L-GĦAXAR SENA IL-QARI U L-KITBA ĦIN: SAGĦTEJN · Fehim it-Test 10 m Wieġeb il-mistoqsijiet fuq...

12
Il-Malti Il-Qari u l-Kitba L-Għaxar Sena – Rotta 2 Frar 2018 Paġna 1 minn 12 L-isem u l-kunjom: ________________________________ Il-klassi: ________________ GĦALL-ISTUDENTI: 1. Wieġeb il-mistoqsijiet kollha kif mitlub/a. 2. Ortografija, punteġġjatura, ideat u preżentazzjoni tajbin jgħinuk biex tikseb riżultati aħjar. GĦALL-GĦALLIEMA: L-Iskema tal-Marki Il-Marki Miġjuba It-Taħdit 10 Is-Smigħ 10 Il-Qari u l-Kitba 80 IT-TOTAL 100 L-GĦAXAR SENA IL-QARI U L-KITBA ĦIN: SAGĦTEJN It-Taqsima 1A 1B 1D 1E 2A 2B IT-TOTAL Il-Marka 10 4 8 8 20 15 15 80 Il-Marka tal-Istudent/a Rotta 2

Transcript of L-GĦAXAR SENA IL-QARI U L-KITBA ĦIN: SAGĦTEJN · Fehim it-Test 10 m Wieġeb il-mistoqsijiet fuq...

Page 1: L-GĦAXAR SENA IL-QARI U L-KITBA ĦIN: SAGĦTEJN · Fehim it-Test 10 m Wieġeb il-mistoqsijiet fuq is-silta li qrajt. 1. F’liema xahar u f’liema pajjiż jiġi ċċelebrat festival

Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Għaxar Sena – Rotta 2 – Frar 2018 Paġna 1 minn 12

L-isem u l-kunjom: ________________________________ Il-klassi: ________________

GĦALL-ISTUDENTI:

1. Wieġeb il-mistoqsijiet kollha kif mitlub/a.

2. Ortografija, punteġġjatura, ideat u preżentazzjoni tajbin jgħinuk biex tikseb riżultati

aħjar.

GĦALL-GĦALLIEMA:

L-Iskema tal-Marki

Il-M

ark

i M

iġju

ba

It-Taħdit 10

Is-Smigħ 10

Il-Qari u l-Kitba 80

IT-TOTAL 100

L-GĦAXAR SENA IL-QARI U L-KITBA ĦIN: SAGĦTEJN

It-Taqsima 1A 1B 1Ċ 1D 1E 2A 2B IT-TOTAL

Il-Marka 10 4 8 8 20 15 15 80

Il-Marka

tal-Istudent/a

Rotta 2

Page 2: L-GĦAXAR SENA IL-QARI U L-KITBA ĦIN: SAGĦTEJN · Fehim it-Test 10 m Wieġeb il-mistoqsijiet fuq is-silta li qrajt. 1. F’liema xahar u f’liema pajjiż jiġi ċċelebrat festival

Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Għaxar Sena – Rotta 2 – Frar 2018 Paġna 2 minn 12

L-EWWEL TAQSIMA: IL-LINGWA

Aqra s-silta li ġejja u wieġeb il-mistoqsijiet ta’ wara.

Il-ġurdien huwa fuq il-menù tal-ikel

Waqt li f’ħafna partijiet tad-dinja l-ġrieden jitqiesu bħala speċi diżgustanti, hawn komunitajiet fejn

din il-ħlejqa tinsab fuq l-aqwa menù tal-ikel tal-kċina tagħhom. F’Marzu ta’ kull sena, f’villaġġ remot

fil-Lvant tal-Indja, tiġi ċċelebrata l-festa magħrufa bħala Unying-Aran – festival mhux tas-soltu fejn

il-ġrieden huma l-platt ewlieni tal-attività. Wieħed mill-platti favoriti huwa magħmul minn bosta

partijiet tal-ġurdien, fosthom denbu u saqajh, miżjud bil-melħ, bil-felfel u bil-ġinġer. F’din il-

komunità, kull tip ta’ ġurdien huwa tajjeb għall-ikel, minn ġrieden li ssib fid-dar għall-aktar speċi

remoti fil-foresti. Id-denb u s-sieq tal-ġurdien huma partikularment apprezzati għat-togħma bnina

tagħhom. (par. 1)

Il-ġurdien tant huwa maħbub li ma ssibux biss fuq il-menù. Jagħtuh ukoll bħala rigal, ovvjament

mejjet, lill-qraba tal-għarusa meta tiġi biex tiżżewweġ. Fl-ewwel jum tal-festival Aman Ro, it-tfal

jingħataw żewġ ġrieden mejta bħala rigal, bħal meta nagħtu xi ġugarell lit-tfal lejlet il-Milied.

(par. 2)

Il-laħam tal-ġurdien ma jittikilx biss f’din il-komunità. Żjara li għamel il-

preżentatur Ingliż, Stefan Gates, fil-belt ta’ Yaounde, fil-Kamerun, uriet li

l-laħam tal-ġurdien huwa ogħla mil-laħam tat-tiġieġ u l-ħxejjex. Il-laħam

tiegħu jissajjar mat-tadam. Huwa fissru bħala laħam tal-majjal, tari ħafna

u bi tjubija partikolari. Huwa żied jgħid li fl-istat ta’ Bihar fl-Indja, grupp

ta’ nies foqra jitħallew jaqbdu l-ġrieden fl-għelieqi tas-sinjuri li jkunu qed

jagħmlu ħsara lill-ħxejjex tagħhom. Skont Gates, dawn il-ġrieden żgħar

għandhom laħam tari ħafna u t-togħma tagħhom hija simili għat-tiġieġ

żgħar u s-summien. (par. 3)

S’issa l-laħam tal-ġurdien mhux fil-menù tal-kċejjen Ewropej, iżda aktar ma nersqu lejn dinja

globalizzata fejn l-Ewropej mhumiex joqogħdu lura milli jitfgħu f’ħalqhom ikliet avventurużi, mhux

eskluż li l-ġurdien għad xi darba narawh fuq il-menù tal-ikel ta’ dawn ir-restoranti. (par. 4)

(Addattament ta’ silta meħuda mis-sit http://www.tvm.com.mt/ fis-sezzjoni tal-kurżitajiet.)

Page 3: L-GĦAXAR SENA IL-QARI U L-KITBA ĦIN: SAGĦTEJN · Fehim it-Test 10 m Wieġeb il-mistoqsijiet fuq is-silta li qrajt. 1. F’liema xahar u f’liema pajjiż jiġi ċċelebrat festival

Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Għaxar Sena – Rotta 2 – Frar 2018 Paġna 3 minn 12

1A. Fehim it-Test 10 m

Wieġeb il-mistoqsijiet fuq is-silta li qrajt.

1. F’liema xahar u f’liema pajjiż jiġi ċċelebrat festival bil-laħam tal-ġrieden bħala l-platt

ewlieni? (par. 1)

_____________________________________________________________________________

__________________________________________________________________________(2)

2. Biex jiġu miżjuda bosta partijiet mill-ġrieden? (par. 1)

_____________________________________________________________________________

__________________________________________________________________________(2)

3. Semmi żewġ okkażjonijiet fejn il-ġrieden jiġu mogħtija bħala rigal. (par. 2)

_____________________________________________________________________________

_____________________________________________________________________________

_____________________________________________________________________________

__________________________________________________________________________(2)

4. X’sab il-preżentatur Ingliż waqt żjara li għamel il-Kamerun? (par. 3)

_____________________________________________________________________________

__________________________________________________________________________(1)

5. X’jitħallew jagħmlu l-foqra fl-istat ta’ Bihar fl-Indja? (par. 3)

_____________________________________________________________________________

__________________________________________________________________________(1)

6. Għal-liema tip ta’ laħam ieħor hija simili t-togħma tal-ġrieden żgħar? (par. 3)

_____________________________________________________________________________

__________________________________________________________________________ (1)

7. X’jista’ jkun li naraw ’il quddiem fil-menù tar-restoranti Ewropej? (par. 4)

_____________________________________________________________________________

__________________________________________________________________________(1)

_______

10

Page 4: L-GĦAXAR SENA IL-QARI U L-KITBA ĦIN: SAGĦTEJN · Fehim it-Test 10 m Wieġeb il-mistoqsijiet fuq is-silta li qrajt. 1. F’liema xahar u f’liema pajjiż jiġi ċċelebrat festival

Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Għaxar Sena – Rotta 2 – Frar 2018 Paġna 4 minn 12

1B. Għarfien il-Lingwa 4 m

1. Mis-silta sib kelma oħra li tfisser kreatura (par. 1). ______________________________(1)

2. Għal min qed jirreferi l-pronom –h fil-kelma jagħtuh fis-sentenza:

Jagħtuh ukoll bħala rigal, ovvjament mejjet, lill-qraba tal-għarusa meta tiġi biex tiżżewweġ.

(par. 2)

Il-pronom –h qed jirreferi __________________________________________________ (1)

3. Agħti kelma oħra bl-istess tifsira ta’:

qraba (par. 2): __________________________________________________________ (1)

4. Fisser fi kliemek il-frażi jitfgħu f’ħalqhom (par. 4) ______________________________(1)

1Ċ. Il-Grammatika

Aqra sewwa din is-silta u wara wieġeb il-mistoqsijiet kollha dwarha.

Il-benefiċċji tal-għasel

Kulħadd jaf li l-għasel għandu togħma tajba u ħelwa ħafna. Bil-Malti ngħidu

‘B’qatra għasel taqbad iżjed dubbien milli b’mitt barmil ħall’. L-għasel huwa

sors ta’ karboidrati li qiegħed jipprovdi saħħa u enerġija lil ġisimna u

lill-muskoli sabiex iżżid l-istamina waqt l-eżerċizzju. Iz-zokkor naturali li fih

l-għasel malajr jinxtorob mill-ġisem u għalhekk jagħti ħafna enerġija malajr,

filwaqt li l-fructose jiġi assorbit aktar bil-mod u b’hekk ikun qiegħed iżid il-ħin li sservi

l-enerġija. Instab ukoll li l-għasel iżomm iz-zokkor fid-demm kważi dejjem l-istess meta

mqabbel ma’ tipi oħra ta’ zokkor. Jekk titħasseb malajr, ħu ftit għasel għax kapaċi jikkalmak.

(Addattament minn Il-benefiċċji tal-għasel ta’ Geoffrey Axiak mir-rivista Flimkien, Mejju 2016)

_______

8

_______

4

Page 5: L-GĦAXAR SENA IL-QARI U L-KITBA ĦIN: SAGĦTEJN · Fehim it-Test 10 m Wieġeb il-mistoqsijiet fuq is-silta li qrajt. 1. F’liema xahar u f’liema pajjiż jiġi ċċelebrat festival

Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Għaxar Sena – Rotta 2 – Frar 2018 Paġna 5 minn 12

1. Agħmel sing taħt il-verb awżiljarju f’din il-parti tas-sentenza: “L-għasel huwa sors ta’

karboidrati li qiegħed jipprovdi saħħa u enerġija lil ġisimna”. (1)

2. Aqleb din il-frażi fl-attiv: L-għasel jinxtorob mill-ġisem. (1)

_____________________________________________________________________

3. Mir-raba’ sentenza sib konġunzjoni magħżula u oħra magħquda. (2)

a) Konġunzjoni magħżula:

__________________________________________________

b) Konġunzjoni magħquda:

_________________________________________________

4. Il-frażi “ikun qiegħed iżid” turi verb kompost jew verb sempliċi? (1)

_____________________________________________________________________

5. Immarka t-tweġiba t-tajba:

Il-verb iżomm fil-frażi “l-għasel iżomm iz-zokkor fid-demm” huwa verb:

6. Immarka t-tweġiba t-tajba:

Il-verb titħasseb fil-frażi “Jekk titħasseb malajr” huwa verb:

7. Niżżel konġunzjoni mill-aħħar sentenza: _________________ (1)

1D. Il-Kitba Komunikattiva

Ittra Formali: Agħżel mistoqsija WAĦDA minn (i) jew (ii).

Ikteb ittra formali bejn 60 u 80 kelma fuq wieħed minn dawn is-suġġetti li ġejjin. Tinsiex

tindika n-numru tal-mistoqsija magħżula u tuża l-indirizzi.

Ismek: Manwel/Manwela Camilleri

Indirizz tiegħek: 87, Triq il-Fjuri, Ħal Millieri MLR1457

Indirizz tal-iskola: 57, Triq is-Siġar, Ħal Millieri MLR 1586

Indirizz tal-Kunsill Lokali: 21, Triq il-Kbira, Ħal Millieri MLR 1872

a. reċiproku b. attiv ċ. impersonali (1)

a. impersonali b. transittiv ċ. riflessiv (1)

_______

8

Page 6: L-GĦAXAR SENA IL-QARI U L-KITBA ĦIN: SAGĦTEJN · Fehim it-Test 10 m Wieġeb il-mistoqsijiet fuq is-silta li qrajt. 1. F’liema xahar u f’liema pajjiż jiġi ċċelebrat festival

Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Għaxar Sena – Rotta 2 – Frar 2018 Paġna 6 minn 12

i. Inti tinsab imħajjar biex tikkontesta l-elezzjoni tal-Kunsill Skolastiku fl-iskola tiegħek

għas-sena skolastika li jmiss. Ibgħat ittra lill-Kap tal-iskola sabiex tinfurmah b’dan.

Punti li jistgħu jissemmew:

F’liema skola u f’liema sena tinsab?

Xi kwalitajiet għandek biex tirrappreżenta lill-istudenti?

X’ħeġġek biex tagħmel dan?

X’inhuma l-proposti tiegħek biex ittejjeb l-iskola?

ii. Il-ġnien abbandunat li jinsab fiċ-ċentru tar-raħal tiegħek qiegħed jeqred is-sbuħija ta’

raħlek. Ikteb ittra lis-Sindku sabiex tgħidlu ħalli jieħu l-passi neċessarji u jsebbaħ dan

il-ġnien biex jiġi ffrekwentat minn aktar nies.

Punti li jistgħu jissemmew:

Għalfejn qed tikteb din l-ittra?

F’liema stat jinsab dan il-ġnien?

Kif jista’ jissebbaħ?

Għaliex taħseb li għandu jitranġa dan il-ġnien?

Ikteb in-numru tal-ittra formali li għażilt: __________________________________

________________________________________________________________________________

Page 7: L-GĦAXAR SENA IL-QARI U L-KITBA ĦIN: SAGĦTEJN · Fehim it-Test 10 m Wieġeb il-mistoqsijiet fuq is-silta li qrajt. 1. F’liema xahar u f’liema pajjiż jiġi ċċelebrat festival

Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Għaxar Sena – Rotta 2 – Frar 2018 Paġna 7 minn 12

Page 8: L-GĦAXAR SENA IL-QARI U L-KITBA ĦIN: SAGĦTEJN · Fehim it-Test 10 m Wieġeb il-mistoqsijiet fuq is-silta li qrajt. 1. F’liema xahar u f’liema pajjiż jiġi ċċelebrat festival

Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Għaxar Sena – Rotta 2 – Frar 2018 Paġna 8 minn 12

1E. Il-Komponiment

Ikteb madwar 300 kelma fuq WIEĦED minn dawn is-suġġetti fuq KARTA SEPARATA.

Tinsiex tindika n-numru tal-mistoqsija magħżula.

1. Ikteb rakkont li jispiċċa b’dan il-kliem: “... u dan is-sigriet ma sar jaf bih ħadd aktar”.

2. Kull ritratt għandu storja. Agħżel ritratt li tidher fih int u rrakkonta l-istorja ta’ warajh.

3. Il-ħbieb: barka jew saħta?

4. L-internet jgħaqqad jew jifred lill-bnedmin?

IT-TIENI TAQSIMA: IL-LETTERATURA (30 MARKA)

2A. Ir-Referenza għall-Kuntest: Il-Poeżija (Bejn Ħaltejn)

Agħżel WAĦDA: (i) Niftakar – Anton Buttiġieġ JEW (ii) Passaġġi – Ġorġ Borġ.

Aqra sew din is-silta mill-poeżija Niftakar ta’ Anton Buttigieg u wieġeb il-mistoqsijiet.

_______

20

_______

15

Niftakar

tal-qniepen il-mota newwieħa

u riħa

tal-ward tal-kuruni;

u erba’ gandlieri 5

u żewġ fillieri

ta’ tfal iltiema

jgħidu l-Missierna u s-Sliema

u r-rekwijem eterni,

u stola sewdiena, 10

u ġemgħa bil-ħrara

ma’ biebna biex tara

żgħożitek

sbuħitek

hekk ħesrem mitmuma f’tebut; 15

il-ħsejjes taż-żwiemel għaddejja,

il-ħsejjes tax-xorok jinqalgħu,

il-qabar, il-għadam, id-dud,

il-ħabel iżaqżaq bil-piż tat-tebut;

il-ħoss tal-kazzola mal-art, 20

u l-qabar jitgħatta bil-ward;

imb’għad lura d-dar,

u talb u rużarju

sa xħin il-ħin sar;

il-qraba u l-ħbieb 25

qajl qajl qabdu l-bieb,

u bqajna ġo darna

fid-dawl tal-Madonna

weħidna flimkien

jien u l-Baħħ 30

il-Baħħ u jien,

jien nibki l-Baħħ jibki

ħdejn sodda ta’ tnejn

mifruxa ta’ xejn!

Page 9: L-GĦAXAR SENA IL-QARI U L-KITBA ĦIN: SAGĦTEJN · Fehim it-Test 10 m Wieġeb il-mistoqsijiet fuq is-silta li qrajt. 1. F’liema xahar u f’liema pajjiż jiġi ċċelebrat festival

Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Għaxar Sena – Rotta 2 – Frar 2018 Paġna 9 minn 12

1. Għaliex nistgħu ngħidu li din il-parti hija l-eleġija?

a. tittratta dwar il-ferħ

b. tittratta dwar il-mewt

ċ. tittratta dwar is-solitudni (1)

2. X’atmosfera tinħoloq f’din il-parti tal-poeżija? Ikkwota vers biex issaħħaħ it-tweġiba tiegħek.

_____________________________________________________________________________

__________________________________________________________________________(2)

3. Il-poeta juża s-sensi tal-bniedem biex jagħtina deskrizzjoni dettaljata, bħal meta juża s-sens tas-

smigħ fil-vers “tal-qniepen il-mota newwieħa”. Ikkwota tliet versi oħra biex turi kif jidher is-sens

imsemmi.

a. Is-sens tas-smigħ: ________________________________________________________

b. Is-sens tax-xamm: ________________________________________________________

ċ. Is-sens tal-ħars: _____________________________________________________(3)

4. Mill-poeżija, sib u ikteb eżempju ta’:

a. anafora: ______________________________________________________________

b. apostrofi: ___________________________________________________________ (2)

5. X’figura tad-diskors tidher fil-vers: “jien nibki l-Baħħ jibki”? X’effett toħloq?

_____________________________________________________________________________

__________________________________________________________________________(2)

6. Agħti żewġ eżempji minn din il-parti tal-poeżija li juri l-ambjent reliġjuż.

(i)_________________________________________________________________________

(ii)________________________________________________________________________(2)

7. Ikkummenta dwar il-metrika tal-poeżija kollha:

L-istrofi:_____________________________________________________________________

Il-versi: _____________________________________________________________________

Ir-rima:____________________________________________________________________(3)

JEW

Page 10: L-GĦAXAR SENA IL-QARI U L-KITBA ĦIN: SAGĦTEJN · Fehim it-Test 10 m Wieġeb il-mistoqsijiet fuq is-silta li qrajt. 1. F’liema xahar u f’liema pajjiż jiġi ċċelebrat festival

Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Għaxar Sena – Rotta 2 – Frar 2018 Paġna 10 minn 12

(i) Aqra sew il-poeżija Passaġġi ta’ Ġorġ Borg u wieġeb il-mistoqsijiet kollha.

1. X’figura tad-diskors tidher fit-titlu tal-poeżija Passaġġi? Spjegaha fid-dettall.

_____________________________________________________________________________

_____________________________________________________________________________

___________________________________________________________________________(3)

2. Fl-ewwel tliet strofi, l-ewwel żewġ versi jikkuntrastaw mal-aħħar żewġ versi. Ikteb dwar il-

kuntrast li jinħoloq fit-tielet strofa.

_____________________________________________________________________________

__________________________________________________________________________(2)

3. Għaliex nistgħu ngħidu li hija poeżija riflessiva u universali?

_____________________________________________________________________________

__________________________________________________________________________(2)

Hemm passaġġi li tibdiehom

mit-twelid;

hemm oħrajn li tiskoprihom

bit-taħbit.

Hemm passaġġi li taqbadhom 5

bla taf kif;

hemm oħrajn li toħroġ minnhom

kollok grif.

Hemm passaġġi li tilħaqhom

fiduċjuż; 10

hemm oħrajn li jħalluk dejjem

diżilluż.

Hemm passaġġi ssibhom jagħlqu

wara ftit;

Hemm oħrajn li jwassluk temmen

fl-infinit. 15

Page 11: L-GĦAXAR SENA IL-QARI U L-KITBA ĦIN: SAGĦTEJN · Fehim it-Test 10 m Wieġeb il-mistoqsijiet fuq is-silta li qrajt. 1. F’liema xahar u f’liema pajjiż jiġi ċċelebrat festival

Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Għaxar Sena – Rotta 2 – Frar 2018 Paġna 11 minn 12

4. Borg juża ton affermattiv tul il-poeżija kollha biex:

a. joħloq sens ta’ dubju.

b. joħloq sens pożittiv.

ċ. joħloq sens ta’ ċertezza. (1)

5. Għal xiex qed jirreferi l-poeta meta jgħid “l-infinit” fl-aħħar strofa? Spjega kif din l-istrofa hija

differenti mit-tlieta ta’qabel.

_____________________________________________________________________________

_____________________________________________________________________________

__________________________________________________________________________ (3)

6. Ikkwota eżempju ta’ metafora mit-tieni strofa.

_____________________________________________________________________________

__________________________________________________________________________(1)

7. Ikkummenta dwar il-metrika tal-aħħar żewġ strofi:

L-istrofi:_____________________________________________________________________

Il-versi: _____________________________________________________________________

Ir-rima:____________________________________________________________________(3)

Page 12: L-GĦAXAR SENA IL-QARI U L-KITBA ĦIN: SAGĦTEJN · Fehim it-Test 10 m Wieġeb il-mistoqsijiet fuq is-silta li qrajt. 1. F’liema xahar u f’liema pajjiż jiġi ċċelebrat festival

Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Għaxar Sena – Rotta 2 – Frar 2018 Paġna 12 minn 12

B. Il-Komponiment Letterarju: Ir-Rumanzett (Il-Ħarsa ta’ Rużann)

Ikteb madwar 200 kelma fuq WIEĦED minn dawn is-suġġetti fuq KARTA SEPARATA.

Tinsiex tindika n-numru tal-mistoqsija magħżula.

i. Mark Antonin matul l-ewwel kapitlu fir-rumanzett Il-Ħarsa ta’ Rużann, kellu żewġ tipi

ta’ relazzjonijiet: ma’ missieru u ma’ Rużann.

Iddiskuti r-relazzjonijiet li kellu u kif jirriflettu fuq is-soċjetà ta’ dak iż-żmien.

JEW

ii. ‘U għajnejn Rużann f’għajnejn binha ...’

Karmenu wiret il-ħarsa ta’ ommu u magħha wiret il-valuri tagħha wkoll.

Uri kif għenuh dawn il-valuri li wiret fil-ġrajjiet li għadda minnhom.

In-numru tal-komponiment letterarju magħżul: ______________

TMIEM IL-KARTA

_______

15-il marka