

    SINODU TAL-ISQFIJIET FUQ IL-FAMILJA 4 – 25 TA’ OTTUBRU 2015

    Il-Papa Franġisku talab lill-Knisja Kattolika kollha biex jitolbu b’mod speċjali f’dan iż-żmien li fih qed qed isir is-Sinodu tal-Isqfijiet fil-Vatikan fuq il-Familja. Tajjeb li ngħidu t-Talba maħruġa mill-Papa għal dan il-għan u anke ir-Rużarju. IL-Knejjes Partikulari, il-Komunitajiet Parrokkjali, l-Istituti tal-Ħajja Konsagrata l-Għaqdiet u Movimenti Kattoliċi HUMA MISTIEDNA JITOLBU QUDDIEM ĠESÙ EWKARISTIJA u ċelebrazzjonijiet liturġiċi fil-ġranet qabel u waqt li jkun isir is-Sinodu. Bħala President tal-Konferenza Episkopali Maltija, l-Isqof tagħna se jieħu sehem f’dan is-Sinodu f’isem l-Isqfijiet Maltin.

    ASSEMBLEA TAL-AZZJONI KATTOLIKA Is-Sibt 31 ta’ Ottubru, Knisja Parrokkjali Bażilka tax-Xagħra

    Motto tas-Sena Soċjali: “ Inxandru l-Ħniena ta’ Alla lil Kulħadd” . Programm tal-Assemblea:

    5.30p.m. Diskors mill-President Antoine Vassallo b’powerpoint fuq Il-Ħniena ta’ Alla u mal-Proxxmu.. Nitolbu b’ Rużarju Meditat għall-familja bi ħsibijiet fuq kull posta tar-Ruzarju.

    6.30pm Konċelebrazzjoni mmexxija mill-Isqof Mario Grech flimkien mal-Assistenti Ekkleżjastiċi. Issir il-wegħda tat-Tesserament Kollettiv mill-Membri tal-Azzjoni Kattolika

    Il-Membri kollha huma mitluba biex jattendu u jistiednu u jġibu oħrajn magħhom.

    It-89 ĠURNATA MISSJUNARJA Il-Ħadd 18 ta’ Ottubru 2015

    MESSAĠĠ TAL-QDUSIJA TIEGĦU FRANĠISKU

    GĦALL-JUM DINJI TAL-MISSJONI 2015

    Għeżież Ħuti,

    Il-Jum Dinji tal-Missjoni 2015 qed jiġi ċċelebrat bis-Sena tal-Ħajja Kkonsagrata fl-isfond tiegħu u għalhekk

    minnha jirċievi stimolu għat-talb u r-riflessjoni. Fil-fatt, jekk kull mgħammed hu msejjaħ biex jagħti xhieda ta’

    Ġesù Kristu billi jxandar il-fidi milqugħa bħala don, dan jgħodd b’mod partikulari għall-persuna kkonsagrata, għax

    bejn il-ħajja kkonsagrata u l-missjoni hemm rabta qawwija. Il-mixja wara Ġesù, li minnha tnisslet fil-Knisja l-ħajja

    kkonsagrata, twieġeb għas-sejħa biex nerfgħu s-salib tagħna u nimxu warajH, biex inkunu nixbhuh fl-għotja tiegħu

    lill-Missier u l-ġesti tiegħu ta’ qadi u mħabba, biex nitilfu ħajjitna ħalli nerġgħu nsibuha. U la l-ħajja kollha ta’

    Kristu għandha dan il-karattru missjunarju, l-irġiel u nisa li jimxu warajh i¿jed mill-qrib għandhom jagħmlu

    tagħhom b’mod sħiħ dan il-karattru.

    Id-dimensjoni missjunarja, li hi fl-istess natura tal-Knisja, hi intrinsika wkoll għal kull għamla ta’ ħajja

    kkonsagrata, u ma tistax tiġi mwarrba għall-ġenb mingħajr ma tħalli vojt li jisfigura l-kari¿ma. Il-missjoni m’hix

    proseliti¿mu jew sempliċi strateġija; il-missjoni tagħmel parti mill-“grammatika” tal-fidi, hi ħaġa essenzjali għal

    min jisma’ l-leħen ta’ l-Ispirtu li jissuġġerilu “ejja” u “mur”. Min jimxi wara Kristu ma jistax ma jsirx missjunarju,

    u jaf li Ġesù “qed jimxi miegħu, jitkellem miegħu, jieħu n-nifs miegħu. Iħossu lil Ġesù ħaj miegħu qalb il-ħidma

    missjunarja” (Eżortazzjoni appostolika Il-Ferħ tal-Vanġelu, 266).

    (Siltiet mill-Messaġġ tal-Papa Frangisku għall-Ġurnata Missjunarja) Aqra l-Messaġġ kollu mill-website

    www.missio.org.mt.

    http://www.missio.org.mt/

  • OTTUBRU 2015 KALENDARJU PASTORALI Numru 466

    1. Ħamis Santa Tereża tal-Bambin Ġesù, Verġni u Duttur tal-Knisja. Tifkira (O). / Jum Internazzjonali tal-

    Anzjani (ĠM). / Festa ta’ Santa Tereża (Sorijiet Karmelitani, Kerċem: Quddiesa fis-6.00p.m.)

    2.Ġimgħa

    L-Angli Kustodji Mqaddsa. Tifkira (O).

    L-Ewwel Ġimgħa tax-xahar. Adorazzjoni u Tqarbina Riparatriċi.

    Laqgħa għall-persuni separati(KDF Istitut tal-Familja GWANNI Pawlu II (8.30pm).

    Quddiesa għall-Professjonisti fil-Knisja ta’ Santu Wistin, Victoria fit-8.30p.m.

    Kunċert minn Fr. Robert Galea (Nadur).

    3. Sibt Lejl Adorazzjoni mill-Moviment Ewkaristiku fil-Knisja ta’ Santu Wistin, Victoria li jibda fit-

    8.00pm.

    4.Ħadd

    It-27 Ħadd tas-Sena. Festa u Purċissjoni tal-Madonna tar-Rużarju.

    Festa ta’ San Franġisk t’Assisi.

    Quddiesa mmexxija minn Fr. Robert Galea (Nadur - 10.30am).

    Films għall-familja kollha fl-Oratorju Don Bosco, Victoria fil-5.30pm.

    5.Tnejn Santa Marija Fawstina Kowalska, Verġni. Tifkira.

    6.Tlieta Beatu Bartilmew Longo, Lajk. Tifkira.

    7.Erbgħa L-Imqaddsa Verġni Marija tar-Rużarju. Tifkira (O)

    8.Ħamis San Ugo Konfessur. Tifkira. / Laqgħa għall-Għalliema Yr. 4 (KP).

    Ġurnata Adorazzjoni Ewkaristika b'talb għall-Vokazzjonijiet (Seminarju: 6.30am-5.00pm).

    9. Ġimgħa Beatu John Henry Newman. Tifkira

    10.Sibt Jum Dinji għas-Saħħa Mentali (ĠM). / Adorazzjoni mill-Moviment Ewkaristiku fil-Knisja tal-

    Madonna tal-Karmnu TA’ ĦAMET li jibda b’quddiesa fit-8.00pm.

    11.Ħadd

    Id-Dedikazzjoni tal-Knisja Katidrali. Għawdex. Festa.

    Jum it-tagħlim Nisrani (Jum il-Katekeżi). Jingħata l-Mandat lill-Katekisti.

    Films għall-familja kollha fl-Oratorju Don Bosco, Victoria fil-5.30pm..

    12.Tnejn San Paċifiku. Tifkira.

    13.Tlieta

    Is-6 dehra tal-Madonna ta’ Fatima fil-Knisja ta’ Ħamet. Fil-5.00pm Adorazzjoni Solenni u fis-

    6.00pm Quddiesa bl-Omelija tal-okkażjoni u wara pellegrinaġġ ta’ Talb, kurunella u Barka

    Sagramentali.

    14.Erbgħa San Kallistu, Papa u martri. Tifkira.

    15.Ħamis Santa Tereża ta’ Ġesù, Verġni u Duttur tal-Knisja. Tifkira (O) / Laqgħa għall-Għalliema Yr. 5

    (KP).

    16.Ġimgħa Santa Margerita Marija Alacoque, Verġni. Tifkira / Jum Dinji tal-Ikel (ĠM).

    17.Sibt

    San Injazju ta’ Antjokja, Isqof u Matri. Tifkira (O).

    Lejl Adorazzjoni mill-Mov Ewk. Fil-Kappella tal-Oratorju Don Bosco, Victoria li jibda fit-

    8.00pm. u oħra f’nofsillejl.

    18.Ħadd

    Id-29 Ħadd tas-sena. ĠURNATA MISSJUNARJA. / Isir ġbir għall-Missjoni tal-Opri Missjunarji

    Pontifiċji. / Festa tal-Madonna tal-Patroċinju fil-Knisja tal-Wied, l-Għasri.

    Films għall-familja kollha fl-Oratorju Don Bosco, Victoria fil-5.30pm.

    19. Tnejn San Ġwann de Brèbeuf u San Iżakk Jogues, Presbiteri u sħabhom martri. Tifkira.

    20.Tlieta Santa Marija Bertilla Boscardin. Tifkira

    21.Erbgħa Sant’Ursola u sħabha, Verġini u martri. Protettriċi tad-Djoċesi. Tifkira (O). / KKSK (KP).

    22.Ħamis Santa Marija Salome. Tifkira. / Laqgħa għall-Għalliema Yr. 6 (KP).

    23.Ġimgħa San Ġwann minn Capestrano, Presbiteru. Tifkira

    24. Sibt

    San Anton Marija Claret, Presbiteru. Tifkira.

    Adorazzjoni għall-Persuni Kkonsagrat fil-Parroċċa tal-Għasri li tibda fis-6.30pm.

    Lejl Adorazzjoni mill-Movoviment Ewkaristiku fil-Knisja tar-Ragħaj it-Tajjeb, Victoria, li jibda

    fit-8.00pm.

    25.Ħadd It-30 Ħadd tas-sena. / Jum Il-Bibbja / Għeluq tas-Sinodu tal-Isqfijiet.

    Films għall-familja kollha fl-Oratorju Don Bosco, Victoria fil-5.30pm

    27.Tlieta San Frumenzju. Tifkira. / Laqgħa għall-Għalliema Yr. 1 (KP).

    28.Erbgħa San Xmun u San Ġuda, Appostli. Festa. / Laqgħa għall-Għalliema Yr. 2 (KP).

    29. Ħamis Beatu Michael Rua. Tifkira. / Laqgħa għall-Għalliema Yr. 3 (KP).

    30. Ġimgħa Sant’ Alfonsu Rodriguez.Tifkira

    31. Sibt

    Assemblea tal-Azzjoni Kattolika (Bażilika tax-Xagħra: fil-5.30pm diskors, Powerpoint fuq il-

    Ħniena ta’ Alla. Rużaru mediatat u Quddiesa mill-Isqof Mario Grech fis-6.30.pm.). / Lejl

    Adorazzjoni mill-Movoviment Ewkaristiku fil-Knisja ta’ Savina, Victoria, li jibda fit-8.00pm.