Is-Sur G. Micallef
Transcript of Is-Sur G. Micallef
Me
ssa
Me
ssa
Me
ssaġ
ġġġġġ m
illm
illm
ill- --AAA
ġen
t ġe
nt
ġen
t K
ap t
alK
ap t
alK
ap t
al- --I
sko
laIs
kola
Isko
la
Jan
nar
Ja
nn
ar
Jan
nar
- -- M
arzu
20
13
Mar
zu 2
01
3M
arzu
20
13
Skola Nazzjonali tal-Isport Kulleġġ San Benedittu
Xejn ħlief l-aħjar
21641446 / 21647230 [email protected]
Sa mill-ewwel ġurnata li dħalna lura l-iskola wara l-vaganzi tal-Milied ġbidna l-attenzjoni tal-istudenti li fi żmien xahar kienu ser ikunu qed jagħmlu l-eżamijiet ta’ nofs is-sena.
Dan għamilnieh għaliex għalkemm nifhmu li l-eżamijiet mhumiex kollox fil-ħajja, nemmnu li għandhom skop siewi fil-proċess edukattiv. L-eżamijiet jgħinu lill-għalliema, lill-ġenituri u lill-istudenti jifhmu x’inhu meħtieġ li jsir biex jitjieb it-tagħlim.
Bħal dak il-kowċ jew atleta li qabel logħba jew avveniment jipprepara sal-iċken dettal, hekk jeħtieġ li jkunu ppreparati l-istudenti qabel l-eżamijiet. Bl-ebda mod m’aħna qed ngħidu li għandna nistudjaw għall-eżami. Anzi ngħidu li fil-ħajja tal-istudenti l-istudju għandu jkun parti mir-rutina ta’ kuljum.
Madanakollu l-eżamijiet jitolbu preparazzjoni aktar fil-fond minn sempliċi rutina. Jitolbu l-impenn sħiħ tal-istudent. Iżda l-għajnuna tagħna l-kbar (għalliema u ġenituri) m’għandhiex tonqos.
Bħala skola minbarra li ħdimna fuq dak li huwa kontenut ħadna ħsieb naħdmu fuq l-hekk imsejħa study skills. Dan sar l-aktar permezz tal-għalliema tal-PSD kif ukoll permezz tal-mentors tal-istudenti.
Filwaqt li ntennu l-ħtieġa li l-ġenituri għandhom jaraw li l-istudju għall-eżamijiet isir minn kmieni u b’impenn, huwa daqstant ieħor importanti li ma ssirx pressjoni żejda fuq l-istudenti.
Aġent Kap tal-Iskola Is-Sur G. Micallef
2
L-istudenti tagħna ma jiftakrux it-Tazza tad-Dinja tal-1990 li saret l-Italja. Forsi
għalina, li dak iż-żmien konna insegwu ta’ kuljum l-istazzjonijiet Taljani, l-
ismijiet tal-plejers tat-tim nazzjonali Taljan kienu familjari ħafna. Għalhekk żgur,
li kemm jekk aħna dilettanti tal-futbol u kemm jekk m’aħniex, l-isem ta’ Totò
Schillaci mhux isem ġdid.
F’Jannar, fl-okkażjoni tal-iSportMalta Awards, Schillaci kien il-mistieden speċjali.
L-istudenti tagħna kellhom ix-xorti li jiltaqgħu miegħu waqt żjara li għamel fil-
Kumpless Sportiv ta’ Ħal Kirkop nhar is-Sibt 19 ta’ Jannar filgħodu. Minħabba xi
impenji oħra, mhux l-istudenti kollha setgħu jkunu preżenti. Dawk li attendew
kellhom sessjoni ta’ taħriġ, fejn l-istudenti tal-futbol kellhom sessjoni mal-kowċ
tal-MFA, Luca Pagani filwaqt li l-oħrajn kellhom sessjoni ta’ fitness mas-Sa Anna
Maria Gatt. Schillaci tkellem mal-istudenti u wieġeb ukoll għal xi
mistoqsijiet li sarulu. Ma naqasx li ffirma bosta ritratti u blalen li l-
istudenti ġabu magħhom kif ukoll ħa ritratti ta’ tifkira ma’ dawk
kollha li attendew.
Iż-Żjara ta’ Totò Schillaci fl-Iskola Tagħna
3
Iċ-Ċelebrazzjonijiet tal-Milied Is-Sur G. Dapi
Bħal kull ġurnata oħra li kellna tul is-sena, il-jiem ta’ qabel il-Milied kienu
mimlija bl-attivitajiet. Flimkien mal-istudenti tal-iskola sekondarja tas-subien,
fit-18 ta’ Diċembru rajna l-pantomima “Is-Sbejħa u l-Bestja” li kienet imtella’
mill-għalliema u l-studenti.
Il-Ħamis 20 ta’ Diċembru kellna ġurnata differenti minn tas-soltu. Morna
Paceville. Bdejna bi żjara fil-WOW (Wishing Others Well) li hija parti mill-proġett
tal-kappella tal-Millennju. Hawnhekk l-istudenti raw vidjow fuq l-istorja tal-
futbol Malti kif ukoll iddiskutew il-benefiċċji tal-isport u kif dan iwassal għal
ħajja ħielsa mill-użu ta’ drogi u vizzji oħra. Fr Hilary Tagliaferro li mexxa
t-taħdita, ippreżenta wkoll rigal lill-istudenti kollha.
Wara din iż-żjara komplejna l-ħarġa tagħna billi rajna l-film sabiħ “The Big Mira-
cle”. Dan il-film kien fuq l-imħabba u s-sagrifiċċji kbar ta’ nies fl-Alaska biex
isalvaw il-ħajja ta’ familja ta’ baleni li nqabdu fis-silġ.
Fl-aħħar tal-ġurnata kellna l-opportunità li naraw il-talent ta’ waħda mill-
istudenti tagħna, Sara Xuereb. Sara li titħarreġ fil-bowling, lagħbet din il-logħba
mal-istudenti l-oħra kollha.
Fl-aħħar jum, ma setgħax jonqos li nieħdu sehem ukoll fil-attivitajiet reliġjużi
biex flimkien niċċelebraw it-twelid ta’ Ġesù Bambin. Bdejna bil-purċissjoni
madwar l-iskola u mbagħad ħadna sehem fil-Quddiesa.
Bl-għajnuna kbira tal-ġenituri li ħejjew ikel mill-aqwa għal kulħadd, il-festin
għall-istudenti kien ukoll suċċess. Flimkien mal-għalliema u l-kowċis tagħhom, l-
istudenti tabilħaqq ħadu pjaċir jilagħbu, jiżfnu u jkantaw f’ambjent differenti
mis-soltu.
4
Suċċess fil-Cross Country tal-Iskejjel L-istudenti tagħna ħadu sehem għall-ewwel darba f’kompetizzjoni uffiċjali fl-4
ta’ Diċembru li għadda. Huma ħadu sehem fil-kompetizzjoni nazzjonali tal-cross
country għall-iskejjel .
Ikkompetejna fil-kategorija għal studenti mwielda fl-2000 jew wara b’żewġ
timijiet, wieħed tas-subien u ieħor tal-bniet. Hawn irrappreżentaw l-iskola mhux
biss studenti li jitħarrġu fl-atletika, imma anki studenti mħarrġa fi sport ieħor.
Waqt li fil-kategorija tas-subien ma rnexxilniex nagħmluha mal-ewwel tlieta, l-
bniet marru tajjeb ħafna tant li ġejna l-ewwel kemm bħala skola kif ukoll fuq
livell individwali permezz ta’ Meave Phillips. Kienet wirja kbira mit-tmint ibniet
li rrappreżentaw l-iskola iżda fuq kulħadd spikkat Meave li mhux biss daħlet l-
ewwel iżda qatgħet lit-tfal l-oħra b’madwar 300 metru.
Il-trofew li rebħet Meave tagħtu bħala rigal lill-iskola bħala
l-ewwel unur mirbuħ minn xi student tal-Iskola Nazzjonali
tal-Isports.
Is-Sur G. Dapi
5
Orarju - Eżamijiet ta’ Nofs is-Sena
L-eww
el se
ssjon
i
It-tie
ni se
ssjon
i 13 - 02 - 13
Matematika Xjenza
14 - 02 - 13
Lingwa Barranija Ġografija
15 - 02 - 13
Malti Studji Soċjali
18 - 02 - 13
Orali Orali
19 - 02 - 13
M’hemmx eżami Reliġjon
20 - 02 - 13
Ingliż ICT
21 - 02 - 13
Storja M’hemmx eżami
22 - 02 - 13
M’hemmx eżami M’hemmx eżami
Tliet studenti tal-iskola kienu
magħżula mill-Malta Football
Association biex jidhru fil-
kartolina uffiċjali tal-Milied
tal-MFA li tidher hawn. Dawn
l-istudenti huma
Sebastian Grech,
Samuel Okoh
u Maria Farrugia.
6
Editorjal Editorjal Editorjal --- LLL---użu talużu talużu tal---InternetInternetInternet
Kont taf li...Kont taf li...Kont taf li...
Edituri: Ġorġ Micallef (Aġent Kap),
Anna Maria Gatt u Genz Dapi
Disinn u Issettjar: Romina Mamo
Qari tal-Provi: Sarah J. Polidano u William Incorvaja
Bo
rd
Edit
orj
ali
L-internet jista’ jkun ta’ għajnuna kbira għat-tfal tagħna, speċjalment fix-xogħol tal-iskola u saħansitra fl-iżvilupp sportiv. Iżda, bħala ġenituri għandna r-responsabbiltà naraw li wliedna qegħdin jagħmlu użu tajjeb minnu.
Importanti li nsiru nafu l-internet tajjeb. Jekk aħna stess nitgħallmu nużaw l-internet sew, inkunu nistgħu nifhmu aħjar lit-tfal tagħna. Tajjeb li ninteressaw ruħna f’dak li jkunu qed jagħmlu fuq l-internet, l-aktar meta jkunu qed jiċċettjaw. Lit-tfal għandna ngħallmuhom dwar l-importanza tal-privatezza biex qatt ma jagħtu dettalji personali tagħhom jew ta’ xi ħadd mill-familja fuq l-internet, u lanqas m’għandhom jibagħtu ritratti lil nies li ma jafux.
Ħażin nagħmlu jekk inħallu lil uliedna jużaw l-internet mingħajr software apposta biex jipproteġihom minn materjal ta’ natura vjolenti, razzist u sesswali, fost l-oħrajn. Ikun tajjeb jekk inżommu l-kompjuter (jew laptop) f’post fejn nkunu nistgħu narawh u għalhekk inkunu nafu x’qegħdin jagħmlu.
Fl-aħħar, ma ninsewx li l-użu eċċessiv tal-kompjuter ma jagħmilx ġid la għat-tfal u lanqas għalina. Sigħat twal quddiem il-kompjuter inaqqsu l-opportunitajiet fejn nitkellmu ma’ xulxin. Faċli ħafna biex l-internet jaħkimna. Fi ftit kliem nistgħu inqisuh bħala qaddej mill-aqwa... iżda sid mill-agħar. Nikkmandaw aħna mela!
Nadia Comaneci, ġinnasta Rumena li ħadet sehem fl-Olimpijadi tal-1976 f’Montreal fil-Kanada, waqqfet rekord li sa issa għadu ma nkisirx? Rekord ta’ seba’ riżultati perfetti, jiġifieri għaxar punti f’seba’ dixxiplini tal-ġinnastika f’kompetizzjoni waħda!
Hemm tlett ibliet kandidati biex fihom isir il-Logħob Olimpiku tal-2020. Dawn huma Tokyo fil-Ġappun, Istanbul fit-Turkija u Madrid fi Spanja. L-għażla finali ser issir f’Settembru li ġej u b’hekk il-belt magħżula jkollha seba’ snin ċans biex tipprepara għal-logħob.
7
KalendarjuKalendarjuKalendarju M
ejj
uM
ejj
uM
ejj
u
1
17
Festa Pubblika.
Festa Komunità.
Il-programm jista’ jinbidel matul is-sena skolastika skont il-ħtieġa.
Ħarġiet edukattivi mhumiex inklużi f’dan il-kalendarju.
Jekk ikun hemm xi tibdil il-ġenituri jkunu mgħarrfa minn qabel.
Ap
ril
Ap
ril
Ap
ril
5
Jibda t-tielet term.
Mar
zuM
arzu
Mar
zu
4 - 8
19
25
26
27
Eżerċizzji Spiritwali għall-istudenti.
Festa Pubblika.
Jum il-Ġenituri bejn it-08:00 u s-14:15.
Attività sportiva għall-istudenti.
Jibdew il-vaganzi tal-Għid.
Frar
Frar
Frar
11 - 12
13 - 21
21
Vaganzi tal-Karnival.
Eżamijiet ta’ Nofs is-Sena.
Pizza Night għall-istudenti u l-familjari tagħhom.
8
Pass pass malPass pass malPass pass mal---ħajja flħajja flħajja fl---iskolaiskolaiskola
15 ta’ Novembru 2012 - L-istudenti kellhom sessjoni ta’ table tennis immexxija minn żewġ kowċis tal-Assoċjazzjoni Maltija tat-Table Tennis. Fl-istess jum, waqt is-sessjoni tat-tutorial, kien hemm żewġ attivitajiet oħra. Fil-Food Labs tal-iskola, l-istudenti kellhom sessjoni prattika dwar kif jippreparaw snack sustanzjuż. Fl-istess ħin saret ukoll laqgħa għall-ġenituri mal-Isports Nutritionist tal-iskola, Dorianne Bonnici u mal-Counsellor tal-Kulleġġ, Karl Coleiro.
22 ta’ Novembru 2012 - L-istudenti kellhom sessjoni informattiva dwar l-Ipoġew ta’ Ħal Saflieni organizzata mill-għalliem tal-Istorja, Simon Buttigieg. Indirizzat is-sessjoni, l-Kuratriċi tal-Mużewijiet, Maria Elena Zammit.
28 ta’ Novembru 2012 - L-istudenti tal-futbol kellhom logħba ta’ ħbiberija kontra l-Iskola Sekondarja tas-Subien Maria Reġina. Il-logħba ntemmet fi draw ta’ 2-2.
29 ta’ Novembru 2012 - Waqt it-tutorial, l-istudenti kellhom lezzjoni b’ħarsa lejn wieħed mis-suġġetti ttrattati fl-Edukazzjoni Fiżika livell option. Huma iddiskutew id-definizzjoni tal-kelma ‘saħħa’ u raw x’inhuma dawk il-fatturi li jgħinuna nkunu b’saħħitna. Dakinhar ukoll saret laqgħa tal-Kumitat Attivitajiet Soċjali, kumitat magħmul minn numru ta’ ġenituri.
3 ta’ Diċembru 2012 - Waqt l-assembly ta’ filgħodu tqassmu l-Merit Cards li l-għalliema ta’ kull suġġett taw lill-istudenti matul l-ewwel term.
4 ta’ Diċembru 2012 - Grupp ta’ studenti pparteċipaw fil-cross country annwali organizzata fil-kumpless tal-Marsa. Aqra paġna 4.
6 ta’ Diċembru 2012 - L-istudenti waqt it-tutorial iltaqgħu mal-atleta Antonio Flores, atleta b’diżabilità li ħa sehem fil-Logħob Paralimpiku f’Beijing fl-2008. Filgħaxija imbagħad kellna Lejliet il-Ġenituri fejn il-ġenituri iddiskutew mal-għalliema l-progress tat-tfal tagħhom.
11 ta’ Diċembru 2012 - Kellna logħba oħra ta’ ħbiberija, din id-darba kontra l-Kulleġġ Stella Maris fejn it-tim tal-iskola rebaħ bl-iskor ta’ 3-1.
18 ta’ Diċembru 2012 - L-istudenti raw il-pantomima ‘Is-Sbejħa u l-Bestja’, pantomima li tittella’ kull sena għal żmien il-Milied fil-Kulleġġ San Benedittu. 20 ta’ Diċembru 2012 - Saret żjara fil-Millenium Chapel f’Paceville u wara l-istudenti raw il-film The Big Miracle fl-Eden Cinema u lagħbu wkoll il-bowling fl-Eden Super Bowl.
9
Pass pass malPass pass malPass pass mal---ħajja flħajja flħajja fl---iskolaiskolaiskola
21 ta’ Diċembru 2012 - L-aħħar ġurnata tal-ewwel term bdiet bil-quddiesa tal-Milied u wara purċissjoni bl-istatwa ta’ Ġesù Bambin. Imbagħad l-istudenti kellhom festin tal-Milied fil-kumpless.
9 ta’ Jannar 2013 - Saru aktar provi għat-Table Tennis Aerobics display fl-okkażjoni tal-Mega Event tal-Isport Malta Awards organizzati mill-Kunsill Malti għall-Isport. Żewġ provi oħra saru qabel l-avveniment tas-16 ta’ Jannar.
11 ta’ Jannar 2013 - Saret laqgħa oħra mal-ġenituri fi ħdan il-Kumitat Attivitajiet Soċjali tal-iskola bi preparazzjoni għall-attività li se nagħmlu fi Frar.
16 ta’ Jannar 2013 - L-istudenti tagħna pparteċipaw fil-Mega Event Show tal-Isports Malta Awards, xow li sar fil-Kumpless tal-Kottonera. Dan kollu sar bil-għajnuna ta’ Joanna Grech, eks champion lokali tat-Table Tennis u l-President tal-Assoċjazzjoni tat-Table Tennis lokali Joe Borg Cardona.
17 ta’ Jannar 2013 - L-istudenti kellhom sessjoni ta’ tutorial mas-Sa Lara Tonna, lettur fl-Università ta’ Malta fl-Istitut tal-Edukazzjoni Fiżika u Sport. Mas-Sa Tonna l-istudenti ddiskutew kif wieħed jista’ jkun mexxej tajjeb fl-isport.
19 ta’ Jannar 2013 - L-eks attakkant tat-tim nazzjonali Taljan, Salvatore Totò Schillaci żar l-iskola tagħna u ltaqa’ mal-istudenti waqt iż-żjara li għamel f’pajjiżna fl-okkażjoni tal-Isport Malta Awards. (Aqra paġna 2.) Filgħaxija mbagħad l-istudenti, flimkien mal-ġenituri tagħhom, kienu mistiedna għas-serata finali li saret fl-MFCC Ta’ Qali.
22 ta’ Jannar 2013 - Is-Sur Michael Tabone mid-Drama Unit għamel sessjoni interessanti tad-drama mal-istudenti tagħna.
23 ta’ Jannar 2013 - Kellna logħba oħra ta’ ħbiberija, din id-darba kontra l-Kulleġġ St. Martin. Il-logħba spiċċat bl-iskor ta’ 10-4 favur l-iskola tagħna.
10
Mill-pinna tal-istudenti
15 St Joseph Street
Marsascala
2nd November 2012
Dear Nathan,
How are you? I hope this letter finds you well. It’s so great that we are
penfriends. I liked the letter that you sent me about your room and I thought
that I could also send you a description of my room.
I live in a flat near the sea. There are six rooms in all. My room is next to
the bathroom. My bedroom is not very big but I have everything I need in it.
The walls are painted blue because this is my favourite colour. My bed is a
bunk bed; it is not very big but I fit perfectly. I don’t have a bedside table but I
have a chair. On it I keep my alarm clock. Every morning, when it rings I feel like
throwing it out of the window which is behind the bed.
Behind the bed, I also have two wardrobes. One of them is filled with
winter clothes and the other one is filled with summer clothes. Opposite the
bed there is a long desk. This is where I do my homework and keep all my
books. Above the desk there is a poster of my favourite football team, Inter.
Some day I would like to have a bigger room but at the moment I am
happy with what I have. Hope to hear from you soon.
Your penfriend,
Samuel
11
Mill-pinna tal-istudenti
Djalogu bejn il-ħmara u l-baqra lejliet il-Milied
Narratur: Il-ħmara tasal fl-għar bil-Madonna bilqiegħda fuq daharha u Ġużeppi maġembha. Il-Madonna tinżel minn fuq dahar il-ħmara. Toħroġ il-baqra ħdejn il-ħmara.
Ħmara: Ara l-baqra ġejt tgħinni ftit? Jien ili ġurnata nimxi.
Baqra: Jien ħriġt naqra hawn barra biex nara x’inhu jiġri! Daqt nerġa’ nidħol ġewwa għax hawn barra hawn kesħa xxoqq il-għadam.
Ħmara: Tiċċajta! Jien għadni kif inwassal lil din il-mara li dalwaqt twelled. Mela jien ħa nidħol miegħek għax taf kif għejjejt!
Baqra: Ejja idħol miegħi! Trid insiru nafu lil xulxin ftit aħjar?
Ħmara: Mhux xorta għalija. Ejja mela, ibda inti!
Narratur: Sakemm il-baqra u l-ħmara qagħdu jitkellmu u jsiru jafu lil xulxin, twieled Ġesù Bambin, f’għar f’lejl ta’ bard u kesħa. X’ħin indunaw x’kien qed jiġri, tgħidx kemm ammiraw u faħħru lil Ġesù Bambin.
Ħmara: Ara naqra xi ġmiel ta’ tarbija!
Baqra: Vera x’inhi ħelwa dik it-tarbija. Naħseb jien xi tarbija speċjali din; ara dik l-istilla, x’tiddi fuqha.
Ħmara: Vera, sewwa qed tgħid, min jaf x’inhu ġej?
Baqra: X’inhu ġej ma nafx imma li naf żgur huwa li din it-tarbija speċjali ħafna.
Narratur: Wara xi ftit ħin jippruvaw jaqtgħu x’inhu ġej, waslu s-Slaten Maġi, libsin l-aktar deheb fin tagħhom. Il-ħmara u l-baqra baqgħu mistagħġba lejn it-Tliet Slaten Maġi b’ħalqhom miftuħa!
Baqra: M’għedtlekx jien li xi tarbija speċjali. Tgħid dawn min huma?
Ħmara: M’għandix idea ! Ara x’ rigali sbieħ qed joffrulu. Dawk x’inhuma?
Baqra: L-ewwel wieħed deheb, it-tieni wieħed inċens.
Ħmara: U t-tielet wieħed mirra. Jiena qed inħossni vera furtunata li qed insaħħan u kont qed inġorr bniedem daqshekk speċjali.
Baqra: Jien ukoll inħossni vera onorata !
Chloe Ann Ellul (Form 1 Green)