LILL -KUNSILL dwar is -Sitwazzjoni Attwali rigward l ... · 2 Komunikazzjoni dwar is-Sitwazzjoni...

24
MT MT IL-KUMMISSJONI EWROPEA Brussell, 10.2.2016 COM(2016) 85 final KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL dwar is-Sitwazzjoni Attwali rigward l-Implimentazzjoni tal-Azzjonijiet Prijoritarji fl- Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni

Transcript of LILL -KUNSILL dwar is -Sitwazzjoni Attwali rigward l ... · 2 Komunikazzjoni dwar is-Sitwazzjoni...

Page 1: LILL -KUNSILL dwar is -Sitwazzjoni Attwali rigward l ... · 2 Komunikazzjoni dwar is-Sitwazzjoni Attwali rigward l-Implimentazzjoni tal-Azzjonijiet Prijoritarji fl-Aġenda Ewropea

MT MT

IL-KUMMISSJONI EWROPEA

Brussell, 10.2.2016

COM(2016) 85 final

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U

LILL-KUNSILL

dwar is-Sitwazzjoni Attwali rigward l-Implimentazzjoni tal-Azzjonijiet Prijoritarji fl-

Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni

Page 2: LILL -KUNSILL dwar is -Sitwazzjoni Attwali rigward l ... · 2 Komunikazzjoni dwar is-Sitwazzjoni Attwali rigward l-Implimentazzjoni tal-Azzjonijiet Prijoritarji fl-Aġenda Ewropea

2

Komunikazzjoni dwar is-Sitwazzjoni Attwali rigward l-Implimentazzjoni tal-Azzjonijiet

Prijoritarji fl-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni

I INTRODUZZJONI: IL-ĠESTJONI TAL-KRIŻI TAR-REFUĠJATI

Hemm aktar minn 60 miljun refuġjat jew persuna spostata internament madwar id-dinja – l-aktar kriżi

ta’ refuġjati gravi mit-Tieni Gwerra Dinjija lil hawn. Il-kunflitt u l-kriżi fis-Sirja u bnadi oħra servew

ta' xprun immedjat, iżda x-xejriet demografiċi sottostanti, it-tibdil fil-klima, il-faqar, il-

globalizzazzjoni tat-trasport u l-komunikazzjoni kollha kellhom parti fl-għadd rekord ta’ migranti u

refuġjati li waslu fl-Unjoni Ewropea fl-2015. Din it-taħlita ta' fatturi x'aktarx li ma tistax titreġġa' lura

fil-futur qrib. Għaldaqstant fl-2016 għandna bżonn li s-sistema tal-migrazzjoni tal-UE tkun msaħħa

b'mod radikali. Irridu mmorru lil hinn mill-indirizzar tal-konsegwenzi tal-flussi irregolari u mhux

ġestiti ta' persuni, għal tħejjija reali li tiġġestixxi dawn il-flussi u lejn dħul ġestit u b'mezzi legali għal

dawk li għandhom bżonn il-protezzjoni, filwaqt li fl-istess ħin malajr u b’mod effettiv jiġu identifikati u

mibgħuta lura dawk li ma għandhomx id-dritt li jkunu fl-Unjoni Ewropea.

Fit-tieni nofs tas-sena 2015 kien hemm għadd bla preċedent ta’ persuni li daħlu fl-Unjoni Ewropea

b’mod irregolari. F’Ottubru 2015, fl-ogħla livell, aktar minn 200,000 persuna waslu l-Greċja f’xahar

wieħed. Anke bi tnaqqis sostanzjali għal ftit aktar minn 60,000 f’Jannar, iċ-ċifri għadhom għoljin

għax-xhur tax-xitwa meta mqabbla mas-snin preċedenti. Il-kunflitt fis-Sirja li intensifika ruħu f'dawn l-

aħħar jiem huwa mistenni li jwassal għal iktar influss ta’ refuġjati fit-Turkija. Dan ifisser li s-

solidarjetà Ewropea se tkompli tintalab, f’konformità mar-responsabbiltajiet li l-UE assumiet skont il-

Konvenzjoni ta’ Ġinevra tal-1951 dwar l-Istatus tar-Refuġjati u l-valuri umanitarji li l-Istati Membri

kollha tal-Unjoni Ewropea ffirmaw. L-UE trid tneħħi wkoll il-bżonn li għandhom ir-refuġjati li

jagħmlu vjaġġi perikolużi, billi tgħinhom meta jkunu eqreb lejn djarhom. Filwaqt li tnaqqis fil-flussi

huwa tant mixtieq minħabba li l-awtoritajiet nazzjonali u lokali ta' spiss ma jkunux jistgħu jlaħħqu, ma

għandu jkun hemm l-ebda illużjoni li l-kriżi tar-refuġjati se tintemm qabel mal-kawżi ewlenin tagħha –

l-instabbiltà, il-gwerer u t-terrur fil-viċinat immedjat tal-UE, b'mod partikolari l-kontiwazzjoni tal-

gwerra u l-atroċitajiet fis-Sirja – jiġu indirizzati b’mod definit. L-unika azzjoni responsabbli hija li

niffaċċjaw din ir-realtà, u li din nispjegawha liċ-ċittadini b’mod miftuħ u onest; u li nżifu l-isforzi

sabiex niġġestixxu aħjar u b’mod aktar effikaċi l-konsegwenzi ta’ din is-sitwazzjoni fl-Unjoni

Ewropea, permezz ta’ approċċ Ewropew ikkoordinat aħjar u skont ir-regoli u l-valuri tal-UE li

dwarhom hemm qbil komuni.

F’dawn l-aħħar xhur, iffurmat rotta fil-Mediterran tal-Lvant u fil-Balkani tal-Punent li minnha l-

migranti jgħaddu malajr għat-Tramuntana minn fruntiera għall-oħra, u dan jikkontradixxi b'mod

fundamentali l-prinċipji tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil u r-regoli ta’ Schengen. Dan imbagħad

wassal biex bosta Stati Membri jirrikorru għall-introduzzjoni mill-ġdid ta' kontrolli temporanji fil-

fruntieri interni, li qajjem dubju dwar hux jiffunzjona kif suppost il-moviment liberu taż-żona ta’

Schengen u l-benefiċċji tiegħu għaċ-ċittadini Ewropej u għall-ekonomija Ewropea. Hemm ukoll

tħassib kbir dwar is-sigurtà, b'mod partikolari wara l-attakki terroristiċi riċenti f'territorju Ewropew,

u ġiet invokata minn ċerti Stati Membri sabiex jiġġustifikaw miżuri temporanji bħal dawn. L-għan irid

ikun li jiġi żgurat li kull persuna li tidħol fl-UE hija suġġetta għal kontrolli ta’ sigurtà bir-reqqa.

Matul l-aħħar sitt xhur, il-Kummissjoni Ewropea ħadmet kontinwament u b’mod konsistenti fuq

rispons Ewropew rapidu u kkoordinat. Hija ressqet serje estensiva ta’ proposti mfassla sabiex l-Istati

Membri jiġu pprovduti bl-għodda meħtieġa ħalli jiġġestixxu l-għadd kbir ta’ wasliet, li ħafna

minnhom diġà ġew adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill. Mill-ittripplar tal-preżenza

tagħna fuq il-baħar; permezz ta’ sistema ġdida ta’ solidarjetà f’emerġenza biex il-persuni li jfittxu l-

asil, mill-aktar pajjiżi affettwati, jiġu rilokati; għall-mobilizzazzjoni mingħajr preċedent tal-baġit tal-

UE ta’ aktar minn EUR 10 biljun sabiex tiġi indirizzata l-kriżi tar-refuġjati u jiġu megħjuna l-aktar

Page 3: LILL -KUNSILL dwar is -Sitwazzjoni Attwali rigward l ... · 2 Komunikazzjoni dwar is-Sitwazzjoni Attwali rigward l-Implimentazzjoni tal-Azzjonijiet Prijoritarji fl-Aġenda Ewropea

3

pajjiżi affettwati; għall-provvediment ta’ qafas ġdid ta’ koordinazzjoni u ta’ kooperazzjoni għall-

pajjiżi tal-Balkani tal-Punent; għall-bidu għal sħubija ġdida mat-Turkija; sa ma naslu għall-proposta

ambizzjuża għal Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta ġdida, aħna qed insaħħu l-politika tal-

asil u tal-migrazzjoni Ewropea sabiex tilqa' għall-isfidi ġodda li qiegħda tiffaċċja.

Filwaqt li l-elementi kostitwenti importanti ta’ sistema sostenibbli għall-ġestjoni tal-migrazzjoni issa

fuq il-karta jinsabu fis-seħħ, hija l-implimentazzjoni sħiħa u malajr tagħhom fuq il-post li kienet

nieqsa. F’Diċembru, il-Kummissjoni Ewropea ħarġet rapport dwar il-progress li jsir abbażi tal-

eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet meħuda mill-Istati Membri, u sabet li l-implimentazzjoni kienet bil-mod

wisq. Xahrejn wara, sar xi progress dwar firxa ta’ kwistjonijiet. Xorta jibqa’ l-fatt, madankollu, li

diversi skadenzi ma ntlaħqux, u bosta impenji qed jiġu ssodisfati bil-mod wisq. Għandhom jintrefgħu

r-responsabbiltajiet politiċi fl-ogħla livell fl-Istati Membri kollha sabiex jiġi żgurat li r-rispons

Ewropew ikkoordinat miftiehem jista' jindirizza l-kriżi tar-refuġjati malajr u b’mod effiċjenti fuq il-

post permezz tal-awtoritajiet nazzjonali u lokali, bl-appoġġ u l-assistenza tal-UE li kienet disponibbli

matul ix-xhur li għaddew.

Illum il-ġurnata, li jerġa' jkun hemm ġestjoni ordnata tal-fruntieri fuq ir-rotta tal-Mediterran tal-

Lvant/tal-Balkani tal-Punent hija l-aktar prijorità urġenti għall-Unjoni Ewropea. Fil-laqgħa li jmiss

tal-Kunsill Ewropew, il-mexxejja jeħtiġilhom jimpenjaw ruħhom biex jagħmlu dak kollu li huwa

meħtieġ sabiex jerġa’ jkun hemm ordni fis-sistema ta’ migrazzjoni u jkun impost kontroll fuq il-flussi

irregolari u bla kontroll mir-rotta tal-Mediterran tal-Lvant/tal-Balkani tal-Punent qabel ir-rebbiegħa.

Dan jeħtieġ deċiżjonijiet ebsin, azzjoni determinata, responsabbiltà u solidarjetà mill-Istati Membri

kollha.

L-aktar importanti, l-Istati Membri kollha jridu jimpenjaw ruħhom biex itemmu l-approċċ tolleranti

għal dawk li juru interess f’li japplikaw għall-asil bnad'oħra. Il-persuni li jaslu fl-Unjoni jridu jkunu

jafu li jekk huma għandhom bżonn ta’ protezzjoni dawn se jirċevuha, iżda mhix l-għażla tagħhom li

jiddeċiedu fejn. Jekk ma jikkwalifikax għall-protezzjoni, dawn se jinbagħtu lura, b’rispett sħiħ għall-

prinċipju ta’ non-refoulement.

Il-Greċja u pajjiżi 'l fuq fir-rotta tal-Balkani tal-Punent se jkollhom bżonn appoġġ sostanzjali sabiex

jirreġistraw u jipproċessaw lil dawk li jeħtieġu l-protezzjoni, u sabiex jibagħtu lura malajr, lejn il-

pajjiżi tal-oriġini tagħhom jew lejn pajjiżi terzi sikuri oħra li jkunu għaddew minnhom, lil dawk li ma

għandhomx bżonn protezzjoni. L-Istati Membri l-oħra jridu jwettqu l-impenji tagħhom sabiex flimkien

jaqsmu r-responsabbiltà li jagħtu akkoljenza u kenn lil dawk intitolati għaliha, billi jħaffu l-

implimentazzjoni tal-iskemi ta’ rilokazzjoni ta’ emerġenza diġà fis-seħħ sa minn Ottubru 2015.

Għalhekk, filwaqt li l-Greċja trid tagħmel dak li hu meħtieg sabiex terġa' lura għall-applikazzjoni

normali tal-kontroll tal-fruntieri esterni ta’ Schengen u tar-regoli ta’ Dublin, ma tistax titħalla

taffaċċja l-konsegwenzi tal-kriżi tar-refuġjati waħidha, iżda għandha tkompli tirċievi appoġġ

finanzjarju u assistenza teknika mill-istituzzjonijiet u l-aġenziji tal-UE u mill-Istati Membri l-oħra

kollha, sabiex tlaħħaq mar-responsabbiltajiet ta’ Stat Membru tal-ewwel dħul skont ir-regoli tal-UE li

dwarhom hemm qbil komuni.

Din il-Komunikazzjoni tieħu kont tal-implimentazzjoni tal-azzjonijiet miftiehma bħala rispons għall-

kriżi tar-refuġjati u tenfasizza l-oqsma ewlenin fejn hija meħtieġa immedjatament aktar azzjoni sabiex

jerġa’ jkun hemm il-kontroll tas-sitwazzjoni. Il-Kummissjoni se tipprovdi kontribut ulterjuri dwar il-

bidliet aktar fundamentali meħtieġa għal politika ta’ migrazzjoni sostenibbli, u b’mod partikolari għal

riforma fis-sistema ta’ Dublin, qabel il-Kunsill Ewropew ta’ Marzu.

Il-mexxejja waqt il-Kunsill Ewropew ta' Frar, sabiex jgħinu fil-ġestjoni tal-kriżi tar-refuġjati

b’mod effettiv għandhom jinpenjaw ruħhom li:

Page 4: LILL -KUNSILL dwar is -Sitwazzjoni Attwali rigward l ... · 2 Komunikazzjoni dwar is-Sitwazzjoni Attwali rigward l-Implimentazzjoni tal-Azzjonijiet Prijoritarji fl-Aġenda Ewropea

4

Ilestu urġentement it-twaqqif ta' hotspots fil-Greċja u l-Italja sabiex jiġi żgurat li l-migranti u

r-refuġjati jiġu rreġistrati u appoġġati skont il-prinċipju li ħadd ma għandu jasal fl-UE

mingħajr ma jkun adegwatament rreġistrat u mingħajr ma jittiħdulu l-marki tas-swaba,

b’appoġġ speċifiku mill-UE sabiex tiġi żgurata żieda fil-kapaċità ta’ akkoljenza u proċeduri

tal-asil u tar-ritorn kompletament funzjonali;

It-temma tal-approċċ tolleranti u insistenza b'saħħitha dwar l-applikazzjoni tar-regoli tal-UE

rigward l-asil u l-ġestjoni tal-fruntieri;

Titħaffef bil-bosta l-iskema ta’ rilokazzjoni maqbula sabiex tittaffa l-pressjoni minn fuq l-

Italja u l-Greċja;

Użu aktar b’saħħtu u koerenti tad-dispożizzjonijiet li jippermettu li l-applikanti għall-asil

jirritornaw lejn pajjiżi terzi sikuri;

L-implimentazzjoni tal-approċċ maqbul għal kooperazzjoni u koordinazzjoni aħjar bejn il-

pajjiżi tul ir-Rotta tal-Balkani tal-Punent;

Aktar intensifikar tal-isforzi kollha sabiex jiġi żgurat ir-ritorn effettiv u r-riammissjoni, kif

ukoll biex jiġu indirizzati l-kawżi ewlenin tal-migrazzjoni billi tiġi sfruttata kull forma ta'

pressjoni, inklużi preferenzi fil-kummerċ u l-iżvilupp, sabiex jiġi żgurat li pajjiżi terzi

jimpenjaw ruħhom għal riżultati konkreti;

Jitmexxew 'l quddiem l-azzjonijiet taħt: il-Pjan ta’ Azzjoni Konġunt bejn l-UE u t-Turkija

sabiex jitwaqqfu l-flussi mit-Turkija; u l-implimentazzjoni rapida ta’ proġetti taħt il-Faċilità

għar-Refuġjati fit-Turkija;

Kontrolli tal-fruntieri esterni aktar b’saħħithom, billi jkun hemm qbil dwar il-Gwardja

Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta sa mhux aktar tard minn Ġunju, jekk mhux qabel, u billi ssir

operattiva matul is-sajf;

Jingħata appoġġ għall-ħtiġijiet bażiċi tal-migranti u r-refuġjati l-aktar vulnerabbli, u b’mod

partikolari tat-tfal;

Tiżdied il-kapaċità tal-UE għall-għoti ta' assistenza umanitarja lil pajjiżi terzi, u titwaqqaf

kapaċità għall-għoti ta' assistenza umanitarja fl-UE, biex jiġu appoġġati pajjiżi li qed

jaffaċċjaw għadd kbir ta’ refuġjati u migranti;

Jiżdied l-appoġġ tal-UE għar-refuġjati Sirjani, inkluż il-ftuħ ta’ toroq legali permezz tar-

risistemazzjoni u tal-approvazzjoni ta' Skema Volontarja ta’ Ammissjoni Umanitarja mat-

Turkija, kif irrakkomandat mill-Kummissjoni fil-15 ta’ Diċembru 2015.

II X’SAR

II.1 Miżuri Operattivi

Il-ġestjoni tal-flussi ta’ migranti u refuġjati

Salvataġġ fuq il-baħar kien l-ewwel prijorità għall-Unjoni Ewropea. Matul l-2015, l-Operazzjoni

Konġunta tal-Frontex, Triton, u l-Operazzjoni Konġunta tal-Frontex, Poseidon, salvaw 'il fuq minn

250,000 ruħ1. Dawn l-interventi u l-iskjerament ta’ timijiet ta’ Intervent Rapidu fil-Fruntieri tal-

Frontex fl-Eġew għenu biex jiġu identifikati aktar minn miljun immigrant irregolari u biex jinqabdu

aktar minn 900 traffikant li kien hemm suspett dwarhom.

1 F'Mejju l-operazzjoni Triton tkabbret bi tliet darbiet fil-Mediterran Ċentrali u salvat 155,000 persuna mill-1

ta’ Jannar 2015 sal-31 ta’ Jannar 2016. L-azzjoni fil-Lvant tal-Mediterran kienet intensifikata f’Diċembru

2015 permezz l-Operazzjoni Konġunta Poseidon , u salvat aktar minn 107,000 persuna fl-istess perjodu.

Page 5: LILL -KUNSILL dwar is -Sitwazzjoni Attwali rigward l ... · 2 Komunikazzjoni dwar is-Sitwazzjoni Attwali rigward l-Implimentazzjoni tal-Azzjonijiet Prijoritarji fl-Aġenda Ewropea

5

L-azzjoni tal-UE qiegħda wkoll timmira direttament it-traffikar tal-migranti. Fin-Nofsinhar u ċ-ċentru

tal-Mediterran l-Operazzjoni Sophia tal-EUNAVFORMED rnexxielha tidħol b'suċċess f’fażi li

tinkludi l-imbark, it-tfittxija, is-sekwestru u d-devjazzjoni fl-ibħra internazzjonali ta’ bastimenti li

jkunu ssuspettati li qed jintużaw biex idaħħlu klandestinament jew jittraffikaw il-migranti. S’issa

salvat aktar minn 9,000 ruħ u hija lesta li testendi l-operat lejn l-ibħra territorjali Libjani, jekk l-

iżviluppi istituzzjonali u politiċi fil-Libja jippermettu dan.

L-aġenziji tal-UE, il-Europol, il-Frontex u l-Eurojust, żiedu l-kapaċità tagħhom sabiex jindirizzaw id-

dħul klandestin tal-migranti, b’aktar koordinazzjoni, b'riżorsi addizzjonali, u bi preżenza permanenti

fl-Istati Membri taħt pressjoni. Dan jinkludi ġbir ta’ informazzjoni fuq il-post fil-hotspots sabiex l-

awtoritajiet nazzjonali jiġu megħjuna jiġbru l-informazzjoni u jniedu investigazzjonijiet. Fl-2015,

10,735 persuna ssuspettata li għandha x'taqsam mal-faċilitazzjoni tad-dħul klandestin tal-migranti ġew

miżjuda fil-bażi tad-dejta tal-Europol – li bħalissa għandha intelligence fuq aktar minn 38,600 persuna

ssuspettata. Il-Europol dalwaqt se jiftaħ fit-22 ta’ Frar iċ-Ċentru Ewropew kontra l-Faċilitazzjoni ta'

Dħul Klandestin ta' Migranti, li huwa ċentru tal-informazzjoni tal-UE dwar id-dħul klandestin ta'

migranti2.

B'appoġġ b'saħħtu u speċifiku mill-UE, il-Greċja u l-Italja bdew iwaqqfu – u f'xi każijiet lestew –

hotspots3 sabiex jiġu żgurati l-iskrinjar, l-identifikazzjoni u t-teħid tas-swaba' ta' ċittadini ta' pajjiżi

terzi li jaslu b'mod irregolari fil-fruntiera esterna tal-UE. Ir-reġistrazzjoni hija l-ewwel pass kruċjali fil-

kontroll u fil-ġestjoni tal-flussi. Il-hotspots huma mfasslin sabiex jiżguraw li timijiet integrati ta’

aġenti tal-fruntiera jaħdmu f’faċilitajiet apposta, 24 siegħa kuljum għal sebat ijiem fil-ġimgħa. Kull

persuna li tasal fil-fruntieri esterni għandha tiġi rreġistrata, jitteħdulha l-marki tas-swaba u d-

dokumenti tagħha jitqabbluha ma’ bażijiet tad-dejta nazzjonali u internazzjonali tas-sigurtà. Ċittadini

ta’ pajjiż terz li jaslu b’mod irregolari għandhom imbagħad jgħaddu minn wieħed minn tliet proċessi:

is-sistema nazzjonali tal-asil, sistema ta’ rilokazzjoni Ewropea jew is-sistema tar-ritorn. Il-proporzjon

ta’ migranti li l-marki tas-swaba’ tagħhom ikunu inklużi fil-bażi tad-dejta tal-Eurodac, fil-

Greċja żdied minn 8 % f’Settembru 2015 għal 78 % f’Jannar 2016, u fl-Italja minn 36 % għal

87 % matul l-istess perjodu4. Dawn iċ-ċifri huma mistennija li jkomplu jitjiebu meta l-hotspots isiru

aktar operattivi b'mod sħiħ. Il-Kummissjoni għandha preżenza permanenti, fiż-żewġ Stati Membri, li

hija ffukata esklussivament biex tgħin lill-awtoritajiet nazzjonali. Attwalment hemm biss 518-il espert

tal-Frontex u 21 tal-EASO li huma stazzjonati fil-hotspots, li ma humiex biżżejjed għal dak li hu

meħtieġ. Ir-rispons tal-Istati Membri għas-sejħa tat-timijiet ta' intervent rapidu kellha aktar suċċess5.

Il-Kummissjoni mmobilizzat il-baġit tal-UE b'mod li qatt ma deher bħalu sabiex tikkommetti aktar

minn EUR 10 biljun ħalli tindirizza l-kriżi tar-refuġjati. Pereżempju, it-tisħiħ tal-finanzjament ta’

emerġenza fisser li kien hemm disponibbli EUR 174 miljun fl-2015; dawn ingħataw rapidament u

ntużaw kollha sal-aħħar tas-sena. L-istess fl-2016, EUR 161 miljun tqiegħdu għad-dispożizzjoni.

Madwar EUR 146 miljun ingħataw bħala finanzjament ta’ emerġenza għall-benefiċċju tal-Greċja.

2 Iċ-ċentru, bi 30 ruħ, se jkun ċentru ta’ informazzjoni iżda wkoll se jsaħħaħ il-kooperazzjoni bejn korpi

prinċipali bħalma huma l-Unitajiet tal-Intelligence Finanzjarja, l-Unità ta’ Indikazzjoni ta' Kontenut fuq l-

Internet u l-Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali tal-Istati Membri. 3 Komunikazzjonijiet mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill: Rapporti ta’ Progress

dwar l-Implimentazzjoni tal-hotspots fil-Greċja u fl-Italja, COM(2015) 678 final u COM(2015) 679 final tal-

15 ta’ Diċembru 2015. Ara l-Annessi 2 u 3. 4 L-Italja u l-Greċja kienu fost erba’ Stati Membri (l-oħrajn huma Ċipru u l-Kroazja) fejn il-Kummissjoni

bdiet proċeduri ta’ ksur marbutin mar-Regolament Eurodac. 5 Is-sejħa attwali tal-Frontex irċeviet rata ta’ rispons ta’ 83 %. L-EASO talab 374 espert u 201 ġew aċċettati.

Page 6: LILL -KUNSILL dwar is -Sitwazzjoni Attwali rigward l ... · 2 Komunikazzjoni dwar is-Sitwazzjoni Attwali rigward l-Implimentazzjoni tal-Azzjonijiet Prijoritarji fl-Aġenda Ewropea

6

Element ewlieni ieħor fl-appoġġ ta' UE kienet ir-rilokazzjoni. Kemm il-leġiżlazzjoni kif ukoll l-

istrutturi jinsabu fis-seħħ sabiex jippermettu r-rilokazzjoni ta’ emerġenza lejn Stati Membri oħra ta’

160,000 persuna li għandhom bżonn ċar ta’ protezzjoni internazzjonali6. Il-baġit tal-UE pprovda EUR

640 miljun biex jappoġġja r-rilokazzjoni7. Iżda r-rata ta’ progress hija ferm inqas minn dak li hemm

bżonn (ara t-taqsima dwar ir-Rilokazzjoni u l-Anness 4).

B’reazzjoni għal pressjoni migratorja serja u d-diffikultajiet partikolari ffaċċjati mill-Isvezja,

f’Diċembru l-Kummissjoni pproponiet li l-obbligi tagħha għar-rilokazzjoni għandhom jiġu sospiżi

temporanjament. Il-Kummissjoni issa pproponiet ukoll sospensjoni simili għall-obbligi ta’

rilokazzjoni tal-Awstrija.

F’Diċembru, il-Kummissjoni approvat programm ta’ EUR 80 miljun biex tgħin fil-bini ta' kapaċità

ta’ akkoljenza sabiex tagħti kenn, sal-mira miftiehma ta’ 50,000 post addizzjonali, lill-migranti u lir-

refuġjati fil-Greċja, inkluż netwerk ta’ 20,000 post għall-persuni li jfittxu asil mmexxi mill-

Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Refuġjati (UNHCR) bl-użu ta’ skema ta’ vawċers, kif

ukoll tappoġġa t-twaqqif ta’ 7,000 post fiż-żoni ta' hotspots. Mal-14,950 post ġie identifikat taħt l-

iskema tal-vawċers.

Il-Kummissjoni waqqfet Task Force dwar Strateġija għall-Informazzjoni tal-Migranti (MIS) sabiex

tiddefinixxi u xxerred informazzjoni effettiva lill-persuni li jfittxu asil dwar id-drittijiet u l-obbligi

tagħhom. Huwa essenzjali li n-nies ikunu jafu li għandhom id-dritt li japplikaw għall-asil, iżda mhux li

jagħżlu f'liema Stat Membru, u jkunu infurmati sew dwar l-implikazzjonijiet tal-iskema ta’

rilokazzjoni. L-ewwel sett ta’ prodotti informattivi dwar l-asil u rilokazzjoni huwa disponibbli f'14-il

lingwa8 u issa qiegħed jintuża mill-EASO f’hotspots.

Is-solidarjetà u r-responsabbiltà

Il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (UCPM) intuża sabiex jappoġġa ħames pajjiżi,

b’erba’ talbiet li għadhom attivi, mis-Serbja, mis-Slovenja, mill-Kroazja u mill-Greċja. B’kollox, 15-il

pajjiż offrew l-għajnuna, billi pprovdew oġġetti bħal tined, materjal għall-irqad, oġġetti ta’ protezzjoni

personali, ħiters, ġeneraturi u dawl. Il-Kummissjoni Ewropea tappoġġa l-finanzjarjament tat-trasport

tal-assistenza li l-Istati parteċipanti joffru, u tiffaċilita l-koordinazzjoni globali tat-trasport u tal-

loġistika. Il-Kummissjoni dan l-aħħar żiedet il-finanzjament tagħha u issa tkopri 85 % tal-ispejjeż tat-

trasport ta’ din l-għajnuna, iżda hemm talbiet għal assistenza minn Stati Membri li għadhom pendenti,

kif deskritt fl-Anness 9.

Il-Kummissjoni organizzat laqgħat ta' darba fil-ġimgħa biex ikun hemm monitoraġġ tal-pjan ta' 17-il

punt maqbul fil-Laqgħa tal-Mexxejja ospitata mill-President Juncker dwar il-flussi tar-refuġjati tul ir-

rotta tal-Balkani tal-Punent. Fi żmien meta l-komunikazzjoni tista' tgħid kienet wieqfa għal kollox,

din il-koordinazzjoni kienet kruċjali sabiex jitnaqqas ir-riskju li pajjiż jieħu passi mhux mistennija li

jkollhom impatt fuq wieħed ieħor. Dan ġie appoġġjat minn appoġġ dirett. Il-Kummissjoni allokat EUR

10 miljun għas-Serbja u għall-eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja sabiex tagħmel differenza

6 Fil-forum dwar ir-Rilokazzjoni u r-Risistemazzjoni mal-Istati Membri f’Settembru, organizzat mill-

Kummissjoni, id-diversi passi għall-implimentazzjoni fil-prattika tal-rilokazzjoni ġew miftiehma. 7 Inkluża l-għotja ta’ EUR 20 miljun mogħtija f’Diċembru sabiex tgħin l-implimentazzjoni fil-Greċja, kif

ukoll somma f’daqqa ta’ EUR 6,000 lill-Istati Membri għal kull persuna rilokata u EUR 500 sabiex jiġu

sostnuti l-ispejjeż tat-trasferiment. Dawn tal-aħħar jitħallsu lill-Istati Membri fil-pagament li jmiss mill-fondi

taħt il-programmi nazzjonali tal-AMIF u tal-ISF. 8 Bl-Ingliż, bil-Franċiż, bl-Spanjol, bit-Taljan, bil-Portugiż, bl-Għarbi, bil-Farsi, bl-Armenjan, bil-Pashto, bir-

Russu, bis-Somali u bl-Albaniż, bit-Tigrinjan u bl-Urdu.

Page 7: LILL -KUNSILL dwar is -Sitwazzjoni Attwali rigward l ... · 2 Komunikazzjoni dwar is-Sitwazzjoni Attwali rigward l-Implimentazzjoni tal-Azzjonijiet Prijoritarji fl-Aġenda Ewropea

7

prattika billi żżid il-kapaċità operattiva għall-ġestjoni tal-migrazzjoni9. Dawn jiżdiedu ma’ EUR 22

miljun allokati għall-għajnuna umanitarja.

II.2 Id-Dimensjoni Esterna

Id-dimensjoni esterna u interna tal-migrazzjoni huma interkonnessi ħafna. L-azzjoni tal-UE ffukat

kemm fuq l-indirizzar tal-kawżi ewlenin tal-flussi migratorji intensifikati f'termini ta' raġunijiet li

joħolqu l-flussi u dawk li jiffaċilitawhom, kif ukoll fuq li jitneħħa l-bżonn għar-refuġjati li jagħmlu l-

vjaġġ perikoluż lejn l-Ewropa billi jiġu megħjuna eqreb lejn darhom. Iffukat ukoll fuq kooperazzjoni

msaħħa għall-ġestjoni tal-migrazzjoni ma’ pajjiżi terzi ta’ oriġini u ta’ tranżitu bħala parti essenzjali

tas-sħubija bilaterali tagħhom mal-UE u l-Istati Membri tagħha.

L-isforzi diplomatiċi sabiex tissolva l-kriżi tas-Sirja u tal-Libja u sabiex tiġi miġġielda t-theddida ta'

Daesh jiffukaw fuq il-kawżi ewlenin li joħolqu l-flussi, u għandhom l-għan li joħolqu ambjent stabbli

għal liema r-refuġjati jkunu jistgħu jirritornaw. Dan l-isforz għandu jkun wieħed globali. Fil-każ tal-

Libja, l-UE kienet involuta biex tipprovdi appoġġ politiku, finanzjarju u loġistiku lill-isforzi tan-

Nazzjonijiet Uniti sabiex tintemm il-kriżi politika u ta’ sigurtà. Sar progress sinifikanti f’dawn l-aħħar

xhur, bl-iffirmar tal-Ftehim Politiku Libjan f’Diċembru. Madankollu, il-progress huwa fraġli u dawn l-

azzjonijiet jeħtieġ li jiġu kkonsolidati malajr, bi Gvern b'Kunsens Nazzjonali li jkollu biżżejjed setgħa

sabiex ikun jista' jindirizza t-theddid u l-isfidi ffaċċjati mill-Libja. Il-Ftehim iffirmat f’Diċembru

għandu bżonn ikun segwit bi Gvern b'Kunsens Nazzjonali li jkun jista' jindirizza t-theddid u l-isfidi li

ffaċċjati mill-pajjiż: l-UE għandha pakkett ta’ għajnuna ta’ EUR 100 miljun lest biex jgħin lill-gvern

futur. Rigward is-Sirja, l-UE apparti milli hija l-akbar donatur ta’ għajnuna umanitarja u għall-

iżvilupp, kellha u għad għandha rwol ewlieni fl-istabbiliment u fil-ħidma tal-Grupp ta’ Appoġġ

Internazzjonali għas-Sirja, inklużi l-isforzi li wasslu għall-adozzjoni unanima tar-Riżoluzzjoni tal-

Kunsill tas-Sigurtà tan-NU li stabilixxiet pjan direzzjonali għal taħdidiet intra-Sirjani u għal proċess

politiku. Hekk kif il-ġlied fit-Tramuntana tas-Sirja intensifika, l-isforzi diplomatiċi għandhom

jirduppjaw.

L-UE wieġbet għall-impatt devastanti tal-kriżi Sirjana b’diversi modi. F'termini ta’ għajnuna

umanitarja għas-Sirja u għall-pajjiżi ospitanti fil-viċinat, il-kontribuzzjoni mill-baġit tal-UE qabżet

l-EUR 400 miljun fl-2015 – parti mill-impenn globali tal-UE ta’ aktar minn EUR 5 biljun f’għajnuna

umanitarja, għall-iżvilupp u l-istabbilizzazzjoni. Dan kien jinkludi appoġġ dirett lis-Sirjani li għadhom

fis-Sirja, kif ukoll lill-pajjiżi li jkunu qed jittrattaw ma' l-akbar sehem per capita ta’ refuġjati Sirjani.

Aktar minn EUR 160 miljun ġew allokati għal operazzjonijiet ta' salvataġġ fi Sirja nnifisha, f'settur

bħal tas-saħħa, tal-protezzjoni, tal-ilma, tas-sanità, tal-ikel u tal-kenn: EUR 97 miljun għar-refuġjati

fil-Lebanon, EUR 58 miljun għall-Ġordan u EUR 35 miljun għat-Turkija. Il-Fond Fiduċjarju

Reġjonali tal-UE b'rispons għall-kriżi Sirjana jipprovdi mezz verament flessibbli u effettiv biex

jgħaqqad flimkien l-assistenza u l-għoti tagħha mill-UE u mill-Istati Membri tagħha. S’issa ġibed lejh

mas-EUR 645 miljun f'kontribuzzjonijiet, għalkemm il-kontribuzzjonijiet nazzjonali għadhom ma

laħqux il-mira li jaslu sal-kontribuzzjoni tal-baġit tal-UE10. Il-Fond jappoġġa 1,5 miljun refuġjat Sirjan

kif ukoll lill-komunitajiet ospitanti mifnija fil-Libanu, fit-Turkija, fil-Ġordan u fl-Iraq permezz tal-

għoti ta’ edukazzjoni bażika u tal-protezzjoni tat-tfal, aċċess aħjar għall-kura tas-saħħa, it-titjib tal-

ilma u tal-infrastruttura tal-ilma mormi, kif ukoll jappoġġja l-opportunitajiet ekonomiċi u l-inklużjoni

soċjali. Hekk kif imħabbar fil-konferenza ta' Londra "L-Appoġġ għas-Sirja u għar-Reġjun" tal-

ġimgħa li għaddiet, il-kontribuzzjoni tal-UE għall-kriżi tas-Sirja fl-2016 se tilħaq l-EUR 1,115-il

biljun. Il-Kummissjoni qed tieħu miżuri biex tiżgura li l-kontribuzzjoni tal-UE tibqa' fl-istess livell fl-

2017. Waqt il-konferenza, il-Kummissjoni ħadet ukoll ir-rwol ta' mexxejja fir-rispons internazzjonali,

9 Kif ukoll EUR 8 miljun addizzjonali għall-Programmi Reġjonali. 10 Ara l-Anness 7. Sa issa, EUR 654 miljun ġew impenjati mal-Fond Fiduċjarju tas-Sirja, b’EUR 594 miljun

mill-baġit tal-UE, filwaqt li EUR 60,5 miljun biss minn 19-il Stat Membru.

Page 8: LILL -KUNSILL dwar is -Sitwazzjoni Attwali rigward l ... · 2 Komunikazzjoni dwar is-Sitwazzjoni Attwali rigward l-Implimentazzjoni tal-Azzjonijiet Prijoritarji fl-Aġenda Ewropea

8

u pproponiet l-iżvilupp ta' "ftehimiet" għall-Ġordan u għal-Libanu. Dawn huma pakketti komprensivi

li jinkludu firxa ta’ miżuri politiċi fl-oqsma kollha tal-kompetenzi tal-Unjoni, b'mod partikolari l-

preferenzi kummerċjali.

Is-Summit tal-Belt Valletta dwar il-migrazzjoni f'Novembru 2015 għaqqad flimkien Kapijiet ta' Stat

jew ta' Gvern Ewropej u Afrikani sabiex tissaħħaħ il-kooperazzjoni dwar il-migrazzjoni bejn il-pajjiżi

tal-oriġini, ta' tranżitu u ta' destinazzjoni. Ġiet enfasizzata l-ħtieġa li jiżdiedu l-isforzi sabiex titwaqqaf

il-migrazzjoni irregolari lejn l-Ewropa u biex il-migrazzjoni tiġi integrata mal-kooperazzjoni għall-

iżvilupp, u sar qbil li l-azzjonijiet konkreti għandhom jiġu implimentati sa tmiem l-2016. L-UE

waqqfet Fond Fiduċjarju ta' Emerġenza għall-Afrika li jindirizza l-istabbiltà u l-kawżi ewlenin tal-

migrazzjoni irregolari u tal-ispostament tal-persuni, kif ukoll il-kooperazzjoni fil-qasam tal-

migrazzjoni ma' pajjiżi tal-oriġini u ta' tranżitu. Il-livelli ta’ finanzjament qed javviċinaw il-EUR 1,9

biljun, iżda għal darb’ oħra l-mira li l-finanzjamenti nazzjonali għandu jilħaq il-finanzjament tal-UE

għadu 'l bogħod biex jintlaħaq, il-kontribuzzjonijiet nazzjonali jammontaw għal inqas minn EUR 81

miljun11. Diġà ġie miftiehem l-ammont totali ta’ aktar minn EUR 350 miljun għall-proġetti, li jkopru

oqsma li jinkludu l-ħolqien tal-impjiegi, il-ġestjoni aħjar tal-migrazzjoni u s-sigurtà msaħħa12. Barra

minn hekk, l-UE kompliet tappoġġja lir-refuġjati u lill-persuni spostati internament fil-Libja. F’livell

diplomatiku, ir-Rappreżentant Għoli u l-Viċi President kif ukoll il-Kummissjoni bdew ukoll azzjoni

sabiex il-migrazzjoni u s-sigurtà jiġu inklużi mal-prijoritajiet politiċi bilaterali għall-pajjiżi Afrikani.

Il-Pjan ta' Azzjoni Konġunt bejn l-UE u t-Turkija13 mexxa sew 'l quddiem il-kooperazzjoni favur

is-Sirjani taħt protezzjoni temporanja fit-Turkija u l-ġesjoni tal-migrazzjoni, sabiex jindirizza l-kriżi

maħluqa bis-sitwazzjoni fis-Sirja (ara t-taqsima dwar il-kooperazzjoni mat-Turkija hawn taħt). L-UE u

l-Istati Membri tagħha se jżidu l-kooperazzjoni mat-Turkija u se jżidu b’mod sostanzjali l-impenn

politiku u finanzjarju tagħhom. Kontribut ewlieni tal-UE, li jirrifletti l-ispirtu tal-qsim tar-

responsabbiltà, huwa l-Faċilità għar-Refuġjati fit-Turkija, imwaqqfa mill-Kummissjoni fl-24 ta'

Novembru 2015, bil-finanzjament tagħha li sar qbil dwaru mill-Istati Membri fit-3 ta' Frar 2016. Din

il-faċilità tlaqqa’ flimkien il-baġit tal-UE u r-riżorsi tal-Istati Membri sabiex tipprovdi minn issa

pakkett ta’ assistenza komprensiv u kkoordinat sabiex tappoġġa żewġ miljun refuġjat Sirjan fit-

Turkija. Dan se jammonta għal EUR 3 biljun fl-2016-17.

III AZZJONIJIET PRIJORITARJI GĦALL-ĠIMGĦAT U X-XHUR LI ĠEJJIN

11 Ara l-Anness 7. 12 Fost l-eżempji nsibu: il-Mali: tliet proġetti b’valur ta’ EUR 43,5 miljun biex jiġu appoġġati l-awtoritajiet

lokali u l-popolazzjoni vulnerabbli fit-Tramuntana tal-Mali u biex fil-bqija tal-pajjiż jinħolqu l-impjiegi; in-

Niġer: żewġ proġetti li jiswew EUR 32 miljun li għandhom jiġu implimentat fir-reġjun ta’ Agadez fin-Niġer

sabiex l-awtoritajiet jiġu megħjuna jiġġestixxu l-flussi migratorji u jippromwovu alternattivi sostenibbli

għall-migrazzjoni irregolari; is-Senegal: proġett li jiswa EUR 8 miljun sabiex jiġu assistiti l-aktar persuni

vulnerabbli fil-pajjiż billi jitjiebu l-kundizzjonijiet tal-għajxien u r-reżiljenza tal-popolazzjonijiet lokali; Il-

proċess ta’ Kartum: proġett li jiswa EUR 40 miljun sabiex il-migrazzjoni tiġi ġestita aħjar billi jissaħħu l-

kapaċitajiet u jiġu pprovduti tagħmir bażiku, politiki għall-iżvilupp u leġislazzjoni dwar it-traffikar u d-dħul

klandestin tal-bnedmin, u billi titqajjem kuxjenza dwar il-perikli tal-migrazzjoni irregolari; l-Etjopja: proġett

li jiswa EUR 20 miljun biex jittejbu l-kundizzjonijiet tal-ħajja tal-migranti u ta’ dawk li jerġgħu lura,

permezz ta’ taħriġ vokazzjonali, ta' mikrofinanzjament u tal-ħolqien tal-impjiegi, bl-għan li jinħolqu l-

kundizzjonijiet għar-ritorn u l-integrazzjoni mill-ġdid tar-refuġjati tal-Etjopja; is-Somalja: proġett li jiswa

EUR 50 miljun biex tiġi appoġġata l-ġestjoni tar-ritorn volontarju tar-refuġjati Somali f’reġjuni stabbli fis-

Somalja, bil-ħolqien ta’ ambjent favorevoli għar-ritorn u l-integrazzjoni mill-ġdid tagħhom. 13 Il-Pjan ta’ Azzjoni Konġunt kien attivat waqt is-Summit tal-Kapijiet ta’ Stat jew ta' Gvern tal-UE mat-

Turkija fid-29 ta’ Novembru 2015. Ara l-Anness 1.

Page 9: LILL -KUNSILL dwar is -Sitwazzjoni Attwali rigward l ... · 2 Komunikazzjoni dwar is-Sitwazzjoni Attwali rigward l-Implimentazzjoni tal-Azzjonijiet Prijoritarji fl-Aġenda Ewropea

9

Il-pressjoni qawwija mill-flussi tar-refuġjati u tal-migranti ħolqot sfida enormi għall-UE fil-ġestjoni

tal-migrazzjoni. Il-ġestjoni tal-fruntieri u l-proċeduri tal-asil f’punti tal-ewwel dħul ma setgħux

ilaħħqu. Żviluppa fluss ta’ refuġjati u ta' migranti li biċ-ċar kien imur kontra r-regoli ewlenin tas-

sistema ta’ asil tal-UE. Ir-refuġjati nfushom fittxew li jivvjaġġaw lejn id-destinazzjoni mixtieqa,

filwaqt li r-regoli tal-UE jippreskrivu li dawn japplikaw għall-protezzjoni fl-ewwel pajjiż tal-UE li

jaslu fih. Il-pajjiżi tul ir-rotta, aktar milli jwettqu r-responsabbiltajiet tagħhom fir-rigward tat-talbiet

għall-asil, bdew iqisu lilhom infushom bħala pajjiżi ta’ tranżitu biss. Ir-riżultat kien deterjorament fl-

applikazzjoni tar-regoli u pressjoni sproporzjonata u mhux sostenibbli fuq tliet Stati Membri prinċipali

ta’ destinazzjoni. Dan għamilha wkoll diffiċli sabiex ir-rilokazzjoni terġa’ taqbad ir-ritmu. Ir-

riattivazzjoni tal-ordni f’dawn iċ-ċirkostanzi teħtieġ azzjoni Ewropea kkoordinata malajr sabiex jiġu

indirizzati n-nuqqasijiet immedjati kif ukoll sabiex titnaqqas l-iskala tal-flussi migratorji nnifishom.

III.1 L-istabbilizzazzjoni tas-sitwazzjoni fl-Istati membri taħt l-aktar pressjoni

Hemm bżonn ċar ta’ azzjoni sabiex tiġi indirizzata l-pressjoni enormi li jiffaċċjaw l-Istati Membri li

jirċievu l-parti l-kbira tal-ewwel wasliet ta’ refuġjati u ta' migranti fl-UE – azzjoni li teħtieġ l-appoġġ

tal-Istati Membri kollha, b’attenzjoni partikolari fuq il-Greċja u l-Italja.

L-approċċ għall-hotspots jippermetti li l-postijiet li qegħdin taħt l-iktar pressjoni estrema jingħataw

attenzjoni. Il-hotspots jipprovdu element ta’ ordni u ta' proċedura f’sitwazzjoni ta’ volumi ta’ wasliet

bla preċedent. Iżda wara sitt xhur mit-tnedija tagħhom f’Settembru li għadda, il-progress kien ħafna

aktar kajman mill-livell li l-isfida li teħtieġ. Illum hemm biss tliet14 hotspots li huma kompletament

operattivi. Issa huwa essenzjali li l-hotspots isiru kompletament operattivi. Kollha kemm huma jeħtieġ

li jitlestew b’urġenza, għax inkella hemm riskju kbir li l-pressjoni tmur sempliċiment fuq l-aktar punt

dgħajjef. Il-ġranet li ġejjin iridu jintużaw sabiex jitħaffef il-proċess b’tali mod li l-hotspots ikunu

tlestew u funzjonanti minnufih. Dan ifisser li jiġu indirizzati, bl-appoġġ tal-UE u tal-uffiċjali

nazzjonali preżenti fuq il-post, in-nuqqasijiet fl-infrastruttura, fil-persunal, u fir-rabta ta' bejn il-

hotspots u l-bqija tas-sistema tal-migrazzjoni. Ir-regoli dwar ir-reġistrazzjoni, l-identifikazzjoni, it-

teħid tal-marki tas-swaba’ u l-approvazzjoni tas-sigurtà tal-persuni li jaslu jridu jiġu applikati b’mod

effettiv u sistematiku. Huwa ta’ importanza kruċjali li l-Istati Membri jipprovdu l-kompetenza bħala

rispons għas-sejħiet tal-Frontex u tal-EASO għall-esperti15.

Fil-każ tal-Greċja, dan jeħtieġ li x-xogħol jitħaffef u li n-nuqqasijiet jiġu indirizzati b’determinazzjoni

ġdida. It-tnedija tal-hotspots kienet kajmana, bil-ħtieġa li jinbnew hotspots mix-xejn u b’nuqqasijiet fl-

infrastruttura, fil-persunal u fil-koordinazzjoni. Bħalissa lok wieħed b'hotspot biss jista’ jitqies li huwa

kompletament operattiv, iżda hemm oħrajn li waslu biex jintemmu16. Wara djalogu intens mal-

Kummissjoni, il-gvern Grieg reċentement ikkommetta ruħha li juża l-forzi armati sabiex jgħinu biex

il-hotspots isiru kompletament operattivi sal-Kunsill Ewropew ta’ Frar. Dan jinvolvi t-tlestija tal-bini,

il-provvediment tas-servizzi prinċipali, u l-ingaġġ tal-persunal neċessarju. Il-kapaċitajiet ta’ akkoljenza

għandhom jiżdiedu u jappoġġaw kemm il-ħtiġijiet umanitarji kif ukoll il-ġestjoni aħjar tal-flussi ta’

dħul – bil-finanzjament tal-UE diġà fis-seħħ dan se jgħin sabiex tintlaħaq malajr il-mira ta' 50,000 li

ġiet miftiehma waqt il-Laqgħa tal-Mexxejja tal-Balkani tal-Punent. Il-proċeduri standardizzati għal

kull stadju tal-proċess għandhom jiġu applikati u l-użu sħiħ tal-magni għat-teħid tal-marki tas-swaba’

tal-Eurodac għandu jkun lest. Ma għandux ikun hemm ukoll l-ebda waqfien fl-appoġġ tal-UE: l-

aġenziji għandhom ikunu preżenti fuq il-gżejjer kollha.

14 Tnejn fl-Italja u wieħed fil-Greċja. 15 Dan l-appoġġ jeħtieġ li jinżamm peress li meta t-termini tal-ħatra tal-esperti individwali jiġu fi tmiemhom –

hemm ir-riskju reali li l-progress jitreġġa' pass lura jekk l-esperti jintbagħtu lura lejn djarhom mingħajr ma

jiġu sostitwiti. 16 Ara l-Anness 2.

Page 10: LILL -KUNSILL dwar is -Sitwazzjoni Attwali rigward l ... · 2 Komunikazzjoni dwar is-Sitwazzjoni Attwali rigward l-Implimentazzjoni tal-Azzjonijiet Prijoritarji fl-Aġenda Ewropea

10

Fl-Italja, il-wasliet naqsu minħabba x-xitwa, iżda hemm bżonn li jsiru l-preparazzjonijiet qabel ma

x'aktarx ikun hemm żieda f'daqqa, meta l-kundizzjonijiet tat-temp jitjiebu17. Żewġ hotspots18 biss

huma kompletament operattivi. Ir-rinnovament u l-ftuħ ta’ żewġ hotspots oħra issa jinsabu fit-triq it-

tajba. Il-progress kajman fuq l-aħħar żewġ hotspots huwa marbut mal-użu attwali ta’ sit minnhom

bħala ċentru ta’ rilokazzjoni, u ma' problemi amministrattivi mal-awtoritajiet tal-port rigward is-sit l-

ieħor – jekk ikun hemm bżonn, għandhom jiġu kkunsidrati postijiet alternattivi jekk dan hu l-uniku

mod kif jista' jkun hemm biżżejjed kapaċità fil-ġimgħat li ġejjin. Hemm wkoll bżonn ta’ passi ulterjuri

sabiex jimtlew il-lakuni u titjieb l-effiċjenza, bħal appoġġ mediku aħjar, aktar koordinazzjoni fl-iżbark

tal-migranti salvati fuq il-baħar, u konnettività sħiħa tal-bażijiet tad-dejta għall-kontrolli ta’ sigurtà. Il-

Kummissjoni lesta li torganizza skwadra mobbli innovattiva għall-hotspots (b’aġenti mill-Frontex u

mill-EASO) fil-Lvant ta’ Sqallija sabiex jgħinu fl-identifikazzjoni, fit-teħid tal-marki tas-swaba’ u fl-

għoti tal-informazzjoni lil migranti li ma jistgħux jiġu żbarkati fil-portijiet tal-Hotspots magħżula,

sabiex jimtela n-nuqqas fit-teħid tal-marki tas-swaba’ u fir-reġistrazzjoni tal-migranti lil hinn mill-

hotspots. Hija importanti konnessjoni kontinentali sabiex jiġi żgurat li l-migranti kklassifikati għar-

ritorn jew għal aktar proċeduri tal-asil jibqgħu fis-sistema.

Komponent essenzjali tal-hotspots kemm għall-Italja kif ukoll għall-Greċja jridu jkunu l-miżuri ta’

sigurtà msaħħin. Ġew identifikati problemi fil-koerenza tad-dokumentazzjoni maħruġa, li tidher

agħar fil-punti ta’ pressjoni bħal ma huwa t-trasferiment minn hotspots għat-territorju kontinentali. Fil-

Greċja, l-introduzzjoni ta’ karatteristiċi ta’ sigurtà fuq id-dokument maħruġ mar-reġistrazzjoni hija

essenzjali sabiex jiġi evitat li dawn id-dokumenti jitparttu jew jiġu ffalsifikati. Il-kontrolli mal-

Interpol, mas-sigurtà Ewropea u ma' bażijiet tad-dejta għall-verifika ta’ dokumenti, b’mod partikolari

mas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen, iridu jsiru sistematiċi, bl-uffiċjali stazzjonati tal-Frontex

ikollhom aċċess għall-bażijiet tad-dejta Ewropej. Kontrolli sistematiċi ma' bażijiet tad-dejta tas-sigurtà

mhumiex biss meħtieġa skont il-liġi tal-UE iżda huma saħansitra iktar essenzjali quddiem it-theddida

terroristika daqshekk reali. Kemm il-Greċja kif ukoll l-Italja ffaċċjaw il-problema ta’ migranti li

rrifjutaw li jitteħdulhom il-marki tas-swaba’. Il-leġiżlazzjoni nazzjonali trid tiġi emendata bħala

kwistjoni ta’ prijorità u għandhom jittieħdu l-passi operattivi kollha sabiex jiġi żgurat li l-migranti

kollha jitteħdulhom il-marki tas-swaba’ – anke permezz tal-użu proporzjonat tal-forza bħala l-aħħar

rimedju – u kull moviment sekondarju ta’ migranti li ma jkunux ġew identifikati u rreġistrati għandu

jiġi evitat. Sar progress mill-Kunsill Ewropew ta’ Marzu, iżda dan għandu jitħaffef sabiex jiġi żgurat

li kull dħul ikun identifikat u rreġistrat u kopert 100 %. Fl-istess ħin, iridu jiġu żgurati

investigazzjonijiet b'aktar qawwa u proċedimenti legali kontra kriminali li jużaw dokumenti tal-

ivvjaġġar u tal-identità ffalsifikati bl-iskop li jiffaċilitaw id-dħul klandestin tal-migranti.

Ċentrali għall-approċċ marbut mal-hotspots huwa l-fatt li tajjeb li jiġi identifikat min hu u min ma

huwiex fil-bżonn ta’ protezzjoni internazzjonali permezz ta’ proċess ta’ identifikazzjoni u ta' għażla

tal-applikazzjonijiet. L-UE u l-aġenziji tagħha għandhom ikunu lesti biex jipprovdu l-assistenza kollha

sabiex jiġi implimentat dan il-proċess. F’dan ir-rigward, ir-rabtiet ma’ sistema ta’ ritorn huma ta’

importanza partikolari. Fl-1 ta’ Frar, il-Frontex nediet programm ġdid ta’ appoġġ għar-ritorn, iffukat

b’mod partikolari fuq il-Greċja, l-Italja u l-Bulgarija – li jipprevedi appoġġ wiesa’ u flessibbli. Fil-

passat il-Greċja kellha kemxejn suċċess f’dan il-qasam: reċentement, diġà fl-2013, ħidmietha kienet

qed taqbeż il-medja tal-UE, b'rata ta' ritorn ta' 59 %. Issa hemm bżonn ta’ sforz partikolari sabiex

jitħaffu l-proċeduri. Il-Greċja jeħtieġ li toħroġ deċiżjonijiet ta’ ritorn malajr lill-migranti irregolari li

jidħlu fit-territorju tagħha, jekk ma japplikawx jew jinstab li ma jikkwalifikawx għall-asil. Għandha

tuża proċeduri rapidi fejn possibbli għar-ritorn tal-migranti u għandha tiżgura li kollha jibqgħu taħt il-

kontroll tal-awtoritajiet matul il-proċedura. Dan jeħtieġ ukoll azzjoni sabiex il-migranti irregolari

jitwaqqfu milli jaħarbu qabel ma jiġu rritornati – anke permezz ta’ detenzjoni.

17 Ara l-Anness 3. 18 Lampedusa (minn Ottubru 2015) u Pozzallo (sa mid-19.01.2016)

Page 11: LILL -KUNSILL dwar is -Sitwazzjoni Attwali rigward l ... · 2 Komunikazzjoni dwar is-Sitwazzjoni Attwali rigward l-Implimentazzjoni tal-Azzjonijiet Prijoritarji fl-Aġenda Ewropea

11

L-Italja ffaċċjat ukoll problemi sabiex tiżgura r-ritorn b'mod effikaċi. Għamlet progress fuq

programm ta’ għajnuna għar-ritorn volontarju, li għandu jibda jaħdem malajr, qed taħdem fuq ir-

riammissjoni u b’suċċess qed tapplika proċeduri rapidi għall-ħruġ ta’ deċiżjonijiet għar-ritorn u għar-

riammissjoni ta' migranti irregolari f'ċerti pajjiżi Afrikani. Madankollu, hemm problema persistenti

mal-migranti irregolari li jaħarbu qabel mal-proċeduri jiġu konklużi. Kapaċità limitata ta’ detenzjoni u

limitu massimu ta’ 90 jum għad-detenzjoni amministrattiva għal skopijiet ta’ ritorn, it-tnejn jeħtieġ li

jiġu indirizzati b’mod urġenti. L-UE u l-aġenziji tagħha se jkomplu jassistu lill-awtoritajiet Taljani

dwar dawn il-kwistjonijiet.

Ir-riattivazzjoni tat-trasferimenti ta’ Dublin għall-Greċja

Sabiex is-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil taħdem, irid ikun hemm opportunità reali sabiex il-

persuni li jfittxu asil jiġu rritornati fil-pajjiż li minnu jkunu daħlu l-ewwel fl-UE ("it-trasferimenti ta'

Dublin"), kif previst skont ir-regoli tal-UE li dwarhom hemm qbil komuni. F’Ottubru, il-Kummissjoni

fakkret li sa mill-2010 u l-2011, l-Istati Membri ma setgħux iwettqu t-trasferimenti ta’ Dublin lejn il-

Greċja19. Nuqqasijiet sistemiċi li tqajmu mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Qorti

Ewropea tal-Ġustizzja kienu jinkludu l-aċċess sħiħ għas-sistema tal-asil u l-provvediment u l-kwalità

ta’ kapaċità ta’ akkoljenza. Ir-responsabbiltà sabiex jiġi deċiż li t-trasferimenti jerġgħu jibdew taqa’

f’idejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri taħt il-kontroll tal-qrati tagħhom u tal-Qorti tal-Ġustizzja.

Filwaqt li sar progress, baqa' nuqqasijiet fl-oqsma tal-kapaċità ta’ akkoljenza u tal-kundizzjonijiet

tagħha, fl-aċċess għall-proċedura tal-asil, fl-appelli u fl-għajnuna legali. Għaldaqstant, illum il-

Kummissjoni qed tadotta rakkomandazzjoni li telenka l-passi konkreti meħtieġa sabiex il-Greċja

titreġġa’ lura fis-sistema ta’ Dublin20. Ir-rappurtar mill-Greċja dwar il-progress tagħha fl-

implimentazzjoni tal-azzjonijiet rakkomandati, kif ukoll kontributi oħra bħal rapporti mill-Kumitat tal-

Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-qtugħ ta’ sentenzi u mill-UNCHR, se jippermettu b'mod ċar li

jiġi vvalutat jekk il-kundizzjonijiet humiex tali li jippermettu li l-Istati Membri jerġgħu jibdew bit-

trasferimenti individwali lejn il-Greċja skont ir-Regolament ta’ Dublin, filwaqt li jitqies li l-volum tat-

trasferimenti u l-kategoriji ta’ persuni li jridu jiġu ttrasferiti għandhom jikkorrispondu mal-progress

speċifiku li jkun sar.

Il-passi essenzjali li jmiss

Bis-sostenn sħiħ tal-UE, il-Greċja u l-Italja jrid ikollhom hotspots kompletament operattivi fil-

postijiet kollha, u dan kemm jista’ jkun malajr;

Stati Membri oħra jridu urġentement jissodisfaw il-bżonn li għad fadal għal esperti tal-Frontex u

tal-EASO;

Il-Greċja u l-Italja jridu jintensifikaw l-isforzi tagħhom sabiex jerġa' jkun hemm ir-ritorni

effettivi u sabiex il-migranti irregolari jitwaqqfu mill-jaħarbu qabel ma' jirritornaw;

Il-Greċja għandha tieħu l-passi stipulati fir-Rakkomandazjoni tal-Kummissjoni tal-lum sabiex

jerġgħu jibdew it-trasferimenti ta' Dublin skont il-każ li jkun, abbażi tal-progress li jsir.

III.2 L-implimentazzjoni tar-rilokazzjoni

19 Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew u lill-Kunsill dwar il-

Ġestjoni tal-kriżi tar-refuġjati: Is-Sitwazzjoni Attwali rigward l-Implimentazzjoni tal-Azzjonijiet Prijoritarji

fl-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni, COM(2015) 510 final tal-14 ta' Ottubru 2015. 20 Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni indirizzata lir-Repubblika Ellenika dwar il-miżuri urġenti li għandhom

jittieħdu mill-Greċja sabiex jerġgħu jibdew it-trasferimenti skont ir-Regolament (UE) Nru 604/2013

(C(2016) 871 tal-10 ta' Frar 2016.

Page 12: LILL -KUNSILL dwar is -Sitwazzjoni Attwali rigward l ... · 2 Komunikazzjoni dwar is-Sitwazzjoni Attwali rigward l-Implimentazzjoni tal-Azzjonijiet Prijoritarji fl-Aġenda Ewropea

12

Iż-żewġ deċiżjonijiet ta’ rilokazzjoni legalment vinkolanti adottati mill-Kunsill huma l-għarfien li

hemm bżonn li l-Greċja u l-Italja jingħataw għajnuna urġenti f’sitwazzjoni ta’ emerġenza. Ir-

rilokazzjoni hija għodda essenzjali sabiex jitnaqqas il-piż fuq l-Istati Membri taħt l-akbar pressjoni u

biex jerġa’ jkun hemm ordni fil-ġestjoni tal-migrazzjoni. Iżda din teħtieġ kooperazzjoni effikaċi bejn

il-pajjiżi ta’ rilokazzjoni, u l-Istati Membri riċeventi. L-ewwel nett, l-impenn tal-Greċja u tal-Italja li

jirreġistraw u jiskrinjaw b'mod ordnat u bir-reqqa huwa kjarament vitali. Iż-żewġ Stati Membri qed

iniedu sistemi sabiex jidentifikaw, jirreferu, jirreġistraw u jittrasferixxu l-kandidati għar-rilokazzjoni,

kif ukoll biex iwettqu skrinjar mediku u ta’ sigurtà qabel it-tluq.

Il-persuni li jfittxu asil għandhom jifhmu li r-rilokazzjoni tipprovdi aktar ċertezza milli jekk jaħarbu

mis-sistema tal-asil lokali, u li dawn se jitwaqqfu milli jivvjaġġaw b’mod irregolari lejn l-Istat

Membru ta' għażla taħhom. Fil-każ tal-Greċja, jeħtieġ kontroll aħjar (bl-appoġġ u bl-assistenza tal-

UE) tal-fruntiera ta' bejn il-Greċja u l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, sabiex jiġi

żgurat, b’mod partikolari, li persuna li tkun daħlet irregolarment fit-territorju tal-UE tkun ġiet

irreġistrata; u sabiex jiġu identifikati u jintbagħtu lura malajr u b’mod effettiv dawk li ma għandhom l-

ebda dritt li jkunu fl-Unjoni Ewropea. Huwa kruċjali wkoll li l-movimenti sekondarji lejn Stati

Membri oħra jiġu sanzjonati, u l-individwi jintbagħtu lura lejn l-Istat Membru ta’ rilokazzjoni.

Iżda r-rieda politika tal-Istati Membri tibqa' l-aktar fattur importanti sabiex ir-rilokazzjoni taħdem21.

Filwaqt li l-għadd ta’ kandidati eliġibbli identifikati qed jikber, l-Istati Membri sa issa fformalizzaw

biss ftit aktar minn 2,000 offerta ta’ post, u tnax-il Stat Membru biss irċevew nies rilokati. Mit-8 ta’

Frar, 218-il persuna biss ġew rilokati mill-Greċja, u 279 mill-Italja22. Ħames Stati Membri għadhom

ma għamlu l-ebda post disponibbli għal rilokazzjoni23. Ir-rata baxxa ta’ rilokazzjoni ġiet attribwita

għal fatturi li jinkludu n-nuqqas ta’ punti ta’ kuntatt apposta (biex isiru kontrolli tas-saħħa u verifiki ta’

sigurtà li huma l-uniċi raġunijiet li dwarhom Stat Membru ta’ rilokazzjoni jista’ jirrifjuta li jaċċetta

kandidat għal rilokazzjoni), kif ukoll minħabba n-nuqqas ta’ kapaċità ta’ akkoljenza għal dawk li jaslu

fl-Istat Membru destinatarju. Għandhom jitwaqqfu d-dewmien u l-preferenzi projbittivi fl-

indikazzjoni u fir-reġistrazzjoni ta’ postijiet disponibbli mill-Istati Membri ta’ rilokazzjoni.

Din hija r-raġuni għaliex illum il-Kummissjoni kitbet lill-Istati Membri kollha biex tfakkarhom dwar l-

obbligi tagħhom taħt iż-żewġ deċiżjonijiet u biex tappella ħalli jitħaffef il-pass ta’

implimentazzjoni fid-dawl tal-obbjetiv ċar li tingħata assistenza urġenti. Hekk kif qed jiġu

ssikkati l-kontrolli fuq il-fruntiera tul ir-rotta tal-Balkani tal-Punent, il-pressjoni li dawn id-

deċiżjonijiet kienu maħsuba biex itaffu x’aktarx li se tiżdied, biex b’hekk is-solidarjetà saret bżonn

aktar urġenti.

Il-passi essenzjali li jmiss:

L-Istati Membri għandhom iwettqu l-impenji tagħhom billi jimplimentaw b'ħeffa d-deċiżjonijiet

ta' rilokazzjoni.

L-Istati Membri u l-aġenziji tal-UE (il-Frontex u l-EASO) għandhom jassistu lill-Greċja biex

tikkontrolla aħjar il-fruntiera ta' bejn il-Greċja u l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

sabiex b'mod partikolari jiġi żgurat li persuna li tkun daħlet b'mod irregolari fit-terriorju tal-UE

tkun ġiet irreġistrata; u sabiex jiġu identifikati u jintbagħtu lura malajr u b’mod effettiv dawk li

21 Fil-forum dwar ir-Rilokazzjoni u r-Risistemazzjoni mal-Istati Membri li ġie organizzat mill-Kummissjoni

f’Settembru, id-diversi passi għall-implimentazzjoni tar-rilokazzjoni fil-prattika ġew miftiehma. 22 Għad hemm 8000 post, mill-ewwel 40,000 tal-iskema ta’ rilokazzjoni, li għad iridu jiġu speċifikati għal Stat

Membru partikolari. 23 Iċ-ċifri tat-8 ta’ Frar 2016. Ara l-Anness 4 għad-dettalji kollha.

Page 13: LILL -KUNSILL dwar is -Sitwazzjoni Attwali rigward l ... · 2 Komunikazzjoni dwar is-Sitwazzjoni Attwali rigward l-Implimentazzjoni tal-Azzjonijiet Prijoritarji fl-Aġenda Ewropea

13

ma għandhom l-ebda dritt li jkunu fl-Unjoni Ewropea.

III.3 Fruntieri b'saħħithom

Il-ġestjoni tal-fruntieri esterni tal-UE ġġib magħha r-responsabbiltà. Meta persuna taqsam il-fruntiera

irregolarment, għandha tingħata l-opportunità li tapplika għall-protezzjoni internazzjonali: jekk

tapplika, l-Istat Membru tal-ewwel dħul irid jagħti aċċess għall-proċeduri nazzjonali tal-asil, kif mitlub

mil-liġi internazzjonali u dik Ewropea. Jekk ma tapplikax għall-asil, l-Istat Membru tal-ewwel dħul

jista' u għandu jirrifjuta d-dħul. Din ir-responsabbiltà tal-kontroll fuq il-fruntiera tirrifletti wkoll l-

obbligi tal-migranti fil-fruntiera – abbażi ta’ "l-ebda reġistrazzjoni, l-ebda dritt". Ċittadin ta’ pajjiż

terz irid jissodisfa l-kundizzjonijiet għad-dħul stabbiliti fil-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen, inkluż li

jkun fil-pussess ta' dokument validu tal-ivvjaġġar24. L-Istati Membri jridu jieħdu miżuri adegwati

sabiex jiżguraw li dawk li jingħataw aċċess għat-territorju tagħhom, għax kienu qed ifittxu asil, ma

jistgħux jaħarbu qabel ma ssir valutazzjoni u ma tittieħed deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għall-asil.

Għandu jkun ċar li mhix raġuni aċċetabbli li għax persuna tixtieq it-tranżitu minn Stat Membru sabiex

tapplika għall-asil fi Stat Membru ieħor titħalla tidħol. Id-dritt li wieħed ikollu aċċess għal proċedura

ġusta ta' asil – li hi rikonoxxuta taħt il-liġi internazzjonali tar-refuġjati u osservata mill-Istati Membri

tal-UE kif ukoll mill-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent – ma jistax jintuża bħala skuża sabiex jintgħażel il-

pajjiż li fih il-persuna li tfittex l-asil se tippreżenta talba għall-asil.

Madankollu, din hija waħda mit-tendenzi li kkaratterizzat l-kontrolli tal-fruntieri fuq ir-rotta tal-

Balkani tal-Punent f’dawn l-aħħar xhur. Taħt pressjoni migratorja qawwija, bosta pajjiżi, inklużi

Stati Membri, raw lilhom infushom bħala pajjiżi ta’ tranżitu biss, u waqqfu kapaċità ta’ akkoljenza

għal żmien qasir u fuq skala żgħira, u f’xi każijiet ittrasportaw lill-migranti minn fruntiera għall-oħra.

Il-kooperazzjoni bejn il-pajjiżi tar-rotta tal-Balkani tal-Punent għadha mhix biżżejjed. Kien hemm

okkażżjonijiet regolari ta' deċiżjonijiet li ttieħdu b'mod unilaterali f'pajjiż wieħed, li kellhom katina ta'

reazzjonijiet fuq il-fruntieri ta' kull pajjiżi aktar 'il fuq fir-rotta. Ir-riżultat huwa politika de facto ta’

rifjut għal dħul skont in-nazzjonalità jew il-pajjiż li hemm l-intenzjoni li fih tiġi rreġistrata t-talba

għall-asil. Politiki bħal dawn mhumiex soluzzjoni strutturali għall-isfida li qed tiffaċċja l-Unjoni

Ewropea. Għal din ir-raġuni, il-Kummissjoni insistiet dwar l-importanza tar-reġistrazzjoni tal-

migranti, tar-reżiljenza fuq il-fruntieri, u dwar iż-żieda fil-kapaċità ta' akkoljenza.

L-ewwel pass lejn in-normalizzazzjoni tas-sitwazzjoni huwa li tiġi aċċettata l-ħtieġa li huwa meħtieġ li

dawn il-miżuri jiġu kkordinati, sabiex jiġu evitati t-tfarfir tar-responsabbiltà, it-tensjonijiet bejn pajjiżi

ġirien u biex ma jitħalliex għadd kbir ta’ migranti mitluqin tul ir-rotta. Dan għandu jinvolvi t-twissija

bikrija kif ukoll it-trasparenza. Iżda t-tieni pass issa jrid ikun li terġa' tinġieb l-ordni fis-sistema, bid-

dħul biss għal dawk li japplikaw għall-asil permezz tas-sistema nazzjonali tal-asil tal-Istat

Membru responsabbli skont ir-regoli ta’ Dublin. L-għarfien li refuġjati u migranti jkunu diġà

għaddew minn Stat Membru ovvjament fixkel r-rieda tal-Istati Membri sabiex iwettqu dawn ir-

responsabbiltajiet: iżda l-objettiv irid ikun li din in-norma terġa' tiġi kif kienet.

L-aħħar tendenza tul il-pajjiżi fir-rotta tal-Balkani tal-Punent, hija madanakollu ċara: issikkar gradwali

tal-kontrolli fuq il-fruntieri, li jistgħu jwasslu għall-għeluq tagħhom jekk il-fluss tal-migranti ma

jonqosx. Għaldaqstant huwa meħtieġ li l-impenji li ttieħdu fil-Laqgħa tal-Mexxejja tal-Balkani tal-

Punent jitwettqu malajr u li jiġi żgurat li d-deċiżjonijiet li jittieħdu fil-pajjiżi jkunu kompletament

ikkoordinati u, fejn rilevanti, fil-qafas tal-liġi tal-Unjoni.

24 Dan japplika kemm għall-fruntiera esterna kif ukoll għall-fruntieri interni, fejn il-kontrolli fuq il-fruntieri

ddaħħlu mill-ġdid. Stat Membru jista’ wkoll jawtorizza d-dħul anki jekk il-kundizzjonijiet tad-dħul ma

jintlaħqux, abbażi ta' raġunijiet umanitarji, filwaqt li jiġu infurmati l-Istati Membri l-oħra.

Page 14: LILL -KUNSILL dwar is -Sitwazzjoni Attwali rigward l ... · 2 Komunikazzjoni dwar is-Sitwazzjoni Attwali rigward l-Implimentazzjoni tal-Azzjonijiet Prijoritarji fl-Aġenda Ewropea

14

F’dan il-kuntest, il-Greċja hija mistennija, b'sostenn miżjud mill-FRONTEX, li teżerċita kontroll sħiħ

fuq il-fruntieri tagħha mal-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja. Wara talba mill-Greċja kien

hemm bidu, permezz ta’ intervent limitat mill-Frontex. Dan l-intervent issa għandu jiġi intensifikat u

użat sal-potenzjal massimu tiegħu b’mod partikolari billi tiżdied il-firxa ta’ kompiti li jistgħu jitwettqu

minn uffiċjali ssekondati. Filwaqt li mhuwiex possibbli li tintuża operazzjoni konġunta tal-Frontex

direttament fuq it-territorju tal-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, bħalissa qed jitħejjew modi

alternattivi ta' għajnuna. Kull azzjoni komplimentari li tittieħed fuq in-naħa ta' fuq ta' din il-fruntiera

għandha titwettaq skont il-qafas tal-UE.

Il-ħila tal-Unjoni li żżomm fis-seħħ żona mingħajr kontrolli fil-fruntieri interni hija dipendenti fuq l-

eżistenza ta’ fruntieri esterni sikuri. Is-sistema ta’ Schengen fiha ammont kbir ta’ flessibbiltà li

tippermetti lill-Istati Membri biex jirreaġixxu għaċ-ċirkustanzi li qed jevolvu. Ir-regoli jipprevedu

rispons għal sitwazzjonijiet speċifiċi bir-riintroduzzjoni temporanja ta’ kontrolli fuq il-fruntieri

fil-fruntieri interni kollha ta' Stat Membru jew f'partijiet speċifiċi, minħabba xi theddida serja għas-

sigurtà interna jew għall-ordni pubbliku. Iż-żieda kontinwa fl-għadd ta’ migranti u refuġjati li qed

jaslu wasslet biex l-Istati Membri jieħdu miżuri eċċezzjonali tal-aħħar, bħal bini ta’ reċinti u r-

riintroduzzjoni temporanja tal-kontrolli fuq il-fruntieri interni25. Il-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen

jistipula limiti ta’ żmien għar-riintroduzzjoni tal-kontrolli fuq il-fruntiera, f'konformità man-natura

eċċezzjonali tagħhom, u l-estensjoni hija possibbli biss taħt kundizzjonijiet strettament definiti.

Għandhom jitneħħew wara t-total ta’ tmien xhur, dment li l-Kunsill ma jirrakkomandax li l-kontrolli

fuq il-fruntieri jiġu estiż għal aktar minn hekk minħabba li nuqqasijiet serji relatati mal-kontrolli fuq

il-fruntieri esterni, identifikati permezz ta’ rapport ta’ evalwazzjoni ta’ Schengen, għadhom hemm u

ma ġewx solvuti, u meta l-funzjonament ġenerali taż-żona ta' Schengen ikun tqiegħed f’riskju u hemm

theddida serja għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna.

Bħala parti mill-evalwazzjoni ta’ rutina tal-ġestjoni tal-fruntieri esterni, saret żjara ta’ evalwazzjoni ta’

Schengen mhux mistennija, fil-fruntieri esterni tal-Greċja f’Novembru 2015. Żewġ timijiet magħmula

minn esperti tal-Istati Membri u tal-Kummissjon evalwaw il-fruntieri tal-baħar Griegi (żewġ gżejjer

fil-Baħar Eġew) u l-fruntiera fuq l-art mat-Turkija. Wara li l-awtoritajiet Griegi ngħataw l-opportunità

li jikkummentaw dwar il-fatti tar-rapport, l-Istati Membri fil-Kumitat ta’ Evalwazzjoni ta’ Schengen

kellhom opinjoni pożittiva dwar ir-rapport. Fit-2 ta’ Frar, il-Kummissjoni kkonkludiet li n-nuqqasijiet

identifikati jikkostitwixxu nuqqasijiet serji. Il-Kunsill issa qed iqis rakkomandazzjonijiet bħala

rimedju għal dawn in-nuqqasijiet serji. Il-Kummissjoni tinsab lesta li tieħu l-miżuri ta’

implimentazzjoni xierqa ladarba l-Kunsill ikun iddeċieda dwar dan.

L-ispejjeż għat-twaqqif mill-ġdid tal-kontrolli fuq il-fruntieri interni

L-istabbilizzazzjoni tas-sistema ta’ Schengen permezz tal-użu tal-mekkaniżmi ta’ salvagwardja tagħha

hija essenzjali sabiex jiġi żgurat li eventwalment jitneħħew il-kontrolli fuq il-fruntieri interni kollha.

Jekk dan ma jseħħx, mhux biss jiċċaħħdu n-nies mill-benefiċċji enormi tal-moviment ħieles bejn il-

fruntieri, iżda hemm ir-riskju li ċ-ċittadini u n-negozji jiffaċċjaw spejjeż ekonomiċi kbar, u dan

jhedded lis-Suq Uniku26. Jekk il-kontrolli fuq il-fruntieri jiġu riintrodotti b'mod aktar sistematiku u

b'saħħtu, l-ispejjeż diretti b’mod partikolari għall-ħaddiema transkonfinali, għat-trasportaturi tal-

merkanzija bit-triq u għall-amministrazzjoni pubblika jistgħu jkunu verament sinifikanti. L-iskambju

ħieles ta’ oġġetti fi ħdan l-UE bħalissa jammonta għal aktar minn EUR 2,800 biljun bħala valur u għal

25 Ir-riintroduzzjoni tal-kontrolli fuq l-fruntieri mill-Ungerija u s-Slovenja, fil-fruntieri interni ntemmet. Franza

u Malta wkoll għamlu talba għal kontroll fuq il-fruntieri interni, għal raġunijiet mhux relatati mal-kriżi

migratorja. 26 Skont France Stratégie, il-kummerċ bejn il-pajjiżi fiż-żona Schengen jista' jonqos b’mill-inqas 10 % bir-

riintroduzzjoni permanenti tal-kontrolli fuq il-fruntieri interni.

Page 15: LILL -KUNSILL dwar is -Sitwazzjoni Attwali rigward l ... · 2 Komunikazzjoni dwar is-Sitwazzjoni Attwali rigward l-Implimentazzjoni tal-Azzjonijiet Prijoritarji fl-Aġenda Ewropea

15

1,700 miljun tunnellata bħala volum. L-istimi jissuġġerixxu li r-riintroduzzjoni tal-kontrolli fuq il-

fruntieri interni fuq bażi sistematika u fit-tul tista’ tiswa bejn EUR 5 biljun u sa EUR 18-il biljun fi

spejjeż diretti kumplessivi waħidhom27. L-impatt imur ferm lil hinn mis-settur tat-trasport, u jaffettwa

l-volum u l-ispejjeż għall-kummerċ tal-merkanzija kif ukoll l-effiċjenza tas-settur tal-loġistika

Ewropew, b’x'aktarx żieda fil-prezzijiet. Dan iġib ukoll restrizzjonijiet ġodda fuq is-suq tax-xogħol –

1 % taċ-ċittadini impjegati li jgħixu fil-pajjiżi Schengen jaħdmu fuq in-naħa l-oħra tal-fruntiera, u

jkunu affettwati mill-kontrolli li jerġgħu jiddaħħlu28.

Jekk il-kontrolli tal-fruntiera huma assoċjati mal-frammentazzjoni tal-politika komuni dwar il-viżi tal-

UE, simulazzjonijiet juru impatt potenzjali kbir għall-industrija tat-turiżmu (bejn EUR 10 u EUR 20

biljun, jew 0,07 %-0,14 % tal-PDG tal-UE). Jekk jinbeda proċess li jpoġġi f'riskju l-profondità tal-

integrazzjoni ekonomika, inkluż il-funzjonament xieraq tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja, l-ispejjeż

indiretti fuq terminu medju jistgħu jkunu bil-wisq ogħla mill-istimi diretti, peress li l-impatt fuq il-

kummerċ intrakomunitarju, l-investiment u l-mobilità jkunu bla preċedent.

Soluzzjoni sostenibbli għall-fruntiera esterna

F’Diċembru 2015, il-Kummissjoni adottat pakkett dwar il-fruntieri, imfassal sabiex jgħin fil-ġestjoni

tal-migrazzjoni b’mod aħjar u biex jindirizza t-theddida għas-sigurtà fl-UE, filwaqt li jiġi

ssalvagwardjat il-prinċipju tal-moviment ħieles fiż-żona Schengen. Fil-qalba ta’ dan il-pakkett hemm

il-proposta tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Diċembru 2015 dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u

tal-Kosta29. Il-proposta hija li tiġi stabbilita sistema komuni li żżid b’mod sostanzjali l-effettività tal-

kontrolli fil-fruntieri esterni, tidentifika n-nuqqasijiet ferm aktar malajr, u tiddefkinixxi miżuri ċari u

operattivi sabiex tindirizzahom30. Kemm jista’ jkun malajr, il-Frontex għandha tinbidel f'Aġenzija

Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta b’kompiti u r-responsabbiltajiet ġodda, u bir-riżorsi

proprji, li jippermettulha tintervjeni b’mod operattiv fil-fruntieri esterni meta tkun meħtieġa azzjoni

urġenti. Apparti l-irduppjar tal-persunal tal-Frontex ta' bħalissa, l-Aġenzija tkun tista’ tirrikorri għal

grupp ta’ riżerva ta’ mill-inqas 1,500 espert nazzjonali li jkunu jistgħu jintbagħtu fi żmien tlett ijiem.

Dan jirrimedja l-problema attwali ffaċċjata mill-Frontex meta s-sejħa għall-aġenti tal-fruntiera

nazzjonali ma tintlaħaqx mill-Istati Membri. Il-proposta twieġeb għal ħtieġa urġenti u l-fruntieri tal-

UE se jkomplu jkunu vulnerabbli qabel ma din tkun fis-seħħ. Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew

ta’ Diċembru 2015 stiednu lill-Kunsill biex sa Ġunju jieħu l-pożizzjoni tiegħu. Il-Kummissjoni

tappoġġja t-talbiet ta’ dawk il-mexxejja li jridu jħaffu t-twaqqif ta’ Gwardja Ewropea tal-

Fruntiera u tal-Kosta ġdida u li jridu jħaddmuha matul is-sajf.

Il-Kummissjoni għamlet ukoll proposta għal emenda mmirata għall-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen

sabiex jitwettqu kontrolli sistematiċi obbligatorji fuq ċittadini tal-UE fil-fruntieri esterni abbażi ta'

27 L-aktar xenarju probabbli jkun ifisser EUR 7,1 biljun fi spejjeż żejda, bil-burdnara jkunu responsabbli għal

EUR3,4 biljun fis-sena (meta d-dewmien medju fuq il-fruntiera jkun ta’ siegħa) u aktar minn EUR 6,7 biljun

fis-sena (meta d-dewmien medju huwa ta’ sagħtejn), u jiġu affettwati mill-inqas 57 miljun operazzjoni

internazzjonali ta’ trasport bit-triq. Għall-passiġġieri, it-trasport fuq l-art l-aktar li jintlaqat minħabba aktar

ħin tal-ivvjaġġar, dewmien u konġestjoni (EUR 2,6 biljun fis-sena), u l-proċeduri addizzjonali għall-kontroll

tad-dokument jkunu jiswew lill-baġits tal-Istati Membri madwar EUR1,1 biljun fis-sena. 28 Is-sehem ta’ vjaġġaturi bejn il-fruntieri huwa partikolarment għoli fis-Slovakkja (5,7 %), fl-Estonja (3,5 %),

fl-Ungerija (2,4 %) u fil-Belġju (2,3 %). 29 Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-

Kosta u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2007/2004, ir-Regolament (KE) Nru 863/2007 u d-Deċiżjoni tal-

Kunsill 2005/267/KE, COM(2015) 671 final tal-15 ta' Diċembru 2015. 30 Il-proposta se tiġi kkumplimentata wkoll bi proposta għall-fruntieri intelliġenti, sabiex jitjiebu l-effiċjenza, l-

effikaċja u s-sigurtà tal-fruntieri esterni tal-UE bl-użu ta' teknoloġiji li jappoġġaw il-ġestjoni ta’ Schengen.

Page 16: LILL -KUNSILL dwar is -Sitwazzjoni Attwali rigward l ... · 2 Komunikazzjoni dwar is-Sitwazzjoni Attwali rigward l-Implimentazzjoni tal-Azzjonijiet Prijoritarji fl-Aġenda Ewropea

16

bażijiet tad-dejta rilevanti31. Dawn ikunu kontribut importanti għas-sigurtà, speċifikament fil-kuntest

tal-ġellieda terroristi barranin. Kontrolli sistematiċi fuq ċittadini ta’ pajjiżi terzi abbażi ta' bażijiet tad-

dejta rilevanti se jibqgħu obbligatorji mad-dħul u l-ħruġ.

Il-passi essenzjali li jmiss:

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jaqblu, mhux iktar tard minn Ġunju, jekk mhux

qabel, dwar it-twaqqif ta’ Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta, sabiex tkun tista' ssir

operattiva matul is-sajf;

Il-pajjiżi kollha tal-Balkani tal-Punent ma għandhomx jibqgħu fit-twissijiet bikrija dwar bidliet

fir-regoli u l-proċeduri tal-fruntieri, u jmorru lura għall-applikazzjoni sħiħa tal-liġi tal-UE u

internazzjonali.

Il-Greċja għandha tindirizza malajr in-nuqqasijiet serji identifikati permezz tal-proċeduri ta’

salvagwardja ta’ Schengen, inkluż il-kontroll sħiħ tal-fruntiera tagħha mal-Eks-Repubblika

Jugoslava tal-Maċedonja;

Kull assistenza kumplimentari għall-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja għandha tittieħdu

skont il-qafas tal-UE.

III.4 Appoġġ għall-ħtiġijiet bażiċi tal-migranti u tar-refuġjati

L-urġenza umanitarja u d-drittijiet fundamentali huma prinċipji li jiggwidaw l-approċċ tal-UE fir-

rigward tar-refuġjati u l-migranti. Dawn huma l-motivaturi ta' bosta azzjonijiet speċifiċi fis-seħħ: it-

tiftix u salvataġġ fil-Mediterran u fil-Baħar Eġew, il-ħidma ma’ dawk li qed jiffaċċjaw influss enormi

ta’ refuġjati sabiex itejbu kwistjonijiet bħall-kapaċità tal-akkoljenza, u miżuri sabiex l-Istati Membri

jiġu assistiti biex jgħinu lil dawk fil-bżonn u biex jappoġġjaw l-integrazzjoni.

Hemm żewġ aspetti ewlenin li għandhom jiġu rrispettati dwar kif l-UE u l-Istati Membri tagħha

jittrattaw lill-migranti u lir-refuġjati. L-ewwel jirigwarda l-aċċess għas-sistema tal-asil u l-opportunità

li tintalab il-protezzjoni internazzjonali — din għandha tkun rapida, effettiva u toffri l-opportunità għal

kull każ li għandu jiġi eżaminat fuq il-merti tiegħu, inklużi proċeduri ta’ appell xierqa. Id-dritt ta' non-

refoulement32 irid jiġi dejjem protett. It-tieni jirrigwarda l-kundizzjonijiet li l-migranti u r-refuġjati

kollha għandhom jingħataw. L-istandards bażiċi jridu jirrispettaw id-drittijiet tal-bniedem u d-dinjità

ta’ kulħadd.

L-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni tpoġġi enfasi partikolari fuq il-bżonn li jiġu protetti t-tfal u li

jiġi segwit il-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-Vjaġġaturi Minorenni mhux Akkumpanjati (2010-2014)33.

Bħalissa qed isseħħ din il-ħidma, bl-użu ta' approċċ komprensiv għall-protezzjoni tat-tfal tul il-katina

tal-migrazzjoni. L-għoti ta' prijorità għal dawk vulnerabbli u b’mod partikolari għall-vjaġġaturi

minorenni mhux akkumpanjati qed jiġi integrat fil-proċess ta’ rilokazzjoni. Il-protezzjoni tat-tfal u s-

salvagwardja tagħhom huma ppjanati li jiġu integrati kompletament fil-hotspots. Is-sitwazzjoni attwali

dwar il-ħidma li għaddejja bħalissa fuq medda qasira ta’ żmien tinsab fl-Anness 6.

31 Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament Nru 562/2006 (KE)

dwar it-tisħiħ tal-kontrolli fil-fruntieri esterni abbażi ta' bażijiet tad-dejta rilevanti COM(2015) 670 final tal-

15 ta' Diċembru 2015. 32 Dan il-prinċipju stabbilit fil-liġi tal-UE u dik internazzjonali jipprojbixxi l-espulsjoni jew ir-ritorn ta’ refuġjat

lejn il-fruntieri ta’ territorji fejn ħajtu jew il-libertà tiegħu jkunu mhedda minħabba r-razza tiegħu, ir-reliġjon,

in-nazzjonalità, is-sħubija fi grupp soċjali partikolari jew l-opinjoni politika tiegħu. 33 Pjan ta’ azzjoni dwar il-Vjaġġaturi Minorenni mhux Akkumpanjati 2010 – 2014, COM(2010) 213 final tas-6

ta’ Mejju 2010.

Page 17: LILL -KUNSILL dwar is -Sitwazzjoni Attwali rigward l ... · 2 Komunikazzjoni dwar is-Sitwazzjoni Attwali rigward l-Implimentazzjoni tal-Azzjonijiet Prijoritarji fl-Aġenda Ewropea

17

Hemm ukoll evidenza qawwija li l-kriżi tal-migrazzjoni ġiet sfruttata min-netwerks kriminali involuti

fit-traffikar tal-bnedmin li jkollhom fil-mira lill-persuni l-aktar vulnerabbli, b’mod partikolari n-nisa

u t-tfal. Ir-riċerka tissuġġerixxi li l-faċilitajiet ta’ akkoljentza f’xi Stati Membri kienu fil-mira,

b’każijiet fejn sa 60 % tal-vjaġġaturi minorenni mhux akkumpanjati għebu, b’riskju serju li jaqgħu

vittmi ta' netwerks tat-traffikar. L-Europol tindika li hemm konverġenza qawwija bejn dawk li

jittraffikaw ir-refuġjati fuq il-fruntieri u gruppi kriminali li jonsbu persuni sabiex jisfruttawhom fil-

kummerċ tas-sess jew fix-xogħol furzat. Għalhekk huwa essenzjali li mill-ewwel stadju fil-hotspots, il-

vittmi reali jew potenzjali tat-traffikar tal-persuni jiġu identifikati, jsiru konxji mid-drittijiet tagħhom,

u titwettaq il-kooperazzjoni meħtieġa mal-awtoritajiet tal-pulizija u dawk ġudizzjarji sabiex jiġi żgurat

li t-traffikanti jiġu identifikati u jinfetħu kontrihom proċedimenti legali.

Hekk kif il-kontrolli tal-fruntieri jsiru aktar stretti, li hija t-tendenza attwali fir-rotta tal-Balkani tal-

Punent, l-UE għandha tkun lesta li żżid l-assistenza umanitarja tul ir-rotta kollha fi żmien qasir. Dan

jimponi li l-UE żżid il-kapaċità tagħha biex tipprovdi esternament għajnuna umanitarja u biex twaqqaf

internament kapaċità, sabiex tappoġġa lil pajjiżi li qed jiffaċċaw għadd kbir ta’ refuġjati u migranti.

Il-passi essenzjali li jmiss:

L-Istati Membri għandhom jiddedikaw attenzjoni partikolari għall-ħtiġijiet ta’ vjaġġaturi

minorenni mhux akkumpanjati meta jimplimentaw l-approċċ tal-hotspots u meta jwettqu

rilokazzjoni;

Jżidu l-kapaċità tal-UE għall-għoti ta' assistenza umanitarja lil pajjiżi terzi, u jwaqqfu kapaċità

għall-għoti ta' assistenza umanitarja fl-UE, sabiex jiġu appoġġati l-pajjiżi li qed jaffaċċjaw

għadd kbir ta’ refuġjati u migranti;

Il-Kummissjoni se timmira finanzjament sabiex jissaħħaħ ir-rispons protettiv fir-rigward tat-tfal

f'migrazjoni, inklużi l-edukazzjoni u l-programmi ta’ protezzjoni għat-tfal kemm ġewwa kif ukoll

barra l-UE.

III.5 It-twettiq tar-ritron u tal-ħidma ta' riammissjoni

Ir-ritorn ta’ migranti irregolari b'mod sistemantiku u rapidu huwa parti indispensabbli biex il-

migrazzjoni tiġi ġestita b'suċċess, u deterrent b’saħħtu kontra l-migrazzjoni irregolari. L-UE hija

impenjata b’mod sħiħ biex tipproteġi lil dawk il-persuni li qegħdin jaħarbu mill-vjolenza u l-kunflitt.

Iżda migranti li ma jeħtiġux protezzjoni jridu jintbagħtu lura effikaċement lejn il-pajjiż ta’ oriġini

tagħhom jew lejn il-pajjiżi ta’ tranżitu b’rispett sħiħ għad-drittijiet tal-bniedem u għad-dinjità. Sistema

ta’ ritorn effikaċi hija wkoll kruċjali sabiex ir-riżorsi jkunu jistgħu jiġu ffukati fuq l-akkomodazzjoni

ta' persuni li jeħtieġu l-protezzjoni. Għal dan hemm bżonn ta' azzjoni kemm ġewwa l-UE kif ukoll ma’

pajjiżi terzi. Madankollu, is-sistemi nazzjonali ta’ ritorn qed jiffaċċjaw ħafna problemi prattiċi: nuqqas

ta’ dokumenti ta’ vvjaġġar, nuqqas ta’ kapaċitjiet ta’ detenzjoni fl-Istati Membri, proċeduri nazzjonali

twal u ineffiċjenti li jistgħu biss jiffaċilitaw il-ħrib, u pajjiżi tal-oriġini li jostakolaw id-dħul mill-ġdid.

Ir-rati tar-ritorn imwettqa fl-2014 huma baxxi – jilħqu s-16 % f’ċerti każijiet għall-pajjiżi Afrikani, u r-

rata medja tal-UE ta’ 40 % fiha nnifisha hija wisq baxxa.

It-titjib tas-sistema ta’ ritorn

Minħabba n-numru dejjem jiżdied ta’ migranti li kien hemm fl-2015 u li huwa mistenni fl-2016, il-

kapaċità ta’ ritorn tal-UE jeħtieġ li tissaħħaħ u titjieb. Sistema ta’ ritorn effikaċi hija kruċjali għas-

sostenibbiltà tal-politiki ta’ migrazzjoni Ewropej: jekk l-Ewropa trid takkomoda l-persuni li jeħtieġu l-

Page 18: LILL -KUNSILL dwar is -Sitwazzjoni Attwali rigward l ... · 2 Komunikazzjoni dwar is-Sitwazzjoni Attwali rigward l-Implimentazzjoni tal-Azzjonijiet Prijoritarji fl-Aġenda Ewropea

18

protezzjoni, hija trid tibgħat lura bla dewmien lil dawk kollha li ma jkollhom l-ebda dritt legali li

jibqgħu. Sa issa l-Istati Membri għad ma kellhomx kompletament suċċess fit-twaqqif ta’ sistemi

nazzjonali li jkunu kapaċi jilħqu din l-isfida, u l-kredibilità tas-sistema tal-UE ta' ritorn kollettiv ġralha

l-ħsara bħala riżultat. Il-Pjan ta’ Azzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-ritorn34 joffri triq għal sistema ta’

ritorn nazzjonali u Ewropea b'saħħitha.

Għal dan hemm bżonn ta' azzjoni kemm ġewwa l-UE kif ukoll ma’ pajjiżi terzi. Fl-UE jeħtieġ li l-

Istati Membri japplikaw b’mod sħiħ u korrett id-Direttiva dwar ir-Ritorn, kif ukoll jaħdmu mal-

Kummissjoni sabiex jidentifikaw u jindirizzaw l-ostakli legali u prattiċi għal ritorn effikaċi – mill-ħruġ

ta’ deċiżjonijiet ta’ ritorn sa li jiġi żgurat li dawk li jintbagħtu lura ma jaħarbux il-proċess, filwaqt li

jitħarsu d-drittijiet bażiċi tal-bniedem u l-bżonn ta’ protezzjoni ta’ kulħadd. Il-Kummissjoni,

f’Diċembru, għamlet proposta għal Fond Ewropew għal dokument Ewropew ġdid tal-ivvjaġġar

għar-ritorn35. Ir-ritorn volontarju jibqa’ l-għażla ppreferuta – billi huwa l-aktar wieħed dinjituż u l-

aktar kosteffikaċi – u qed jiġi appoġġat permezz tal-baġit tal-UE kif ukoll bil-programmi konġunti u

bl-iskambju tal-aħjar prattiki. Madankollu, il-migranti ta’ sikwit jaċċettaw biss ir-ritorn volontarju jekk

ikun hemm il-prospettiva serja u kredibbli li se jiġu rritornati b'mod involontarju. L-Istati Membri

għalhekk jeħtieġ li jassiguraw li din il-prospettiva tkun reali.

L-approċċ tal-Kummissjoni kien appoġġat b’appoġġ prattiku u finanzjarju. Qed twaqqaf sistema ta’

ġestjoni li tintegra r-ritorn, li tgħaqqad flimkien lill-Istati Membri kollha u lin-netwerks tal-UE

inkarigati mir-ritorn u mir-riintegrazzjoni. Il-Frontex ikkoordinat 66 titjira konġunta ta’ ritorn u t-total

ta’ 3,565 migrant intbagħtu lura f’dawn l-operazzjonijiet konġunti fl-201536. Il-baġit tal-Frontex għar-

ritorn żdied b’mod sinifikanti għal 2016 – Operazzjonijiet ta’ Ritorn Konġunti se jiġu appoġġati minn

baġit ta’ EUR 65 miljun, meta mqabblin ma’ madwar l-EUR 10 miljun ta' qabel. Ir-riżultat se jidher

fil-ġimgħat li ġejjin f’operazzjonijiet speċifiċi li jappoġġjaw ir-ritorn ta’ migranti irregolari mill-Greċja

u l-Italja.

Kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi dwar ir-ritorn u r-riammissjoni

Ir-ritorn ta’ migranti irregolari li ma għandhomx bżonn ta’ protezzjoni internazzjonali huwa

komponent ewlieni fil-politika tal-UE dwar il-migrazzjoni. Pajjiżi terzi għandhom obbligi ta’

riammissjoni dwar iċ-ċittadini tagħhom. Iżda d-diffikultajiet persistenti fit-twettiq ta’ dan u minħabba

t-tendenzi tal-migrazzjoni irregolari fl-2015, ir-ritorn u r-riammissjoni issa saru waħda mill-

prijoritajiet ewlenin fir-relazzjonijiet tal-UE mal-pajjiżi terzi ta’ oriġini u/jew ta’ tranżitu37. Il-

Kummissjoni u l-Istati Membri qed jesploraw inċentivi, kemm pożittivi kif ukoll negattivi, li jistgħu

jintużaw sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni effettiva tal-ftehimiet ta’ riammissjoni eżistenti jew biex

jiġu konklużi oħrajn ġodda. Dan hu konformi mat-talba tal-Kunsill Ewropew ta’ Ottubru 2015 sabiex

jiġu definiti pakketti komprensivi u mfassla apposta sabiex tiġi enfasizzata, lis-sħab, l-importanza

tal-kooperazzjoni dwar ir-riammissjoni fir-relazzjonijiet b'mod ġenerali. Dawn il-pakketti ta' inċentivi

u li jagħmlu pressjoni, inkluż l-użu ta’ preferenzi kummerċjali, għandhom jiġu applikati b’manjiera

kkoordinata mill-UE u mill-Istati Membri tagħha. Dawn ġew ippreżentati flimkien bil-ħsieb li l-

Kunsill Ewropew ta’ Marzu jkollu rapport dwar l-ewwel riżultati.

34 Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill: Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar ir-

ritorn, COM(2015) 453 final tad-9 ta' Settembru 2015. 35 Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq dokument tal-ivvjaġġar Ewropew għar-

ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment, COM(2015) 668 final tal-15 ta'

Diċembru 2015. 36 Dan ma jiħux kont tal-operazzjonijiet ta’ ritorn nazzjonali li jitwettqu mingħajr l-għajnuna tal-Frontex. 37 F’dan ir-rigward, se tingħata attenzjoni partikolari għall-pajjiżi ta’ oriġini ewlenin u għat-tranżitu tal-

migrazjoni irregolari lejn l-UE bħall-Afganistan, l-Alġerija, il-Bangladesh, l-Etjopja, il-Ghana, il-Kosta tal-

Avorju, il-Mali, il-Marokk, in-Niġer, in-Niġerja, il-Pakistan, is-Senegal, is-Somalja, is-Sudan u t-Tuneżija.

Page 19: LILL -KUNSILL dwar is -Sitwazzjoni Attwali rigward l ... · 2 Komunikazzjoni dwar is-Sitwazzjoni Attwali rigward l-Implimentazzjoni tal-Azzjonijiet Prijoritarji fl-Aġenda Ewropea

19

Qed tingħata attenzjoni partikolari sabiex titjieb il-kooperazzjoni dwar ir-ritorn u r-riammissjoni ma’

sħab speċifiċi. Qed issir enfasi fuq pajjiżi terzi bi proporzjon baxx ta’ ritorn u fejn in-negozjati għall-

konklużjoini ta' ftehim ta’ riammissjoni mhux qed javvanzaw, bħall-Alġerija u l-Marokk, jew fejn

ftehim ta’ riammissjoni li diġà ġie konkluz mhux qed jiġi implimentat kif suppost, bħall-Pakistan. Fil-

każ tal-Pakistan, minkejja l-kuntatti ta’ livell għoli u l-isforzi tal-UE matul l-2015, l-implimentazzjoni

ta’ ftehim ta' riammissjoni eżistenti sabet ma' wiċċha ostaklu wara l-ieħor. Barra minn hekk, qed

tingħata attenzjoni speċjali lill-pajjiżi li minnhom żdied b’mod sinifikanti d-dħul irregolari, bħalma

huma l-Afganistan, il-Bangladesh: aktar minn 200,000 Afgan daħlu fl-UE mill-Greċja fl-2015,

filwaqt li n-numru ta’ Bangladeshi li jidħlu illegalment ittriplika mill-2014 għall-2015.

Fl-Afrika, wara l-Pjan ta’ Azzjoni tal-Belt Valletta, il-Kummissjoni qed taħdem mill-qrib ma’ pajjiżi

tal-Afrika sub-Saħarjana sabiex dawn il-pajjiżi tal-oriġini jkunu jistgħu jimplimentaw l-obbligu

legali skont il-Ftehim ta’ Cotonou ħalli jieħdu lura ċ-ċittadini tagħhom. Ir-rati effettivi ta’ ritorn illum

il-ġurnata huma baxxi – f'ċerti każijiet jilħqu s-16 %, bil-wisq anqas mill-medja tal-UE ta’ 40 %, li

fiha nnifisha hija wisq baxxa. Il-passi sabiex titjieb din is-sitwazzjoni jfittxu li jidentifikaw il-modi

prattiċi sabiex dawn jiġu megħjuna jimplimentaw l-impenji tagħhom dwar ir-riammissjoni

Pajjiżi Terzi Sikuri

Id-Direttiva dwar il-Proċeduri tal-Asil tagħti lill-Istati Membri l-possibbiltà li ma janalizzawx il-mertu

ta’ talba għall-asil meta, minħabba li jkun hemm biżżejjed rabta ma’ "pajjiż terz sikur", l-applikant

jista’ minflok ifittex protezzjoni hemmhekk. Meta l-kundizzjonijiet jiġu ssodisfati, din id-dispożizzjoni

tippermetti lill-Istati Membri li jagħlqu l-proċedura tal-asil u li jibagħtu lura lill-applikant għal asil lejn

il-pajjiż terz sikur inkwistjoni. Madankollu f’dan l-istadju, mhux l-Istati Membri kollha jipprevedu l-

applikazzjoni ta’ din il-possibbiltà fil-liġijiet nazzjonali tagħhom, jew jagħmlu dan b'kundizzjonijiet

restrittivi38. L-Istati Membri kollha huma mħeġġa għalhekk sabiex jipprevedu fil-leġiżlazzjoni

nazzjonali tagħhom il-kunċett ta’ pajjiżi terzi sikuri, u sabiex japplikawh meta jintlaħqu l-

kundizzjonijiet.

F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni tenfasizza li l-kunċett ta’ pajjiż terz sikur kif definit fid-

Direttiva dwar il-Proċeduri tal-Asil39

jitlob li jkun hemm il-possibbiltà li tiġi riċevuta

protezzjoni skont il-Konvenzjoni ta’ Ġinevra, iżda ma jesiġix li pajjiż terz sikur ikun rratifika

din il-Konvenzjoni mingħajr riservi ġeografiċi. Barra minn hekk, rigward il-kwistjoni dwar jekk

hemmx konnessjoni mal-pajjiż terz inkwistjoni, u jekk huwiex għaldaqstant raġonevoli għall-applikant

li jmur f’dak il-pajjiż, jista’ wkoll jitqies jekk l-applikant ittranżitax mill-pajjiż terz sikur inkwistjoni,

jew jekk il-pajjiż terz huwiex ġeografikament qrib il-pajjiż tal-oriġini tal-applikant.

Il-passi essenzjali li jmiss:

F’kooperazzjoni mal-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jindirizzaw malajr l-ostakli u l-

intoppi amministrattivi sabiex il-proċeduri tar-ritorn ikunu jitwettqu b’mod sistematiku u rapidu.

Bil-parteċipazzjoni sħiħa tal-Istati Membri li jibnu fuq ir-relazzjonijiet bilaterali tagħhom stess, l-

impenn għandu jiġi intensifikat ma’ pajjiżi ta’ prijorità sabiex idaħħlu fis-seħħ pakketti ta’

inċentivi u biex jagħmlu pressjoni sabiex ir-rati ta’ riammissjoni jitjiebu.

L-Istati Membri kollha għandhom jipprevedu fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom il-kunċett ta’

pajjiżi terzi sikuri, u sabiex japplikawh meta jintlaħqu l-kundizzjonijiet.

38 F’konferenza stampa fil-5 ta’ Frar 2016, il-Ministru Grieg tal-Intern is-Sur Kouroumplis iddikjarat li l-Greċja

tikkunsidra lit-Turkija bħala "pajjiż terz ta’ passaġġ sikur". 39 L-Artikolu 38(1)(e) tad-Direttiva 2013/32/UE dwar il-Proċeduri tal-Asil.

Page 20: LILL -KUNSILL dwar is -Sitwazzjoni Attwali rigward l ... · 2 Komunikazzjoni dwar is-Sitwazzjoni Attwali rigward l-Implimentazzjoni tal-Azzjonijiet Prijoritarji fl-Aġenda Ewropea

20

III.6 It-twettiq tal-Pjan ta' Azzjoni Konġunt bejn l-UE u t-Turkija

It-twettiq tal-Pjan ta’ Azzjoni Konġunt bejn l-UE u t-Turkija se jkun essenzjali sabiex jitwaqqaf l-

influss ta’ migranti irregolari fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin, filwaqt li tajjeb li jiġi kkunsidrat li l-

volumi ta’ wasliet irregolari baqgħu eċċezzjonalment għoljin matul ix-xitwa minkejja l-kundizzjonijiet

tat-temp. Immedjatament wara l-attivazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni Konġunta, it-Turkija ħadet passi

importanti għall-implimentazzjoni tiegħu. Miżuri sabiex is-suq tax-xogħol Tork jinfetaħ għas-Sirjani

taħt protezzjoni temporanja għandu jagħmilha aktar faċli għar-refuġjati sabiex isibu impjieg b'mod

legali. Passi oħra li għaddejjin bħalissa huma mfasslin sabiex jitneħħew l-ostakli għal kooperazzjoni

mal-UE, jiġi miġġieled id-dħul klandestin tal-persuni u l-migrazzjoni irregolari, kif ukoll tintuża l-

informazzjoni sabiex ir-refuġjati jiġu persważi milli jwettqu vjaġġi perikolużi lejn l-Ewropa. It-Turkija

rrappurtat żieda fis-sehem tagħha ta’ migranti illegali u traffikanti, fl-2015 arrestat 3,700 traffikant,

għalkemm il-kooperazzjoni għall-infurzar tal-liġi u l-kooperazzjoni ġudizzjarja għandha bżonn

tissaħħaħ.

Saru kuntatti intensivi mal-awtoritajiet Torok sabiex jiġi żgurat li miżuri konkreti taħt il-Faċilità

għar-refuġjati fit-Turkija, li tiswa mat-EUR 3 biljun, jibdew jiffinanzjaw proġetti mill-aktar fis

possibbli. F’kooperazzjoni mal-awtoritajiet Torok, il-Kummissjoni fi tmiem l-2015 nediet valutazzjoni

tal-ħtiġijiet għas-Sirjani taħt protezzjoni temporanja fit-Turkija. L-ewwel ħarsa ġenerali lejn il-

valutazzjoni tal-ħtiġijiet hi mistennija sa nofs Frar, sabiex jiġu identifikati proġetti li għandhom jiġu

ffinanzjati permezz tal-Faċilità. L-oqsma ta’ prijorità huma l-għajnuna umanitarja lir-refuġjati, l-

appoġġ soċjoekonomiku, l-integrazzjoni fis-suq tax-xogħol, il-kura tas-saħħa u l-inklużjoni soċjali, l-

infrastruttura muniċipali u l-ġestjoni tal-flussi tar-refuġjati40.

Pass ieħor importanti se jkun il-progress fir-rigward tar-riammissjoni. Hija essenzjali l-

implimentazzjoni effettiva tal-ftehim ta’ riammissjoni bejn l-UE u t-Turkija41

, kemm f’dak li

jirrigwarda r-riammissjoni fit-Turkija taċ-ċittadini tagħha, u kemm, mill-1 ta’ Ġunju 201642, ir-

riammisjoni ta' ċittadini ta’ pajjiżi oħrajn li jkunu ttranżitaw mit-Turkija fi triqthom lejn l-UE. B’mod

parallel, saru sforzi intensivi sabiex il-ftehim bilaterali ta’ riammissjoni bejn it-Turkija u l-Greċja

dwar iċ-ċittadini ta’ pajjiżi oħra jkun aktar effettiv, iżda sa issa, l-implimentazzjoni waqgħet ferm lura.

Il-Kummissjoni qed tesplora x’appoġġ ieħor jista' jingħata u hija lesta li taħdem mill-qrib kemm mal-

awtoritajiet Griegi kif ukoll mat-Torok sabiex iżżid ir-ritorni lejn it-Turkija skont il-ftehim bilaterali

eżistenti, u qed tistenna d-dħul fis-seħħ sħiħ tal-Ftehim bejn l-UE u t-Turkija.

Il-passi essenzjali li jmiss:

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom b’mod urġenti jniedu l-ewwel azzjonijiet taħt il-

Faċilità għar-Refuġjati fit-Turkija;

L-azzjoni min-naħa tat-Turkija u tal-UE jeħtieġ li tikseb riżultati reali u malajr għall-waqfien

tal-influss irregolari u għar-ritrorn effettiv tal-migranti irregolari.

III.7 Appoġġ lir-refuġjati barra l-UE

40 Lista ta’ oqsma ta’ prijorità hija inkluża fl-Appendiċi tal-Anness 1. 41 Dan huwa element importanti fil-Pjan Direzzjonali għal-Liberalizzazzjoni tal-Viża tat-Turkija. 42 F’konformità mal-Pjan ta’ Azzjoni Konġunt, il-Kummissjoni ppreżentat miżuri biex tmexxi 'l quddiem id-

data mill-1 ta’ Ottubru 2017 għall-1 ta’ Ġunju 2016, sabiex tibda tapplika din id-dispożizzjoni.

Page 21: LILL -KUNSILL dwar is -Sitwazzjoni Attwali rigward l ... · 2 Komunikazzjoni dwar is-Sitwazzjoni Attwali rigward l-Implimentazzjoni tal-Azzjonijiet Prijoritarji fl-Aġenda Ewropea

21

Il-qagħda mwiegħra ta’ Sirjani hija waħda ta' disprament, bi 13.5-il miljun Sirjan fi bżonn ta’ għajnuna

umanitarja – li sitt miljun minnhom huma tfal. Fl-2016 il-Kummissjoni se żżomm il-livell għoli ta’

għajnuna umanitarja mogħtija fl-2015 sabiex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet l-aktar urġenti tar-refuġjati fir-

reġjun affettwat mill-kriżi Sirjana. Fis-Sirja, minkejja l-intensifikazzjoni tal-konflitt u d-

deterjorament tas-sitwazzjoni umanitarja b’mewġiet ġodda ta’ spostament, l-UE se tiżgura li l-

għajnuna bħal ikel, ilma, kenn u edukazzjoni, jingħataw lil dawk li huma fil-bżonn, b’enfasi speċjali

fuq l-aktar persuni vulnerabbli. Il-Fond Fiduċjarju tas-Sirja se jalloka EUR 350 miljun għall-għajnuna

meħtieġa urġentement lil 1,5 miljun refuġjat u lill-komunitajiet ospitanti mifnija ġewwa l-Libanu, it-

Turkija, il-Ġordan u l-Iraq, sabiex tgħin fil-bżonnijiet bażiċi bħall-edukazzjoni, il-kura tas-saħħa u l-

iġjene. Il-Kummissjoni issa se timplimenta malajr l-impenji meħuda u se tesplora l-għażliet kollha ta’

politika li tista' ssegwi. Pereżempju, il-Kummissjoni qed tiżviluppa modi innovattivi ta’ kif jintużaw

il-preferenzi kummerċjali sabiex jiġu appoġġati r-refuġjati fil-Ġordan. L-Istati Membri jridu wkoll

jattwaw l-impenji tagħhom sabiex jgħinu biex ikun hemm titjib reali fuq il-post.

Il-komunità internazzjonali trid tkompli żżid l-isforzi kollettivi tagħha biex tgħin lir-refuġjati Sirjani.

L-UE trid tieħu l-opportunità, ippreżentata minn sensiela ta’ fora internazzjonali, biex tenfasizza l-

bżonn ta' sforz dinji. Dan jitlob tħejjija bir-reqqa tal-Laqgħa ta’ Livell Għoli dwar "il-Kondiviżjoni tar-

Responsabilità Globali permezz ta’ Proċeduri għall-Ammissjoni tar-Refuġjati Sirjani", organizzata

mill-UNHCR f’Ġinevra fit-30 ta’ Marzu, tas-Summit Umanitarju tan-NU f’Istanbul f’Mejju 2016, u

tas-Summit dwar l-Indirizzar ta’ Movimenti kbar ta’ Refuġjati u Migranti, li għandu jsir fl-Assemblea

Ġenerali tan-NU f’Settembru 2016. Dawn se joffru aktar opportunitajiet għall-UE u għall-komunità

internazzjonali sabiex juru appoġġ fit-tul għas-Sirja u għall-pajjiżi ġirien.

L-indirizzar tal-kawżi ewlenin ta’ spustament f’reġjuni oħra

L-UE qed tappoġġja wkoll lir-refuġjati u lill-pajjiżi ospitanti f’partijiet oħra tad-dinja li qed jiffaċċjaw

sitwazzjonijiet ta’ spostament sfurzat. F’nofs l-2015 kien hemm 4,1 miljun refuġjat u sa 11,4-il miljun

persuna spostati internament fl-Afrika sub-Saħarjana. Fis-Sudan u fl-Etjopja joqogħdu aktar minn

miljun refuġjat mill-pajjiżi ġirien, apparti kważi t-3,5 miljun persuna spostata internament. Aktar

pressjoni ġejja miż-żgħażagħ li qed jiżdiedu rapidament fl-Afrika43.

Dan jeħtieġ impenn determinat u sostenibbli tal-Unjoni u ta' atturi globali oħra fil-pajjiżi kkonċernati.

Finanzjament rapidu jista' jingħata b’mod partikolari permezz tal-Fond Fiduċjarju ta’ Emerġenza

għall-Afrika. Sabiex jiġu assistiti l-pajjiżi koperti mill-Fond Fiduċjarju biex jospitaw ir-refuġjati mir-

reġjun, jeħtieġ li jiġu mnedija proġetti sabiex ir-refuġjati jingħataw aċċess għall-edukazzjoni, kura

soċjali u s-suq tax-xogħol, u wkoll biex jiġu megħjuna fil-ġestjojni tal-fruntieri tagħhom.

Il-provvediment ta' Toroq legali

Mod ieħor kif r-refuġjati jistgħu jiġu megħjuna b’mod ordnat huwa permezz ta’ skemi ta’

risistemazzjoni jew ta' ammissjoni umanitarja. Dawn jippermettu triq legali li għandha tingħata

għall-protezzjoni ta' dawk fil-bżonn, mingħajr ma joqogħdu jirrikorru għal vjaġġi perikolużi li kienu l-

kawża ta’ ħafna traġedji umani. Ir-risistemazzjoni hija approċċ globali u s-sħab li jaħdmu mal-

UNHCR madwar id-dinja qegħdin f’pożizzjoni li jappoġġaw l-isforz globali sabiex jgħinu lil dawk li

għandhom bżonn il-protezzjoni internazzjonali.

43 Il-popolazzjoni tal-Afrika, li minnhom 60 % huma tal-età ta’ 24 sena jew anqas, hija mistenni tiżdied bi

kważi 500 miljun persuna sal-2030 - Sors: In-Nazzjonijiet Uniti, id-Dipartiment għall-Affarijiet Ekonomiċi u

Soċjali, id-Diviżjoni tal-Popolazzjoni (2015).

Page 22: LILL -KUNSILL dwar is -Sitwazzjoni Attwali rigward l ... · 2 Komunikazzjoni dwar is-Sitwazzjoni Attwali rigward l-Implimentazzjoni tal-Azzjonijiet Prijoritarji fl-Aġenda Ewropea

22

Wara r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni ta’ Ġunju 201544, skema ta’ risistemazzjoni għal 22,504

persuni ġiet miftiehma biex tgħin lill-persuni spostati minn barra l-UE li huma fi bżonn ċar ta’

protezzjoni internazzjonali. Ir-risistemazzjoni effettiva taħt l-iskema miftiehma ssir wara talba tal-

UNHCR, u tkun għal sentejn. Skont l-informazzjoni kkomunikata mill-Istati involuti fl-iskema, 3,358

ġew risistemati sa tmiem l-201545. L-impenji miftiehma jridu jiġu onorati fiż-żmien debitu. Sa April,

filwaqt li tibni fuq l-esperjenza prattika li għandha sa issa, il-Kummissjoni se tressaq 'il quddiem

inizjattiva ta’ risistemazzjoni orizzontali sabiex tiżgura approċċ kollettiv għar-risistemazzjoni u se

tistabbilixxiha bħala għodda fundamentali għal kif l-UE tassisti lill-pajjiżi li jospitaw għadd kbir ta’

popolazzjonijiet ta’ refuġjati u kif tipprovdi protezzjoni għar-refuġjati mingħajr ma dawn ikollhom

bżonn jirrikorru għal rotot irregolari perikolużi li jkunu idejn it-traffikanti.

L-Iskema Volontarja ta’ Ammissjoni Umanitarja mat-Turkija46 trid titwaqqaf malajr sabiex l-

Istati Membri jkollhom triq legali biex joffru protezzjoni internazzjonali lil persuni spostati mill-

kunflitt fis-Sirja, u l-Istati Membri għandhom jħaffu l-ħidma marbuta mar-rakkomandazzjoni tal-

Kummissjoni. It-twaqqif ta’ din l-iskema huwa dipendenti fuq it-tnaqqis fl-għadd ta’ persuni li jaqsmu

l-fruntiera b’mod irregolari mit-Turkija u tista’ tiġi aġġustata skont id-daqs tal-popolazzjoni tar-

refuġjati fit-Turkija. Il-ftehim u l-implimentazzjoni b'ħeffa jagħtu kontribut kbir għal relazzjoni mat-

Turkija dwar il-migrazzjoni effikaċi, u jikkumplimentaw t-twettiq tal-azzjonijiet previsti fil-Pjan ta’

Azzjoni Konġunt bejn l-UE u t-Turkija.

Il-passi essenzjali li jmiss:

L-UE tridu taħdem fil-pront fuq l-impenji meħuda waqt il-Konferenza ta’ Londra;

L-UE u l-Istati Membri tagħha jridu jżidu l-impenn tagħhom sabiex jindirizzaw il-kawżi

fundamentali tal-ispostament, itejbu l-kooperazzjoni fl-assistenza u jilħqu l-mira ta' 0,7 % tal-

Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp (Official Development Assistance, ODA);

L-impenji nazzjonali għall-Fond Fiduċjarju ta’ Emerġenza għall-Afrika u għall-Fond Fiduċjarju

Sirjan għandhom jiżdiedu sabiex ikunu daqs il-kontribuzzjoni tal-UE;

L-Istati Membri għandhom iħaffu r-risistemazzjoni kif miftiehem fl-2015 u minnufih japprovaw

l-iskema volontarja ta’ ammissjoni umanitarja mat-Turkija, kif irrakkomandat mill-

Kummissjoni fil-15 ta’ Diċembru 2015.

Sa April, il-Kummissjoni se tipproponi inizjattiva ta’ risistemazzjoni fl-UE kollha sabiex

tippermetti żieda kbira fl-isforzi ta’ risistemazzjoni.

IV L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-LIĠIJIET TAL-UE/IL-KSUR

F’Settembru 2015, il-Kummissjoni nediet inizjattiva sabiex tiftaħ jew issegwi firxa wiesgħa ta’

każijiet marbutin mal-implimentazzjoni sħiħa u korretta tal-leġiżlazzjoni dwar il-proċeduri tal-asil,

il-kundizzjonijiet ta’ akkoljenza, ir-regolamenti dwar it-teħid tal-marki tas-swaba' ta' Dublin u tal-

EURODAC u r-ritorn. Fil-qasam tal-asil, fl-2015 il-Kummissjoni adottat it-total ta’ 58 deċiżjoni

(avviżi ta’ tqegħid fil-mora u opinjonijiet motivati) relatati mat-traspożizzjoni ta’ l-acquis tal-UE dwar

l-asil u għal konformità miegħu, sa mit-23 ta’ Settembru 2015.

44 Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tat-8.6.2015 dwar Skema Ewropea ta’ Risistemazzjoni, C(2015) 3560

final. 45 Il-Belġju (123), ir-Repubblika Ċeka (16), l-Irlanda (163), l-Italja (96), in-Netherlands (220), ir-Renju Unit

(1,000), il-Liechtenstein (20), l-Iżvizzera (387). 46 Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-15.12.2015 għal skema volontarja ta’ ammissjoni umanitarja mat-

Turkija, C(2015) 9490.

Page 23: LILL -KUNSILL dwar is -Sitwazzjoni Attwali rigward l ... · 2 Komunikazzjoni dwar is-Sitwazzjoni Attwali rigward l-Implimentazzjoni tal-Azzjonijiet Prijoritarji fl-Aġenda Ewropea

23

Sa minn mindu ttieħdu l-passi f’Settembru, diversi Stati Membri kkomunikaw lill-Kummissjoni l-

leġiżlazzjoni nazzjonali li kienet it-traspożizzjoni sħiħa tad-direttivi kkonċernati. Is-servizzi tal-

Kummissjoni attwalment qed jivvalutaw il-kompletezza tal-miżuri nnotifikati47. Fin-nuqqas ta’

notifika sħiħa, illum il-Kummissjoni ddeċidiet li toħroġ opinjoni motivata f’disa' każijiet.

Rigward id-Direttiva tar-Ritorn, il-Kummissjoni bagħtet ittri amministrattivi lil għaxar Stati Membri

biex titlob kjarifiki dwar il-ħruġ tad-deċiżjonijiet tar-ritorn u dwar il-miżuri meħuda sabiex jiġi żgurat

l-infurzar effettiv tagħhom. Wara li rċeviet l-osservazzjonijiet tagħhom, il-Kummissjoni qed taħdem

mill-qrib mal-Istati Membri kkonċernati biex tidentifika l-ostakli u l-intoppi li bħalissa qed ifixklu r-

ritorn, u l-azzjoni li għandha tittieħed sabiex jiġu indirizzati, sabiex tiżdied ir-rata tar-ritorni u sabiex

jiġi żgurat li jkun hemm konformità sħiħa mal-obbligi.

Il-ħidma tal-Kummissjoni fuq l-implimentazzjoni u l-ksur tirrifletti l-fatt li wieħed mid-dgħufijiet

tas-sistema tal-ġestjoni tal-migrazzjoni tal-UE, u tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil b’mod

partikolari, kien li dawn ma ġewx kompletament trasposti, u l-implimentazzjoni inkonsistenti. Il-

Kummissjoni qed tistinka biex tgħin lill-Istati Membri jiksbu konformità sħiħa. Hija ser tkompli tuża

bi sħiħ is-setgħat li għandha abbażi tat-Trattat biex issegwi proċeduri ta’ ksur potenzjali u reali sabiex

tiżgura konformità sħiħa mar-regoli tal-UE li dwarhom hemm qbil komuni.

V KONKLUŻJONI

Qabel ma jsir il-Kunsill Ewropew ta' Frar, b'urġenza għandu jsir dak kollu li huwa meħtieġ sabiex

jerġa’ jkun hemm ordni fis-sistema tal-migrazzjoni u jkun impost kontroll fuq il-flussi irregolari mir-

rotta tal-Mediterran tal-Lvant/tal-Balkani tal-Punent. Il-Kunsill Ewropew għandu jimpenja ruħu dwar

l-azzjonijiet li huma meħtieġa, u l-istituzzjonijiet tal-UE, l-aġenziji tal-UE u l-Istati Membri kollha

għandhom jimplimentawhom b’determinazzjoni.

Il-ġestjoni korretta tal-fruntieri tipprevedi li l-persuni l-ġodda li jaslu kollha jiġu effettivament

irreġistrati u diretti jew lejn proċeduri tal-asil nazzjonali, proċeduri ta’ rilokazzjoni jew proċeduri ta’

ritorn, skont ir-regoli ta’ Dublin tal-UE. L-applikazzjoni sħiħa tal-liġi tal-UE dwar l-asil u l-ġestjoni

tal-fruntieri u l-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet kollettivi meħuda matul is-sena li għaddiet

jiggarantixxu li r-responsabbiltà tinqasam b’mod ugwali fost l-Istati Membri tal-UE u tiżgura li l-

Istati individwali jkunu jistgħu jlaħħqu mas-sitwazzjoni.

It-tneħħija tal-inċentivi għall-migrazzjoni irregolari tissarraf ukoll f'titjib fil-kundizzjonijiet tal-pajjiżi

ta’ oriġini, fil-kooperazzjoni mal-pajjiżi prinċipali ta' tranżitu bħat-Turkija, f'mezzi legali ta’

migrazzjoni affidabbli kif ukoll f'ritorn u f'riammissjoni effikaċi, sistematiċi u f’waqthom ta’ dawk li

ma għandhomx id-dritt ta' permanenza.

L-Unjoni Ewropea għandha obbligu legali u morali kif ukoll ir-responsabbiltà storika li toffri

protezzjoni lil dawk fil-bżonn. Il-kriżi tar-refuġjati hija waħda li, b’mod kollettiv, l-Ewropa tista’ – u

trid – tiġġestiha. Dan jirrikjedi sforz konġunt mill-pajjiżi kollha tal-UE, mill-istituzzjonijiet u mill-

aġenziji f'diversi oqsma sabiex jiġi implimentat dak li sar qbil dwaru. Il-Kummissjoni se tkompli

tagħmel dak kollu li tista’ biex tassisti u tappoġġja lill-Istati Membri sabiex iwettqu r-

responsabbiltajiet tagħhom.

47 Ara l-Anness 8.

Page 24: LILL -KUNSILL dwar is -Sitwazzjoni Attwali rigward l ... · 2 Komunikazzjoni dwar is-Sitwazzjoni Attwali rigward l-Implimentazzjoni tal-Azzjonijiet Prijoritarji fl-Aġenda Ewropea

24

Annessi

Anness 1: Il-Pjan ta' Azzjoni Konġunt bejn l-UE u t-Turkija - Rapport ta' Implimentazzjoni

Anness 2: Il-Greċja – Rapport dwar is-sitwazzjoni attwali

Anness 3: L-Italja – Rapport dwar is-sitwazzjoni attwali

Anness 4: Ir-rilokazzjoni – Tabella dwar is-sitwazzjoni attwali

Anness 5: Segwitu għal-Laqgħa tal-Mexxejja tal-Balkani tal-Punent – Rapport dwar is-

sitwazzjoni attwali

Anness 6: Azzjonijiet li għaddejjin bħalissa li jikkontribwixxu għall-protezzjoni tat-tfal

f'migrazzjoni

Anness 7: L-impenji tal-Istati Membri għall-fondi fiduċjari - Tabella dwar is-sitwazzjoni

attwali

Anness 8: L-implimentazzjoni tal-liġi tal-UE – is-sitwazzjoni attwali

Anness 9: L-appoġġ aċċettat mill-Istati Membri għall-Mekkaniżmu ta’ Protezzjoni Ċivili

għas-Serbja, is-Slovenja, il-Kroazja u l-Greċja