Int u Jien

8

Click here to load reader

description

Int u Jien Harga nru 1

Transcript of Int u Jien

Page 1: Int u Jien

HEĠĠAIan digà ddedika zgħozitu għall‑komunità tiegħu – ħadem fiha u ħadem għaliha. Involva ruħu fis‑socjetajiet fejn trabba u ra li lill‑komunità li tagħtu ħafna jroddilha lura servizz. Issa Ian daħal b’entuzjazmu biex jifrex iktar is‑servizz tiegħu, din id‑darba għar‑residenti tas‑7 distrett. Ian lest jirrapprezentak fil‑Parlament Malti.

ESPERJENZAAnki jekk Ian gie elett f’età zgħira ħafna, fis‑seba’ snin u nofs li ilu Sindku ta’ Ħad‑Dingli rnexxielu jara li jitwettqu għadd gmielhom ta’ progetti li qed igawdu minnhom id‑Dinglin u li tista’ tarahom int ukoll jekk izzur dar‑raħal. U d‑Dinglin apprezzaw dan kif gie kkonfermat fl‑aħħar elezzjoni ta’ Marzu 2012. L‑esperjenza li kiseb Ian fil‑ħatriet kollha li kellu s’issa kemm f’Malta u kemm fl‑Unjoni Ewropea tiswa biex iwassal l‑aħjar servizz anki lilek.

LEALTÀIan mhux se tarah biss ftit qabel l‑elezzjoni u daqshekk. Il‑lealtà tiegħu lejn il‑kostitwenti digà ta xhieda tagħha. Il‑lealtà li jemmen fiha Ian hija l‑lealtà lejn il‑principji imma wkoll lejk. Jemmen f’kuntatt dirett mar‑residenti. Jemmen li għandu jkun accessibbli dejjem. Jemmen li f’kulma jwettaq irid dejjem jirrifletti dak li taħseb int.

Werrej tal-ewwel ħarġatal-Gazzetta intujien

Min hu Ian Borg? p2Edukazzjoni, Żgħażagħu Saħħa p3Proġetti p4Ħajja Politika p7

SEGWINA FUQFid-9 ta' Marzu 2013,

agħżel il-Gvern li jixraq lilek u lil uliedek.

Il-Partit Laburista biss jista’ jagħti lilek

u l-għeżież tiegħek, il-pajjiż li tassew jixraq lilna lkoll.

Hegga | Esperjenza | Lealtà

l-ewwel ħarġa

Page 2: Int u Jien

2

IAN BORG

Ian fl-ewwel tqarbina

Il-festi għal qalb Ian

Ian Borg għandu 26 sena. Huwa Iben Louis u Josette neè Mifsud, u għandu oħtu Clare.

Ħa l-edukazzjoni tiegħu fl-iskola primarja ta’ Ħad-Dingli, fil-Junior Lyceum tal-Ħandaq u fl-Università ta’ Malta fejn kiseb Baċellerat fil-liġi u Diploma ta’ Nutar Pubbliku. F'Novembru 2012, Ian iggradwa b'suċċess fid-Dottorat tal-Liġi u issa qed jaħdem sabiex l-Avukatura mhux biss tkun il-professjoni tiegħu, iżda tkun għodda oħra kif permezz tagħha jkun ta' servizz għal ħaddieħor.

Waqt li jħobb ħafna l‑isports ingenerali, Ian iħobb fuq kollox il‑logħba tal‑ballun. Izda mhux biss. Għandu għal qalbu wkoll dak kollu li huwa tradizzjonalment Malti ‑ fuq quddiem nett il‑festi u bosta delizzji.

Ian gie elett tliet darbiet Sindku ta’ Ħad‑Dingli fejn serva għal dawn l‑aħħar seba’ snin u nofs f’din il‑kariga, f’kull elezzjoni jikseb appogg dejjem akbar mill‑elettorat.

Elett Sindku ta’ Ħad‑Dingli fl‑2005 wara li gab l‑akbar ammont ta’ voti meta kien għad kellu biss 19‑il sena. Kien l‑izgħar Sindku li qatt gie elett f’Malta u fl‑Unjoni Ewropea.

Fl‑2008, rega’ gie kkonfermat Sindku meta kiseb aktar minn nofs il‑voti

Min huwa

validi kollha li ntefgħu f’Ħad‑Dingli f’dik l‑elezzjoni. Fl‑2012 il‑poplu ta’ Ħad‑Dingli għogbu jeleggi lil Ian fil‑kariga ta’ Sindku għat‑tielet legislatura tiegħu meta 2 minn kull 3 votanti tawh l‑ewwel preferenza. Dan kien rekord assolut minn kemm ilhom isiru l‑elezzjonijiet tal‑Kunsilli Lokali f’Malta u Għawdex.

Huwa gie elett ukoll bħala President tas‑Sezzjoni Kunsilliera tal‑Partit Labrusita u allura issa huwa l‑izgħar membru fl‑Amministrazzjoni tal‑istess Partit taħt it‑tmexxija ta’ Joseph Muscat.

Ian iservi f’isem Malta fil‑Kumitat tar‑Regjuni fi ħdan l‑Unjoni Ewropea gewwa Brussell ‑ u kien involut fuq diversi kumitati importanti fi ħdan il‑Partit tas‑Socjalisti Ewropej, fuq quddiem nett kienet il‑ħidma tiegħu fit‑tfassil tal‑‘Garanzija għaz‑Żgħazagħ’.

Huwa jirrapprezenta lill‑Kunsilli Lokali Maltin u Għawdxin fuq il‑Users Committee fi ħdan il‑MEPA.

Fuq talba tal‑Mexxej Laburista, u wara li kienu ħafna dawk il‑kostitwenti li ħeggew lil Ian f’dan ir‑rigward, huwa accetta li jkun kandidat gdid f’isem il‑Partit Laburista għall‑Elezzjoni Ġenerali li jmiss fuq is‑Seba’ Distrett: Ħad‑Dingli, Ħaz‑Żebbug, il‑Baħrija, ir‑Rabat, l‑Imdina, l‑Imgarr u l‑Imtarfa.

F'waħda mill-Gradwazzjonijiet

Page 3: Int u Jien

3

L-Edukazzjoni kienet dejjem fiċ-ċentru tal-ħidma ta’ Ian - Mijiet ta’ korsijiet Edukattivi u numru sabiħ ta’ Attivitajiet matul is-sena kollha.

Aktar minn 130 żagħżugħ ipparteċipaw ma’ Ian barra minn Malta fi programmi Ewropej. Programmi sħaħ fuq is-Saħħa u l-ġlieda kontra l-Obeżità.

Page 4: Int u Jien

4

Ian ħadem sabiex kiseb aktar minn Miljun Ewro fondi Ewropej jew skemi speċjali f’bosta proġetti varji, waqt li dejjem uża b’għaqal kull ċenteżmu.

Sar iċ-Ċentru tal-Viżitaturi fuq l-Irdumijiet ta’ Ħad-Dingli u qed tinbena Heritage Trail fil-kampanja pittoreska tal-lokalità.

Aktar minn 5,000 metru ta’ bankini ġodda, sar immaniġġjar aħjar

tat-traffiku u nħolqu spazji ġodda ta’ parkeġġ. Infetaħ iċ-Ċentru Amministrattiv u uffiċini ġodda tal-Kunsill Lokali.

Inbnew aktar Ġonna ġodda - fuq quddiem nett Ġnien il-Familja li jżuruh ħafna familji Dinglin u l-madwar.

L-indafa hija priorità għal Ian - Il-ġbir tal-iskart isir kuljum matul is-sena kollha, inkluż il-ħdud u l-festi.

Page 5: Int u Jien

5

L‑esperjenzali kiseb Ianfil‑ħatriet kollha li kellu s’issa kemm f’Malta u kemm fl‑Unjoni Ewropea tiswa biexiwassal l‑aħjar servizz anki lilek.

Page 6: Int u Jien

6

Sindku li kiseb suċċess wieħed wara l-ieħor għan-nies kollha.

Taħt it-Tmexxija ta’ Ian, fost l-oħrajn saru ...

6 Kilometri ta’ toroq ġew asfaltati mill-ġdid, kemm dawk residenzjali kif ukoll bosta trejqiet rurali li jiffaċilitaw l-aċċess għall-bdiewa u r-raħħala.

Illum Ħad-Dingli għandu t-toroq kollha ta’ kwalità tajba.

Illum Ħad‑Dingli għandu t‑toroq kollha ta’ kwalità tajba

Page 7: Int u Jien

7

Ian Borg huwa l-President tas-Sezzjoni Kunsilliera tal-Partit Laburista. Skont l-istatut il-ġdid, fuq xewqa tal-Mexxej Laburista Joseph Muscat, din il-kariga kellha tkun fuq l-Amministrazzjoni tal-Partit Laburista.

Dan ifisser li Ian huwa l-iżgħar membru fl-Amministrazzjoni tal-Partit Laburista, l-ogħla istituzzjoni tal-Partit Laburista.

Ian jaħdem dejjem viċin ħafna ta’ Joseph Muscat u l-kumplament tat-tmexxija.

Iżda Ian huwa membru attiv anki fi ħdan il-Partit Soċjalista Ewropew (PSE) u membru tad-delegazzjoni Maltija fil-Kumitat tar-Reġjuni fl-UE.

Ian Borg kien ġie maħtur sabiex jirrappreżenta lill-Grupp Soċjalista fuq il-working group li tratta l-‘Qagħad fost iż-Żgħażagħ’. Waħda mis-soluzzjonijiet identifikata u mfassla kienet il-‘Garanzija għaż-Żgħażagħ’ - issa din hija wkoll proposta ewlenija tal-Partit Laburista għaż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin.

Waqt laqgħa tal-Amministrazzjoni tal-Partit Laburista

Page 8: Int u Jien

Ian jemmen bis-sħiħ fil-komunikazzjoni u jrid ikun dejjem aċċessibbli għal dawk kollha li jixtiequ jagħmlu kuntatt miegħu.Sabiex ikun il-leħen tiegħek, Ian irid ikompli dejjem jisma’ lilek.

Ġurnata u Ħin Uffiċċju tal-Kampanja Elettorali

it-Tlieta - 19.00 Każin Laburista, l-Imġarrl-Erbgħa - 19.00 24, Triq Doni, Ir-Rabatil-Ħamis - 19.00 6, Triq Paris, Ħaż-Żebbuġis-Sibt - 10.00 5, Triq id-Dejqa, Ħad-Dingli

Matul ġranet u ħinijiet oħrajn, fl-uffiċini msemmija jkun hemm membri tat-tim ta’ Ian sabiex jagħtu l-għajnuna u informazzjoni meħtieġa.

TRID TILTAQA' MA’

IAN?79456060 | 99615380

“Permezz tal‑Ħegga li jiena għandi, waqt li nsarraf din l‑Esperjenza tiegħi,b’Lealtà rrid nirrapprezenta lilek fil‑Parlament Malti.” ‑ Ian

“Jistaqsuna wkoll min hi din il-Ġenerazzjoni Rebbieħa?

Fostna llejla għandna tnejn min-nies, it-tnejn li huma qegħdin hawnhekk maqgħudin mill-istess ideal. Fuq naħa lil Nenu Buhagiar it-tesserat numru ħamsa tal-Partit Laburista, u fuq in-naħa l-oħra għandna l-iżgħar Sindku ta’ Malta u Għawdex, Ian ta’ Ħad-Dingli.

Iż-żgħażagħ mal-anzjani.Din il-Ġenerazzjoni Rebbieħa tiġbor flimkien lil kulħadd.”

Joseph Muscat – waqt il-kampanja tiegħu

għall-Mexxej tal-Partit Laburista 17 ta’ Mejju 2008Ian isellem lill-mibki iben Ħad-Dingli, in-Nutar Ġużè Abela, ex-Ministru tal-Finanzi