Is sagramenti tal-bidu

21
Is-Sagramenti tal- Is-Sagramenti tal- Bidu tal-Ħajja Bidu tal-Ħajja Nisranija Nisranija Unit Unit 3 3 : Il-Kalendarju : Il-Kalendarju Lezzjoni Lezzjoni 5 5

Transcript of Is sagramenti tal-bidu

Page 1: Is sagramenti tal-bidu

Is-Sagramenti tal-Is-Sagramenti tal-Bidu tal-Ħajja Bidu tal-Ħajja

NisranijaNisranija

Unit Unit 33: Il-Kalendarju: Il-KalendarjuLezzjoni Lezzjoni 55

Page 2: Is sagramenti tal-bidu

Permezz tal-Magħmudija aħna nirċievu l-Ispirtu s-Santu u l-maħfra tad-dnubiet.

Page 3: Is sagramenti tal-bidu

L-iktar ħaġa importanti li tintuża fil-Magħmudija hija l-ilma. L-ilma jintuża biex jaħsel u jnaddaf.L-ilma wkoll jagħti, iżomm u jkabbar il-ħajja.

Page 4: Is sagramenti tal-bidu

Qabel ma t-tarbija titgħammed il-ġenituri u l-parrini jistqarru li jemmnu f’Alla u li jiċħdu lix-xitan u d-dnub. Dan jagħmluh f’isem it-tarbija.

Page 5: Is sagramenti tal-bidu

Imbagħad waqt li jferra’ l-ilma fuq ras it-tarbija is-saċerdot jgħid:

Jiena ngħammdek fl-Isem tal-

Missier, u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu.

Page 6: Is sagramenti tal-bidu

Dak li l-ilma jagħmel fuq il-ġisem tagħna, l-Ispirtu s-Santu fil-Magħmudija jagħmlu fir-ruħ tagħna. L-Ispirtu s-Santu jnaddafna mid-dnub tan-nisel.Huwa jagħtina ħajja ġdida bħala ulied Alla.

Page 7: Is sagramenti tal-bidu

Wara l-Magħmudija hemm sagrament ieħor li bih l-Ispirtu s-Santu jerġa’ jiġi fina. Dan huwa s-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof.

Page 8: Is sagramenti tal-bidu

Fil-Griżma tal-Isqof l-Ispirtu s-Santu jagħtina qawwa speċjali biex nikbru f’qalbna u f’ruħna u nsiru nixbhu aktar lil Ġesù.

Page 9: Is sagramenti tal-bidu

Fil-Griżma tal-Isqof jintużaw iż-żejt u l-balzmu.

Page 10: Is sagramenti tal-bidu

Iż-żejt fl-antik kien jintuża bħala mediċina biex bih jidilku l-ġrieħi.

Iż-żejt tal-Griżma jfisser li l-Ispirtu s-Santu jagħti s-saħħa lir-ruħ tagħna.

Page 11: Is sagramenti tal-bidu

Il-balzmu jsir minn taħlita ta’ ħwawar u ħxejjex u jfuħ ħafna.

Il-balzmu jfisser li l-Ispirtu s-Santu jgħinna nxerrdu l-ferħ u l-paċi ta’ Ġesù kull fejn inkunu bħal fwieħa ta’ ħajja tajba.

Page 12: Is sagramenti tal-bidu

It-tberik taż-żejt u l-balzmu jsir mill-Isqof nhar Ħamis ix-Xirka filgħodu.

Page 13: Is sagramenti tal-bidu

Waqt il-Griżma, l-Isqof isejħilna b’isimna u jgħidilna:

Ħu s-siġill tad-don tal-Ispirtu s-Santu.

Page 14: Is sagramenti tal-bidu

L-Ispirtu s-Santu jimmarkana għal dejjem li aħna sirna ta’ Ġesù u bħal Ġesù.

Page 15: Is sagramenti tal-bidu

Sagrament ieħor li nirċievu matul ħajjitna huwa l-Ewkaristija.L-Ewkaristija hija l-ikla ta’ Ġesù li niċċelebraw waqt il-Quddiesa.

Page 16: Is sagramenti tal-bidu

Ġesù waqqaf dan is-Sagrament fl-Aħħar Ċena.

Page 17: Is sagramenti tal-bidu

Waqt il-quddiesa, il-ħobż u l-inbid li ntellgħu fuq l-artal isiru l-ġisem u d-demm ta’ Ġesù.

Page 18: Is sagramenti tal-bidu

ĠesĠesùù jistedinna sabiex nieħdu sehem jistedinna sabiex nieħdu sehem mill-ikla tiegħu billi nirċevuh ġewwa mill-ikla tiegħu billi nirċevuh ġewwa fina.fina.

Page 19: Is sagramenti tal-bidu

Dan isir waqt li aħna nitilgħu għat-tqarbin.

Is-saċerdot jurina l-ostja mqaddsa u jgħidilna:

Il-Ġisem ta’ Kristu!

Page 20: Is sagramenti tal-bidu

Ġesu’ jiġi fina biex jagħtina l-ferħ, il-paċi u l-imħabba tiegħu.

“Min jiekol ġismi hu wkoll jgħix bija.”

Page 21: Is sagramenti tal-bidu

Tmiem

Paul Rapa