MT2011)0002_MT.pdf · 2011-01-20 · MT MT IL-KUMMISSJONI EWROPEA Brussel 14.1.2011 KUMM(2011) 2...

25
MT MT MT

Transcript of MT2011)0002_MT.pdf · 2011-01-20 · MT MT IL-KUMMISSJONI EWROPEA Brussel 14.1.2011 KUMM(2011) 2...

Page 1: MT2011)0002_MT.pdf · 2011-01-20 · MT MT IL-KUMMISSJONI EWROPEA Brussel 14.1.2011 KUMM(2011) 2 finali RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT

MT MT

MT

Page 2: MT2011)0002_MT.pdf · 2011-01-20 · MT MT IL-KUMMISSJONI EWROPEA Brussel 14.1.2011 KUMM(2011) 2 finali RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT

MT MT

IL-KUMMISSJONI EWROPEA

Brussel 14.1.2011 KUMM(2011) 2 finali

RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-

KUMITAT TAR-REĠJUNI

dwar ir-riżultati miksuba u dwar l-aspetti kwalitattivi u kwantitattivi tal-implimentazzjoni tal-Fond Ewropew għar-Refuġjati għall-perjodu 2005-2007

(rapport sottomess skont l-Artikolu 54 (5) tad-Deċiżjoni Nru 573/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Mejju 2007)

Page 3: MT2011)0002_MT.pdf · 2011-01-20 · MT MT IL-KUMMISSJONI EWROPEA Brussel 14.1.2011 KUMM(2011) 2 finali RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT

MT 2 MT

EVALWAZZJONI FINALI

L-evalwazzjoni finali tal-Fond Ewropew għar-Refuġjati għall-perjodu 2005-2007

Introduzzjoni Il-Fond Ewropew għar-Refuġjati, li kien stabbilit fl-2000 għall-perjodu mill-2000 sal-2004, tkompla minn dak iż-żmien ’il quddiem permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/904/KE tat-2 ta’ Diċembru 2004. Filwaqt li l-perjodu ġdid ta’ implimentazzjoni fil-bidu kien intiż li jkopri l-perjodu mill-2005 sal-2010, dan ġie limitat sussegwentement sal-2007 minħabba l-introduzzjoni ta’ bażi legali u finanzjarja ġdida bħala parti mill-Programm Ġenerali dwar “Solidarjetà u Ġestjoni tal-Flussi ta’ Migrazzjoni” li ħaddan il-Fond Ewropew għar-Refuġjati u tliet Fondi oħra għall-bqija tal-perjodu inizjali u lil hinn minnu.

Filwaqt li jibni fuq l-ewwel perjodu ta’ implimentazzjoni tal-Fond mill-2000 sal-2004, il-Fond Ewropew għar-Refuġjati għall-perjodu 2005-2007 jkompli “jappoġġa u jinkoraġġixxi l-isforzi magħmula mill-Istati Membri meta jirċievu u jitgħabbew bil-konsegwenzi tar-riċeviment ta' refuġjati u persuni spostati, b'kont meħud tal-leġislazzjoni Komunitarja fuq dawn il-materji”. Il-Fond huwa maħsub bħala strument biex jalloka r-riżorsi b’mod ġust u b’mod proporzjonali għall-piż fuq kull Stat Membru minħabba l-isforzi tiegħu talli jirċievi refuġjati u persuni spostati.

Il-gruppi fil-mira għall-operazzjonijiet tal-Fond huma:

– - kwalunkwe ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuni apolidi li għandhom status definit mill-Konvenzjoni ta’ Ġinevra u li għandhom il-permess għal residenza bħala refuġjati f’wieħed mill-Istati Membri

– - kwalunkwe ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuni apolidi li għandhom forma ta’ protezzjoni sussidjarja mogħtija minn Stat Membru skont il-leġiżlazzjoni Ewropea applikabbli

– - kwalunkwe ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuni apolidi li applikaw għal waħda mill-forom ta’ protezzjoni deskritti hawn fuq

– - kwalunkwe ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuni apolidi li qed jibbenefikaw minn arranġamenti ta’ protezzjoni temporanja fi Stat Membru, skont il-leġiżlazzjoni Ewropea applikabbli.

Azzjonijiet intitolati għal appoġġ mill-Fond ikopru wieħed jew iżjed mit-tliet oqsma li ġejjin:

- il-kondizzjonijiet ta’ akkoljenza u l-proċeduri tal-asil

- l-integrazzjoni ta’ persuni ta’ grupp fil-mira li l-waqfa tagħhom fl-Istat Membru hija ta’ natura dejjiema jew stabbli

- ir-ritorn volontarju ta’ persuni ta’ grupp fil-mira, sakemm ma jkunux kisbu nazzjonalità ġdida u ma telqux mit-territorju tal-Istat Membru.

Page 4: MT2011)0002_MT.pdf · 2011-01-20 · MT MT IL-KUMMISSJONI EWROPEA Brussel 14.1.2011 KUMM(2011) 2 finali RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT

MT 3 MT

L-azzjonijiet appoġġati mill-Fond għandhom, b’mod partikolari, jippromwovu l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni Ewropea eżistenti u futuri rilevanti fil-qasam tas-sistema tal-asil Ewropea komuni. Barra minn hekk, dawn għandhom jikkunsidraw is-sitwazzjoni speċifika tal-persuni vulnerabbli, bħal minorenni, nies anzjani, persuni li ġew soġġetti għal tortura, stupru jew forom oħra serji ta’ vjolenza psikoloġika, fiżika jew sesswali, eċċ.

Tlieta u disgħin fil-mija tal-approprjazzjonijiet tal-baġit ġew allokati lill-Istati Membri talli wettqu programmi nazzjonali kofinanzjati mill-Unjoni u implimentati taħt ġestjoni kondiviża. Il-bqija, jiġifieri sa 7% tal-approprjazzjonijiet, kienu disponibbli għal azzjonijiet tal-Komunità implimentati direttament mill-Kummissjoni biex tiffinanzja azzjonijiet transnazzjonali jew azzjonijiet ta’ interess lill-Unjoni Ewropea kollha li jikkonċernaw politika u miżuri tal-asil applikabbli għar-refuġjati u persuni spostati.

L-Istati Membri kollha tal-Unjoni pparteċipaw fl-implimentazzjoni tal-Fond, minbarra d-Danimarka skont il-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Il-Bulgarija u r-Rumanija, li saru membri tal-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Jannar 2007, ipparteċipaw biss matul is-sena finali, 2007.

Wara t-tlestija tal-programmi tal-2005-2007, kull Stat Membru ssottometta rapport ta’ evalwazzjoni dwar ir-riżultati u l-impatt tal-azzjonijiet kofinanzjati mill-Fond. Fl-Istati Membri kollha, l-evalwazzjoni twettqet fil-livell tal-proġetti ffinanzjati; din kopriet il-proġetti kollha kemm huma jew – fejn kien hemm numru kbir ta’ proġetti – kampjun rappreżentattiv. Minħabba li l-maġġoranza tal-Istati Membri rrikorrew għal kompetenza esterna għall-evalwazzjoni, ir-rapporti ta’ evalwazzjoni nazzjonali jipprovdu fehma ġusta u indipendenti tal-kisbiet tal-programmi u n-nuqqasijiet possibbli.

Dan ir-rapport ta’ evalwazzjoni huwa bbażat fuq is-sottomissjonijiet mill-Istati Membri fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-programmi nazzjonali. Dan jibni wkoll fuq dejta addizzjonali u informazzjoni disponibbli lill-Kummissjoni. Għandu jiġi enfasizzat li l-figuri miġbura f’dan ir-rapport ta’ evalwazzjoni huma valuri medji li mhux dejjem jirriflettu d-devjazzjonijiet mit-tendenzi. Fejn kien possibbli, il-varjazzjonijiet jew id-diverġenzi mir-riżultati medji ġew immarkati.

Page 5: MT2011)0002_MT.pdf · 2011-01-20 · MT MT IL-KUMMISSJONI EWROPEA Brussel 14.1.2011 KUMM(2011) 2 finali RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT

MT 4 MT

1. IMPLIMENTAZZJONI TAL-BAĠIT TAL-FOND MILL-2005 SAL-2007 Id-deskrizzjoni sommarja li ġejja tal-implimentazzjoni tal-baġit hija bbażata fuq il-fondi impenjati, għaliex mhux l-operazzjonijiet kollha tal-ħlas ġew kompletati.

1.1. Programmi nazzjonali

1.1.1. Ħarsa ġenerali lejn il-baġit L-approprjazzjonijiet tal-baġit mill-Fond għall-programmi nazzjonali ammontaw għal €43 200 593 fl-2005, €46 288 323 fl-2006 u €63 302 688 fl-2007. L-ammonti impenjati għall-programmi kif approvati mill-Kummissjoni kienu €43 169 204 fl-2005, €45 200 066 fl-2006 u €63 302 688 fl-2007 (il-figuri kollha huma mqarrba). Intużaw kważi r-riżorsi tal-baġit kollha disponibbli għall-programmi nazzjonali. Id-differenza minima bejn l-approprjazzjonijiet tal-baġit u l-ammonti użati hija minħabba l-fatt li, fl-2005, ir-Repubblika Slovakka ma użatx parti żgħira mill-allokazzjoni tagħha, u l-istess ġara fil-każ tal-Irlanda u r-Renju Unit fl-2006.

L-ispejjeż totali tal-operazzjonijiet kollha ffinanzjati mill-programmi nazzjonali matul il-perjodu 2005-2007 ammontaw għal kważi €300 miljun. Il-kontribuzzjoni tal-Fond ammontat għal ftit aktar minn nofs dak l-ammont.1. Ir-riżorsi addizzjonali ġew ipprovduti mill-baġits nazzjonali u mill-benefiċjarji.

Tabella 1 – Spejjeż totali tal-programmi tal-FER u sorsi tal-fondi, 2005-2007 fil-livell tal-UE

(Konsolidazzjoni tal-pjanijiet finanzjarji tal-programmi nazzjonali tal-Istati Membri kollha)

Sors tal-iffinanzjar Ammonti f’€ %

Allokazzjoni tal-Fond Ewropew għar-Refuġjati A 151 671 959.34 51.1 %

Allokazzjonijiet Statali B 88 331 906.23 29.8 %

Allokazzjonijiet minn Reġjuni Ċ 10 360 468.64 3.5 %

Allokazzjonijiet minn Awtoritajiet Lokali D 16 295 722.46 5.5 %

Allokazzjonijiet pubbliċi Nazzjonali B+Ċ+D 114 988 097.33 38.7 %

Allokazzjonijiet pubbliċi Totali A+ B+Ċ+D 266 660 056.67 89.9 %

Allokazzjonijiet Privati E 30 125 122.27 10.1 %

Spiża Totali A+B+Ċ+D+E 296 785 178.94 100 %

1 Il-kontribuzzjoni tal-Fond għall-proġetti appoġġati ma tistax taqbeż 50% tal-ispejjeż totali, minbarra

għal proġetti innovattivi b’mod partikolari (sa 60 %) u għall-Pajjiżi tal-Koeżjoni, fejn din tiżdied għal mhux aktar minn 75%. Bħala riżultat, il-figura globali għall-Istati Membri tal-UE kollha flimkien kienet 51%.

Page 6: MT2011)0002_MT.pdf · 2011-01-20 · MT MT IL-KUMMISSJONI EWROPEA Brussel 14.1.2011 KUMM(2011) 2 finali RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT

MT 5 MT

TOTAL TOTAL2005-2007 2000 - 2007

L-Awstrija 912,382.09 1,454,753.68 1,938,106.21 2,007,650.38 2,230,280.21 2,742,218.08 3,846,031.28 5,043,250.98 11,631,500.34 20,174,672.91

Il-Belġju 1,223,201.55 1,869,724.55 2,729,082.53 2,381,191.60 2,131,527.03 1,708,787.99 1,776,562.59 2,603,893.57 6,089,244.15 16,423,971.41

Il-Bulgarija 495,312.69 495,312.69 495,312.69

Ċipru 168,058.60 647,118.56 908,577.92 1,500,569.01 3,056,265.49 3,224,324.09Ir-Repubblika Ċeka 0,00** 1,322,783.90 1,224,732.11 1,466,059.64 4,013,575.65 4,013,575.65

L-Estonja 101,264.04 501,165.50 501,107.84 501,920.54 1,504,193.88 1,605,457.92

Il-Finlandja 651,386.00 673,605.00 671,256.00 524,730.29 392,632.81 576,732.16 765,446.81 1,076,742.49 2,418,921.46 5,332,531.56

Franza 2,255,053.80 3,156,227.70 4,133,680.00 5,067,825.42 4,041,961.16 4,419,370.47 4,030,904.13 10,558,351.31 19,008,625.91 37,663,373.99

Il-Ġermanja 6,218,898.77 8,391,364.30 10,324,674.58 9,935,791.60 8,113,021.93 6,808,594.52 5,740,645.75 9,652,645.44 22,201,885.71 65,185,636.89

Il-Greċja 652,057.17 629,043.03 535,611.36 439,481.17 459,296.30 738,841.43 816,091.64 1,283,253.07 2,838,186.14 5,553,675.17

L-Ungerija 824,724.64 1,064,593.65 979,609.02 866,343.13 2,910,545.80 3,735,270.44

L-Irlanda 632,205.18 709,109.67 965,573.27 981,675.33 919,090.69 1,037,486.23 1,079,242.69 1,154,112.32 3,270,841.24 7,478,495.38

L-Italja 1,956,104.78 2,741,880.68 3,460,943.09 2,396,267.75 741,665.14 1,763,702.74 2,053,628.78 2,650,121.13 6,467,452.65 17,764,314.09

Il-Latvja 95,628.95 501,174.78 501,345.60 501,821.57 1,504,341.95 1,599,970.90

Il-Litwanja 154,927.86 573,217.83 607,775.87 645,556.32 1,826,550.02 1,981,477.88

Il-Lussemburgu 528,971.74 480,528.81 411,194.85 299,703.18 171,647.79 398,036.69 456,620.40 568,733.03 1,423,390.12 3,315,436.49

Malta 111,840.01 536,748.47 613,261.96 711,494.88 1,861,505.31 1,973,345.32

Il-Pajjiżi l-Baxxi 2,984,948.74 3,642,649.54 4,175,006.40 3,239,737.01 2,972,102.53 2,481,878.07 2,471,049.17 3,187,495.09 8,140,422.33 25,154,866.55

Il-Polonja 440,490.02 890,515.65 1,162,043.64 1,680,799.75 3,733,359.04 4,173,849.06

Il-Portugall 534,238.01 518,815.68 457,005.68 304,394.29 123,369.56 317,204.29 316,952.82 318,324.52 952,481.63 2,890,304.85

Ir-Rumanija 405,310.82 405,310.82 405,310.82

Is-Slovakkja 372,374.00 1,068,062.00 1,360,927.53 1,630,673.76 4,059,663.29 4,432,037.29

Is-Slovenja 343,443.67 573,652.24 584,197.32 675,421.09 1,833,270.65 2,176,714.32

Spanja 745,290.55 837,462.10 933,063.85 786,229.10 665,287.27 828,501.41 859,539.41 1,141,075.16 2,829,115.98 6,796,448.85

L-Isvezja 1,808,616.60 2,555,669.69 3,326,823.31 2,869,672.23 2,691,651.76 2,929,516.46 3,904,398.26 4,861,458.49 11,695,373.21 24,947,806.80

Ir-Renju Unit 2,902,639.84 4,819,118.07 8,764,928.09 8,923,100.66 10,877,220.93 8,739,301.59 8,639,373.87 8,121,948.42 25,500,623.88 61,787,631.47

TOTAL tal-UE 24,005,994.82 32,479,952.50 42,826,949.22 40,157,450.01 39,143,506.90 43,169,204.71 45,200,066.41 63,302,688.22 151,671,959.34 330,285,812.79

Impenji tal-Fond Ewropew għar-Refuġjati għall-programmi nazzjonali mis-sena 2000, għal kull Stat Membru

20072003 2004 2005 2006Impenn għal kull Stat Membru

2000 2001 2002

Page 7: MT2011)0002_MT.pdf · 2011-01-20 · MT MT IL-KUMMISSJONI EWROPEA Brussel 14.1.2011 KUMM(2011) 2 finali RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT

MT 6 MT

1.1.2. Distribuzzjoni tal-fondi tal-FER bejn l-Istati Membri u bejn l-azzjonijiet Il-Kummissjoni allokat il-fondi disponibbli għall-programmi nazzjonali lill-Istati Membri skont dijagramma ta’ distribuzzjoni stabbilita fid-Deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Fond Ewropew għar-Refuġjati. Din id-dijagramma hija bbażata fuq in-numru ta’ persuni fil-gruppi fil-mira tal-Fond bil-koeffiċjenti peżati applikabbli. Din hija espressjoni tanġibbli tal-prinċipju ta’ solidarjetà u ta’ kondiviżjoni tal-piż, liema prinċipju huwa l-bażi tal-Fond.

Kif jidher fil-Figura 1 hawn taħt, ir-Renju Unit, il-Ġermanja u Franza kienu t-tliet benefiċjarji ewlenin tal-Fond matul il-perjodu 2005-2007, b’ishma li jvarjaw minn madwar 12% (Franza) għal 17% (ir-Renju Unit); huma kienu segwiti mill-Isvezja u l-Awstrija (7.7 % kull wieħed) u l-Pajjiżi l-Baxxi (5.4%). It-tliet l-akbar Stati Membri benefiċjarji kienu l-istess matul il-perjodu ta’ programmar preċedenti (2000-2004) u fl-istess ordni, filwaqt li l-klassifikazzjoni tal-Istati Membri l-oħra tista’ tvarja minn sena għal oħra, b’mod partikolari skont il-flussi tal-asil f’sena partikolari.

Figura 1 – Distribuzzjoni tal-fondi tal-FER bejn l-Istati Membri (UE26) 2005-2007

Il-Lussemburgu; 0.9%

Il-Pajjiżi l-Baxxi; 5.4%

Il-Polonja; 2.5 %Il-Portugall; 0.6 %

Ir-Rumanija; 0.3 %Is-Slovakkja; 2.7 %

Is-Slovenja; 1.2 %

Spanja; 1.9 %

L-Ungerija; 1.9 %

Il-Greċja; 1.9 %

L-Estonja; 1.0 %Il-Finlandja; 1.6 %

Ir-Repubblika Ċeka; 2.6 %

Ċipru; 2.0 %

Il-Belġju; 4.0 %

L-Isvezja; 7.7 %

L-Irlanda; 2.2 %

Il-Ġermanja; 14.6 %

L-Aw strija; 7.7 %

Franza; 12.5 %

Ir-Renju Unit; 16.8 %Il-Bulgarija; 0.3 %

Il-Litw anja; 1.2 %L-Italja; 4.3 %

Malta; 1.2 %Il-Latvja; 1.0 %

Fost l-Istati Membri li ssieħbu fl-UE fl-2004 u 2007, l-Istati Membri benefiċjarji ewlenin matul il-perjodu 2005-2007 kienu r-Repubblika Ċeka, il-Polonja u s-Slovakkja, segwiti mill-Ungerija. Fl-2004, l-ewwel sena tal-implimentazzjoni fl-Istati Membri ġodda, l-Ungerija kienet l-akbar benefiċjarju, qabel il-Polonja u s-Slovakkja. Madankollu, ir-Repubblika Ċeka ddeċidiet li ma tipparteċipax fl-implimentazzjoni tal-Fond fl-2004.

Page 8: MT2011)0002_MT.pdf · 2011-01-20 · MT MT IL-KUMMISSJONI EWROPEA Brussel 14.1.2011 KUMM(2011) 2 finali RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT

MT 7 MT

Meta mqabbel mal-perjodu tal-programm preċedenti (2000-2004), il-perjodu 2005-2007 juri bidliet sinifikanti fit-tqassim tal-fondi tal-FER fuq it-tliet Azzjonijiet (Proċeduri ta’ akkoljenza u ta’ asil, Integrazzjoni u Ritorn volontarju) kif ipprogrammat mill-Istati Membri (ara l-Figura 2). Kien hemm tnaqqis fis-sehem tal-ewwel qasam (minn 46 % għal 41 %), tnaqqis żgħir fis-sehem tat-tieni qasam u żieda relattivament kbira fis-sehem tat-tielet qasam (minn 22% għal 28%). Għalkemm ir-ritorn volontarju kien l-iżgħar mit-tliet oqsma u anki jekk l-implimentazzjoni tiegħu kienet iżjed diffiċli mill-oħrajn, kien hemm żieda fl-attenzjoni tal-istrateġiji tal-Istati Membri fuq dak il-qasam. Din it-tendenza hija relatata mas-sehem ta’ kull qasam; għalhekk, l-Istati Membri ma naqsux il-baġits tagħhom allokati jew għall-akkoljenza jew inkella għall-integrazzjoni - minflok żiedu b’mod sinifikanti l-ammonti allokati għar-ritorn volontarju.

Figura 2 – Distribuzzjoni tal-fondi tal-UE fil-livell tal-UE għal kull Azzjoni (ċifri mqarrba għall-eqreb numru sħiħ)

46%

41% 41% 41% 41%

31%30%31%30%32% 28%29%28%29%

22%

0%

5%

10%

15%

20%

25%

30%

35%

40%

45%

50%

2000-2004 2005 2006 2007 2005-2007

Azzjoni A: Proċeduri ta' akkoljenza u ta' asil Azzjoni B: Integrazzjoni Azzjoni Ċ: Ritorn Volontarju

Kien hemm differenzi sinifikanti bejn l-Istati Membri fis-sehem għal kull qasam, li kienu relatati mas-sitwazzjoni u l-istrateġija ta’ kull Stat Membru, kif jidher fit-Tabella 2 hawn taħt.

Page 9: MT2011)0002_MT.pdf · 2011-01-20 · MT MT IL-KUMMISSJONI EWROPEA Brussel 14.1.2011 KUMM(2011) 2 finali RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT

MT 8 MT

Filwaqt li l-maġġoranza tal-Istati Membri allokaw ammonti ta’ fondi sinifikanti għat-titjib tal-kondizzjonijiet ta’ akkoljenza ta’ persuni li jkunu qegħdin ifittxu asil u għall-proċeduri tal-asil, f’diversi Stati Membri bi flussi tal-asil paragunabbilment kbar (Ċipru, Franza, il-Greċja, l-Italja u speċjalment Malta) jidher ċar li kien hemm ishma ogħla mill-medja. Bl-istess mod, f’ħafna Stati Membri li saru parti mill-UE fl-2004, ammonti paragunabbilment ogħla tal-FER ġew indirizzati għat-titjib tal-faċilitajiet tal-akkoljenza għal persuni li jkunu qegħdin ifittxu asil u għall-proċeduri tal-asil sal-istandards meħtieġa mil-leġiżlazzjoni tal-UE applikabbli. Għalkemm l-ammonti allokati għall-azzjonijiet li għandhom bħala għan l-integrazzjoni tar-refuġjati u ta’ persuni li jkunu qed igawdu minn forma oħra ta’ protezzjoni internazzjonali ma urewx differenzi kbar b’mod ġenerali, kienu ovvjament enfasizzati f’uħud mill-programmi nazzjonali (il-Finlandja u l-Irlanda).

Azzjonijiet dwar ir-ritorn volontarju, li twettqu minn ftit Stati Membri biss matul l-ewwel perjodu ta’ programmar tal-Fond Ewropew għar-Refuġjati, 2000-2004, kienu karatteristika komuni għall-programmi tal-Istati Membri kollha minbarra tlieta matul it-tieni perjodu ta’ programmar. Fir-Renju Unit, proġett wieħed kbir u li kien ta’ suċċess f’dan il-qasam fil-fatt uża l-maġġoranza tal-approprjazzjonijiet tiegħu.

Dan ipprovda għal approċċ iżjed ibbilanċjat li jinkludi titjib fl-akkoljenza ta’ persuni li jkunu qegħdin ifittxu asil, l-integrazzjoni ta’ dawk li jingħataw status ta’ protezzjoni u, fl-aħħar, l-għoti ta’ prospettivi ta’ rintegrazzjoni aħjar fil-pajjiż ta’ oriġini għal dawk li l-applikazzjoni tagħhom kienet ġiet miċħuda.

Iżjed dettalji huma pprovduti fil-kapitoli sussegwenti ta’ dan ir-rapport.

Tabella 2 – Distribuzzjoni tal-fondi tal-FER fil-livell tal-Istati Membri skont l-Azzjoni (2005-2007)

(Ara l-Figura 2 hawn fuq għad-definizzjoni tal-Azzjonijiet A, B u Ċ)

Stati Membri/Azzjonijiet

L-Aw

strij

a

Il-Be

lġju

Il-Bu

lgar

ija

Ċip

ru

Ir-R

ep. Ċ

eka

L-Es

tonj

a

Il-Fi

nlan

dja

Fran

za

Il-Ġ

erm

anja

Il-G

reċj

a

L-U

nger

ija

L-Irl

anda

L-Ita

lja

Il-La

tvja

Il-Li

twan

ja

Il-Lu

ssem

burg

u

Mal

ta

Il-Pa

jjiżi l

-Bax

xi

Il-Po

lonj

a

Il-Po

rtuga

ll

Ir-R

uman

ija

Is-S

lova

kkja

Is-S

love

nja

Span

ja

L-Is

vezj

a

Ir-R

enju

Uni

t

Tota

l tal

-UE

Azzjoni A 36% 51% 66% 70% 32% 57% 27% 59% 43% 63% 49% 18% 79% 61% 39% 60% 76% 20% 73% 81% 46% 68% 45% 50% 43% 3% 41%Azzjoni B 44% 24% 32% 30% 37% 35% 67% 30% 29% 30% 38% 67% 12% 35% 56% 38% 14% 40% 19% 6% 54% 21% 55% 35% 43% 17% 31%Azzjoni Ċ 20% 24% 2% 0% 32% 8% 6% 11% 28% 6% 13% 15% 9% 3% 5% 2% 10% 40% 8% 13% 0% 11% 0% 15% 14% 80% 28% 1.1.3. Azzjonijiet tal-Komunità L-Azzjonijiet tal-Komunità ġew implimentati permezz ta’ tliet programmi ta’ ħidma annwali tal-Kummissjoni, li jirreferu għal dokumenti ta’ politika - b’mod partikolari l-Programm tal-Aja u l-Komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni prattika (COM(2006)67 finali). Il-programmi ta’ ħidma pprovdew għall-kofinanzjament tal-miżuri għall-istabbiliment ta’ strutturi li ġabu flimkien is-servizzi nazzjonali tal-asil, bil-għan li tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni prattika lejn tliet objettivi ewlenin: il-kisba ta’ Proċedura Unika madwar l-Ewropa kollha; il-kumpilazzjoni, il-valutazzjoni u l-applikazzjoni konġunta tal-Informazzjoni tal-Pajjiż ta’ Oriġini; u metodi kif l-Istati Membri jistgħu jaħdmu aktar flimkien biex jindirizzaw pressjonijiet partikolari fuq is-sistemi ta’ asil jew il-kapaċitajiet ta’ akkoljenza minn fatturi bħall-pożizzjoni ġeografika.

Il-proġetti magħżula b’mod ġenerali ffukaw fuq l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Komunità, il-prassi t-tajba u l-istabbiliment ta’ netwerks ta’ kooperazzjoni transnazzjonali. Il-maġġoranza tal-mexxeja tal-proġetti kienu organizzazzjonijiet mhux governattivi u l-gruppi fil-mira kienu ż-żgħażagħ, persuni vulnerabbli u persuni li kienu ġew risistemati. Il-proġetti kienu kkaratterizzati mill-aspetti innovattivi tagħhom, f’termini ta’ kontenut, grupp fil-mira u

Page 10: MT2011)0002_MT.pdf · 2011-01-20 · MT MT IL-KUMMISSJONI EWROPEA Brussel 14.1.2011 KUMM(2011) 2 finali RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT

MT 9 MT

sħubija. It-Tabella 3 hawn taħt turi sommarju tal-proġetti magħżula u l-implikazzonijiet tagħhom għall-baġit.

Tabella 3 – Azzjonijiet tal-Komunità tal-FER fl-2005, 2006 u 2007

Numru ta’ proġetti magħżula u implikazzjonijiet għall-baġit

Azzjonijiet tal-Komunità tal-FER

Għall-proġetti magħżula

Sena

Total tal-baġit

disponibbli

(għall-għotjiet)

Nru ta’ proposti rċevuti

Nru ta’ proposti

ffinanzjati

% tal-proposti

magħżula mit-total riċevut

Total tal-ispejjeż eliġibbli

Kontibuzzjoni tal-FER

Ko-finanzjament

%

% tal-eżekuzzjoni

baġitarja

2005 2 250 000 26 8 31% 2 067 166 1 576 038 76% 70%

2006 3 144 067 18 10 56% 2 685 093 1 820 310 68% 58%

2007 4 204 996 35 17 49% 5 278 476 4 150 101 78% 99%

L-ammonti mhux impenjati huma minħabba l-kwalità insuffiċjenti tal-proposti. Ġie deċiż li ma jintgħażlux proġetti li huma taħt ċertu livell ta’ kwalità teknika; għalhekk, ċertu approprjazzjonijiet ma ntużawx fil-ħin.

Għad hemm ftit skop għal użu iżjed effiċjenti tal-Azzjonijiet tal-Komunità. Pereżempju, il-mekkaniżi għall-ġbir u t-tixrid ta’ informazzjoni dwar l-Azzjonijiet tal-Komunità għandhom jiġu mtejba fi ħdan id-dipartimenti tal-Kummissjoni responsabbli għall-Fond u fl-Awtoritajiet Responsabbli f’kull Stat Membru. Barra minn hekk, hemm bżonn li tiġi stabbilta konnessjoni aħjar bejn l-Azzjonijiet tal-Komunità u l-programmi nazzjonali.

Minbarra l-għotjiet deskritti hawn fuq, il-Kummissjoni użat ċertu riżorsi għall-akkwisti pubbliċi, bħal studju tal-fattibilità dwar l-Uffiċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-Qasam tal-Asil (€138 800) fl-2007.

Page 11: MT2011)0002_MT.pdf · 2011-01-20 · MT MT IL-KUMMISSJONI EWROPEA Brussel 14.1.2011 KUMM(2011) 2 finali RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT

MT 10 MT

2. IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMMI NAZZJONALI MILL-2005 SAL-2007

2.2 Implimentazzjoni tal-Linji Gwida Strateġiċi tal-Kummissjoni Il-programmi nazzjonali tal-Istati Membri kellhom jikkonformaw mal-Linji Gwida Strateġiċi tal-Kummissjoni. Il-Linji Gwida, li nkludew ħames Prijoritajiet, ippovdew qafas għall-implimentazzjoni skont ċerti objettivi stabbiliti fil-livell Ewropew, iżda ma rrestrinġewx l-eliġibilità tal-miżuri previsti mill-Istati Membri, sakemm dawn kienu jikkonformaw mal-bażi legali tal-Fond Ewropew għar-Refuġjati. Dan li ġej huwa valutazzjoni tal-implimentazzjoni tal-Linji Gwida dwar l-għeluq tal-programm.

- Prijorità 1: implimentazzjoni tal-prinċipji u l-miżuri, inkużi dawk relatati mal-għanijiet ta’ integrazzjoni, stabbiliti fl-acquis tal-Komunità tal-politika dwar l-asil

L-iskop tal-Prijorità 1 kien l-appoġġ tal-implimentazzjoni tal-acquis tal-Komunità tal-politika dwar l-asil permezz ta’ miżuri u proġetti ffinanzjati mill-Fond Ewropew għar-Refuġjati. Din ġiet implimentata fl-Istati Membri kollha mingħajr eċċezzjoni.

- Prijorità 2: il-preparazzjoni tal-implimentazzjoni tal-proġetti u l-miżuri provduti fid-Direttiva tal-Kunsill dwar standards minimi għal proċeduri fl-Istati Membri għall-għoti u l-irtirar tal-istatus ta’ refuġjat

Il-Prijorità 2 ġiet implimentata sa estent sinifikanti fl-Istati Membri kollha minbarra fil-Lussemburgu u fir-Renju Unit. Suġġett importanti għall-implimentazzjoni tal-Prijorità 2 kienet l-assistenza legali mogħtija lil persuni li jkunu qegħdin ifittxu asil, li kienet waħda mill-kategoriji ewlenin tal-operazzjonijiet iffinanzjati bħala parti mill-Azzjoni “Kondizzjonijiet ta’ akkoljenza u proċeduri tal-asil”.

- Prijorità 3: l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet li għandhom l-għan li jtejbu l-kwalità tal-proċeduri għall-eżami tal-pretensjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali fl-Istati Membri

Il-Prijorità 3 ġiet implimentata fl-Istati Membri kollha minbarra fi Franza, fil-Ġermanja, fil-Greċja, fl-Ungerija, fl-Irlanda, fil-Lussemburgu, f’Malta u fil-Portugall. Il-proġetti indirizzaw il-Prijorità minn diversi angoli: titjib tal-proċeduri; bidla tal-metodi tax-xogħol tal-awtoritajiet involuti; tmexxija ta’ riċerka biex jiġu identifikati l-pressjonijiet fuq is-sistema tal-asil; xiri ta’ tagħmir, bħal sistemi kompjuterizzati, għat-titjib tal-kwalità tal-proċeduri, eċċ.

- Prijorità 4: l-implimentazzjoni tal-miżuri relatati ma’ persuni li jkunu qegħdin ifittxu asil, refuġjati jew benefiċjarji ta’ protezzjoni temporanja jew sussidjarja u minorenni, li jirrispettaw il-prinċipju tal-aħjar interess tat-tfal

Għaxar Stati Membri (il-Bulgarija, Ċipru, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, il-Lussemburgu, Malta, is-Slovenja u Spanja) kellhom proġetti li kienu ddedikati kompletament għall-minorenni, u erba’ Stati Membri (il-Belġju, l-Ungerija, il-Polonja u s-Slovakkja) kellhom proġetti differenti mmirati għal persuni li kienu qegħdin ifittxu asil jew refuġjati fejn ingħatat attenzjoni partikolari lit-tfal. Il-Ġermanja, il-Greċja u l-Irlanda taw xi ftit enfasi lil din il-Prijorità.

- Prijorità 5: għall-Istati Membri li stabbilixxew jew li huma lesti jistabbilixxu skemi ta’ risistematizzazzjoni, azzjonijiet li jindirizzaw, b’mod partikolari, l-akkoljenza u l-orjentazzjoni tal-persuni li jiġu ammessi fl-Istati Membri taħt tali skemi u l-ġestjoni ta’ tali skemi.

Huma biss tliet Stati Membri li indirizzaw il-Prijorità 5: il-Finlandja (l-integrazzjoni ta’ persuni risistematizzati taħt l-iskema ta’ risistematizzazzjoni tal-UNHCR), il-Portugall

Page 12: MT2011)0002_MT.pdf · 2011-01-20 · MT MT IL-KUMMISSJONI EWROPEA Brussel 14.1.2011 KUMM(2011) 2 finali RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT

MT 11 MT

(rilokazzjoni ta’ tnax-il refuġjat trasferiti minn Malta) u Spanja (analiżi fil-fond tal-proċeduri ta’ risistematizzazzjoni).

2.2 Dejta prinċipali B’mod ġenerali, il-programmi nazzjonali ġew implimentati permezz ta’ sejħiet għal proposti miftuħin (fil-maġġoranza tal-Istati Membri ġiet organizzata sejħa waħda kull sena) li attiraw total impressjonanti ta’ 2 492 proposta. Minn dawn, intgħażlu u ġew iffinanzjati 1 403. In-numru totali ta’ proġetti ffinanzjati f’kull Stat Membru varjaw minn wieħed fir-Rumanija u sitta fil-Bulgarija (għaliex dawn ipparteċipaw biss fil-Fond fl-2007) għal 441 fil-Ġermanja.

In-numru medju ta’ proġetti ffinanzjati annwalment (467 fl-UE) huwa ogħla minn dak taħt il-perjodu tal-programm preċedenti (410 matul il-perjodu 2000-2004), iżda ż-żieda fin-numru ta’ proġetti hija inqas miż-żieda fl-approprjazzjonijiet tal-baġit. Għaldaqstant, matul il-perjodu 2005-2007 kien hemm bħala medja numru akbar ta’ proġetti komparattivament iżgħar: il-kontribuzzjoni medja tal-UE ammontat għal madwar €108 000 għal kull proġett.

Il-maġġoranza tal-benefiċjarji tal-proġetti kienu organizzazzjonijiet mhux governattivi u awtoritajiet lokali (82 % tal-proġetti kollha). L-awtoritajiet tal-Istat kienu wkoll benefiċjarji importanti (9 % tal-proġetti kollha), speċjalment f’dawk l-Istati Membri fejn il-Fond appoġġa l-aġġornament tal-faċilitajiet taħt il-pussess tal-Istat, bħal ċentri ta’ akkoljenza għal persuni li jkunu qegħdin ifittxu asil. Mill-bqija tal-kategoriji ta’ benefiċjarji, l-iżjed sinifikanti hija l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni, li rċeviet l-iffinanzjar mill-programmi nazzjonali fi 15-il Stat Membru għal total ta’ 31 proġett.

Il-bażi legali tal-Fond Ewropew għar-Refuġjati għall-perjodu 2005-2007 introduċiet żewġ bidliet importanti fir-rigward tal-karatteristiċi tal-proġetti eliġibbli għall-appoġġ, notevolment il-possibbiltà ta’ appoġġ għal proġetti multiannwali u l-possibbiltà ta’ finanzjament ta’ proġetti li jkopru aktar minn Azzjoni waħda. Disa’ Stati Membri (il-Belġju, l-Estonja, il-Ġermanja, l-Ungerija, l-Irlanda, il-Pajjiżi l-Baxxi, is-Slovenja, l-Isvezja u r-Renju Unit) appoġġaw proġetti multiannwali, u għaxra (il-Belġju, l-Estonja, il-Finlandja, il-Ġermanja, l-Ungerija, l-Irlanda, l-Italja, il-Latvja, Malta u l-Polonja) iffinanzjaw proġetti li jkopru diversi azzjonijiet. L-Italja, b’mod partikolari, għamlet użu mill-possibbiltà li tiffinanzja proġetti li jkopru diversi azzjonijiet, bi kważi l-proġetti kollha jkopru kemm it-titjib tal-kondizzjonijiet ta’ akkoljenza ta’ persuni li jkunu qegħdin ifittxu asil kif ukoll l-integrazzjoni tar-refuġjati fil-livell tal-muniċipalità. Il-Ġermanja tispikka fiż-żewġ każijiet, b’terz tal-proġetti kollha li huma multiannwali, kważi żewġ terzi tal-proġetti kollha jkopru iżjed minn Azzjoni waħda u 45 % tal-proġetti kollha Ġermaniżi jkopru t-tliet Azzjonijiet kollha eliġibbli taħt il-Fond.

Aktar milli jkunu limitati għal attività waħda; ħafna proġetti ħafna drabi ħaddnu diversi attivitajiet (minn hawn ’il quddiem imsejħa ‘operazzjonijiet’), taħt l-istess Azzjoni jew taħt iżjed minn Azzjoni waħda. Għalhekk, in-numru totali tal-operazzjonijiet iffinanzjati (3 259) qabeż b’mod sinifikanti n-numru ta’ proġetti. Fil-kapitoli li ġejjin, l-analiżi tal-implimentazzjoni ta’ kull waħda mit-tliet Azzjonijiet hija bbażata fuq id-deskrizzjoni dettaljata ta’ dawn l-operazzjonijiet kif ġew irrapportati fir-rapporti dwar l-implimentazzjoni sottomessi mill-benefiċjarji tal-proġetti mal-għeluq tal-proġetti.

Page 13: MT2011)0002_MT.pdf · 2011-01-20 · MT MT IL-KUMMISSJONI EWROPEA Brussel 14.1.2011 KUMM(2011) 2 finali RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT

MT 12 MT

2.3 Implimentazzjoni tal-Azzjoni “Kondizzjonijiet ta’ akkoljenza u proċeduri ta’ asil” Mit-tliet Azzjonijiet eliġibbli għall-appoġġ, l-Azzjoni “Kondizzjonijiet ta’ akkoljenza u proċeduri ta’ asil” kienet l-iżjed importanti f’termini tan-numru ta’ operazzjonijiet finanzjati. Din kopriet firxa wiesgħa ta’ suġġetti li jaqgħu fi tmien kategoriji vasti: infrastruttura jew servizzi ta’ akkomodazzjoni; għajnuna materjali; kura medika u psikoloġika; assistenza soċjali, assistenza fil-formalitajiet amministrattivi u għajnuna legali; assistenza oħra, inkluż assistenza fil-lingwa, interpretazzjoni; edukazzjoni, taħriġ fil-lingwa, inizjattivi oħrajn konsistenti mal-istatus tal-persuna; informazzjoni lill-komunitajiet lokali li sejrin jinterraġġixxu ma’ dawk li jiġu milqugħin fil-pajjiż ospitanti; titjib fl-effiċjenza u l-kwalità tal-proċeduri tal-asil.

L-Azzjoni “Kondizzjonijiet ta’ akkoljenza u proċeduri ta’ asil” ġiet irrappreżentata sew fl-Istati Membri kollha, iżda b’enfasi differenti. L-Istati Membri bin-numru l-iżjed baxx ta’ operazzjonijiet li jaqgħu taħt din l-Azzjoni kienu r-Renju Unit, ir-Rumanija, il-Bulgarija u l-Estonja. Fil-każ tal-Bulgarija u r-Rumanija, ir-raġuni kienet li dawn ħadu parti biss fi programm annwali wieħed. Ir-Renju Unit għażel li jiffoka l-programm tiegħu fuq l-Azzjonijiet l-oħrajn eliġibbli għall-appoġġ, “Integrazzjoni” u speċjalment “Ritorn Volontarju”. Il-Ġermanja, l-Italja u Franza, mill-banda l-oħra, kellhom fokus ċar ħafna fuq din l-Azzjoni.

Assistenza soċjali, assistenza fil-formalitajiet amministrattivi u għajnuna legali kienet il-kategorija inkluża fil-maġġoranza tal-proġetti ffinanzjati fil-perjodu. Din inkludiet konsulenza legali, amministrattiva u soċjali għan-nies li jfittxu asil fil-kuntest tal-proċedura tal-asil, individwalment jew f’laqgħat fi gruppi jew wiċċ imb’wiċċ, kif ukoll it-tixrid ta’ materjal ta’ informazzjoni. Il-kategorija ta’ wara kienet il-kura medika u psikoloġika, li kienet implimentata f’wieħed u għoxrin Stat Membru u li kibret dejjem aktar fl-importanza ma’ numru dejjem ikbar ta’ persuni li jkunu qegħdin ifittxu asil li jsofru minn problemi mediċi u psikoloġiċi bħala riżultat ta’ vjolenza u tortura.

Mill-bqija tal-kategoriji, l-infrastruttura tal-akkomodazzjoni u s-servizzi kienu appoġġati fi ħmistax-il Stat Membru. B’mod speċjali fi Stati Membri li daħlu fl-Unjoni mill-2004, il-Fond Ewropew għar-Refuġjati kellu rwol importanti ħafna biex jiġu aġġornati l-faċilitajiet fil-pussess tal-Istat fejn persuni li jkunu qegħdin ifittxu asil jiġu akkomodati skont standards tal-UE, fejn appoġġa mhux biss l-estensjoni jew l-arranġament mill-ġdid iżda wkoll it-titjib tas-servizzi pprovduti lil persuni li jkunu qegħdin ifittxu asil (ikel, l-għoti ta’ ħwejjeġ, attivitajiet, assistenza amministrattiva/legali, eċċ).

Kien hemm tendenza dejjem ikbar fil-maġġoranza tal-Istati Membri għal organizzazzjonijiet li jimplimentaw il-proġetti biex jipprovdu lil persuni li jkunu qegħdin ifittxu asil b’pakkett ta’ miżuri, li fihom tipi differenti ta’ assistenza (soċjali, legali, amministrattiva, medika, materjali, edukattiva, eċċ) u l-possibbiltà li dawn ikunu magħmula skont is-sitwazzjoni ta’ kull persuna jew grupp ta’ persuni.

L-inqas operazzjonijiet komuni kienu dawk relatati mat-titjib tal-effiċjenza u l-kwalità tal-proċeduri tal-asil, li fi ħdax-il Stat Membru ġew iffinanzjati minn riżorsi nazzjonali waħidhom, jiġifieri barra mill-programmi. Madankollu, fl-Istati Membri fejn tali operazzjonijiet ġew implimentati, huma twettqu b’suċċess: eżempji kienu jinkludu l-iżvilupp ta’ databases tal-pajjiżi ta’ oriġini u ta’ sistemi ta’ informazzjoni meħtieġa għall-proċedura tal-asil, it-titjib tal-operat tar-Regolament ta’ Dublin II u l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri, u kif ukoll it-titjib ġenerali u t-tqassir tal-proċeduri tal-asil.

Page 14: MT2011)0002_MT.pdf · 2011-01-20 · MT MT IL-KUMMISSJONI EWROPEA Brussel 14.1.2011 KUMM(2011) 2 finali RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT

MT 13 MT

Infrastruttura jew servizzi ta’

akkomodazzjoni

Għajnuna materjali

Kura medika u psikoloġika

Assistenza soċjali,

assistenza fil-formalitajiet

amministrattivi u għajnuna

legali

Assistenza oħra, inkluż

assistenza fil-lingwa,

interpretazzjoni

Edukazzjoni, taħriġ fil-lingwa, inizjattivi oħrajn konsistenti mal-

istatus tal-persuna

Informazzjoni lill-komunitajiet lokali

li sejrin jinterraġġixxu ma’

dawk li jiġu milqugħin fil-pajjiż

ospitanti

Titjib fl-effiċjenza u l-kwalità tal-

proċeduri tal-asil

TOTAL TAL-OPERAZZJONIJIET

KOMPLUTI

L-Awstrija 0 0 33 27 0 0 0 14 74Il-Belġju 2 0 7 8 2 4 7 0 30Il-Bulgarija 2 0 0 1 0 0 0 1 4Ċipru 3 1 5 5 0 2 0 2 18Ir-Rep. Ċeka 0 6 4 17 1 10 0 0 38L-Estonja 0 0 1 0 1 0 0 4 6Il-Finlandja 0 0 0 2 0 3 5 5 15Franza 49 32 22 52 14 15 0 0 184Il-Ġermanja 26 14 77 133 65 105 128 0 548Il-Greċja 16 0 4 9 0 2 1 0 32L-Ungerija 5 9 8 12 0 6 1 8 49L-Irlanda 0 0 1 6 0 4 3 0 14L-Italja 86 86 78 66 73 60 12 0 461Il-Latvja 5 1 1 2 0 1 1 7 18Il-Litwanja 2 3 2 3 0 3 0 1 14Il-Lussemburgu 0 0 2 6 0 3 0 0 11Malta 6 5 0 2 0 0 0 0 13Il-Pajjiżi l-Baxxi 0 0 2 0 0 0 2 7 11Il-Polonja 3 2 2 8 0 2 1 1 19Il-Portugall 5 5 5 5 2 3 3 2 30Ir-Rumanija 0 0 0 1 1 0 0 0 2Ir-Rep. Slovakka 3 5 4 8 5 4 6 0 35Is-Slovenja 7 0 3 7 1 6 0 5 29Spanja 0 4 6 8 9 1 5 1 34L-Isvezja 0 0 3 2 0 0 4 3 12Ir-Renju Unit 0 0 0 0 0 0 0 1 1Total tal-UE 220 173 270 390 174 234 179 62 1702

Kondizzjonijiet ta' Akkoljenza u proċeduri ta' Asil - Numru ta' operazzjonijiet kompluti, 2005-2007

Page 15: MT2011)0002_MT.pdf · 2011-01-20 · MT MT IL-KUMMISSJONI EWROPEA Brussel 14.1.2011 KUMM(2011) 2 finali RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT

MT 14 MT

2.4 Implimentazzjoni tal-Azzjoni “Integrazzjoni” Abbażi tan-numru ta’ operazzjonijiet finanzjati, l-Azzjoni “Integrazzjoni” - li hija mmirata biss lejn persuni li l-waqfa tagħhom hija ta’ natura stabbli jew dejjiema (refuġjati rikonoxxuti, persuni mogħtija forom oħrajn ta’ protezzjoni internazzjonali) - ġiet ikklassifikata t-tieni fost it-tliet Azzjonijiet eliġibbli għall-appoġġ taħt il-Fond. Is-suġġetti koperti minn din l-Azzjoni jistgħu jiġu raggruppati fil-kategoriji li ġejjin: assistenza fl-akkomodazzjoni u l-għoti ta’ mezzi ta’ sussistenza; kura medika u psikoloġika; assistenza soċjali, assistenza fil-formalitajiet amministrattivi, għajnuna legali, assistenza fil-lingwa; edukazzjoni, taħriġ vokazzjonali, akkwist ta’ ħiliet; azzjonijiet oħrajn mmirati lejn l-aċċess għall-impjiegi; azzjonijiet oħrajn maħsuba għall-promozzjoni tal-kisba awtonoma ta’ kapaċitajiet; azzjonijiet li jippermettu lir-riċevituri jaddattaw għas-soċjetà tal-Istat Membru; azzjonijiet oħra li jippromwovu l-parteċipazzjoni fil-ħajja ċivili u kulturali u l-promozzjoni tal-ugwaljanza ta’ aċċess u l-ugwaljanza tar-riżultati meta jittrattaw mal-istituzzjonijiet pubbliċi.

L-operazzjonijiet taħt din l-Azzjoni kienu rrappreżentati sew fl-Istati Membri kollha. L-Italja kien l-Istat Membru bl-aktar operazzjonijiet (aktar minn 40 % tal-operazzjonijiet ta’ Integrazzjoni kollha ffinanzjati fl-UE), dan minħabba li l-maġġoranza tal-proġetti Taljani fil-livell lokali kkombinaw ir-riċeviment ta’ persuni li jfittxu l-asil mal-integrazzjoni ta’ dawk il-persuni mogħtija stejtus ta’ protezzjoni. In-numru ta’ operazzjonijiet ħareġ li kien komparattivament baxx f’ċerti Stati Membri għaliex is-sistema ta’ assistenza nazzjonali, li ma kinietx tinvolvi l-fondi tal-UE, kienet diġà qed tipprovdi l-appoġġ lin-nies fil-bżonn, bħar-refuġjati.

Mill-oqsma kollha ta’ appoġġ, kien l-aċċess għall-impjiegi, inkluż l-edukazzjoni, it-taħriġ vokazzjonali, l-akkwist ta’ ħiliet, azzjonijiet maħsuba biex jippromwovu l-kisba awtonoma ta’ kapaċitajiet u l-forom kollha neċessarji ta’ assistenza, li spikkaw bħala l-aktar importanti. F’ħafna Stati Membri, assistenza fl-akkomodazzjoni sinifikanti ngħatat ukoll permezz ta’ tipi differenti ta’ appoġġ. Huwa rikonoxxut li wieħed ikollu xogħol u akkomodazzjoni kemm jista’ jkun kmieni possibbli wara r-rikonoxximent tal-istatus huma prerekwiżiti essenzjali għar-refuġjati u persuni mogħtija protezzjoni internazzjonali sabiex tiġi mgħaġġla l-integrazzjoni tagħhom fis-soċjetà tal-pajjiż ospitanti. Il-kura medika u psikoloġika, li hi fattur essenzjali tal-miżuri għall-persuni li jfittxu l-asil, kompliet tkun meħtieġa wara r-rikonoxximent ta’ status ta’ protezzjoni. Fl-aħħar, l-operazzjonijiet immirati lejn il-parteċipazzjoni fi u l-komunikazzjoni mas-soċjetà ospitanti u li jinvolvu din tal-aħħar kienu wkoll appoġġjati.

Kien hemm żieda fl-appoġġ għall-kisba awtonoma ta’ kapaċitajiet tar-refuġjati u persuni mogħtija protezzjoni internazzjonali bħala mod effiċjenti għall-promozzjoni tal-integrazzjoni tagħhom. L-idea kienet li r-refuġjati jkunu jistgħu jirrealizzaw il-potenzjal ekonomiku, soċjali, kulturali jew anki politiku tagħhom sabiex jintegraw fis-soċjetà ospitanti u jistabbilixxu mudell pożittiv.

Fl-aħħar nett, bħall-operazzjonijiet iffinanzjati taħt l-Azzjoni dwar “Kondizzjonijiet ta’ akkoljenza u titjib tal-proċedura tal-asil”, il-maġġoranza tal-proġetti ffinanzjati taħt l-Azzjoni ‘Integrazzjoni’ inkludew numru ta’ suġġetti (akkomodazzjoni, xogħol, assistenza soċjali u medika, eċċ). Dawn ġew ikkombinati f’pakketti ta’ integrazzjoni li jiffukaw fuq affarijiet differenti (impjiegi; komunikazzjoni bejn ir-refuġjati u l-komunità lokali; appoġġ dirett f’sitwazzjonijiet speċifiċi bħal akkomodazzjoni, għajnuna legali, eċċ), li b’hekk ifasslu l-appoġġ għall-integrazzjoni skont is-sitwazzjoni partikolari tal-persuni kkonċernati u għall-ambjent tagħhom permezz ta’ firxa ta’ miżuri xierqa.

Page 16: MT2011)0002_MT.pdf · 2011-01-20 · MT MT IL-KUMMISSJONI EWROPEA Brussel 14.1.2011 KUMM(2011) 2 finali RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT

MT 15 MT

Assistenza fl-akkomodazzjoni/

mezzi ta’ sussistenza

Kura medika u psikoloġika

Assistenza soċjali,

assistenza fil-formalitajiet

amministrattivi, għajnuna legali, assistenza fil-

lingwa

Edukazzjoni, taħriġ

vokazzjonali, akkwist ta’ ħiliet

Azzjonijiet oħrajn

mmirati lejn l-aċċess għall-

impjiegi

Azzjonijiet oħrajn

maħsuba għall-

promozzjoni tal-kisba

awtonoma ta’ kapaċitajiet

Azzjonijiet li jippermettu lir-

riċevituri jaddattaw għas-soċjetà tal-Istat

Membru

Azzjonijiet oħra li jippromwovu l-parteċipazzjoni fil-ħajja ċivili u

kulturali

Promozzjoni tal-ugwaljanza ta’

aċċess u l-ugwaljanza tar-riżultati meta jittrattaw mal-istituzzjonijiet

pubbliċi

TOTAL TAL-OPERAZZJONIJIET

KOMPLUTI

L-Awstrija 0 0 0 24 0 2 24 0 0 50Il-Belġju 0 11 5 3 1 1 4 0 0 25Il-Bulgarija 0 0 0 0 0 0 1 0 0 1Ċipru 0 0 3 3 0 0 0 3 0 9Ir-Rep. Ċeka 8 1 4 9 3 3 4 1 0 33L-Estonja 0 0 1 0 0 0 0 0 10 11Il-Finlandja 3 0 8 23 0 8 7 12 0 61Franza 34 0 16 6 22 10 3 0 0 91Il-Ġermanja 4 9 9 16 7 22 16 9 4 96Il-Greċja 3 2 8 5 4 0 4 0 0 26L-Ungerija 6 0 9 9 7 0 6 0 3 40L-Irlanda 0 0 8 7 3 2 3 4 4 31L-Italja 50 75 80 69 45 65 0 69 86 539Il-Latvja 1 2 1 0 2 1 2 1 5 15Il-Litwanja 3 2 7 10 6 0 4 6 0 38Il-Lussemburgu 0 0 1 3 0 0 0 0 0 4Malta 5 0 1 0 0 0 0 0 0 6Il-Pajjiżi l-Baxxi 0 2 0 11 4 7 2 6 2 34Il-Polonja 3 2 2 6 0 0 1 3 0 17Il-Portugall 0 0 1 2 0 1 0 1 1 6Ir-Rumanija 0 0 0 0 0 0 0 0 0 0Ir-Rep. Slovakka 2 2 2 1 2 1 1 0 0 11Is-Slovenja 10 2 3 10 3 1 3 9 2 43Spanja 0 7 6 9 4 4 0 1 1 32L-Isvezja 0 9 6 3 9 4 6 4 3 44Ir-Renju Unit 1 0 0 2 2 1 0 0 3 9Total tal-UE 133 126 181 231 124 133 91 129 124 1272

Integrazzjoni - Numru ta' operazzjonijiet kompluti, 2005-2007

Page 17: MT2011)0002_MT.pdf · 2011-01-20 · MT MT IL-KUMMISSJONI EWROPEA Brussel 14.1.2011 KUMM(2011) 2 finali RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT

MT 16 MT

2.5 Implimentazzjoni tal-Azzjoni “Ritorn volontarju” B’inqas minn 10% tal-operazzjonijiet kollha ffinanzjati mill-Fond, l-Azzjoni “Ritorn volontarju” kienet l-inqas waħda rrappreżentata mit-tlett Azzjonijiet. L-operazzjonijiet iffinanzjati kienu parti mill-kategoriji li ġejjin: informazzjoni u pariri dwar ir-ritorn volontarju; informazzjoni dwar is-sitwazzjoni fil-pajjiż ta’ oriġini jew ta’ residenza preċedenti; assistenza fl-ivvjaġġar; appoġġ - inkluż appoġġ finanzjarju - għar-rintegrazzjoni fil-pajjiż ta’ oriġini; azzjonijiet oħra li jiffaċilitaw l-organizzazzjoni u l-implimentazzjoni tal-programmi nazzjonali ta’ ritorn volontarju.

Erba’ Stati Membri ma implimentawx ir-ritorn volontarju, iżda fl-Istati Membri fejn dawn l-operazzjonijiet kienu appoġġati, in-numru tagħhom żdied b’mod sinifikanti meta mqabbel mal-perjodu inizjali ta’ implimentazzjoni (2000-2004). Meta l-programm kien fil-preparazzjoni, il-Kummissjoni ħeġġet lill-Istati Membri biex jinkludu l-Azzjoni tar-Ritorn Volontarju. Huwa importanti l-fatt, li kien hemm żieda fir-rikonoxximent mill-organizzazzjonijiet mhux governattivi li jaġixxu biex jappoġġaw nies li jkunu qegħdin ifittxu asil tal-fatt li jkun utli li l-persuni li jkunu qegħdin ifittxu asil li l-applikazzjonijiet tagħhom jiġu miċħuda jiġu pprovduti b’assistenza għar-rintegrazzjoni fil-pajjiż ta’ oriġini tagħhom, minbarra azzjonijiet li jassistu lill-persuni li jkunu qegħdin ifittxu asil matul il-proċedura ta’ asil u li jiffaċilitaw l-integrazzjoni tar-refuġjati rikonoxxuti.

Fost l-Istati Membri kollha, il-Ġermanja - b’45 % tal-operazzjonijiet kollha fil-qasam tar-ritorn volontarju fl-UE - kien l-Istati Membru fejn dan kien l-iżjed ovvju, għaliex il-maġġoranza tal-operazzjonijiet fil-qasam tar-ritorn volontarju ġew implimentati bħala parti minn proġetti li jkopru tnejn jew it-tlieta kollha mill-Azzjonijiet li huma eliġibbli taħt il-Fond. L-organizzazzjonijiet implimentattivi ħadmu bis-sħiħ sabiex jipprovdu lill-persuni li kienu qegħdin ifittxu asil li kienu fil-kura tagħhom bi prospettivi sodi, irrispettivament mir-riżultat tal-applikazzjoni tagħhom għall-asil: sew jekk ikun l-integrazzjoni fis-soċjetà Ġermaniża fil-każ li jingħata l-istatus ta’ refuġjat, jew bidu ġdid fil-pajjiż ta’ oriġini, u fi kwalunkwe każ, assistenza sat-tluq jekk il-kondizzjonijiet għar-rikonoxximent ma jistgħux jintlaqgħu.

L-operazzjonijiet tar-ritorn volontarju kienu l-iżjed diffiċli biex jiġu implimentati għaliex jiddependu fuq ir-rieda tal-persuni li jkunu qegħdin ifittxu asil biex jirritornaw fil-pajjiż ta’ oriġini tagħhom u biex imorru oltre dik li kienu jqisu bħala ħajja aħjar f’pajjiż ospitanti prosperuż. Madanakollu, d-diffikultà ta’ implimentazzjoni tar-ritorn volontarju tista’ tkun ir-raġuni għaliex ċerti operazzjonijiet iffinanzjati li kellhom suċċess ġew ivvalutati bħala ppjanati sew kif ukoll innovattivi. Dan kien il-każ għall-proġett li l-aktar li kellu suċċess tar-Renju Unit tal-perjodu ta’ programmar 2005-2007, li ġie implimentat taħt din l-Azzjoni. F’ħafna Stati Membri, fattur ieħor ta’ suċċess kien l-involviment tal-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni, jew bħala organizzazzjoni implimentattiva jew bħala sieħba.

Page 18: MT2011)0002_MT.pdf · 2011-01-20 · MT MT IL-KUMMISSJONI EWROPEA Brussel 14.1.2011 KUMM(2011) 2 finali RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT

MT 17 MT

Informazzjoni u pariri dwar ir-

ritorn volontarju

Taħriġ għar-rintegrazzjoni

Assistenza fl-ivvjaġġar

Appoġġ, inkluż appoġġ

finanzjarju, għar-rintegrazzjoni fil-pajjiż ta’ oriġini, jew ta’ residenza

preċedenti

Informazzjoni dwar is-sitwazzjoni fil-

pajjiż ta’ oriġini jew ta’ residenza

preċedenti, mhux inkluża fl-

informazzjoni u pariri dwar ir-ritorn

volontarju

Azzjonijiet li jiffaċilitaw l-

organizzazzjoni u l-implimentazzjoni tal-

programmi nazzjonali ta’ ritorn

volontarju

TOTAL TAL-OPERAZZJONIJIET

KOMPLUTI

L-Awstrija 24 0 0 0 0 3 27Il-Belġju 3 2 0 1 0 0 6Il-Bulgarija 1 0 0 0 0 1 2Ċipru 0 0 0 0 0 0 0Ir-Rep. Ċeka 1 0 0 6 0 0 7L-Estonja 2 0 1 1 0 2 6Il-Finlandja 1 0 0 0 0 0 1Franza 1 2 4 2 0 7 16Il-Ġermanja 40 23 9 27 23 5 127Il-Greċja 3 0 3 0 0 0 6L-Ungerija 1 0 1 1 1 0 4L-Irlanda 2 0 1 1 0 1 5L-Italja 3 3 3 3 3 0 15Il-Latvja 0 0 0 0 0 0 0Il-Litwanja 3 1 1 0 0 0 5Il-Lussemburgu 0 0 0 1 0 0 1Malta 2 0 1 1 1 1 6Il-Pajjiżi l-Baxxi 3 0 0 0 2 1 6Il-Polonja 0 0 2 2 0 0 4Il-Portugall 1 0 0 0 0 0 1Ir-Rumanija 0 0 0 0 0 0 0Ir-Rep. Slovakka 2 1 2 2 0 2 9Is-Slovenja 0 0 0 0 0 0 0Spanja 6 0 4 6 5 0 21L-Isvezja 0 1 0 2 0 2 5Ir-Renju Unit 1 1 1 1 0 1 5Total tal-UE 100 34 33 57 35 26 285

Ritorn Volontarju - Numru ta' operazzjonijiet kompluti, 2005-2007

Page 19: MT2011)0002_MT.pdf · 2011-01-20 · MT MT IL-KUMMISSJONI EWROPEA Brussel 14.1.2011 KUMM(2011) 2 finali RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT

MT 18 MT

3. EFFIKAĊJA, EFFIĊJENZA U VALUR MIŻJUD TAL-PROGRAMMI NAZZJONALI MILL-2005 SAL-2007

3.1 Effikaċja Fil-maġġoranza tal-Istati Membri ir-riżultati miksuba fil-livell tal-operazzjonijiet kienu sodisfaċenti meta mqabbel ma’ dak li kien ippjanat. Madankollu, l-operazzjonijiet tal-Integrazzjoni dehru li kellhom l-iżjed suċċess, segwiti b’dawk mmirati lejn l-akkoljenza tal-persuni li jkunu qegħdin ifittxu asil, filwaqt li l-operazzjonijiet fuq ir-ritorn volontarju pproduċew l-inqas riżultati sodisfaċenti.

Ir-raġunijiet ewlenin għaliex ċerti operazzjonijiet kisbu riżultati li qabżu dawk ippjanati, jew ma kisbuhomx, kienu marbuta mhux mat-tip ta’ attività kkonċernata (minbarra għar-ritorn volontarju), iżda aktar ma’ fatturi esterni, speċjalment l-impreveddibltà tal-flussi tal-asil. Bħala riżultat, matul sena partikolari bi flussi kbar ta’ asil, proġetti għall-akkoljenza ta’ persuni li jkunu qegħdin ifittxu asil jistgħu jilħqu numru ogħla minn dak previst u f’sena oħra fejn il-flussi tal-asil kienu inqas minn dawk mistennija, dawn jistgħu ma jilħqux l-aspettativi.

Spjegazzjonijiet oħra għall-ilħuq eċċessiv tal-objettivi jew tan-nuqqas ta’ lħuq tal-objettivi, kellhom jinstabu f’dawn li ġejjin: il-kwalità tal-preparazzjoni, il-ġestjoni u l-organizzazzjoni tal-proġetti; il-fehim ċar mill-organizzazzjoni implimentattiva tal-ispeċifiċitajiet tal-grupp partikolari ta’ persuni li jkunu qegħdin ifittxu asil; il-livell tas-sħubija ma’ organizzazzjonijiet oħra u, fl-aħħar, l-impenn personali tal-organizzaturi tal-proġett. Barra minn hekk, l-ammont kemm il-persuni li jkunu qegħdin ifittxu asil, ir-refuġjati u l-persuni li kienu ġew mogħtija forom oħra ta’ protezzjoni kienu involuti fid-disinn u l-implimentazzjoni tal-proġetti, dehru li kienu fattur sinifikanti fis-suċċess jew falliment tagħhom.

L-operazzjonijiet tar-ritorn volontarju kellhom jaffaċċjaw problemi differenti. Ħafna persuni li fittxew asil u persuni mogħtija protezzjoni internazzjonali, li kienu investew sforzi konsiderevoli sabiex jaslu fil-pajjiż ospitanti, ma kinux interessati li jirritornaw, minkejja t-tqassim ta’ informazzjoni dwar il-possibbiltajiet ta’ ritorn u ta’ appoġġ. Sitwazzjonijiet ta’ konflitt f’ċerti pajjiżi ta’ oriġini wkoll jistgħu jiskoraġġuhom milli japplikaw għall-assistenza għar-ritorn.

Fil-livell tal-programmi nazzjonali, l-estent safejn ir-riżultati ppjanati nkisbu kien ivarja iżjed: l-objettivi stabbiliti fil-bidu tal-programmi ma ġewx sodisfatti kollha f’ċerti Stati Membri, iżda ġew superati f’oħrajn. L-implimentazzjoni tal-istrateġiji nazzjonali rriżultaw pjuttost ta’ suċċess f’termini ta’ akkoljenza tal-persuni li jkunu qegħdin ifittxu asil, iżda dan ma tantx jista’ jingħad għall-integrazzjoni tar-refuġjati. Safejn huwa kkonċernat ir-ritorn volontarju, l-implimentazzjoni tal-istrateġiji kienet taħt l-aspettativi, bl-eċċezzjoni tar-Renju Unit.

Għalkemm il-valutazzjoni kienet li azzjonijiet jew miżuri oħrajn minbarra dawk iffinanzjati ma setgħux kienu iżjed effettivi, huwa rikonoxxut b’mod wiesa’ li l-proġetti setgħu kienu iżjed effettivi. Żieda fil-kooperazzjoni u l-kondiviżjoni tal-għarfien u tal-esperjenzi bejn l-organizzazzjonijiet implimentattivi setgħet tippermetti sinerġiji u l-ġbir flimkien tar-riżorsi, u li tgħin biex tkun evitata d-duplikazzjoni. L-operazzjonijiet tar-ritorn volontarju setgħu kienu iżjed effettivi permezz tal-iżvilupp ta’ kuntatti mas-sħab mill-pajjiżi ta’ oriġini, permezz ta’ taħriġ tal-persunal jew permezz tal-iskambju tal-aħjar prassi bejn l-Istati Membri.

Fir-rigward tal-ippjanar u l-ġestjoni tal-proġetti, l-appoġġ ta’ proġetti b’perjodu ta’ żmien itwal jew l-iżvilupp ulterjuri ta’ proġetti preċedenti setgħu kienu iżjed effettivi minflok il-bidu ta’ inizjattivi ġodda. Il-piż tax-xogħol amministrattiv tal-organizzazzjonijiet implimentattivi tal-proġetti ġie identifikat bħala ostaklu għall-implimentazzjoni effettiva tal-proġetti, u għalhekk għandu jiġi eżaminat.

Page 20: MT2011)0002_MT.pdf · 2011-01-20 · MT MT IL-KUMMISSJONI EWROPEA Brussel 14.1.2011 KUMM(2011) 2 finali RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT

MT 19 MT

3.2 Effiċjenza B’mod ġenerali, ir-riżorsi meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proġetti ġew ivvalutati bħala suffiċjenti. Matul il-proċess tal-għażla mwettaq fl-Istati Membri, il-kompetenza rilevanti ntużat għall-valutazzjoni tal-baġit għall-iffinanzjar tal-proposti, biex b’hekk ġie żgurat li l-ispejjeż mistennija kienu realistiċi u li r-riżorsi allokati kienu biżżejjed għall-proġetti magħżula. Madankollu, f’għadd ta’ Stati Membri, il-kofinanzjament tal-proġetti mill-baġit nazzjonali, li kien addizzjonali għall-fondi tal-UE, sar diffiċli jew saħansitra sparixxa għal kollox bħala riżultat tar-restrizzjonijiet tal-baġit; dan ħoloq sitwazzjonijiet diffiċli ħafna għall-organizzazzjonijiet ta’ daqs żgħir u medju.

Il-perjodiċità tad-disponibbiltà tal-fondi kienet inqas sodisfaċenti. Inħass li l-fondi kienu disponibbli għall-organizzazzjonijiet implimentattivi aktar tard milli meta kien mistenni; dan seħħ minħabba l-fatt li mhux id-dispożizzjonijiet kollha tal-UE ġew stabbiliti sa sena wara l-bidu tal-perjodu ta’ programmar, iżda dewmien fuq livell nazzjonali kien ukoll fattur. Bħala riżultat, l-iffirmar tal-kuntratti u l-pagamenti inizjali wara l-iffirmar tal-kuntratti mal-organizzazzjonijiet implimentattivi ġew imdewma u dan kellu impatt konfliġġenti f’ħafna Stati Membri. F’ċertu każijiet, id-dewmien irriżulta fil-kanċellazzjoni tal-proġetti jew partijiet tal-proġetti, filwaqt li f’każijiet oħrajn, l-organizzazzjonijiet ġew obligati li jisselfu l-fondi sabiex jibdew l-attivitajiet. Bl-istess mod, matul l-implimentazzjoni tal-proġetti, id-differenza fiż-żmien bejn l-ewwel pagament u dawk li segwew tqieset twila wisq mill-organizzazzjonijiet implimentattivi u r-riżorsi tagħhom kienu limitati wisq biex iwettqu l-attivitajiet kollha matul dan il-perjodu.

L-ispejjeż imġarrba għall-kisba tar-riżultati tal-proġetti dehru raġonevoli. Fejn dik il-valutazzjoni kienet ibbażata fuq paraguni ma’ strumenti finanzjarji jew sorsi ta’ fondi oħra, jew ibbażati fuq prezzijiet ta’ unità magħrufa, instab li l-proġetti kienu effiċjenti daqs jew anki iktar minn proġetti simili ffinanzjati minn sorsi oħra. Pereżempju, fir-Renju Unit, l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika ikkonkluda li l-ispejjeż medji ta’ proġett ta’ skala kbira fuq ir-ritorn volontarju kienu ferm inqas mit-tneħħija infurzata, u dan ta riżultati aħjar, għaliex ipprovda għar-rintegrazzjoni fil-pajjiż ta’ oriġini skont il-bżonn.

Madankollu, kien hemm lok għal titjib. Fil-livell tal-proġetti, ċerti spejjeż fuq l-assistenza teknika, l-ispejjeż għall-ġestjoni, workshops, seminars, laqgħat ta’ diskussjoni, eċċ. kienu dawk l-ispejjeż fejn seta’ jkun hemm iffrankar. Filwaqt li f’ċerti każijiet tqies li l-ispejjeż fuq il-persunal kellhom jinżammu għall-minimu, tqajjmu dubji fuq il-fatt jekk dawn l-ispejjeż setgħux jinżammu baxxi bl-użu ta’ volontiera. Minkejja l-livell għoli ta’ impenn, il-persunal li jaħdmu fuq bażi volontarja jistgħu mhux dejjem ikollhom il-ħin u l-opportunità li jiddedikaw ruħhom kompletament għall-implimentazzjoni tal-proġett, ħaġa li titqies neċessarja sabiex il-proġetti jkunu ta’ suċċess.

Fil-kuntest tal-programmi kollha, iżjed iffrankar jista’ jinkiseb permezz tat-tnaqqis tal-kompiti amministrattivi li jingħataw lill-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-implimentazzjoni tal-programmi u r-rekwiżiti ta’ rappurtar għall-organizzazzjonijiet implimentattivi, li ħafna kienu jqisu bħala tqal. F’ċerti każijiet, l-akkwist pubbliku minflok is-sussidju ta’ proġett setgħet kienet possibbiltà alternattiva biex jitnaqqsu l-ispejjeż tal-programmi. Fl-aħħar nett, iżjed kooperazzjoni bejn il-proġetti, proġetti li jdumu iżjed u, fejn xieraq, proġetti akbar (f’termini ta’ baġit) setgħu jippermettu użu iżjed effiċjenti tar-riżorsi disponibbli.

3.3 Addizzjonalità u valur miżjud Ewropew L-użu tal-Fond Ewropew għar-Refuġjati matul il-perjodu 2005-2007 wera li kien addizzjonali għall-finanzjament nazzjonali. Kien hemm biss ftit każijiet fejn il-proġetti setgħu ġew iffinanzjati permezz ta’ appoġġ nazzjonali. Barra minn hekk, fl-ebda każ wieħed ma l-Fond

Page 21: MT2011)0002_MT.pdf · 2011-01-20 · MT MT IL-KUMMISSJONI EWROPEA Brussel 14.1.2011 KUMM(2011) 2 finali RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT

MT 20 MT

issostitwixxa l-finanzjament minn fondi Ewropej oħrajn, bħall-Fond Soċjali Ewropew jew il-programm EQUAL. Bħala riżultat, ftit, jekk kien ikun hemm, mill-1 403 proġetti ffinanzjati kienu jiġu implimentati fin-nuqqas tal-Fond Ewropew għar-Refuġjati.

Fis-sejħiet tagħhom għall-proposti, l-Istati Membru stipulaw li l-proġetti ffinanzjati diġà minn sorsi nazzjonali jew minn sorsi Ewropej oħrajn ma setgħux jiġu ffinanzjati mill-Fond Ewropew għar-Refuġjati. Fil-prattika, l-Istati Membri implimentaw strateġiji differenti biex jiżguraw l-addizzjonalità tal-Fond. Il-Fond intuża jew bħala suppliment għar-riżorsi nazzjonali, sabiex iżid il-volum tal-proġetti u l-attivitajiet eżistenti; jew, bħala kumpliment għall-attivitajiet finanzjarji marbuta mal-proġetti eżistenti, iżda ta’ natura differenti, li mhux neċessarjament iżid in-numru ta’ proġetti; jew, jissepara kompletament minn strumenti oħra ta’ finanzjament, għall-finanzjament ta’ proġetti ta’ tip, kontenut jew daqs ġdid, li jinkludu proġetti innovattivi li ma jkunux ġew meqjusin fi skemi ta’ sussidju oħrajn.

4. EFFETTI U IMPATTI TAL-PROGRAMMI NAZZJONALI MILL-2005 SAL-2007 Huwa stmat li l-1 403 proġetti ffinanzjati provdew benefiċċju dirett għal grupp fil-mira totali ta’ iżjed minn 350 000 persuna. Minn dawn, 26 200 persuna rritornaw lejn il-pajjiżi ta’ oriġini taħt skemi ta’ ritorn volontarju. Minbarra dawk fil-grupp fil-mira, iżjed minn 6 500 persuna li jappartjenu għall-organizzazzjonijiet li implimentaw il-proġetti rċivew appoġġ mill-Fond, pereżempju għat-taħriġ jew bħala riżultat ta’ reklutaġġ ta’ persunal addizzjonali. Dawn huma kisbiet notevoli meta jitqiesu r-riżorsi relattivament limitati tal-Fond (madwar €50 miljun kull sena).

Lil hinn mir-riżultati diretti tal-proġetti, ġew identifikati impatti sinifikanti fil-livell nazzjonali fl-oqsma li ġejjin.

4.1 Titjib tal-kondizzjonijiet ta’ akkoljenza u l-proċeduri tal-asil fl-Istati Membri Fil-maġġoranza tal-Istati Membri li daħlu fl-Unjoni Ewropea mill-2004, kif ukoll fi Stati Membri oħrajn, il-proġetti kkontribwixxew speċifikament għar-rinovazzjoni jew l-estensjoni taċ-ċentri ta’ akkoljenza għall-persuni li jkunu qegħdin ifittxu asil jew għall-kwalità tas-servizzi li jipprovdu għall-persuni li jkunu qegħdin ifittxu asil. Minħabba li dawn iċ-ċentri b’mod ġenerali jakkomodaw il-persuni kollha li jfittxu asil f’dawn l-Istati Membri, ir-riżultat kien titjib ġenerali tal-kondizzjonijiet ta’ akkoljenza fil-livell nazzjonali. Barra minn hekk, fil-Latvja, ġew stabbiliti l-kondizzjonijiet ta’ akkoljenza temporanja fil-każ ta’ fluss f’daqqa ta’ persuni li qed ifittxu l-asil.

Fil-Pajjiżi l-Baxxi, fejn organizzazzjoni waħda hija responsabbli biex tilqa’ l-persuni li jfittxu asil, l-għarfien dwar is-sigurtà soċjali tqajjemt permezz ta’ proġett ta’ skala kbira fil-postijiet kollha ta’ akkoljenza. F’ħafna postijiet dan wassal biex dawk li jgħixu hemm jingħataw taħriġ fil-flessibilità u l-postijiet kollha rċevew materjal informattiv.

Bl-istess mod, fi Franza, “il-pjattaformi ta’ akkoljenza” ġestiti minn organizzazzjonijiet mhux governattivi, fil-maġġoranza tar-reġjuni, ipprovdew lill-persuni li kienu qegħdin ifittxu asil fil-pajjiż, b’firxa ta’ servizzi ta’ kwalità li nżammu minkejja l-flussi kbar tal-asil matul il-perjodu ta’ implimentazzjoni 2005-2007. Fi Spanja, kważi nofs il-persuni kollha li fittxew asil ibbenefikaw minn servizzi li jvarjaw minn titjib tal-kondizzjonijiet ta’ akkoljenza għal assistenza medika/psikoloġika, appoġġ legali u kopertura tal-bżonnijiet bażiċi.

Tpoġġiet enfasi partikolari fuq il-gruppi vulnerabbli f’ħafna Stati Membri, b’riżultati sinifikanti fil-livell nazzjonali. Fl-Italja, ġew stabbiliti proċeduri ta’ riċeviment iddedikati. Fl-Awstrija u fil-Beljġu, ngħatat assistenza psikoloġika mal-pajjiż kollu, Ċipru stabbilixxi Unità ta’ Kura mit-Tortura. Fil-Belġju, fi Franza u fil-Portugall, l-organizzazzjonijiet

Page 22: MT2011)0002_MT.pdf · 2011-01-20 · MT MT IL-KUMMISSJONI EWROPEA Brussel 14.1.2011 KUMM(2011) 2 finali RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT

MT 21 MT

implimentattivi bdew jittrattaw il-bżonnijiet speċifiċi tal-minorenni mhux akkompanjati li, skont rapporti, ma kinux qed jingħataw kura xierqa mill-iskemi eżistenti.

F’ħafna Stati Membri, bħall-Bulgarija, il-Ġermanja, is-Slovakkja u Spanja, tjiebet l-assistenza legali fil-livell nazzjonali lill-persuni li jkunu qegħdin ifittxu asil bħala riżultat tal-implimentazzjoni tal-programmi. Fil-Ġermanja, pereżempju, proġetti f’dan il-qasam kienu ta’ benefiċċju għal madwar terz tal-persuni kollha li fittxew asil.

Minħabba n-numru komparattivament iżjed baxx ta’ operazzjonijiet li jinvolvu proċeduri tal-asil, l-impatti f’dan il-qasam kienu iżjed limitati. F’Ċipru twettqu ħafna operazzjonijiet. Fl-Awstrija, ġiet introdotta sistema ta’ ġestjoni tal-kwalità għall-proċeduri tal-asil mal-pajjiż kollu. Fil-Polonja, ġiet stabbilita database bl-informazzjoni dwar il-pajjiżi ta’ oriġini. Fis-Slovenja, ġie ffinanzjat l-istabbiliment tas-sistema EURODAC u ta’ sistema li tistabbilixxi l-karti tal-identità, kif ukoll reġistru tal-applikanti għall-asil. Ir-Renju Unit ħatar Uffiċjal għall-Komunikazzjoni dwar l-Asil fl-Italja, li ġġestixxa b’mod effettiv relazzjonijiet bejn iż-żewġ Stati Membri taħt ir-Regolament ta’ Dublin.

4.2 Integrazzjoni mtejba tar-refuġjati fis-soċjetà tal-Istati Membri L-impatti fuq l-integrazzjoni tar-refuġjati fil-livell nazzjonali kienu jinħassu inqas u jidhru li huma speċifiċi għal ċerti Stati Membri. Fi Franza, pereżempju, il-proġetti tal-integrazzjoni kisbu importanza dejjem ikbar u minnhom ibbenefikaw madwar 9% tar-refuġjati kollha b’enfasi fuq l-aċċess għal akkomodazzjoni indipendenti flimkien mal-assistenza soċjali, bħala l-ewwel pass lejn l-aċċess għas-suq tax-xogħol. Fil-Finlandja, fejn l-integrazzjoni tar-refuġjati saret suġġett importanti ta’ dibattitu politiku, mudelli li ġew żviluppati għall-integrazzjoni fil-livell lokali, u li jinvolvi l-popolazzjoni prinċpali, appoġġ bejn il-pari minn immigranti li jkunu waslu qabel u servizzi prodotti b’mod konġunt minn organizzazzjonijiet mhux governattivi u l-muniċipalitajiet, għandhom il-potenzjal li jiksbu impatti nazzjonali diment li jiġu implimentati fuq skala kbira. F’Ċipru, il-proġetti qajmu s-sensibilizzazzjoni fost il-pubbliku ġenerali dwar il-kwistjonijiet tar-refuġjati, ippromwovew il-multikulturaliżmu u d-diversità. Impatti sinifikanti tal-proġetti ta’ integrazzjoni ġew irrapportati wkoll fl-Irlanda u fil-Latvja.

4.3 Żieda fir-ritorn volontarju ta’ persuni li jappartjenu għall-gruppi fil-mira

Bħala l-inqas irrappreżentata mit-tliet Azzjonijiet, ir-ritorn volontarju hija l-qasam fejn l-impatti fil-livell nazzjonali kienu l-aktar baxxi. Fir-Renju Unit, programm kbir ta’ ritorn volontarju kien ta’ benefiċċju għal 11 262 persuna, li hija ċifra sinifikanti fuq livell nazzjonali. Fil-Lussemburgu, miżuri ta’ ritorn volontarju, implimentat għall-ewwel darba bl-appoġġ tal-Fond Ewropew għar-Refuġjati, wasslu għal żieda ta’ 10 % fir-ritorn volontarju wara ħafna snin ta’ tnaqqis; dan kien dovut għal intervisti orjentati individwalment, li kienet fattur innovattiv.. Fl-Ungerija, l-eżistenza proprja ta’ ritorn volontarju deher li kien riżultat tal-programm u f’Malta setgħat tiġi stabbilita għall-ewwel darba sistema ta’ ritorn volontarju assistit. Fis-Slovakka, il-Fond ippermetta li tibda l-kooperazzjoni mal-pajjiżi ta’ oriġini fl-assistenza fir-ritorn volontarju u għall-ewwel darba persuni li jkunu qegħdin ifittxu asil li jagħżlu li jirritornaw ġew mogħtija kontribuzzjoni finanzjarja.

Page 23: MT2011)0002_MT.pdf · 2011-01-20 · MT MT IL-KUMMISSJONI EWROPEA Brussel 14.1.2011 KUMM(2011) 2 finali RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT

MT 22 MT

4.4 Żvilupp ta’ miżuri politiċi fil-qasam tal-politika tal-asil, inkluż kontribuzzjoni għall-iżvilupp tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil Għalkemm l-ebda proġett wieħed ma kien jinvolvi l-iżvilupp ta’ miżuri politiċi fil-qasam tal-politika tal-asil b’mod dirett, kien hemm evidenza ta’ ċerti impatti speċifiċi, ħafna drabi indiretti, f’dawn l-oqsma f’ċerti Stati Membri.

Fil-Portugall, il-proġetti għat-titjib tal-kondizzjonijiet ta’ akkoljenza għall-persuni li jkunu qegħdin ifittxu asil ingħataw kunsiderazzjoni fit-tfassil tal-bidliet meħtieġa għall-addattament tal-liġi nazzjonali għad-Direttiva Ewropea dwar standards minimi għall-akkoljenza. Fil-Belġju, fejn ġew adottati tlett liġijiet ewlenin dwar il-proċedura tal-asil u dwar ir-riċeviment ta’ persuni li jkunu qegħdin ifittxu asil, il-Fond kellu rwol importanti biex tingħata informazzjoni dwar id-dispożizzjonijiet legali ġodda u fit-taħriġ tal-partijiet interessati fl-implimentazzjoni korretta tagħhom. Fil-Lussemburgu, appoġġ kontinwu għall-proġetti implimentati minn organizzazzjoni mhux governattiva saħħaħ l-azzjoni ta’ lobbying tagħha u b’hekk iffaċilita l-approvazzjoni mill-Parlament ta’ liġi ġdida dwar l-asil u l-protezzjoni sussidjarja.

Fil-Finlandja, il-proġetti għat-titjib tal-kwalità tas-sistema ta’ akkoljenza u għall-integrazzjoni tar-refuġjati pproduċiet mudelli ġodda li attiraw l-attenzjoni u l-interess ta’ Stati Membri oħra tal-UE. Bl-istess mod, l-Uffiċjal tal-Komunikazzjoni dwar l-Asil Taljan maħtur mir-Renju Unit iġġenera interess minn Stati Membri oħrajn. Fl-aħħar nett, fl-Estonja, bħala riżultat tal-proġetti għall-integrazzjoni tar-refuġjati, il-Ministru tal-Affarijiet Soċjali introduċa bidliet fil-liġi dwar il-Kura Soċjali.

4.5 Impatti oħra relatati mill-inqas parzjalment mal-implimentazzjoni tal-programmi Proġetti ta’ implimentazzjoni ffinanzjati mill-Fond Ewropew għar-Refuġjati pproduċew effetti tanġibbli u dewwiema għall-organizzazzjonijiet li jimplimentaw il-proġetti fil-forma ta’ żieda fl-esperjenza, fil-kwalifiki u fil-kapaċità istituzzjonali, kif ukoll fir-relazzjoni mal-ġestjoni tal-fondi u tal-proġetti; kooperazzjoni u netwerking ma’ organizzazzjonijiet oħrajn, kemm domestikament kif ukoll ma’ Stati Membri oħra; u r-rikonoxximent mill-awtoritajiet nazzjonali bħala sħab fi kwistjonijiet relatati mal-persuni li jkunu qegħdin ifittxu asil u r-refuġjati.

Mhux biss l-organizzazzjonijiet mhux governattivi żviluppaw il-kooperazzjoni bejniethom; iżda bħala riżultat tal-implimentazzjoni tal-programmi, żviluppat ukoll il-kooperazzjoni bejn organizzazzjonijiet governattivi u dawk mhux governattivi fi kwistjonijiet ta’ persuni li jkunu qegħdin ifittxu asil u tar-refuġjati.

Fil-livell tal-organizzazzjonijiet governattivi, il-kwalità tax-xogħol tjiebet, kien hemm għarfien akbar dwar il-bżonnijiet tal-persuni li jkunu qegħdin ifittxu asil u tar-refuġjati, u l-istituzzjonijiet responsabbli għall-politika tal-asil tejbu l-metodu tax-xogħol tagħhom u setgħu jagħmlu aċċess għal informazzjoni diretta dwar il-persuni li jfittxu l-asil u r-refuġjati, kif ukoll dwar l-iżvantaġġi u l-punti kritiċi tal-politika tal-asil. F’ħafna Stati Membri (il-Polonja, Spanja u s-Slovakkja) inkisbet koordinazzjoni interistituzzjonali aħjar. Fl-Italja, l-implimentazzjoni tal-proġetti fil-livell tal-muniċipalitajiet ottimizzat l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar l-asil stabbiliti f‘livell nazzjonali. Fil-Belġju, permezz tal-konċentrazzjoni tal-appoġġ fuq żoni li kienu rilevanti fil-livell tal-UE, kien hemm titjib fil-konsistenza u l-attenzjoni tal-azzjonijiet imwettqa f’diversi livelli tal-gvern.

Page 24: MT2011)0002_MT.pdf · 2011-01-20 · MT MT IL-KUMMISSJONI EWROPEA Brussel 14.1.2011 KUMM(2011) 2 finali RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT

MT 23 MT

5. VALUTAZZJONI TAL-PROGRAMMI U SUĠĠERIMENTI GĦAT-TITJIB MILL-AWTORITAJIET RESPONSABBLI U L-ORGANIZZAZZJONIJIET IMPLIMENTATTIVI Bħala parti mir-rapporti ta’ evalwazzjoni nazzjonali, l-Awtoritajiet Responsabbli fl-Istati Membri fuq naħa waħda, u l-organizzazzjonijiet li jimplimentaw il-proġetti min-naħa l-oħra, intalbu jipprovdu l-valutazzjoni tagħhom tal-programm tal-Fond Ewropew għar-Refuġjati u biex jissuġġerixxu titjib.

B’mod ġenerali, kemm l-awtoritajiet responsabbli kif ukoll l-organizzazzjonijiet implimentattivi kienu sodisfatti bil-Fond Ewropew għar-Refuġjati, li huma qisuh bħala strument ġenwinament utli għat-titjib tal-kondizzjonijiet ta’ akkoljenza għal persuni li jkunu qegħdin ifittxu asil u l-integrazzjoni ta’ persuni mogħtija status ta’ protezzjoni, u għall-appoġġ tal-isforzi li jsiru fl-Istati Membri biex jikkonformaw mal-acquis tal-Komunità fil-qasam tal-politika tal-asil. Dawn ikkunsidraw ukoll li l-firxa tal-miżuri eliġibbli għall-assistenza kienet xierqa u li wara l-għeluq tal-programm, dawn kienu kapaċi jiksbu riżultati importanti fir-rigward tal-objettivi stabbiliti għall-Fond.

L-Awtoritajiet Responsabbli u l-organizzazzjonijiet implimentattivi għamlu numru ta’ suġġerimenti għal titjib. Ir-rakkomandazzjoni l-iżjed importanti kienet tikkonċerna t-tnaqqis tar-rekwiżiti amministrattivi li kienu tpoġġew fuqhom. Saru proposti li jsir intervent f’għadd ta’ oqsma li dwar il-ġestjoni tal-programm: it-tnaqqis tad-domandi għad-dokumentazzjoni matul il-fażi tal-għażla tal-proġetti; is-simplifikazzjoni tar-regoli tal-eliġibilità, il-mekkaniżmi ta’ kontroll u sorveljanza; il-faċilitazzjoni tar-rekwiżiti ta’ kontabilità finanzjarja; u t-tnaqqis tar-rekwiżiti ta’ rapportar. F’dan il-kuntest, l-organizzazzjonijiet li jimplimentaw il-proġetti ħassew li l-burokrazija eċċessiva u l-kitba rikorrenti ta’ rapporti ta’ progress kienu qed jgħabbu żżejjed lill-organizzazzjonijiet fl-implimentazzjoni tal-proġett tagħhom u kienu jeħtieġu ammont sproporzjonat ta’ xogħol, għad-detriment tal-kontenut u l-attivitajiet tal-proġett. Madankollu, dan kien jikkonċerna lil dispożizzjonijiet nazzjonali li jistgħu jmorru lil hinn mir-rekwiżiti Ewropej.

It-tieni rakkomandazzjoni kkonċernat il-perjodiċià tal-approvazzjoni tal-programmi matul l-ewwel sena ta’ implimentazzjoni u l-perjodiċità tal-pagamenti. Fil-każ ta’ approvazzjonijiet li ħarġu tard, l-Istati Membri ma setgħux jimxu aktar mal-iskedi taż-żmien tagħhom, u l-organizzazzjonijiet implimentattivi ma kellhomx il-fondi meħtieġa fil-fażi tal-bidu tal-proġett, meta kienu l-iżjed meħtieġa. Barra minn hekk, matul l-implimentazzjoni u mal-għeluq tal-proġetti, il-flussi finanzjarji m’għandhomx jiddewwmu.

Kien possibbli wkoll li tingħata akbar flessibilità matul l-implimentazzjoni tal-programmi u tal-proġetti. L-Awtoritajiet Responsabbli jistgħu jitħallew ibiddlu l-baġit u possibbilment il-kontenut tal-miżuri sa limitu raġonevoli, filwaqt li jżommu prinċipju strett ta’ addizzjonalità, u b’hekk ikollhom iżjed diskrezzjoni fil-ġestjoni ta’ kuljum. Fil-livell tal-proġett, l-organizzazzjonijiet implimentattivi jistgħu jingħataw iżjed flessibilità li jittrasferixxu r-riżorsi bejn il-partiti tal-proġett jew bejn is-snin tal-implimentazzjoni tal-proġett.

Fl-aħħar nett, kemm l-Awtoritajiet Responsabbli kif ukoll l-organizzazzjonijiet li jimplimentaw il-proġetti enfasizzaw li kooperazzjoni iżjed integrata u effettiva bejn l-Istati Membri u bejn l-organizzazzjonijiet implimentattivi jista’ jkollha effetti pożittivi, kemm għalihom kif ukoll għall-gruppi fil-mira. B’mod partikolari, it-twaqqif ta’ skemi ta’ kooperazzjoni fejn l-għarfien u l-aħjar prassi jistgħu jiċċirkolaw liberalment bejn l-Istati Membri jkun ta’ benefiċċju kbir fl-ippjanar u fl-implimentazzjoni tal-attivitajiet dwar l-asil u r-refuġjati.

Page 25: MT2011)0002_MT.pdf · 2011-01-20 · MT MT IL-KUMMISSJONI EWROPEA Brussel 14.1.2011 KUMM(2011) 2 finali RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT

MT 24 MT

Dawn għandhom jiffavorixxu arranġamenti għall-faċilitazzjoni tal-iskambju ta’ esperjenzi u tal-aħjar prassi ma’ dawk li jaħdmu f’organizzazzjonijiet pubbliċi u tas-soċjetà ċivili minn mal-Ewropew kollha.

6. KONKLUŻJONIJIET U RAKKOMANDAZZJONIJIET L-istampa ġenerali tal-implimentazzjoni tal-Fond Ewropew għar-Refuġjati matul il-perjodu 2005-2007 hija sodisfaċenti. L-organizzazzjonijiet li jimplimentaw il-proġetti u l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-implimentazzjoni tal-programmi nazzjonali kienu kapaċi jibnu fuq l-esperjenza miksuba mill-ewwel perjodu ta’ implimentazzjoni tal-Fond mill-2000 sal-2004, u jiksbu riżultati anki aħjar. Lil hinn mill-kisbiet tal-proġetti kollha ffinanzjati, ġew identifikati impatti sinifikanti fil-livell nazzjonali kontra l-objettivi ta’ politika ewlenin stabbiliti għall-Fond. Għalkemm għad hemm lok għal titjib, il-Fond Ewropew għar-Refuġjati, wara żewġ perjodi ta’ implimentazzjoni, issa huwa stabbilit sew, bħala parti mill-Programm Ġenerali “Solidarjetà u ġestjoni tal-flussi ta’ migrazzjoni”, bħala strument ta’ finanzjament Ewropew utli għall-appoġġ tal-implimentazzjoni tal-acquis Ewropew fil-qasam tal-politika tal-asil.

Fost il-ħafna rakkomandazzjonijiet li ħarġu mill-evalwazzjoni fir-rigward tal-attivitajiet iffinanzjati u tal-mekkaniżmi ta’ implimentazzjoni, għadd minnhom diġà ġew implimentati fit-tielet fażi tal-Fond, mill-2008 sal-2013, li fil-preżent qiegħed iseħħ fil-kuntest usa’ tal-Programm Ġenerali “Solidarjetà u ġestjoni tal-flussi ta’ migrazzjoni”. Pereżempju, il-Kummissjoni ħarġet għadd ta’ dokumenti ta’ gwida li jiċċaraw ir-rekwiżiti legali f’diversi oqsma (regoli ta’ eliġibilità, programmi, rappurtar, għeluq tal-programmi, eċċ) bil-għan li jinstabu soluzzjonijiet prattiċi, u kellha skambji regolari mal-Istati Membri dwar numru ta’ kwistjonijiet tal-implimentazzjoni mill-bidu tal-programmi ġodda; dan ġie apprezzat ħafna mill-Istati Membri. Sejra tingħata kunsiderazzjoni ulterjuri għar-rakkomandazzjonijiet kollha fil-kuntest ta’ dibattitu fil-Kummissjoni dwar il-proposti kollha li se jsiru għall-perjodu post-2013.