It-Tifel u ċ-Ċagħaq (Snin Bikrin) · Spark il-kelb kellu d-dud. It-Tabib Colin xtara x-xampù....

33
‘Aqra d-Dar’ lista ta’ kotba bil-Malti 1 1. X’ħin hu? (Snin Bikrin) Awturi: Maria Francalanza u Marisa Khalifa ISBN: 978999091681-2 Pubblikatur: Merlin Publishers Tridu tiġu magħna? Taraw kif inqattgħu l-ħin tagħna! Dawra mal-arloġġ: nesploraw il-kunċett tal-ħin. 2. It-Tifel u ċ-Ċagħaq (Snin Bikrin) Awtriċi: Natalie Portelli ISBN: 978-999329823-6 Pubblikatur: Wise Owl Karl iħobb jiġbor iċ-ċagħaq: kbir, ċkejken, irqiq, oħxon, tond, ċatt… Wara Karl iġib il-pinzell. Ipinġi ċ-ċagħaq forma t’annimali. X’jiġri meta l-annimali jsiru ta’ veru? 3. Bajda! Fellus! (Snin Bikrin) Awtriċi: Natalie Portelli ISBN: 978-999329824-3 Pubblikatur: Wise Owl “Klakk! Klakk! Irrid fellus!” qalet Ġiġa t-tiġieġa. Dejjem taħseb u toħlom. “Klakk! Klakk! Ġietni idea! La ma nistax inbid jien, immur u nsib bajda!… Anzi nsib ħafna!”

Transcript of It-Tifel u ċ-Ċagħaq (Snin Bikrin) · Spark il-kelb kellu d-dud. It-Tabib Colin xtara x-xampù....

Page 1: It-Tifel u ċ-Ċagħaq (Snin Bikrin) · Spark il-kelb kellu d-dud. It-Tabib Colin xtara x-xampù. It-Tabiba Rose se taħsel lill-annimali… Skopri l-avventuri ta’ Rose, Colin u

‘Aqra d-Dar’ lista ta’ kotba bil-Malti 1

1. X’ħin hu? (Snin Bikrin)

Awturi: Maria Francalanza u Marisa Khalifa ISBN: 978999091681-2 Pubblikatur: Merlin Publishers

Tridu tiġu magħna? Taraw kif inqattgħu l-ħin tagħna! Dawra mal-arloġġ: nesploraw il-kunċett tal-ħin.

2. It-Tifel u ċ-Ċagħaq (Snin Bikrin) Awtriċi: Natalie Portelli ISBN: 978-999329823-6 Pubblikatur: Wise Owl Karl iħobb jiġbor iċ-ċagħaq: kbir, ċkejken, irqiq, oħxon, tond, ċatt… Wara Karl iġib il-pinzell. Ipinġi ċ-ċagħaq forma t’annimali. X’jiġri meta l-annimali jsiru ta’ veru?

3. Bajda! Fellus! (Snin Bikrin) Awtriċi: Natalie Portelli ISBN: 978-999329824-3 Pubblikatur: Wise Owl “Klakk! Klakk! Irrid fellus!” qalet Ġiġa t-tiġieġa. Dejjem taħseb u toħlom. “Klakk! Klakk! Ġietni idea! La ma nistax inbid jien, immur u nsib bajda!… Anzi nsib ħafna!”

Page 2: It-Tifel u ċ-Ċagħaq (Snin Bikrin) · Spark il-kelb kellu d-dud. It-Tabib Colin xtara x-xampù. It-Tabiba Rose se taħsel lill-annimali… Skopri l-avventuri ta’ Rose, Colin u

‘Aqra d-Dar’ lista ta’ kotba bil-Malti 2

4. Leo l-Kamaleonte (Snin Bikrin) Awtriċi: Natalie Portelli ISBN: 9789993298250 Pubblikatur: Wise Owl Leo l-kamaleonte ma jridx jistaħba aktar. “Ħarsu lejja! Ħarsu lejja!” Beda jikkonċentra b’kemm kellu ħila… u sar minn kull lewn… Imma x’jiġri meta kamaleonte jkollu ħafna kuluri?

5. Lupettin iħobb biss l-għaġin (Snin Bikrin)

Addattat għall-Malti minn Clare Azzopardi ISBN: 978999091588-4 Pubblikatur: Merlin Publishers

Lupettin ma jridx jiekol. Kuljum ġlieda għax ma jridx dik u ma jridx l-oħra. Irid jiekol biss l-għaġin.

6. X’Qed Tara? (Snin Bikrin) Awtriċi: Rachel Portelli ISBN: 978999091563-1 Pubblikatur: Merlin Publishers Fi ġnien f’belt bħall-oħrajn, it-tfal kollha qed iħarsu ’l fuq. Qed jaraw xi ħaġa wisq sabiħa,wisq kbira,wisq wisq. Imma x’inhi? X’qed jaraw? U int, x’qed tara?

Page 3: It-Tifel u ċ-Ċagħaq (Snin Bikrin) · Spark il-kelb kellu d-dud. It-Tabib Colin xtara x-xampù. It-Tabiba Rose se taħsel lill-annimali… Skopri l-avventuri ta’ Rose, Colin u

‘Aqra d-Dar’ lista ta’ kotba bil-Malti 3

7. It-Tabiba tal-Fjuri (Snin Bikrin)

Awtriċi: Natalie Portelli ISBN: 978-999329826-7 Pubblikatur: Wise Owl “Il-fjuri qed imutu!” X’se jagħmlu t-Tabiba Rose u l-assistenta tagħha Lewża biex jerġa’ jkollna pjanti u fjuri sbieħ? Skopri l-avventuri ta’ Rose, Colin u Lewża l-iskwiril.

8. Il-Friefet Kulħadd Iħobbhom (Snin Bikrin) Awtriċi: Maria Azzopardi ISBN: 978-99957-532-4-5 Pubblikatur: AVC Publishers Ix-Xagħat iż-Żgħir ma jridx isir farfett. Irid jibqa’ dudu. Ħbiebu jgħidulu kemm huma kkuluriti l-friefet, kemm itiru fil-għoli u kemm jaraw affarijiet sbieħ minn hemm fuq. Imma x-Xagħat iż-Żgħir xorta ma jridx jinbidel. Sakemm jinduna li se jibqa’ hu stess – hu stess bil-ġwienaħ!

9. L-Avventuri tal-Kokka u l-Qattusa (Snin Bikrin) Awtriċi: Maria Azzopardi ISBN: 978-99957-532-5-2 Pubblikatur: AVC Publishers Il-Kokka u l-Qattusa darba waħda ddeċidew li jinsew id-dar tagħhom. Rikbu f’kaxxa dgħajsa u tgħidx kemm daru u ġrew. Ingħaqad ma’ żewġt itfal kurjużi f’avventura eċitanti.

Page 4: It-Tifel u ċ-Ċagħaq (Snin Bikrin) · Spark il-kelb kellu d-dud. It-Tabib Colin xtara x-xampù. It-Tabiba Rose se taħsel lill-annimali… Skopri l-avventuri ta’ Rose, Colin u

‘Aqra d-Dar’ lista ta’ kotba bil-Malti 4

10. Fuq is-Sufan (Snin Bikrin) Awtriċi: Natalie Portelli ISBN: 978-999329820-5 Pubblikatur: Wise Owl Fuq is-sufan hemm Mejxa u Pejxu. Hemm ukoll kaxxa bil-ħelu! X’ħasra li l-kaxxa magħluqa! “Mjaw! Mjaw! Kif se niftħu l-kaxxa?”

11. Il-Ferrovija tal-Ħolm (Snin Bikrin) Addattat għall-Malti minn Maria Azzopardi ISBN: 978-99957-532-2-1 Pubblikatur: AVC Publishers Ix-xufier iċċekkja l-magna. Sar il-ħin u d-dwal inxtegħlu, għax instemgħet is-suffara. Ir-roti jduru bdew ħa jġorru, ‘Isa, itla’ ħalli mmorru!’ Irkeb mal-Ors u l-ħbieb tiegħu fuq il-Ferrovija tal-Ħolm li llejla se tagħmel vjaġġ maġiku…li joħodna Ħal Skiet!

12. Tliet Dinosawri Żgħar Isalvaw Bajda! (Snin Bikrin) Addattat għall-Malti minn Maria Azzopardi ISBN: 978-99957-532-3-8 Pubblikatur: AVC Publishers Scratch ħerqan ħafna – qed jistenna li jkollu ħuh jew oħtu. Imma dik il-bajda prezzjuża ġratilha biċċa! Insterqet mill-bejta minn mammiferu makakk, spiċċat fix-xmara u qed tinġarr mal-kurrent f’wiċċ l-ilma… Issa x’se jagħmel Scratch?

Page 5: It-Tifel u ċ-Ċagħaq (Snin Bikrin) · Spark il-kelb kellu d-dud. It-Tabib Colin xtara x-xampù. It-Tabiba Rose se taħsel lill-annimali… Skopri l-avventuri ta’ Rose, Colin u

‘Aqra d-Dar’ lista ta’ kotba bil-Malti 5

13. Inħobbok, Alfie Tiegħi (Snin Bikrin) Addattat għall-Malti minn Maria Azzopardi ISBN: 978-99957-532-1-4 Pubblikatur: AVC Publishers Iċ-ċkejken Alfie għandu żewġ ħutu bniet tewmin ġodda u qed jaħseb li dawn ħadu l-imħabba kollha tal-mamà! Imma ċ-ċkejken Alfie, determinat li jsibilha ftit aktar imħabba, imur ifittex l-imħabba qalb is-siġar… Tgħid jirnexxilu jsib l-imħabba?

14. Kemm hu Fond il-Baħar? (Snin Bikrin) Addattat għall-Malti minn Charles Casha ISBN: 9789995753030 Pubblikatur: AVC Publishers Qatt tħajjart issir taf kemm hu fond il-baħar? Pipkin il-pingwin dak li jixtieq jiskopri. Jekk tixtieq tkun taf, issieħeb miegħu u ma’ xi ħbieb tiegħu, li jgħixu f’qiegħ il-baħar, fi vjaġġ li ma jitwemminx.

15. Iż-Żiemel Maġiku (Snin Bikrin) Awtriċi: Natalie Portelli ISBN: 978-999329821-2 Pubblikatur: Wise Owl Mark qatt ma ħaseb li Merlino se jkun żiemel maġiku sakemm il-kamra bdiet iddur, iddur u ddur… It-tifel u ż-żiemel sabu ruħhom ħdejn kastell u kellhom biċċa xogħol: Isibu dragun!

Page 6: It-Tifel u ċ-Ċagħaq (Snin Bikrin) · Spark il-kelb kellu d-dud. It-Tabib Colin xtara x-xampù. It-Tabiba Rose se taħsel lill-annimali… Skopri l-avventuri ta’ Rose, Colin u

‘Aqra d-Dar’ lista ta’ kotba bil-Malti 6

16. Lupu Lupettu kull kulur (Snin Bikrin) Addattat għall-Malti minn Clare Azzopardi ISBN: 9789990914559 Pubblikatur: Merlin Publishers Lupu Lupettu ma tantx qam burdata tajba. Ħares fil-mera u ma ħax gost b’li ra: ried jipprova jkun kulur differenti. Imma l-biċċa mhix faċli daqskemm ħaseb…

17. It-Tabiba tal-Annimali (Snin Bikrin) Awtriċi: Natalie Portelli ISBN: 9789993298281 Pubblikatur: Wise Owl Lewża kellha ħafna ħakk… minn rasha sa saqajha! Spark il-kelb kellu d-dud. It-Tabib Colin xtara x-xampù. It-Tabiba Rose se taħsel lill-annimali… Skopri l-avventuri ta’ Rose, Colin u Lewża l-iskwiril.

18. Ġej it-Tabib (Snin Bikrin) Awtriċi: Natalie Portelli ISBN: 978-999329829-8 Pubblikatur: Wise Owl “Ajma!” għajjat Colin. U araha ġejja t-Tabiba Rose! “Ajma!” għajtet Rose. U arah ġej it-Tabib Colin! Skopri l-avventuri ta’ Rose, Colin u Lewża l-iskwiril.

Page 7: It-Tifel u ċ-Ċagħaq (Snin Bikrin) · Spark il-kelb kellu d-dud. It-Tabib Colin xtara x-xampù. It-Tabiba Rose se taħsel lill-annimali… Skopri l-avventuri ta’ Rose, Colin u

‘Aqra d-Dar’ lista ta’ kotba bil-Malti 7

19. Il-Ħolma ta’ Sika (Snin Bikrin)

Awtriċi: Ursola Borg ISBN: 978-99957-67-69-3 Pubblikatur: BDL Sika u oħtha ddeċidew li jorqdu fuq saqqu mal-art għall-frisk. Iżda jiġri li l-ħolma tagħha u r-realtà jitħalltu flimkien biex Sika tqum f’nofs ta’ lejl u ssib sorpriża.

20. Sika u t-Tiġieġa l-Bajda (Snin Bikrin) Awtriċi: Ursola Borg ISBN: 978-99957-67-68-6 Pubblikatur: BDL Sika l-hena tagħha tieħu ħsieb l-annimali li l-familja tagħha għandha fir-razzett. Iżda s-serduk xejn ma kien jieħu gost biha u darba minnhom taha battikata ikbar minn tas-soltu.

21. Kemm hu Għoli s-Sema (Snin Bikrin)

Addattat għall-Malti minn Charles Casha ISBN: 9789995753016 Pubblikatur: AVC Publishers Qatt tħajjart tkun taf kemm hu għoli s-sema? Pipkin il-pingwin dak li jixtieq ikun jaf. Jekk tixtieq tkun taf, issieħeb miegħu u ma’ xi ħbieb li qed jgħinuh, fi vjaġġ tal-għaġeb.

Page 8: It-Tifel u ċ-Ċagħaq (Snin Bikrin) · Spark il-kelb kellu d-dud. It-Tabib Colin xtara x-xampù. It-Tabiba Rose se taħsel lill-annimali… Skopri l-avventuri ta’ Rose, Colin u

‘Aqra d-Dar’ lista ta’ kotba bil-Malti 8

22. Kemm Kien Kbir Dinosawru? (Snin Bikrin) Addattat għall-Malti minn Charles Casha ISBN: 9789995753023 Pubblikatur: AVC Publishers Qatt tħajjart issir taf kemm kien kbir dinosawru? Pipkin il-pingwin dak li jixtieq jiskopri. Jekk tixtieq tkun taf, issieħeb miegħu fi vjaġġ fi żmien imbiegħed.

23. Daqna Ħamra u Daqna Blu (Snin Bikrin) Awtriċi: Natalie Portelli ISBN: 978-999329822-9 Pubblikatur: Wise Owl “Daqna Ħamra, għalik ingorr għax sraqtli l-mappa tat-teżor! Sibtni rieqed, kont qed nonħor. Biss issa qomt u għall-ġlied ġej!” Daqna Ħamra u Daqna Blu… it-teżor tgħid għal min hu?

24. Ella u L-Frott (Snin Bikrin)

Awtriċi: Sherise Zammit ISBN: 9789995767204 Pubblikatur: BDL Ella tħobbu ħafna l-frott. Il-mamà xtaqet tagħmel torta tal-frott. Iżda l-frott ma kien jidher imkien. Tgħid x’sar minnu?

Page 9: It-Tifel u ċ-Ċagħaq (Snin Bikrin) · Spark il-kelb kellu d-dud. It-Tabib Colin xtara x-xampù. It-Tabiba Rose se taħsel lill-annimali… Skopri l-avventuri ta’ Rose, Colin u

‘Aqra d-Dar’ lista ta’ kotba bil-Malti 9

25. Sħabna l-Annimali (Snin Bikrin) Awtur u pubblikatur: Merlin Publishers ISBN: 9789990917017 F’dan il-ktieb insibu kliem u stampi ta’ annimali li t-tfal

familjari magħhom jew għax jiltaqgħu magħhom fl-istejjer,

jew id-dar jew għax jarawhom fuq il-mezzi tax-xandir.

26. Kuluri u Forom (Snin Bikrin) Awtur u Pubblikatur: Merlin Publishers ISBN: 9789990917024 Taf issemmi l-kuluri u forom bil-Malti? Le? Mela tlaqna ħalli nitgħallmuhom flimkien.

27. Tikk Tokk mal-Arloġġ (Snin Bikrin) Awtur u Pubblikatur: BDL ISBN: 9789995799205 Dawwar idejn l-arloġġ biex timmarka l-ħin tal-ġurnata. Ideali għat-tfal iż-żgħar biex jitgħallmu l-kunċett tal-ħin, anke dak diġitali.

Page 10: It-Tifel u ċ-Ċagħaq (Snin Bikrin) · Spark il-kelb kellu d-dud. It-Tabib Colin xtara x-xampù. It-Tabiba Rose se taħsel lill-annimali… Skopri l-avventuri ta’ Rose, Colin u

‘Aqra d-Dar’ lista ta’ kotba bil-Malti 10

28. Tommy u s-Sabiħ tal-Qari u rakkonti oħra għat-tfal (Primarja) Awtur: Patrick Sammut ISBN: 9789995703431 Pubblikatur: Faraxa Publishing Tommy u s-Sabiħ tal-Qari u rakkonti oħra jispiraw ruħhom minn esperjenzi li t-tfal tal-lum jgħaddu minnhom, mill-ħolm tagħhom, anki minn programmi televiżivi jew cartoons partikolari. Bosta drabi niltaqgħu ma’ ħlejjaq mhux umani li jingħataw karatteristiċi umani, saħansitra l-kelma. F’ċerti waqtiet il-qarrej ta’ Tommy u s-Sabiħ tal-Qari jista’ jidħak imma jista’ wkoll jibki.

29. Amber u l-Mantell l-Aħmar (Primarja) Awtur: Claudia Micallef ISBN: 9789995796068 Pubblikatur: Faraxa Publishing Amber hija tifla fuq ruħha u mimlija enerġija. Tħobb ħafna wkoll tara t-televixin u tammira l-eroj li tara fuqu. Imma tgħid Amber tqatta’ żżejjed ħin quddiem l-iskrin? U x’jiġri meta Amber taqla’ mantell bħal tal-karattri tat-televixin? X’ħa tivvinta Amber did-darba biex taqla’ l-inkwiet? Tgħid jirnexxilha tirranġa l-ħsara li tkun għamlet u tirritorna l-ordni u l-paċi?

30. Stejjer mill-Bosk u Mkejjen Oħra (Primarja) Awtur: Patrick Sammut ISBN: 9789995763398 Pubblikatur: Horizons

Stejjer mill-Bosk huwa r-raba’ ġabra ta’ rakkonti għat-tfal ta’ Patrick Sammut. Dawn huma 15-il rakkont ieħor li l-awtur xi darba rrakkonta lil uliedu qabel ma marru jorqdu, imma li wara għaddiehom minn proċess ta’ tirqim fejn tidħol lingwa u tlaħħim fejn jidħol kontenut.

Page 11: It-Tifel u ċ-Ċagħaq (Snin Bikrin) · Spark il-kelb kellu d-dud. It-Tabib Colin xtara x-xampù. It-Tabiba Rose se taħsel lill-annimali… Skopri l-avventuri ta’ Rose, Colin u

‘Aqra d-Dar’ lista ta’ kotba bil-Malti 11

31. Lupu Lupettu jżur il-Foresta tal-Ħrejjef (Primarja)

Addattat għall-Malti minn Clare Azzopardi ISBN: 978999091592-1 Pubblikatur: Merlin Publishers Lupu Lupettu jixtieq jagħmel kejk tat-tuffieħ. Allura jerħilha lejn il-foresta għall-għajnuna. U ma’ min jiltaqa’? U kemm avventuri se jgħaddi minnhom sabiex fl-aħħar ikun jista’ jagħmel dan l-imbierek kejk?

32. Il-Ġrajja ta’ Nokklu ... u stejjer oħra (Primarja)

Awtriċi: Doris Spiteri Axiaq ISBN: 978-99932-7-376-9 Pubblikatur: Klabb Kotba Maltin Marija kienet miexja fit-triq meta ltaqgħet ma’ kelb żgħir iswed. Miskin kemm kien maħmuġ u bil-ġuħ! X’se tagħmel Marija issa? U ta’ min kien il-kelb? Din waħda biss mill-istejjer li ssib f’dan il-ktieb.

33. L-Avventuri tar-Re Arturu (Primarja)

Addattat għall-Malti minn Mandy Tabone ISBN: 978-99957-532-2-1 Pubblikatur: AVC Publishers Arturu jsir raġel hekk kif jiġbed xabla minn ġo blata. Mil-lum għal għada jsir re tal-Ingilterra b’għadd ta’ kavallieri taħt it-tmexxija tiegħu imma Arturu għandu wkoll għadd ta’ għedewwa li ma jdumux wisq ma jibdew jikkomplottaw kontrih.

Page 12: It-Tifel u ċ-Ċagħaq (Snin Bikrin) · Spark il-kelb kellu d-dud. It-Tabib Colin xtara x-xampù. It-Tabiba Rose se taħsel lill-annimali… Skopri l-avventuri ta’ Rose, Colin u

‘Aqra d-Dar’ lista ta’ kotba bil-Malti 12

34. Aċċu! (Primarja)

Addattat għall-Malti minn Trevor Zahra ISBN: 978999091489-4 Pubblikatur: Merlin Publishers

Teo għandu problema. X’waħda din… kull meta jagħtas jinbidel f’annimal. U biex tagħqad, Teo dalwaqt jibda l-iskola. Issa kif se jiffaċċja lil sħabu tal-klassi u lill-Miss?

35. Lupu Lupettu jinvestiga l-mużew (Primarja) Addattat għall-Malti minn Clare Azzopardi ISBN: 978999091591-4 Pubblikatur: Merlin Publishers Illum Lupetta staqsiet lil Lupu Lupettu biex imur magħha l-mużew. Is-soltu l-mużewijiet idejquh, imma din id-darba tgħidx kemm ħa gost jiskopri affarijiet ġodda u jinvestiga l-każ tal-maskra li sparixxiet.

36. Lupu Lupettu jibża’ minn dellu (Primarja)

Addattat għall-Malti minn Clare Azzopardi ISBN: 978999091589-1 Pubblikatur: Merlin Publishers Kien hemm lupu li kien jibża’ minn kollox… anki minn dellu! Il-ġenituri tiegħu ma riduhx jibqa’ jibża’ u allura bagħtuh jiskopri d-dinja.Tgħid ma’ min se jiltaqa’? Se jagħmel ħbieb ġodda li jaċċettawh kif inhu?

Page 13: It-Tifel u ċ-Ċagħaq (Snin Bikrin) · Spark il-kelb kellu d-dud. It-Tabib Colin xtara x-xampù. It-Tabiba Rose se taħsel lill-annimali… Skopri l-avventuri ta’ Rose, Colin u

‘Aqra d-Dar’ lista ta’ kotba bil-Malti 13

37. Il-Ħrejjef kollha ta’ Wied Peprina (Primarja) Awtur: Trevor Zahra ISBN: 9789990913873 Pubblikatur: Merlin Publishers Kont taf b’Wied Peprina? U żgur li le, għax dan il-wied hu moħbi sew! U fih jgħixu ħafna kreaturi li tgħidx kemm–il bawxata jgħaddu minnha. Trid tkun taf aktar? Mela terraq fil-wied ġol-paġni tal-ktieb ħalli tiskopri d-dinja tal-ħlejjaq ta’ Wied Peprina.

38. 10 Stejjer ta’ Sħaħar u Fatatini (Primarja)

Awtriċi: Natalie Portelli ISBN: 978-99932-98-16-8 Pubblikatur: Wise Owl Żomm bakketta maġika f’idek u ABRAKATBRA. Tista’ tinbidel f’saħħara tajba jew fatatina.Tista’ tiltaqa’ ma’ Fatatina Kulurella u titgħallem aktar maġija.Tista’ tiltaqa’ mad-draguni u tagħmel ħbieb magħhom. Tista’ tirbaħ it-titlu ta’ FATATINA TAS-SENA. Kemm tieħu pjaċir!

39. Par widnejn kbar (Primarja) Addattat għall-Malti minn Loranne Vella ISBN: 9789990914771 Pubblikatur: Merlin Publishers Sylvana hija l-iktar tifla mqarba fil-klassi. Jekk se tkompli sejra hekk, hemm ċans kbir li jkollha tirrepeti s-sena. Iżda Sylvana ma taqtax qalbha. Għandha pjan kif tista' tgħaddi tagħha u ħadd mhu se jwaqqafha, lanqas Simone, l-akbar ħabiba tagħha.

Page 14: It-Tifel u ċ-Ċagħaq (Snin Bikrin) · Spark il-kelb kellu d-dud. It-Tabib Colin xtara x-xampù. It-Tabiba Rose se taħsel lill-annimali… Skopri l-avventuri ta’ Rose, Colin u

‘Aqra d-Dar’ lista ta’ kotba bil-Malti 14

40. Il-Konti ta’ Monte Kristo (Primarja)

Addattat għall-Malti minn Mandy Tabone ISBN: 9789995785246 Pubblikatur: AVC Publishers Min hu l-Konti ta’ Monte Kristo u kif għamel dawk il-flus kollha? Ir-rakkont huwa mimli avventuri: minn ħarba minn ħabs tal-biża’, għal tiftixa għal teżor misterjuż u dwell fis-sigħat bikrin ta’ filgħodu.

41. Merħba fir-Rifuġju ta’ Kobikisa! (Primarja)

Addattat għall-Malti minn Loranne Vella ISBN: 9789990914801 Pubblikatur: Merlin Publishers

Andrea għadha kif waslet il-Kongo. Missierha, li hu veterinarju, se jiftaħ rifuġju għall-annimali selvaġġi mweġġgħin. Tgħid Andrea se jirnexxilha tgħin lil missierha f’din il-missjoni?

42. Stejjer ġodda ta’ Fra Mudest (Primarja)

Awtur: Charles Casha ISBN: 9789990912999 Pubblikatur: Merlin Publishers Dan Fra Mudest ukoll! L-inkwiet jiġri warajh jew ejja ngħiduha kif inhi, kultant hu jiġri wara l-inkwiet. Għax dejjem bi praspura ġdida. X’se jivvinta din id-darba dan il-Fra simpatiku waqt li jkun qed jagħmel xogħlu fil-kunvent jew jippassiġġa fit-toroq tar-raħal?

Page 15: It-Tifel u ċ-Ċagħaq (Snin Bikrin) · Spark il-kelb kellu d-dud. It-Tabib Colin xtara x-xampù. It-Tabiba Rose se taħsel lill-annimali… Skopri l-avventuri ta’ Rose, Colin u

‘Aqra d-Dar’ lista ta’ kotba bil-Malti 15

43. Weraq tal-Fidda (Primarja)

Awtriċi: Rita Saliba ISBN: 978-99957-63-41-1 Pubblikatur: Horizons Ħafna ljieli twal ilu kien jiddi qamar kwinta fuq għolja mimlija frott, iżda wara ftit biddel il-forma ħafna drabi. U l-bebbuxu kellu jġorr daru fuq dahru…

44. Il-Kaz Kwazi kollu tal-Aħwa De Molizz (Primarja)

Addattat għall-Malti minn Clare Azzopardi ISBN: 9789990913309 Pubblikatur: Merlin Publishers Qarrej, waqt li taqra dal-ktieb, żgur illi jgħaddilek xi ħsieb, biex twaqqa’ l-iskola, ħa tifraħ u togħla u daqshekk is-Ser jgħajjat fil-bieb.

45. Lupu Lupettu ma jridx jimxi aktar (Primarja)

Addattat għall-Malti minn Clare Azzopardi ISBN: 978-999091493-1 Pubblikatur: Merlin Publishers Lupu Lupettu xeba’ mill-mixi. Jixtieq ikollu xi mezz ta’ trasport biex jivvjaġġa: xi rota jew mutur jew karozza. Imma Lupu Lupettu malajr jinduna li mhux daqshekk faċli ssib it-trasport ideali…

Page 16: It-Tifel u ċ-Ċagħaq (Snin Bikrin) · Spark il-kelb kellu d-dud. It-Tabib Colin xtara x-xampù. It-Tabiba Rose se taħsel lill-annimali… Skopri l-avventuri ta’ Rose, Colin u

‘Aqra d-Dar’ lista ta’ kotba bil-Malti 16

46. Il-Kalzetta Mitlufa (Primarja)

Awtriċi: Rita Antoinette Borg ISBN: 978-99932-7-369-1 Pubblikatur: Klabb Kotba Maltin Dan Toni wkoll. Imma kif ma jistax isibha dik l-imbierka kalzetta? U oħtu Lisa daqt toħodlu rasu bil-pariri. Issa aħjar, sejrin isaqsu għall-kalzetta fl-Uffiċċju tal-Ministru tal-Ħwejjeġ Mitluqa! Tgħid se jsibuha? U fejn?

47. Se Jkolli ħija żgħir? Le grazzi! (Primarja)

Addattat għall-Malti minn Loranne Vella ISBN: 9789990914757 Pubblikatur: Merlin Publishers Xi traġedja! Lily għadha kif saret taf li se jkollha ħuha żgħir! “Le ta, m’għandekx ċans,” qalet Lily bejnha u bejn ruħha. “Nippreferi hamster milli ħija żgħir!” Tgħid Lily se jibqa’ jħossha l-istess meta jitwieled Teo?

48. Lupu Lupettu jaħseb li hu xi ħaġa (Primarja)

Addattat għall-Malti minn Clare Azzopardi ISBN: 978999091590-7 Pubblikatur: Merlin Publishers Dis-sena Lupu Lupettu ddeċieda li jirbaħ il-konkors: l-Iktar Lupu Kattiv. Jemmen li huwa l-iktar lupu b’saħħtu, l-iktar wieħed ta’ ħila u ovvjament… l-iktar lupu kattiv. Imma malajr jibda jifhem kemm huma importanti l-ħbieb!

Page 17: It-Tifel u ċ-Ċagħaq (Snin Bikrin) · Spark il-kelb kellu d-dud. It-Tabib Colin xtara x-xampù. It-Tabiba Rose se taħsel lill-annimali… Skopri l-avventuri ta’ Rose, Colin u

‘Aqra d-Dar’ lista ta’ kotba bil-Malti 17

49. Mingu (Primarja)

Awtriċi: Clare Azzopardi ISBN: 9789990915716 Pubblikatur: Merlin Publishers “Mela darba kien hemm għasfur qed itir. Kien kuntent qed itir. Kien kuntent qed idur u jdur fis-sema. “Le mamà,mhux hekk tibda l-istorja.” ”Mela kif Klarissa?” Mela darba waħda kien hemm għasfur kbir qed itir u f’daqqa waħda...

50. 10 Stejjer tal-Prinċipessi (Primarja)

Awtriċi: Natalie Portelli ISBN: 978-99932-98-15-1 Pubblikatur: Wise Owl Ilbes kuruna f’rasek u int ukoll tista’ tieħu pjaċir mal-prinċipessi. Tista’ tmur għall-festin ta’ Prinċipessa Kelly u dawra ma’ Prinċipessa Kaya. Tista’ dduq il-pizza ta’ Prinċipessa Marija Mozzarella. Tista’ wkoll tiltaqa’ ma’ xi prinċep. Kemm se tieħu gost.

51. Il-Qtates ta’ max-Xatt (Primarja)

Awtriċi: Clare Azzopardi ISBN: 978999091635-5 Pubblikatur: Merlin Publishers In-nanna u n-nannu jmorru jagħtu l-ikel lill-qtates ta’ max-xatt kuljum preċett. Ma jfallux ġurnata. Trid tarahom sejrin bil-bagalja antikalja mimlija ikel! Imma darba waħda, in-nanna u n-nannu ma jmorrux… il-qtates jibqgħu jistennew u jistennew u jistennew… tgħid se jibqgħu bil-ġuħ?

Page 18: It-Tifel u ċ-Ċagħaq (Snin Bikrin) · Spark il-kelb kellu d-dud. It-Tabib Colin xtara x-xampù. It-Tabiba Rose se taħsel lill-annimali… Skopri l-avventuri ta’ Rose, Colin u

‘Aqra d-Dar’ lista ta’ kotba bil-Malti 18

52. Fil-Kamra ta’ Jonas (Primarja) Awtur: Noel Tanti ISBN: 978999091629-4 Pubblikatur: Merlin Publishers Sar il-ħin u Jonas għadu isfel quddiem it-televixin. Jisma’ l-arloġġ idoqq it-tmienja iżda ma jridx jaf, irid jibqa’ hemm, dritt qisu suldat. Il-mamà: “Sar il-ħin biex tmur torqod.” Imma fil-kamra ta’ Jonas jiġru affarijiet strambi. Strambi ħafna.

53. It-Tfal tal-Labirint (Primarja)

Addattament ta’ Loranne Vella ISBN: 9789990916782 Pubblikatur: Merlin Publishers Il-vjaġġ lejn l-Ingilterra jibda kemxejn ħażin għal Yann, Jenny u Michka… Wara li tilfu l-ajruplan dawn ikollhom iqattgħu lejl f’lukanda mwarrba. Ma jdumux wisq ma jintebħu li dil-lukanda mhi xejn ħlief ħabs! Kif se jirnexxilhom joħorġu ’l barra minn dal-labirint?

54. L-Investigazzjonijiet ta’ Arkimeda Lapsi: Misteru fil-kamp tal-Indjani (Primarja)

Addattament ta’ Loranne Vella ISBN: 9789990916768 Pubblikatur: Merlin Publishers Arkimeda u Filo tiġihom l-opportunità jwettqu investigazzjoni f’kamp tal-Indjani. Dan iseħħ meta l-għalliema tieħu l-klassi kollha tqatta’ ġimgħa f’dan il-kamp qalb in-natura.

Page 19: It-Tifel u ċ-Ċagħaq (Snin Bikrin) · Spark il-kelb kellu d-dud. It-Tabib Colin xtara x-xampù. It-Tabiba Rose se taħsel lill-annimali… Skopri l-avventuri ta’ Rose, Colin u

‘Aqra d-Dar’ lista ta’ kotba bil-Malti 19

55. Il-Professur Għasfur (Primarja)

Awtur: Ġorġ Mallia ISBN: 978999091561-7 Pubblikatur: Merlin Publishers Katrin, tifla ta’ ħdax-il sena, kurjuża u intelliġenti, tiltaqa’ mal-Professur Għasfur. Dan il-ġenju misterjuż u l-fekruna tiegħu sabu mod kif jivvjaġġaw bejn id-dimensjonijiet. U bi żball Katrin tispiċċa magħhom.

56. Ir-Rigali ta’ Nikola (Primarja) Awtur: Andrew Borg ISBN: 978-99957-0-702-6 Pubblikatur: Deer Publications Sa minn ċkunitu, Nikola kien iħobb jagħti milli għandu biex jagħmel lil ħaddieħor ferħan. Il-ġid kbir li wiret mingħandhom qassmu kollu u l-ferħ tiegħu sabu f’affarijiet oħra.

57. Arloġġ u Tila (Primarja)

Awtriċi: Roberta Bajada ISBN: 978999091540-2 Pubblikatur: Merlin Publishers Missier Ponsjetta u Peter Van der Mark sparixxa. Intant, ġewwa l-Polonja, iqum ferment kbir għax pittura famuża mad-dinja kollha sparixxiet mis-sala ta’ mużew. U fis-seklu ħmistax, iż-żagħżugħa Cecilia Gallerani tippoża għal ritratt quddiem il-pittur Leonardo Da Vinci. Imma x’għandu x’jaqsam dak li ġara sitt mitt sena ilu ma’ dak li qed jiġri llum?

Page 20: It-Tifel u ċ-Ċagħaq (Snin Bikrin) · Spark il-kelb kellu d-dud. It-Tabib Colin xtara x-xampù. It-Tabiba Rose se taħsel lill-annimali… Skopri l-avventuri ta’ Rose, Colin u

‘Aqra d-Dar’ lista ta’ kotba bil-Malti 20

58. Satelliti Artifiċjali (Primarja)

Awtur: BDL ISBN: 9789995767853 Pubblikatur: BDL Dan il-ktieb jagħti ħarsa lejn satelliti artifiċjali prominenti li ttellgħu fl-ispazju mill-bniedem. Dawn servew biex il-bniedem jitgħallem aktar dwar l-univers. Xi wħud minn dawn is-satelliti għadhom hemm sal-lum!

59. L-Ispazju (Primarja)

Addattament ta` Rachel Portelli ISBN: 9789990917055 Pubblikatur: Merlin Publishers Ejja nduru dawra fl-ispazju ma’ Mokka l-Kokka ħalli niskopru ħafna affarijiet ġodda. Pereżempju, kont taf li x-xemx hija stilla u għandha kemm tbajjà u anke kuruna?

60. Gerfex, Betta u l-Internet (Primarja)

Awtur: Carmel G. Cauchi ISBN: 978999091619-5 Pubblikatur: Merlin Publishers Mastru Gerfex u Betta Trombetta ma kinux jafu ’l xulxin, imma x-xorti riedet li għal din l-istorja jiltaqgħu u jqattgħu ġimgħa flimkien. F’din l-istorja jidħlu wkoll mart ix-xwejjaħ, in-nanna Lugrezja, u n-neputijiet tagħhom Ivan u Yvette. Niltaqgħu wkoll ma’ Ferfex, il-kelb ta’ Mastru Gerfex, u ma’ Kaspru l-Amerikan, ir-raġel skifuż li dejjem imqabbad max-xwejjaħ Gerfex.

Page 21: It-Tifel u ċ-Ċagħaq (Snin Bikrin) · Spark il-kelb kellu d-dud. It-Tabib Colin xtara x-xampù. It-Tabiba Rose se taħsel lill-annimali… Skopri l-avventuri ta’ Rose, Colin u

‘Aqra d-Dar’ lista ta’ kotba bil-Malti 21

61. Mowbajl tibda l-Avventura (Primarja) Awtur: Andrew Borg ISBN: 9789993292739 Pubblikatur: Wise Owl Qalb l-erbat itfal kienet qed tħabbat sitta sitta. X’kien hemm moħbi fil-kantina? U n-nannu x’ħallielhom lit-tfal? Aqra l-ktieb biex tissieħeb mat-tfal fl-avventura.

62. Il-Kaxxa taz-Ziju (Primarja)

Awtur: Trevor Żahra ISBN: 9789990914139 Pubblikatur: Merlin Publishers Stella, Viktor u Karmen xtaqu jaraw x’kien fiha l-kaxxa taz-ziju Nin li kienet ilha magħluqa għal snin twal. Imma x’sabu… ħrafa jew verità? U Fredu għalfejn indaħal, biex ifixkel jew jgħin?

63. L-Enigma tal-Kavallier (Primarja)

Addattament ta’ Loranne Vella ISBN: 978999091677-5 Pubblikatur: Merlin Publishers Waqt żjara fil-Louvre mal-klassi tagħhom, Ludvic u Morgane jiskopru daħla sigrieta li tista’ twassal għall-moħba tat-teżor tal-Kavallieri Templari. L-iskoperta tat-tfal hija biss il-bidu ta’ komplott kbir u kumpless li jimxi minn monument għal ieħor fi Franza.

Page 22: It-Tifel u ċ-Ċagħaq (Snin Bikrin) · Spark il-kelb kellu d-dud. It-Tabib Colin xtara x-xampù. It-Tabiba Rose se taħsel lill-annimali… Skopri l-avventuri ta’ Rose, Colin u

‘Aqra d-Dar’ lista ta’ kotba bil-Malti 22

64. Vjola ddur id-dinja (Primarja)

Addattat għall-Malti minn Max Stellari ISBN: 9789990918205 Pubblikatur: Merlin Publishers Vjola tixtieq li kellha ħajja normali bħal tfal oħra imma minflok hija kienet tqatta’ ħajjitha ddur minn pajjiż għal ieħor maċ-ċirku. Imma darba minnhom tiltaqa’ ma’ buffu li jibdlilha ħajjitha.

65. Iċ-Ċkejken Pirata u l-Mostru tal-Baħar (Primarja)

Addattat għall-Malti minn Kit Azzopardi ISBN: 9789990917628 Pubblikatur: Merlin Publishers Miki inkwetat għax fl-ilmijiet li jkollhom ibaħħru fihom jgħidu li hemm mostru! Il-kaptan tax-xini ma jagħtix kas x’hemm u x’m’hemmx, u jbaħħar ’l hemm xorta waħda.

66. Vinċilot u d-Dargun tan-Nar (Primarja) add. Kit Azzopardi ISBN: 9789990917635 Pubblikatur: Merlin Publishers X’ċans dak għal Vinċilot! Id-Duka Xidwejjaq u d-Dragun l-Aħmar għamlu ħerba sħiħa mir-renju. U issa kienu qed jheddu lis-Sultan li jaħtfu lill-Prinċipessa Pawla u ħadd mill-kavallieri ma kellu l-kuraġġ jiqfilhom! U hawn jitfaċċa Vinċilot! Vinċilot irid juri lil kulħadd li ħaqqu jkun kavallier, anke jekk ix-xabla maġika tiegħu ma qablitx miegħu. “Iva, imma … żgur hemm għalfejn niġġieldu?” qaltlu. Vinċilot ma kellu ebda dubju. U hekk, Vinċilot u x-xabla tiegħu ġew wiċċ imb wiċċ mad-Dragun l-Aħmar u spiċċaw tlett iħbieb bla ħsieb!

Page 23: It-Tifel u ċ-Ċagħaq (Snin Bikrin) · Spark il-kelb kellu d-dud. It-Tabib Colin xtara x-xampù. It-Tabiba Rose se taħsel lill-annimali… Skopri l-avventuri ta’ Rose, Colin u

‘Aqra d-Dar’ lista ta’ kotba bil-Malti 23

67. Iċ-Ċkejken pirata u l-Misteru tal-Ġżira tat-Teżor (Primarja) add. Kit Azzopardi ISBN: 978999091761-1 Pubblikatur: Merlin Publishers Miki u Sharky malajr isiru ħbieb, tant li meta jsibu mappa ta’ teżor jerħulha ħa jfittxuh flimkien. Imma dak li fil-fatt isibu, ikun bil-wisq aktar interessanti mid-dehbijiet tal-pirati …

68. Se jkollna robot? Le Grazzi (Primarja) Awtriċi: Loranne Vella ISBN: 978999091670 Pubblikatur: Merlin Publishers Lily u ħuha assolutament ma jridux li tiġi tieħu ħsiebhom babysitter… Le! Lanqas jekk ommhom u missierhom iridu joħorġu jieklu. Jistgħu jibqgħu d-dar waħedhom, jafu jieħdu ħsieb tagħhom infushom!…

69. Id-Dinosawri (Primarja) Awtur: Emmanuelle Ousset ISBN: 9789990917062 Pubblikatur: Merlin Publishers Skopri d-dinja inkredibbli tad-dinosawri ma’ Kiko l-kanarin: nitgħallmu flimkien dwar it-tipi differenti ta’ dinosawri li kien hawn jiġru fuq wiċċ id-dinja, dwar ir-rettili rejiet, il-menù tad-dinosawri, dwar kif kienu jiddefendu ruħhom, dwar il-frieħ tagħhom, dwar l-għajbien misterjuż tagħhom… u ħafna aktar…

Page 24: It-Tifel u ċ-Ċagħaq (Snin Bikrin) · Spark il-kelb kellu d-dud. It-Tabib Colin xtara x-xampù. It-Tabiba Rose se taħsel lill-annimali… Skopri l-avventuri ta’ Rose, Colin u

‘Aqra d-Dar’ lista ta’ kotba bil-Malti 24

70. Is-Sagrifiċċju tal-Għoġol tad-Deheb (Primarja / Medja) Awtur: Ruth Frendo ISBN: 9789995794927 Pubblikatur: Pro-Motion

Pia u l-familja tagħha jirċievu ittra li fiha jiskopru li jkunu tilfu d-dar tan-nanna Carmen. Minbarra hekk, Pia ma jkollhiex għażla oħra ħlief dik li ssib it-tielet teżor. Għaliex? Fuq kollox, x’inhu dat-tielet teżor? Jiġri wkoll li t-tifla u Jaden il-ġenju jitolbu l-għajnuna lil Zack u Sarah. Imma għaliex jagħmlu dan?

71. Irvin Vella: il-Każ Manduca (Medja)

Awtur: John A. Bonello ISBN: 9789990915488 Pubblikatur: Merlin Publishers Fil-Villa tal-Barunessi Manduca qed jiġru bċejjeċ strambi. Bniedem wieħed biss jista’ jsolvi l-misteru. X’aktarx jismu Irvin Vella.

72. Irvin Vella: Il-Każ tas-Serqiet Strambi (Medja) Awtur: John A. Bonello ISBN: 978999091627-0 Pubblikatur: Merlin Publishers Żmien il-Milied, l-aħbarijiet iddominati minn għadd ta’ serqiet li fihom ma nsteraq xejn. Taħbila irreżistibbli għal Irvin Vella u l-ajjutanti tiegħu…

Page 25: It-Tifel u ċ-Ċagħaq (Snin Bikrin) · Spark il-kelb kellu d-dud. It-Tabib Colin xtara x-xampù. It-Tabiba Rose se taħsel lill-annimali… Skopri l-avventuri ta’ Rose, Colin u

‘Aqra d-Dar’ lista ta’ kotba bil-Malti 25

73. Teresa (Medja)

Awtriċi: Deborah Abela ISBN: 978999091632-4 Pubblikatur: Merlin Publishers Iż-żmien tat-Tieni Gwerra Dinjija ma kienx faċli għal ħafna familji Maltin. Meta spiċċat il-gwerra, il-familja ta’ Teresa ddeċidiet li temigra lejn l-Awstralja biex tibda ħajja ġdida. Imma la l-vjaġġ u lanqas il-ħajja f’pajjiż ieħor ma tkun faċli.

74. Darbtejn Insiru Tfal (Medja) Awtur: Charles Casha ISBN: 978-99932-740-5-6 Pubblikatur: Klabb Kotba Maltin It-tilwim bejn Wiġi u Katrin kien bħan-nar tat-tiben, jieħu malajr iżda ma jdumx ma jintefa. Ħajjithom kienet sempliċi u, għalkemm kienu neqsin mill-flus żejda, qatt ma naqashom xejn. Imma jekk mill-flus kienu neqsin, mill-praspar qatt ma qagħdu lura!

75. Il-Misteru tal-Ġgantija (Medja) Awtur: Ivan De Battista ISBN: 978-9995746445 Pubblikatur: BDL Fil-lejl tal-aħħar jum ta` Ottubru, tfajla tisparixxi minn ħdejn il-ġuvni tagħha, propju quddiem it-tempji tal-Ġgantija. Kim u Kyle, tewmin fuq ruħhom, kien jinteresshom dal-misteru li ħakem il-lokal, u daħlu b’ruħhom u ġisimhom biex jippruvaw jaraw kif jistgħu jsolvuh huma stess.

Page 26: It-Tifel u ċ-Ċagħaq (Snin Bikrin) · Spark il-kelb kellu d-dud. It-Tabib Colin xtara x-xampù. It-Tabiba Rose se taħsel lill-annimali… Skopri l-avventuri ta’ Rose, Colin u

‘Aqra d-Dar’ lista ta’ kotba bil-Malti 26

76. Il-Munita tad-Deheb (Medja) Awtriċi: Anita Busuttil ISBN: 978-99932-7-093-5 Pubblikatur: Klabb Kotba Maltin It-tewmin Kevin u Lara għandhom bomblu taż-żmien. Permezz tiegħu huma jistgħu jivvjaġġaw lura fiż-żmien. F’Il-Munita tad-Deheb huma jivvjaġġaw lura fi żminijiet differenti mal-Professur u jaraw il-ħajja kif kienet f’dak iż-żmien.

77. Il-Misteru ta’ Taħt is-Siġra tal-Ħarrub (Medja) Awtur: David Azzopardi ISBN: 9789993257523 Pubblikatur: Heritage Malta Sebat iħbieb jiskopru sit arkeoloġiku qalb l-għelieqi r-Rabat. Dawn mill-ewwel jitkixxfu x’kien hemm ġewwa fih. Imma l-istorja tikkomplika ruħha meta jitfaċċaw xi rġiel barranin.

78. It-Tfal tal-Għoġol tad-Deheb (Primarja/Medja)

Awtriċi: Ruth Frendo ISBN: 9789995713690 Pubblikatur: Pro.Motion It-tfal f’din l-istorja jgħaddu minn avventuri u diffikultajiet kbar (li forsi għandhom ukoll x’jaqsmu mas-sopranatural!), hekk kif jiskopru sigrieti li qatt ħadd ma jkun joħlomhom u li jistgħu jipperikolaw il-ħajja ta’ tfal oħrajn… Tista’ tgawdi minn filmati u animazzjonijiet esklussivi bir-realtà maħluqa.

Page 27: It-Tifel u ċ-Ċagħaq (Snin Bikrin) · Spark il-kelb kellu d-dud. It-Tabib Colin xtara x-xampù. It-Tabiba Rose se taħsel lill-annimali… Skopri l-avventuri ta’ Rose, Colin u

‘Aqra d-Dar’ lista ta’ kotba bil-Malti 27

79. L-Arloġġ tad-Deheb (Medja) Awtur: Tony C. Cutajar ISBN: 9990910774 Pubblikatur: Merlin Publishers Għall-okkażjoni ta' għeluq snin Philip, huwa jaqla' arloġġ tad-deheb bħal rigal. Dan ma jdumx ma jisparixxi waqt il-party li kellu d-dar. Min iwaħħal f'wieħed u min iwaħħal f'ħaddieħor. Anke Bidibadu jiddaħħal fin-nofs. Ikollha tkun il-waqgħa ta' Rose mit-taraġ li tressaq liż-żewġ gruppi ta' tfal lejn xulxin.

80. Żmien l-Ispanjoli (Medja)

Awtur: Guże Galea ISBN: 990993831 Pubblikatur: Klabb Kotba Maltin Il-Maltin irrabjati u tilfu kull ħerqa għax-xogħol. Għax min irid jaħdem għall-barrani? Imbagħad jinqala’ għawġ ieħor. Għax il-Maltin lanqas ikunu jistgħu jiftiehmu bejniethom u jingħaqdu, aħseb u ara jeħduha kontra l-ħakkiema.

81. Raġel bil-għaqal (Medja) Awtur: Ġuże Galea ISBN: 9789990993790 Pubblikatur: Klabb Kotba Maltin F’dan ir-rumanz storiku ambjentat f’Malta fil-bidu tas-seklu 16, niltaqgħu ma’ Marku Falzun, raġel tal-affari tiegħu moħħu fl-istudju u maqtugħ għalih waħdu. Imma l-Maltin u s-Sultan għarfu li kellu l-kwalitajiet meħtieġa, fosthom l-onestà, il-kuraġġ, l-għaqal u l-għerf, biex ikun il-Ħakem il-ġdid tal-Maltin.

Page 28: It-Tifel u ċ-Ċagħaq (Snin Bikrin) · Spark il-kelb kellu d-dud. It-Tabib Colin xtara x-xampù. It-Tabiba Rose se taħsel lill-annimali… Skopri l-avventuri ta’ Rose, Colin u

‘Aqra d-Dar’ lista ta’ kotba bil-Malti 28

82. Ħolm tal-Milied (Medja) Awtur: Trevor Zahra ISBN: 9789990913897 Pubblikatur: Merlin Publishers Tgħid il-Milied x’kellu merfugħ għal Leli … jiem ta’ ferħ jew diżgrazzji, kif kienet dejjem tgħid in-nanna? Il-wiċċ tax-xwejjaħ li Leli ra fil-mera tat-twaletta, il-pasturi li sejħu lil Liża, il-marda ta’ Betti, il-ferħ tax-xiħ u x-xiħa, id-daqq taż-żaqq u l-qbiż ta’ Nenu l-Grawwa … kollox jingħaqad fi sħaba ta’ ħolm stramb. Imma tgħid … ħolm jew mhux ħolm?

83. Żiffa Mqarba f’Ħal Buffura (Medja)

Awtur: Rita Saliba ISBN: 9789995767105 Publikatur: BDL Publishing F’Ħal Buffura kienu qed jiġru ħwejjeġ strambi… In-nies ta’ Ħal Buffura kienu medhijin wisq fil-ħiliet tagħhom f’dan ir-raħal immelles mir-riħ.

84. Il-Misteru ta’ Bieb Is-Sultan (Medja) Awtur: Tony C. Cutajar ISBN: 9789993272700 Pubblikatur: Klabb Kotba Maltin Dan huwa ktieb ieħor tal-Kavallier Tony C. Cutajar miktub għal tfal tal-aħħar snin tal-Primarja. Is-suġġett huwa dwar l-għalliema tal-Istorja ta’ Malta fis-sitt klassi li titkellem mat-tfal dwar is-swar, it-torrijiet u l-fortifikazzjonijiet madwar Malta. Il-bieb prinċipali fis-swar tal-Kottonera, magħruf bħala l-Mina ta’ Ħaż-Żabbar jew Bieb is-Sultan, għandu leġġenda antika.

Page 29: It-Tifel u ċ-Ċagħaq (Snin Bikrin) · Spark il-kelb kellu d-dud. It-Tabib Colin xtara x-xampù. It-Tabiba Rose se taħsel lill-annimali… Skopri l-avventuri ta’ Rose, Colin u

‘Aqra d-Dar’ lista ta’ kotba bil-Malti 29

85. Is-Sigriet ta’ Għajnejn il-Kobra (Medja)

Awtur: Carmel G. Cauchi ISBN: 9789990912975 Pubblikatur: Merlin Library Ir-raġel kien dahru lejh, sewwasew kif kien id-deffien fil-ħolma, u għalhekk ma setax jaralu wiċċu. Kien jidher li dak li kien qed jagħmel ried jagħmlu bil-moħbi. Minkejja s-satra tal-lejl kien sikwit iħares madwaru donnu beżgħan li jarah xi ħadd. Kien liebes kappell qadim imgħaddas sewwa f’rasu biex il-faldi jaħbulu wiċċu u ma jingħarafx jekk jinzerta jintlemaħ minn xi ħadd.

86. Ix-Xwejjaħ tal-Ġugarelli u Stejjer Oħra (Medja) Awtur: Patrick Sammut ISBN: 9789918200283 Pubblikatur: Horizons Ix-Xwejjaħ tal-Ġugarelli u stejjer oħra huwa l-ħames ġabra ta’ stejjer għat-tfal ta’ Patrick Sammut. Hawnhekk il-qarrejja jsibu 17-il storja ġdida li fl-imgħoddi l-awtur irrakkonta lil uliedu tard filgħaxija, u li wara għaddiehom minn proċess ta’ tirqim li għamilhom tajbin biex jinqraw miż-żgħar kif ukoll minn min ħalla warajh l-età tal-ħolm u l-innoċenza.

87. Ulied tal-Azzar (Sekondarja)

Awtur: Vic Apap ISBN: 9789993275541 Pubblikatur: Klabb Kotba Maltin Fl-isfond tat-taqbid tat-Tieni Gwerra Dinjija jissawru għadd ta’ stejjer ta’ mħabba li mhux kollha jkollhom eżitu feliċi. Xi jsir mll-imħabba ta’ bejn Irene u Edwin, bejn Donald u Melita, bejn Doris u Albert?

Page 30: It-Tifel u ċ-Ċagħaq (Snin Bikrin) · Spark il-kelb kellu d-dud. It-Tabib Colin xtara x-xampù. It-Tabiba Rose se taħsel lill-annimali… Skopri l-avventuri ta’ Rose, Colin u

‘Aqra d-Dar’ lista ta’ kotba bil-Malti 30

88. Il-Ġnien Tad-Dmugħ – Il-Fiddien: It-Tielet Ktieb (Sekondarja)

Awturi: Simon Bartolo, Loranne Vella ISBN: 9789990913446 Pubblikatur: Merlin Publishers Wasal iż-żmien li jitwieġbu l-mistoqsijiet kollha, iż-żmien fejn tintemm l-innoċenza u jibda l-ġlied. Jista' jerġa' jkun hemm il-paċi u l-kuntentizza fid-dar il-Ħamra, wara t-traġedja fil-ġnien?

89. Riħ Isfel (Sekondarja) Awtur: Pierre J. Mejlak ISBN: 9789990912944 Pubblikatur: Merlin Publishers F'raħal żgħir, fejn kważi qatt ma jiġri xejn, qed jibda sajf ieħor kollu riħ isfel u gdim tan-nemus. Imma did-darba qed jibda bil-kbir għax tifel ta' ħdax-il sena joħroġ mid-dar u ma jerġax jidħol. Ommu qed tibkih.

90. Fuq il-Għajn ta’ San Bastjan (Sekondarja) Awtur: Kilin ISBN: 9789993272694 Pubblikatur: Klabb Kotba Maltin Ivvjaġġa id f’id ma’ Kilin u għix il-praspar ta’ tfulitu r-Rabat ta’ mitt sena ilu, fejn il-ħajja kienet aktar sempliċi u t-tfulija ferm differenti minn tal-lum.

Page 31: It-Tifel u ċ-Ċagħaq (Snin Bikrin) · Spark il-kelb kellu d-dud. It-Tabib Colin xtara x-xampù. It-Tabiba Rose se taħsel lill-annimali… Skopri l-avventuri ta’ Rose, Colin u

‘Aqra d-Dar’ lista ta’ kotba bil-Malti 31

91. Fittixni (Sekondarja) Awtriċi: Antoinette Borg ISBN: 9789990916348 Pubblikatur: Merlin Publishers Fittixni jirrakkonta storja ta’ determinazzjoni, passjoni u kuraġġ, fejn il-passat jirkeb fuq il-preżent, il-limitazzjonijiet jingħelbu, u nies ordinarji jsibu ruħhom jagħmlu affarijiet straordinarji.

92. Vapuri tal-Karti (Sekondarja) Awtur: Charles Casha ISBN: 9789993266570 Pubblikatur: Uptrend Publishing Ġabra ta’ stejjer qosra mill-pinna tal-awtur Charles Casha.

93. Mill-Ġnejna ta’ Tfuliti (Sekondarja) Awtur: Carmel G. Cauchi ISBN: 9789990913774 Pubblikatur: Merlin Publishers Dan il-ktieb jirrakkonta fatti drawwiet u ġrajjiet li seħħew tassew. Cauchi jeħodna lura fi żmien tfulitu, fis-snin ħamsin u sittin bikrin, biex miegħu nqallbu l-album tat-tifkiriet.

Page 32: It-Tifel u ċ-Ċagħaq (Snin Bikrin) · Spark il-kelb kellu d-dud. It-Tabib Colin xtara x-xampù. It-Tabiba Rose se taħsel lill-annimali… Skopri l-avventuri ta’ Rose, Colin u

‘Aqra d-Dar’ lista ta’ kotba bil-Malti 32

94. Wied Wirdien – Il-Fiddien: It-Tieni Ktieb (Sekondarja) Awturi: Simon Bartolo, Loranne Vella ISBN: 9789990913057 Pubblikatur: Merlin Publishers Fid-dar il-Ħamra qed iseħħu affarijiet strambi: jinxtorob te maġiku, jinstabu profeziji u żrieragħ, u jitkebbsu t-twieqi u l-bibien ... X’inhu jiġri f’daqqa waħda?

95. Wiċċ Imb Wiċċ (Sekondarja) Awtur: Carmel G. Cauchi ISBN: 978999574662 Pubblikatur: BDL Dan ir-rumanz huwa msejjes l-aktar fuq Kelsey, tfajla ta’ ħmistax–il sena. Ir-rumanz iġibna wiċċ imb wiċċ ma’ sitwazzjonijiet u burdati li jvarjaw minn dawk serji, bħad-dimensja, l-awtiżmu u d-divorzju, għal dawk umoristiċi.

96. Jiena Malala (Sekondarja) Maqlub għal Malti minn Godwin Ellul ISBN: 9789995748906 Pubblikatur: Faraxa Publishing Fl-awtobijografija tagħha, Malala Yousafzai, li hi kitbet ma’ Christina Lamb, Malala tirrakkonta kif u għaliex jum fost l-oħrajn meta kien għad kellha 15-il sena u kienet fuq ix-xarabank tal-iskola fin-naħa ta’ fuq tal-Pakistan, fi triqitha d-dar lura mill-iskola, it-Taliban sparawlha f’rasha u għoddhom qatluha. Imma hi rċeviet il-kura ġewwa l-Ingilterra u reġgħet kompliet bil-kampanja tagħha dwar l-importanza kbira li għandha l-edukazzjoni għal kulħadd. Dan il-ktieb fih ħames taqsimiet u fih tirrakkonta l-istorja ta’ ħajjitha u kif it-Taliban ippruvaw isikktuha darba għal dejjem.

Page 33: It-Tifel u ċ-Ċagħaq (Snin Bikrin) · Spark il-kelb kellu d-dud. It-Tabib Colin xtara x-xampù. It-Tabiba Rose se taħsel lill-annimali… Skopri l-avventuri ta’ Rose, Colin u

‘Aqra d-Dar’ lista ta’ kotba bil-Malti 33

97. Aħmed l-Ilsir li jsir Eroj (Sekondarja) Awtur: George A. Said-Zammit ISBN: 9789993276579 Pubblikatur: Klabb Kotba Maltin Dan ir-rumanz jeħodna fi żmien meta l-Gżejjer Maltin kienu għadhom taħt il-ħakma tal-Kavallieri ta’ San Ġwann. Il-ġrajja sseħħ fi żmien il-Gran Mastru Pinto, meta fl-1749 seħħet il-konfoffa tal-ilsiera, bil-ħsieb li xxejjen it-tmexxija tal-Ordni ta’ San Ġwann f’Malta.