Il-Ġimgħa l-Kbira: Tifkira Solenni t al-Mewt tal-Mulej Sena B
Marka totali SKOLA THERESA NUZZOtheresanuzzoschool.com/wp-content/uploads/2017/09/... · Meta...
Transcript of Marka totali SKOLA THERESA NUZZOtheresanuzzoschool.com/wp-content/uploads/2017/09/... · Meta...
Malti: Il-Fehim mis-Smigħ, ir-4 sena, Skola Theresa Nuzzo, L-Eżamijiet Annwali 2017 Paġni 1 minn 6
SKOLA THERESA NUZZO
EŻAMIJIET ANNWALI 2017
IR-Raba’ sena MALTI IL-FEHIM MIS-SMIGĦ ĦIN:tletin minuta
Gwida għat-Tmexxija tal-Eżami għall-Istudenti
Ir-Ri\orsi:
1. It-test li jinqara.
2. Il-karti tal-mistoqsijiet.
3. Riga u lapes.
Jitqassmu l-karti bil-mistoqsijiet u t-tfal jintalbu jiktbu isimhom, kunjomhom u l-isem tal-klassi.
L-għalliema jgħidu lill-istudenti li:
1. Se jinqralhom it-test tal-istorja. 4 minuti
2. Se jinqrawlhom il-mistoqsijiet mogħtija għal darba biss. 4 minuti
3. Se jinqralhom it-test tal-istorja għat-tieni darba. 4 minuti
4. Iwieġbu l-mistoqsijiet. 8 minuti
5. Se jinqralhom it-test tal-istorja għat-tielet darba waqt li
jistgħu jwieġbu l-mistoqsijiet.
4 minuti
6. Jistgħu jiċċekkjaw it-tweġibiet kollha u jkunu ċerti li
mmarkaw waħda biss.
6 minuti
Marka totali
20
Malti: Il-Fehim mis-Smigħ, ir-4 sena, Skola Theresa Nuzzo, L-Eżamijiet Annwali 2017 Paġni 2 minn 6
Jagħmlu l-Ġiżirani
Kulħadd kien jaf kemm Ms Liza Camilleri kienet tħobb tagħmel xogħol volontarju u kif
kienet tħobb trawwem lit-tfal tal-klassi tagħha biex jagħmlu l-istess.
Meta kien wasal il-Milied, Ms Liża ġietha idea fuq kif it-tfal jistgħu jagħmlu xi ħaġa speċjali
qabel il-vaganzi u għalhekk tkellmet mal-kap tal-iskola, Ms Violet, dwar din l-idea. Din
qablet magħha u tatha l-permess biex tkompli b’dan il-proġett.
Kif l-għalliema Ms Liża qalet lit-tfal li kellha pjan għal qabel ma jibdew il-vaganzi, dawn qabżu
fuqha u lanqas biss ħallewha tispiċċa s-sentenza, għax bdew jgħajtu ‘Iva! Iva!’ mill-ewwel.
Ms Liża talbithom iduru dawra mad-dar, u forsi jistaqsu lill-qraba u lil xi ġirien jekk kellhomx
xi kullani, brazzuletti, jew ġiżirani li ma kellhomx bżonnhom iżjed.
It-tfal iddubbaw dak kollu li kellhom bżonn għal dan il-proġett u tant kellhom kollezzjoni kbira
ta’ affarijiet li kellhom jidħlu l-iskola s-Sibt ukoll. Marret tgħinhom ukoll is-Sinjura Xerri u din
ħadet ħsieb tagħsar il-larinġ u ġġibilhom x’inaqqru.
Kemm ħadmu bil-qalb. Il-pjan kien li jbigħu dawk il-brazzuletti u l-ġiżirani li għamlu, u l-
flus li jaqilgħu jagħtuhom għall-karita`.
Il-‘ħanut’ fetaħ fil-bitħa tal-iskola, fil-ħin tal-brejk, fl-aħħar ġurnata tal-iskola. Kemm ġew nies! U
mhux il-ġenituri tat-tfal biss, tafux!
Malti: Il-Fehim mis-Smigħ, ir-4 sena, Skola Theresa Nuzzo, L-Eżamijiet Annwali 2017 Paġni 3 minn 6
Wieġeb skond l-istorja:
A. Imla l-vojt b’Veru jew Falz.
Veru Falz
1. L-Għalliema kien jisimha Ms Liża.
2. L-istorja ġrat qrib żmien l-Għid.
3. Is-Sinjura Borġ ħadet ħsieb tagħsar il-larinġ u
ġġibilhom x’inaqqru.
4. Il-pjan kien li jbigħu dawk il-brazzuletti u l-giżirani li
għamlu, u l-flus li jaqilgħu jagħtuhom għall-karita`.
5. Il-“ħanut” fetaħ fil-ħin tal-brejk fl-aħħar ġurnata
tal-iskola.
6. Ħadd ma mar il-ħanut jixtri.
B. Imla l-vojt bi kliem li smajt fl-istorja.
1. Ms Liża kienet tħobb tagħmel xogħol ____________________.
2. Ms Liża ġietha idea fuq kif it-tfal jistgħu jagħmlu xi ħaġa ___________________.
3. It-tfal kellhom jistaqsu lill-qraba u lil xi _____________________ jekk kellhomx xi
kullani, brazzuletti, jew ġiżirani.
4. It-tfal iddubbaw dak kollu li kellhom bżonn għal dan _________________.
5. It-tfal ħadmu bil-_______________________.
Malti: Il-Fehim mis-Smigħ, ir-4 sena, Skola Theresa Nuzzo, L-Eżamijiet Annwali 2017 Paġni 4 minn 6
Ċ. Agħmel sing taħt it-tajba.
1. Il-kunjom tal-għalliema kien:
a) Cutajar.
b) Camilleri.
ċ) Cassar.
2. Ms Violet kienet:
a) għalliema.
b) il-purtinara.
ċ) il-kap tal-iskola
3. Meta Ms Liża qaltilhom bil-pjan tagħha t-tfal:
a) bdew jgħajtu ‘Iva! Iva!’mill-ewwel.
b) ma qablux magħha.
ċ) bdew igergru.
Malti: Il-Fehim mis-Smigħ, ir-4 sena, Skola Theresa Nuzzo, L-Eżamijiet Annwali 2017 Paġni 5 minn 6
4. Ms Liża, x’talbithom isibu mid-dar tagħhom lit-tfal?
a) xi kullani?
b) brazzuletti?
ċ) xi kullani, brazzuletti jew ġiżirani li ma kellhomx bżonn iżjed?
5. Peress li kellhom kollezzjoni kbira ta’ affarijiet kellhom:
a) jaqtgħu qalbhom u ma jagħmlu xejn.
b) jidħlu l-iskola s-Sibt ukoll.
ċ) jibqgħu sejrin u jaħdmu sa tard bil-lejl.
6. Il-pjan kien li l-flus li jiġbru:
a) jaqsmuhom bejniethom.
b) jagħtuhom għal karita’.
ċ) jagħtuhom rigal lill-għalliema.
7. Il-ħanut fetaħ:
a) fil-bitħa tal-iskola.
b) quddiem il-bieb tal-iskola.
ċ) f’waħda mill-klassijiet tal-iskola.
Malti: Il-Fehim mis-Smigħ, ir-4 sena, Skola Theresa Nuzzo, L-Eżamijiet Annwali 2017 Paġni 6 minn 6
8. Għal din l-okkazjoni marru:
a) il-ġenituri biss.
b) il-ġenituri kif ukoll ħafna nies.
ċ) l-għalliema u l-ġenituri.
9. Ħadmu bil-qalb tfisser:
a) ħadu gost jaħdmu?
b) idejjqu jaħdmu?
ċ) qalbhom bdiet tħabbat ħafna?
__________________________________________
TMIEM Il-KARTA
Malti: Il-Fehim mis-Smigħ, ir-4 sena, Skola Theresa Nuzzo, L-Eżamijiet Annwali 2017 Paġni 1 minn 5
SKOLA THERESA NUZZO
EŻAMIJIET ANNWALI 2017
Ir-Raba’ sena MALTI IL-FEHIM MIS-SMIGĦ ĦIN: tletin minuta
Karta tal-istudenti
Isem:__ ________________________ Klassi: __________________________
Gwida
1. Se jinqralek it-test tal-istorja.
2. Se jinqrawlek il-mistoqsijiet mogħtija għal darba biss.
3. Se jinqralek it-test tal-istorja għat-tieni darba.
4. Twieġeb il-mistoqsijiet.
5. Se jinqralek it-test tal-istorja għat-tielet darba waqt li tista’ twieġeb il-
mistoqsijiet.
6. Tista’ tiċċekkja t-tweġibiet kollha u kun ċert li mmarkajt waħda biss.
Marka totali
20
Malti: Il-Fehim mis-Smigħ, ir-4 sena, Skola Theresa Nuzzo, L-Eżamijiet Annwali 2017 Paġni 2 minn 5
Wieġeb skond l-istorja:
A. Imla l-vojt b’Veru jew Falz.
Veru Falz
1. L-Għalliema kien jisimha Ms Liża.
2. L-istorja ġrat qrib żmien l-Għid.
3. Is-Sinjura Borġ ħadet ħsieb tagħsar il-larinġ u
ġġibilhom x’inaqqru.
4. Il-pjan kien li jbigħu dawk il-brazzuletti u l-giżirani li
għamlu, u l-flus li jaqilgħu jagħtuhom għall-karita`.
5. Il-“ħanut” fetaħ fil-ħin tal-brejk fl-aħħar ġurnata
tal-iskola.
6. Ħadd ma’ mar il-ħanut jixtri.
B. Imla l-vojt bi kliem li smajt fl-istorja.
1. Ms Liża kienet tħobb tagħmel xogħol ____________________.
2. Ms Liża ġietha idea fuq kif it-tfal jistgħu jagħmlu xi ħaġa ___________________.
3. It-tfal kellhom jistaqsu lill-qraba u lil xi _____________________ jekk kellhomx xi
kullani, brazzuletti, jew ġiżirani.
4. It-tfal iddubbaw dak kollu li kellhom bżonn għal dan _________________.
5. It-tfal ħadmu bil-_______________________.
Malti: Il-Fehim mis-Smigħ, ir-4 sena, Skola Theresa Nuzzo, L-Eżamijiet Annwali 2017 Paġni 3 minn 5
Ċ. Agħmel sing taħt it-tajba.
1. Il-kunjom tal-għalliema kien:
a) Cutajar.
b) Camilleri.
ċ) Cassar.
2. Ms Violet kienet:
a) għalliema.
b) il-purtinara.
ċ) il-kap tal-iskola
3. Meta Ms Liża qaltilhom bil-pjan tagħha t-tfal:
a) bdew jgħajtu ‘Iva! Iva!’ mill-ewwel.
b) ma qablux magħha.
ċ) bdew igergru.
Malti: Il-Fehim mis-Smigħ, ir-4 sena, Skola Theresa Nuzzo, L-Eżamijiet Annwali 2017 Paġni 4 minn 5
4. Ms Liża x’talbithom isibu mid-dar tagħhom lit-tfal?
a) xi kullani?
b) brazzuletti?
ċ) xi kullani, brazzuletti jew ġiżirani li ma kellhomx bżonn iżjed?
5. Peress li kellhom kollezzjoni kbira ta’ affarijiet kellhom:
a) jaqtgħu qalbhom u ma jagħmlu xejn.
b) jidħlu l-iskola s-Sibt ukoll.
ċ) jibqgħu sejrin u jaħdmu sa tard bil-lejl.
6. Il-pjan kien li l-flus li jiġbru:
a) jaqsmuhom bejniethom.
b) jagħtuhom għal karita’.
ċ) jagħtuhom rigal lill-għalliema.
7. Il-ħanut fetaħ:
a) fil-bitħa tal-iskola.
b) quddiem il-bieb tal-iskola.
ċ) f’waħda mill-klassijiet tal-iskola.
Malti: Il-Fehim mis-Smigħ, ir-4 sena, Skola Theresa Nuzzo, L-Eżamijiet Annwali 2017 Paġni 5 minn 5
8. Għal din l-okkazjoni marru:
a) il-ġenituri biss.
b) il-ġenituri kif ukoll ħafna nies.
ċ) l-għalliema u l-ġenituri.
9. Ħadmu bil-qalb tfisser:
a) ħadu gost jaħdmu?
b) idejjqu jaħdmu?
ċ) qalbhom bdiet tħabbat ħafna?
______________________________________________________________
TMIEM Il-KARTA
Malti Kitba ir-4 sena, Skola Theresa Nuzzo, L-Eżamijiet Annwali 2017 Paġni 1 minn 12
SKOLA THERESA NUZZO
EŻAMIJIET ANNWALI 2017
IR-Raba’ sena MALTI KITBA ĦIN: siegħa u kwart
Karta tal-istudenti
Isem:_________________________ Klassi:___________
Aqra sew dan li ġej:
Ikteb ismek, kunjomok u l-klassi.
Qabel tikteb it-tweġiba, ifhem sewwa il-mistoqsija.
Jekk ma tkunx taf xi tweġiba ħalliha vojta u kompli l-oħrajn. Imbagħad erġa’
pruvaha fl-aħħar.
Jekk tieħu żball ingassah pulit u erġa’ ikteb.
Qis li ma tħalli xejn barra.
Il-Marki
Il-Fehem mill-Qari Il-Kitba
30 marka 30 marka
Marka totali
60
Malti Kitba ir-4 sena, Skola Theresa Nuzzo, L-Eżamijiet Annwali 2017 Paġni 2 minn 12
TAQSIMA A: Il-Qari
Aqra din l-istorja u rrispondi l-mistoqsijiet.
L-ors l-għażżien
Orsu l-ors kien għażżien ħafna. Kien wieħed minn dawk l-annimali li flimkien mal-
iskwiril, iż-żrinġ u l-qanfud kienu jmorru jorqdu tul ix-xitwa kollha. paragrafu 1
Meta waslet ir-rebbiegħa, fil-foresta kien hemm festa kbira. L-iskwiril, iż-żrinġ u l-
qanfud ħarġu mid-dar tagħhom. Bdew jifirħu meta raw ix-xemx. Issa setgħu
jilagħbu barra fil-ħaxix, fil-ħamrija u ħdejn is-siġar. “Fejn qiegħed Orsu?” staqsew l-
annimali. Orsu kien għadu rieqed. L-annimali marru jqajmuh, “Orsu qum għax
waslet ir-rebbiegħa!” Orsu fetaħ għajnejh, “Ħalluni norqod ftit ieħor!” qalilhom.
“Kemm hu għażżien Orsu!” qalu l-annimali l-oħrajn. Flimkien ħadu gost jilagħbu fil-
foresta. paragrafu 2
Għadda ż-żmien u wasal is-sajf. “Fejn qiegħed Orsu?” staqsew l-annimali. Orsu kien
għadu rieqed. L-annimali marru jqajmuh, “Orsu qum għax wasal is-sajf!” Orsu fetaħ
għajnejh, “Ħalluni norqod ftit ieħor!” qalilhom. “Kemm hu għażżien Orsu!” qalu l-
annimali l-oħrajn. Flimkien ħadu gost jilagħbu fix-xemx. paragrafu 3
Malti Kitba ir-4 sena, Skola Theresa Nuzzo, L-Eżamijiet Annwali 2017 Paġni 3 minn 12
Għadda ż-żmien u waslet il-ħarifa. “Fejn qiegħed Orsu?” staqsew l-annimali. Orsu
kien għadu rieqed. L-annimali marru jqajmuh, “Orsu qum għax waslet il-ħarifa!”
Orsu fetaħ għajnejh, “Ħalluni norqod ftit ieħor!” qalilhom. “Kemm hu għażżien
Orsu!” qalu l-annimali l-oħrajn. Flimkien l-iskwiril, iż-żrinġ u l-qanfud bdew ilestu
d-dar għax dalwaqt kienet se tasal ix-xitwa u jerġgħu jorqdu. Malli waslet ix-xitwa
hekk għamlu. paragrafu 4
Orsu l-ors kien għadu rieqed. F’daqqa waħda bdiet tgerger żaqqu. Fetaħ għajnejh u
qal, “X’ ġuħ għandi!” Meta ħares madwaru induna li l-foresta kienet miksija silġ.
paragrafu 5
“X’waħda din! Se jkolli nibqa’ bil-ġuħ sakemm tasal ir-rebbiegħa. Kieku ma kontx
għażżien kont inkun aktar ferħan!” paragrafu 6
Silta meħudha minn ‘Tagħna Tfal’ Marzu 2012
Malti Kitba ir-4 sena, Skola Theresa Nuzzo, L-Eżamijiet Annwali 2017 Paġni 4 minn 12
Taqsima A : Il-Qari (30 marka)
1. Immarka t-tweġiba t-tajba billi tagħmel (√) fil-kaxxa. a. L-istorja kienet dwar
b. L-ors kien jismu
ċ. Fl-istorja għażżien ifisser
d. Fl-istorja jissemmew
(4 x 1= 4 marki)
il-karozzi
Il-ġugarelli
l-annimali
Pingu
Orsu
Qanfud
edukat
iħobb jaħdem
iħobb jorqod
ħames annimali
erba’ annimali
tliet annimali
Malti Kitba ir-4 sena, Skola Theresa Nuzzo, L-Eżamijiet Annwali 2017 Paġni 5 minn 12
2. Immarka b’√ taħt veru jew falz biex tagħżel jekk is-sentenza hijiex tajba jew
ħażina.
L-ewwel waħda hija lesta.
(4x1=4 marki)
Veru Falz
a. Orsu kien iħobb jiġri u jilgħab ma’ sħabu l-
annimali.
√
b. l-iskwiril kien iħobb jorqod tul ix-xitwa.
ċ. L-annimali ħarġu mid-dar tagħhom fil-ħarifa.
d. Fis-sajf Orsu kien għadu rieqed.
e. Meta qam Orsu sab ħafna ikel x’ jiekol.
Malti Kitba ir-4 sena, Skola Theresa Nuzzo, L-Eżamijiet Annwali 2017 Paġni 6 minn 12
3. Poġġi dawn is-sentenzi fl-ordni ta’ kif ġrat l-istorja. Agħtihom numru kif
għandhom jiġu wara xulxin. L-ewwel waħda hija lesta.
Fis-sajf ħadu pjaċir jilagħbu fix-xemx.
Orsu ried jorqod ftit aktar.
L-annimali kellhom festa kbira.
Meta waslet ir-Rebbiegħa l-annimali qamu mir-raqda tagħhom. 1
Meta Orsu finalment qam kienet kważi waslet ix-xitwa.
(4x1=4 marki)
4. Imla l-vojt f’dawn is-sentenzi billi tagħżel kelma t-tajba mill-kaxxa ta’ taħt. Hemm
kelma żejda li ma tridx tintuża. L-ewwel waħda hija lesta.
(5x1=5 marki)
Orsu kien tassew ors għażżien u l-aktar ħaġa li kienet għal qalbu kien l-
_______________. _______________, l-iskwiril, iż-żrinġ u l-qanfud kollha
qamu biex jagħmlu_____________. Orsu baqa’ rieqed dak iż-żmien kollu u
minħabba f’hekk ħassu tassew________________. Pero kien tard wisq u ma seta’
jsib xejn x’ jiekol għax il-______________ kienet miksija bis- silġ.
għażżien festa foresta
irqad Sħabu bil-ġuħ xitwa
Malti Kitba ir-4 sena, Skola Theresa Nuzzo, L-Eżamijiet Annwali 2017 Paġni 7 minn 12
5. Wieġeb dawn il-mistoqsijiet. (3x2=6 marki)
a. Kemm-il darba pprovaw iqajmuh lil Orsu? (par 2,3 u 4)
_________________________________________________________
_________________________________________________________
b. Fir-rebbiegħa, l-annimali fejn ħadu gost jilagħbu? (par 2)
_________________________________________________________
_________________________________________________________
ċ. Għalfejn qam l-ors? (par 5)
_________________________________________________________
_________________________________________________________
Malti Kitba ir-4 sena, Skola Theresa Nuzzo, L-Eżamijiet Annwali 2017 Paġni 8 minn 12
6. Imla l-vojt skond x’jitolbok fil-kolonna tal-ġenb. L-ewwel waħda hija lesta.
(7x1=7 marki)
a. Għadda ż-żmien u wasal is-sajf.
Agħti l-plural.
żminijiet
b. L-annimali jorqdu tul ix-xitwa kollha.
Poġġi l-verb fil-passat.
________________ ċ. Orsu, l-ors kien għadu rieqed.
Sib Nom Propju.
________________ d. Kieku ma kontx għażżien kont inkun
ferħan.
Sib 2 aġġettivi. ______________ ______________
e. Issa setgħu jilagħbu barra fil-ħaxix. Ikteb il-Mamma ta’ dan il-verb.
_____________ f. Raqad Ikteb – Għerq skond il-
mamma. _____________
ġ. Inqum wara xitwa rieqed. Ikteb fil-kmand. ______________
g. Ors Ikteb fil-plural. ______________
Malti Kitba ir-4 sena, Skola Theresa Nuzzo, L-Eżamijiet Annwali 2017 Paġni 9 minn 12
TAQSIMA B – Il-Kitba
1. Ħarġu l-applikazzjonijiet għal Skola Sajf. Inti tixieq tattendi. Imla din il-
formula bid-dettalji tiegħek skont il-bżonn. (5 marki)
Isem u Kunjom
Data ta’ twelid
Klassi
Skola fejn tattendi
Ir-raħal jew belt fejn
tgħix
Passatempi tiegħek
Ġranet li tista’ tattendi
It-Tnejn L-Erbgħa Il-Ġimgħa
2.
( 5 marki)
Ikteb messaġġ lil ħabib/a li qiegħed/qiegħda l-isptar wara li kellu/ha, inċident
bir- rota.
Malti Kitba ir-4 sena, Skola Theresa Nuzzo, L-Eżamijiet Annwali 2017 Paġni 10 minn 12
E: Kitba Kreattiva Uża l-immaġinazzjoni tiegħek u b’Malti tajjeb ikteb komponiment ta’ mhux inqas minn 100 kelma fuq WIEĦED minn dawn it-titli.
1. Ikteb ittra elettronika lill-ħabib/ħabiba tiegħek li mar/marret jgħix/tgħix barra
minn Malta. Tista’ titkellem dwarek, dwar l-iskola, dwar il-ħbieb tiegħek, dwar
il-passatempi u kif qed tqatta’ l-ħin u kif qed tħossok mingħajru/ha.....
jew 2. L-isbaħ ktieb li qatt qrajt!
(X’jismu dan il-ktieb? Min kitbu? Xtrajtu jew iddubbajtu? Għalfejn iddeċidejt li
taqrah? Għandu stampi sbieħ? X’inhi l-istorja tal-ktieb? Min huma l-karattri
prinċipali tal-ktieb? X’tip ta’ ktieb hu: tal-avventura, tad-daħk jew tal-biża’?
Għalfejn għoġbok ħafna?)
jew 3. Id-dar tiegħi.
(Fejn tinsab id-dar tiegħek? Kemm-il kamra fiha? X’jogħġbok fiha? Liema hija
l-kamra favorita tiegħek? Xi tħobb tagħmel id-dar? ....)
jew 4. Il-Vaganzi tas-Sajf.
(Xi tħobb tagħmel fis-sajf? Ikollok aktar ħin liberu?
baħar, ġelat, barbeques, ħbieb, familja, insiefer, skola sajf ....
Malti Kitba ir-4 sena, Skola Theresa Nuzzo, L-Eżamijiet Annwali 2017 Paġni 11 minn 12
Ikteb it-titlu li għażilt: ________________________________ (18-il marka)
______________________________________________________________
______________________________________________________________
______________________________________________________________
______________________________________________________________
______________________________________________________________
Uża dan l-ispazju biex tikteb xi ideat sabiex tippjana l-istorja tiegħek. (2 marki)
Malti Kitba ir-4 sena, Skola Theresa Nuzzo, L-Eżamijiet Annwali 2017 Paġni 12 minn 12
______________________________________________________________
______________________________________________________________
______________________________________________________________
______________________________________________________________
______________________________________________________________
______________________________________________________________
______________________________________________________________
______________________________________________________________
______________________________________________________________
______________________________________________________________
______________________________________________________________
______________________________________________________________
______________________________________________________________
______________________________________________________________
______________________________________________________________
______________________________________________________________
______________________________________________________________
______________________________________________________________
_____________________________________________________________
-------------- TMIEM --------------