INFORMAZZJONI GĦALL-PAZJENT - careandcure.gov.mt · Ir-receptionist fl-entratura ewlenija tkun...
Transcript of INFORMAZZJONI GĦALL-PAZJENT - careandcure.gov.mt · Ir-receptionist fl-entratura ewlenija tkun...
INFORMAZZJONIGĦALL-PAZJENT
P R O G R A M M T ’ G Ħ A R F I E N
KONTENUT
ATT DWAR IL- PROTEZZJONI TAD-DATA 3
POLICY KONTRA T-TIPJIP 3
POLICY DWAR L-IĠJENE TAL-IDEJN 4
DETTALJI DWAR LISTI TA’ STENNIJA 4
DETTALJI DWAR ID-DĦUL TA’ PAZJENTI FL-ISPTAR 5
DĦUL GĦAL PAZJENTI LI M’GĦANDHOMX ĊITTADINANZA MALTIJA 6
SERVIZZ TAL-OUT-PATIENTS 7
MALL-WASLA TIEGĦEK FL-ISPTAR BĦALA PAZJENT 8
X’GĦANDEK IĠĠIB MIEGĦEK 9
NOTA IMPORTANTI 9
WAQT LI TKUN RIKOVERAT FL-ISPTAR 10
IPPJANAR GĦAT-TLUQ TIEGĦEK MILL-ISPTAR 11
PROPRJETÀ PERSONALI 12
FAĊILITAJIET FL-ENTRATURA PRINĊIPALI 12
FAĊILITAJIET TA’ PARKEĠĠ 13
ĦLAS GĦAL PARKEĠĠ 13
RATI OĦRA GĦAL PARKEĠĠ 13
SERVIZZ TA’ VOLONTARJAT 13
SERVIZZ TA’ TAXI 13
SERVIZZ TAT-TRASPORT PUBBLIKU 14
SERVIZZ TAL-IKEL 14
ĦINIJIET TAL-IKEL 14
SERVIZZ RELIĠJUŻ 14
ĦINIJIET TAL-QUDDIES 15
SERVIZZ MULTIMEDJALI 15
DIPARTIMENT TAL-EMERĠENZA 16
LINJI GWIDA ĠENERALI 17
NUMRI TAT-TELEFON U ĦINIJIET GĦALL-VIŻITATURI 19
MAPPA 28
3
L-Isptar Mater Dei jħares l-obbligi tiegħu li jipproteġi
d-drittijiet tal-privatezza u l-kunfidenzjalità tal-individwu
billi jadotta prattiċi bbażati fuq il-prinċipji tal-Att Dwar
il-Protezzjoni tad-Data. L-Isptar Mater Dei jħaddem il-
prinċipju tal-kunsens tal-individwu dwar l-ipproċessar u
t-tixrid tal- informazzjoni sabiex il-pazjent jieħu l-aqwa
kura u għat-tmexxija effiċjenti tal-iSptar.
It-tipjip huwa pprojbit mill-bini kollu tal-Isptar u minn
kull entratura. Il-pazjenti u l-vizitaturi huma mitluba jir-
rispettaw din il-policy għaliex din hija infurzata bil-Liġi
u għalhekk marbuta magħha hemm penali għal min jik-
sirha. Il-viżitaturi huma mitluba biex jużaw il-postijiet id-
dedikati għat-tipjip filwaqt li huma mħeġġa li jiddisponu
mil-loqom tas-sigaretti f ’kontenituri li huma pprovduti
apposta.
POLICY KONTRA T-TIPJIP
ATT DWAR IL-PROTEZZJONI TAD-DATA
4
L-Isptar jesiġi l-importanza tal-ħasil tal-idejn minn kull
min jipprovdi servizz, fost il-pazjenti u anke l-viżitaturi.
Ħasil sewwa tal-idejn bl-ilma u s-sapun jew bl-użu ta’
likwidu alkoħoliku għall-idejn jgħin ħafna biex jon-
qos it-tixrid tal-infezzjonijiet. Għal dan il-għan, huwa
mħeġġeġ l-użu tal-alcohol rubs li jinsabu mifruxa mad-
war l-isptar kollu fosthom fis-swali u anke fid-diparti-
ment tal-Out-Patients.
Wara li jkunu saru l-eżamijiet kliniċi, il-pazjenti jistgħu
jitpoġġew fil-lista ta’ stennija biex jissejħu għall-kura fl-
isptar, bil-prijorità tingħata skont il-ħtieġa medika. Jekk
waqt li tkun fuq il-lista ta’ stennija jkun hemm xi tibdiliet
fid-dettalji tiegħek, bħal bdil tal-indirizz jew in-numru
tat-telefon/mobajl, jekk jogħġbok informa lill-Uffiċju tal-
Client Relations fuq in-numru tat-telefon:
u agħti in-Numru tal-Karta ta’ Identità tiegħek u kull in-
formazzjoni oħra relatata.
DETTALJI DWAR LISTI TA’ STENNIJA
POLICY DWAR L-IĠJENE TAL-IDEJN
2545 4184,
JEW PERMEZZ TA’ EMAIL:
5
L-Isptar jieħu ħsieb l-arranġamenti kollha għad-dħul tal-
pazjent. Il-pazjent jirċievi ittra li fiha jingħata dettalji dwar
meta għandu jidħol l-isptar, f ’liema sala se jkun rikoverat
u min se jkun il-konsulent tiegħu/tagħha. Jekk ma jkunx
hemm żmien biżżejjed biex il-pazjent jingħata dawn id-
dettalji permezz t’ittra, il-pazjent jiġi kkuntattjat bit-telefon.
Jekk ma tkunx tista’ tattendi fil-ġurnata mogħtija
(minħabba xi riħ/influwenza jew għal raġunijiet per-
sonali) jekk jogħġbok ikkuntattja lis-sala li kont mis-
tenni tkun rikoverat fiha kemm jista’ jkun malajr biex
tkun tista’ tingħata data oħra. Jista’ jgħaddi ftit taż-
żmien sakemm dan ikun possibbli.
DETTALJI DWAR ID-DĦUL TA’ PAZJENTI FL-ISPTAR
6
Bħala ċittadin/a mhux Malti/ja għandek tippreżenta l-
passaport jew xi dokument ieħor ta’ identifikazzjoni fil-
post ta’ reġistrazzjoni bħalma hi s-sala, ir-reception jew
il-klinika, u tagħti d-dettalji tiegħek, bħal indirizz tem-
poranju f ’Malta, indirizz permanenti fil-pajjiż fejn tgħix,
flimkien mal-isem u l-indirizz tal-eqreb qarib tiegħek.
Jekk int assikurat allura trid tipproduċi d-dokument
tal-assikurazzjoni u tikkuntattja lill-kumpanija tal-assi-
kurazzjoni biex tiftaħ it-talba. Jekk int ċittadin tal-Unjoni
Ewropea trid tipproduċi dokument validu tal-European
Health Insurance Card (EHIC) maħruġ minn pajjiżek
biex tkun eliġibbli għal kura b’xejn. Jekk int ċittadin tal-
Unjoni Ewropeja u toqgħod f ’Malta għandek tipproduċi
Dokument t’Intitolar validu maħruġ minn Entitlement
Unit f ’Malta (E111).
Bħala resident mhux ċittadin Malti tista’ tkun eliġibbli
għal kura b’xejn, skont paragarfu 2.1 (a) – (g) tal-Avviż
Legali 201/04 bħalissa applikabbli, suġġett għall-
preżentazzjoni ta’ dokumentazzjoni li jsaħħu dan.
Madankollu, fin-nuqqas ta’ tali dokumentazzjoni, int
tkun mitlub tħallas għas-servizzi mogħtija, u tintalab
tħalli depożitu ta’ €100 mar-reġistrazzjoni.
DĦUL GĦAL PAZJENTI LI M’GĦANDHOMX ĊITTADINANZA MALTIJA
7
Konsulenti u Speċjalisti jaraw lill-pazjenti fid-Diparti-
ment tal-Outpatients bl-appuntament. F’każ t’ appunta-
ment ġdid (new case appointment) għandek tiżgura li
jkollok f ’idejk l-ittra ta’ riferta mimlija mit-tabib tal-famil-
ja jew miċ-Centru tas-Saħħa. L-ittra ta’ riferta għandha
titħalla mall-Main Reception tal-Isptar Mater Dei; jew in-
kella tibgħata bil-posta fuq dan l-indirizz: Main Recep-
tion, Sptar Mater Dei, Tal-Qroqq, Msida MSD 2090. Tis-
ta’ tibgħatha wkoll permezz tal-imejl fuq customercare.
[email protected]. L-ittra ta’ riferta tinġieb għall-attenzjoni
tal-Konsulent/Speċjalista u jingħata appuntament skont
il-ħtieġa medika. L-appuntament jintbgħat bil-posta
u appuntamenti segwenti (follow-up appointments)
jingħataw skont il-ħtieġa.
SERVIZZ TAL-OUT-PATIENTS
8
Fl-entratura ewlenija tal-isptar jistgħu biss jitwasslu
u jinġabru l-passiġġieri. Is-sewwieq għandu jmur jip-
parkja l-karozza u jiltaqa’ miegħek fid-Daħla Ewlenija.
Għal aktar dettalji jekk jogħġbok irreferi għall-mappa
tal-isptar (paġna 17).
Ir-receptionist fl-entratura ewlenija tkun tista’ tiddereġik
għas-sala. Mall-wasla tiegħek fis-sala, informa lill-infer-
miera li jkunu fil-‘nursing station’ bil-wasla tiegħek.
Għalkemm normalment ikunu diġa’ saru arranġamenti biex
tingħata sodda, jista’ jkun hemm ċirkostanzi fejn ikollok
tistenna biex tinstablek sodda. Għal raġunijiet li ma jkoll-
niex kontroll fuqhom, ikun hemm okkażjonijiet rari fejn l-
operazzjoni tiegħek ikollha tiġi posposta għal data oħra.
Importanti li ssegwi l-istruzzjonijiet li tkun ingħatajt mit-
tabib jew mill-infermier/a bħal per ezempju l-bżonn ta’
sawm u/jew it-teħid jew twaqqif ta’ xi mediċini.
MALL-WASLA TIEGĦEK FL-ISPTAR BĦALA PAZJENT
9
• L-ittra għad-dħul ( jekk hemm) u l-Karta tal-Identità
• Dokumenti relatati ma’ saħħtek ( bħal karti ta’ rilaxxi-
menti mill-isptar li kellek qabel (‘discharge letters’/som-
marji tal-każ tiegħek, ittri t’appuntamenti oħra, il-kartuna
safra/roża/bajda, noti mediċi privati li jinkludu x-rays eċċ)
• Dokument tal-Assikurazzjoni tas-Saħħa ( jekk applikabbli)
• Ħwejjeġ tal-irqad/piġami, affarijiet tal-iġjene person-
ali, dressing gown, xugamani u face cloths ( jekk tixtieq)
• Il-mediċini kollha li tkun qed tieħu ( jista’ jkun li tintalab
biex toħodhom lura d-dar wara li turiehom lill-infermier/a)
• Numru tat-telefon ta’ żewġ persuni qrib tiegħek li
jistgħu jkunu disponibbli 24 siegħa kuljum.
• Int mitlub li ma ġġibx miegħek oġġetti tad-deheb jew
affarijiet oħra ta’ valur
• Int mitlub li ma ġġibx miegħek ammonti kbar ta’ flus
kontanti u affarijiet personali.
L-awtoritajiet tal-isptar mhumiex responsabbli għal af-
farijiet ta’ valur, flus jew affarijiet oħra li ma jinstabux.
NOTA IMPORTANTI
X’GĦANDEK IĠĠIB MIEGĦEK FIS-SALA
10
Akkomodazzjoni
Int se tkun akkomodat fi kmamar b’sitta, b’erba’, b’żewġ
sodod jew b’sodda waħda, jiddependi mid-disponibbil-
ta’ tas-sodod u iżjed importanti mill-kundizzjoni medika
tiegħek. Jekk jogħġbok innota li int tista’ tkun trasferit
għal sodda jew sala oħra jekk ikun hemm tibdil fil-
kundizzjonijiet mediċi tiegħek, jew biex ikunu akkomo-
dati l-ħtiġijiet ta’ pazjenti oħrajn. Dan jista’ jseħħ anke
matul il-lejl. Il-koperazzjoni tiegħek hija apprezzata.
L-Identità tal-istaff
Apparti t-tobba u l-infermiera t-tim ta’ kura tiegħek jin-
kludi ħafna aktar membri tal-istaff. Il-membri tal-istaff
tal-Isptar Mater Dei huma mitluba li jżommu fuqhom
it-tag tal-identità u li fuqha jkun hemm l-isem, ir-ritratt
u l-kariga tal-individwu. Jekk ikollok xi dubju jekk
jogħġbok itlob lill-persuna turik din it-tag, jew itlobha
tispjegalek x’inhu l-irwol tagħha.
Kif Tagħmel Ilment Jew Suġġeriment
Jekk waqt li tkun l-isptar tħoss li għandek tilmenta dwar
għandek l-ewwel tkellem lit-tabib jew lill-infermier/a re-
sponsabbli mill-kura tiegħek.
Jekk tħoss li l-ilment tiegħek ma ġiex riżolt jekk jogħġbok
għamel kuntatt mal-uffiċċju tal-Client Relations fuq in-
numri 2545 4184 jew 2545 4286 tul il-ġimgħa kollha,
inkluż is-Sibt u l-Ħadd, bejn it-7.45 am u t-7.45 pm, jew
ibgħat email fuq [email protected]
WAQT LI TKUN RIKOVERAT FL-ISPTAR
11
H u w a r r a k k o m a n d a t l i t i p p j a n a m i n n q a b e l
l-arranġamenti għal meta tasal biex tħalli l-Isptar, bħal
min se jiġi għalik, jew jekk ikun meħtieġ, kura u appoġġ
addattat għal żmien il-konvoloxxenza.Nistgħu nitol-
buk toħroġ mill-Isptar sal-10.00 am jew qabel, dakin-
har stess li tkun se titlaq mill-isptar. Nistgħu nittrasferuk
għall-Hospitality Lounge waqt li jkunu qegħdin isiru
l-arranġamenti għat-tluq tiegħek mill-isptar. La darba
tkun rilaxxat mill-Isptar nagħtuk Ittra ta’ Sommarju (‘dis-
charge letter’) bid-dettalji mediċi dwar il-każ tiegħek
biex tgħaddiha lit-tabib tiegħek, u jekk ikun meħtieġ,
riċetta, u/jew appuntament għal appuntament tal-Out-
Patients.Barra minn hekk, jekk tkun trid, noħorġulek
Ċertifikat tal-Mard għal skop ta’ leave apposta minn fuq
il-post tax-xogħol tiegħek.
IPPJANAR GĦAT-TLUQ TIEGĦEK MILL-ISPTAR
12
Jekk jogħġbok, ibgħat kemm jista’ jkun minn kmieni l-
affarijiet personali tiegħek lura d-dar.
Fid-daħla ewlenija tal-Isptar issib numru ta’ faċilitajiet
għall-konvenjenza tiegħek.
Sular t’isfel
• Client Relations Unit
• Reception ewlenija
• Hospitality Lounge
• Kafeterija u ħanut li jbiegħ gazzetti, magazins,
affarijiet tal-iġjene personali, rigali eċċ.
• Servizz t’għajnuna għal min jipprovdi servizzi
• Latrini pubbliċi
• Makni tal-ATM• Payphones
• Uffiċjali tas-Sigurtà
• Porters
• Is-sezzjoni tal-loans (self ta’ wheelchairs, bsaten etċ)
L-Ewwel Sular
• Is-Sezzjoni tal-Ġbir ta’ Flus
• Servizzi ta’ Volontarjat
PROPRJETÀ PERSONALI
FAĊILITAJIET FL-ENTRATURA PRINĊIPALI
13
Pazjenti u viżitaturi għandhom jużaw il-faċilitajiet tal-
parkeġġ li hemm taħt l-art (fuq il-lemin), fejn hemm ħafna
spazji ta’ parkeġġ. Mill-parkeġġ hemm aċċess intern,
bil-lift jew bit-taraġ, li jwasslu għall-kuridur li hemm ħdejn
id-dipartiment tal-Out-Patients.
Hemm faċilitajiet ta’ parkeġġ addizzjonali fuq in-naħa ta’
wara tal-Isptar (in-naħa tal-Università), imma dan huwa
ristrett għall-pazjenti li jkunu għall-kura ta’ ġurnata fl-
Isptar. Għal aktar dettalji rreferi għall-Mappa tal-Isptar
(paġna 17).
Fil-faċilità tal-parkeġġ ta’ taħt l-art hemm ħafna spazji
ta’ parkeġġ riservat għal persuni b’diżabilità, l-istess kif
hemm fil-parkeġġi ta’ quddiem id-Dipartiment tal-Outpa-
tients, id-Dipartiment tal-Emerġenza u d-Day Care Unit.
Biex tipparkja f ’dawn l-ispazji irid ikollok imwaħħla
d-‘disabled driver sticker’.
Il-parkeġġ huwa mmexxi minn kuntrattur privat. Karozzi
pparkjati f ’postijiet mhux awtorizzati f ’kull parti ta’ mad-
war l-Isptar jiġu kklampjati u jiġu rrilaxxati wara li titħallas
multa ta’ €35. F’ċerti ċirkostanzi l-karozzi jistgħu jiġu
ttowjati minn fuq il-post u jkun irid isir ħlas ta’ €105 biex
il-karozza tittieħed lura. Wieħed jifhem li dan isir fl-in-
teress tas-sigurtà pubblika u l-aħjar u sabiex it-traffiku
ġewwa l-Isptar jitmexxa bl-aħjar mod possibbli.
L-ewwel 30 minuta Bla ħlas
Minn 31 minuta sa siegħa € 0.80
Minn 61 minuta sa sagħtejn € 1.65
Minn 121 minuta sa tliet sigħat € 2.45
Minn 181 minuta sa erba’ sigħat € 3.25
Minn erba’ sigħat sa 24 siegħa € 4.10
Mill-10 pm sas-6 am € 0.80
Parkeġġ għal tlett ijiem € 7.50
Parkeġġ għal 30 ġurnata € 55
Parkeġġ għad-Day Care Unit – erba’ sigħat € 2
Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb mill-Pay Station jew
permezz tat-telefon: 25456814 / 27001000
Waqt li tkun l-isptar tista’ tiltaqa’ ma’ voluntiera ddedikati
u li permezz tal-esperjenza li ġabru tul il-ħajja, kif ukoll
permezz tal-kariżma tagħhom, iżidu valur lis-servizz tajj-
eb li jingħata mill-istaff tal-Isptar. Għal aktar informazz-
joni dwar dan is-servizz ċempel fuq 2545 4150.
FAĊILITAJIET TA’ PARKEĠĠ RATI TA’ ĦLAS GĦAL PARKEĠĠ
RATI OĦRAJN GĦAL PARKEĠĠ
SERVIZZ TA’ VOLONTARJAT
14
Is-servizz tat-trasport pubbliku għal destinazzjonijiet varji
huwa disponibbli f ’ħinijiet differenti matul il-ġurnata. It-termi-
nus tal-karozzi tal-linja jinsab ħdejn in-naħa tal-Università li
tagħti għall-Isptar, madankollu l-karozzi tal-linja jieqfu wkoll
ħdejn l-entratura prinċipali tal-Isptar, ħdejn l-Institute of
Health Care & Medical School, u ħdejn id-Day Care Unit.
Għal aktar informazzjoni tista’ ċċempel fuq 2125 0007/8/9.
Il-menu jitqassam fit-8.30 am biex isiru l-ordnijiet għall-
ġurnata ta’ wara. F’każ ta’ dieta speċjali, bħal coeliac,
diabetic, low fat, eċċ, jekk jogħġbok informa lill-istaff.
Is-servizz reliġjuż huwa disponibbli għall-pazjenti koll-
ha. Jekk jogħġbok informa lil xi membru tal-istaff dwar
liema servizz tixtieq. Membru tas-Servizz Reliġjuż u
Kura Pastorali jżur is-swali kuljum biex jamministra s-
sagramenti tal-qrar u t-tqarbin.
Kolazzjon 7.30 am - 8.30 am
Ikla ta’ nofsinhar 11.00 am - 12:00 pm
Ikla ta’ filgħaxija 5.00 pm - 6.00 pm
Te’/Kafe 8.00 pm - 8.30 pm
SERVIZZ TAT-TRASPORT PUBBLIKU
SERVIZZ TAL-IKEL
SERVIZZI RELIĠJUŻI
ĦINIJIET TAT-TQASSIM TAL-IKEL (APPROSSIMATTIVI)
15
Matul il-ġurnata
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa: 6.30am, 7.00 am, 12.00 pm
Is-Sibt 6.30am, 7.00 am, 7.00 pm
Ħdud u Btajjel Pubbliċ 6.30am, 7.15 am, 12.00 pm
Il-Kappella tal-Isptar u l-kamra ddedikata għal
reliġjonijiet oħra jinsabu fiċ-ċentru tal-Isptar. Għal aktar
dettalji rreferi għall-Mappa tal-Isptar (paġna 15).
L-Isptar Mater Dei joffri l-WiFi b’xejn fiċ-Ċentru tal-
Onkoloġija Sir Anthony Mamo, fis-swali tal-isptar u fiż-
żoni tal-madwar, kif ukoll fiż-żoni l-aktar iffrekwentati
fosthom: ir-reception tal-A&E, ir-reception il-prinċipali,
fil-canteen tal-istaff u fiż-żoni tar-receptions tal-Outpa-
tients (f ’livell 0 u livell 1). Il-persuni jridu jġibu l-apparat
tagħhom biex jaċċessjaw il-WiFi u biex ikunu jistgħu
jattivaw il-WiFi jridu dejjem jaċċettaw it-termini u l-
kundizzjonijiet. Jekk jogħġbok kun informat li l-Isptar
Mater Dei ma joffrix servizz ta’ sapport jekk l-apparat
ma jkunx jista’ jikkonnettja mal-WiFi.
IL-WiFi FL-ISPTAR MATER DEI
ĦINIJIET TAL-QUDDIES
16
Mal-wasla fl-Emerġenza, l-pazjenti jiġu rreġistrati fil-
kompjuter. Wara jarahom/tarahom Infermier/a fit-triage,
li min-naħa tagħhom jassessjaw il-kundizzjoni medika
tal-pazjent. Dan ifisser li l-pazjenti jkunu kategorizzati
skont l-urġenza tal-każ tagħhom b’dawk l-aktar morda
serjament jingħataw trattament mill-ewwel.
Nitolbukom tifhmu li jkunu hemm okkażjonijiet fejn ċerti
pazjenti jkunu jeħtieġu attenzjoni immedjata aktar minn
ID-DIPARTIMENT TAL-EMERĠENZA
JEKK JOGĦĠOBKOM FTAKRU WKOLL LID-DI-PARTIMENT TAL-EMERĠENZA QIEGĦED BISS GĦAL EMERĠENZA! TUŻAX DAN IS-SERVIZZ FLOK TUŻA Ċ-ĊENTRI TAS-SAĦĦA JEW IT-TA-BIB TAL-FAMILJA TIEGĦEK.
oħrajn. Meta jiġri hekk, membru tal-istaff jinfurmakom
li se jkun hemm ħin itwal ta’ stennija.any increase in
waiting times.
17
L-Isptar Mater Dei għandu tolleranza zero għall-vjolenza
(kemm jekk f ’forma t’abbuż verbali kif ukoll fiżiku) kif
ukoll fir-rigward ta’ fastidju sesswali.
L-Isptar Mater Dei għandu tolleranza zero wkoll fir-rigward
ta’ ħsara jew vandaliżmu fil-bini u dak kollu li hemm ġo fih.
Il-viżitaturi huma mfakkra li fl-Isptar ma jistax isir tip-
jip u lit-tipjip huwa permess biss f ’postijiet maħsubin
speċifikament għal dan il-għan.
Il-viżitaturi għandhom jilbsu diċenti u f ’kull ħin
għandhom juru rispett lejn l-istaff, lejn pazjenti oħrajn
u l-qraba tagħhom. Il-ħinijiet uffiċjali tal-viżitaturi fi
swali speċifiċi jidhru fit-tabella murija. Jista’ jkun hemm
xi restrizzjonijiet f ’ċerti swali jew f ’ċerti ċirkostanzi.
Għal aktar dettalji għandu jsir kuntatt mal-infermier/a jew
il-qabla inkarigata.
M’għandhomx isiru żjarat fl-Isptar minn persuni li jkolhom
mard infettiv bħal irjiħat, sintomi t’influwenza, diarrhoea
u/jew remettar u/jew mard ieħor li jittieħed bħall-ħożba.
Il-viżitaturi huma mħeġġa jaħslu jdejhom mal-wasla
tagħhom ħdejn il-pazjent u jerġgħu jaħsluhom qabel jit-
ilqu. Il-viżitaturi għandhom jikkonsultaw mall-istaff
tas-sala qabel ma jġibu xi ikel jew xorb lill-pazjenti.
Il-viżitaturi huma mħeġġa biex ma jdumux għal ħafna ħin
ħdejn il-pazjenti, u li ma jkunux aktar minn tnejn fl-istess ħin.
Swali speċjalizzati jistgħu jimponu aktar restrizzjonijiet.
Il-pazjenti huma mħeġġa jagħmlu użu mid-day-
room biex jiltaqgħu mal-viżitaturi. Ħafna viżitaturi fl-
istess ħin jistgħu jgħejju lill-istess pazjent li jkunu
qegħdin iżuru filwaqt li jiddisturbaw lil pazjenti oħra.
Il-viżitaturi huma mħeġġa biex, taħt id-direzzjoni tal-
istaff tas-sala, jipparteċipaw fil-kura tal-qarib tagħhom.
Il-viżitaturi m’għandhomx imissu noti mediċi, charts jew
xi apparat.
F’ċirkostanzi speċjali, u bi ftehim mal-infermier/a jew qab-
la inkarigata mis-sala, jistgħu jsiru arranġamenti speċjali
biex isiru żjarat barra mill-ħinijiet stipulati (għal pazjenti
b’mard terminali jew għal pazjenti li jiddependu ħafna fuq
il-qarib tagħhom minħabba xi diżabilità fiżika jew mentali).
Qraba jistgħu jintalbu joħorġu mis-sala jekk il-pazjent li
jkunu qegħdin iżuru jew xi pazjent ieħor fl-istess kamra,
ikunu jeħtieġu xi intervent mill-infermier/a jew xi eżami
mediku.
Tfal taħt is 16-il sena jistgħu jżuru l-pazjenti fil-ħinijiet
tal-viżitaturi ta’ kuljum sakemm dawn ikunu akkumpan-
LINJI GWIDA ĠENERALI
18
jati minn persuna adulta. Tfal żgħar li jkunu għadhom
ma jmorrux skola, għandhom jinżammu lura milli jżuru
l-isptar. Dan minħabba r-riskju t’infezzjonijiet.
Mhux permess li t-tfal jitħallew iżuru pazjenti li jkunu
rikoverati fit-Taqsima tal-Mard Infettiv jew fil-Kmamar
t’iżolament fis-Swali Ġenerali. Jistgħu wkoll jinżammu
milli jżuru pazjenti li jkunu fi stat kritiku.
19
Swali Ġenerali
Medical Assessment Unit 1 (MAU1)
Għamel kuntatt: 25458010, 25458011
Mit-Tnejn sal-Ħadd
11:30 – 13:00
15:00 – 20:00
Żewġ viżitaturi huma permessi li jżuru lill-pazjent fl-
istess ħin sakemm ma jingħatax permess speċjali mill-
Infermier/a inkarigat/a.
Medical Assessment Unit 2 (MAU2)
Għamel kuntatt: 25458020, 25458021
Mit-Tnejn sal-Ħadd
11:30 - 13:00
15:00 - 20:00
Żewġ viżitaturi huma permessi li jżuru lill-pazjent fl-
istess ħin sakemm ma jingħatax permess speċjali mill-
Infermier/a inkarigat/a.
Medical Assessment Unit 3 (MAU3)
Għamel kuntatt: 25454017, 25454020
Mit-Tnejn sal-Ħadd
11:30 - 13:00
15:00 - 20:00
Żewġ viżitaturi huma permessi li jżuru lill-pazjent fl-
istess ħin sakemm ma jingħatax permess speċjali mill-
Infermier/a inkarigat/a.
Cardiac Medical Ward
Għamel kuntatt: 25454600, 25454601
Mit-Tnejn sal-Ħadd
11:30 - 13:00
15:00 - 20:00
Żewġ viżitaturi huma permessi li jżuru lill-pazjent fl-
istess ħin sakemm ma jingħatax permess speċjali mill-
Infermier/a inkarigat/a.
Cardiac Surgical Ward
Għamel kuntatt: 25455480, 25455481, 25455482
Mit-Tnejn sal-Ħadd
11:30 - 13:00
15:00 - 20:00
Żewġ viżitaturi huma permessi li jżuru lill-pazjent fl-
istess ħin sakemm ma jingħatax permess speċjali mill-
Infermier/a inkarigat/a.
Gynae Ward
Għamel kuntatt: 25455110, 25455111
Mit-Tnejn sal-Ħadd
11:30 - 13:00
15:00 - 20:00
Żewġ viżitaturi huma permessi li jżuru lill-pazjent fl-
istess ħin sakemm ma jingħatax permess speċjali mill-
Infermier/a inkarigat/a.
NUMRI TAT-TELEFON U ĦINIJIET TAL-VIŻITATURI
20
Observation Wards 1A u 1B
Ward 1A - Għamel kuntatt: 25453930
Ward 1A - Għamel kuntatt: 25453942, 25453945
Mit-Tnejn sal-Ħadd
11:30 - 13:00
15:00 - 20:00
Żewġ viżitaturi huma permessi li jżuru lill-pazjent fl-
istess ħin sakemm ma jingħatax permess speċjali mill-
Infermier/a inkarigat/a.
Observation Ward 2
Għamel kuntatt: 25454036, 25454029, 25454065
Mit-Tnejn sal-Ħadd
11:30 - 13:00
15:00 - 20:00
Żewġ viżitaturi huma permessi li jżuru lill-pazjent fl-
istess ħin sakemm ma jingħatax permess speċjali mill-
Infermier/a inkarigat/a.
Medical Investigation and Treatment Unit (MITU)
Għamel kuntatt: 25456000, 25456002
Mit-Tnejn sal-Ħadd
11:30 - 13:00
15:00 - 20:00
Żewġ viżitaturi huma permessi li jżuru lill-pazjent fl-
istess ħin sakemm ma jingħatax permess speċjali mill-
Infermier/a inkarigat/a.
Medical Ward 1
Għamel kuntatt: 25456010, 25456011
Mit-Tnejn sal-Ħadd
11:30 - 13:00
15:00 - 20:00
Żewġ viżitaturi huma permessi li jżuru lill-pazjent fl-
istess ħin sakemm ma jingħatax permess speċjali mill-
Infermier/a inkarigat/a.
Medical Ward 2
Għamel kuntatt: 25456020, 25456021
Mit-Tnejn sal-Ħadd
11:30 - 13:00
15:00 - 20:00
Żewġ viżitaturi huma permessi li jżuru lill-pazjent fl-
istess ħin sakemm ma jingħatax permess speċjali mill-
Infermier/a inkarigat/a.
Medical Ward 3
Għamel kuntatt: 25456030, 25456031
Mit-Tnejn sal-Ħadd
11:30 - 13:00
15:00 - 20:00
Żewġ viżitaturi huma permessi li jżuru lill-pazjent fl-
istess ħin sakemm ma jingħatax permess speċjali mill-
Infermier/a inkarigat/a.
21
Medical Ward 4
Għamel kuntatt: 25456040, 25456041
Mit-Tnejn sal-Ħadd
11:30 - 13:00
15:00 - 20:00
Żewġ viżitaturi huma permessi li jżuru lill-pazjent fl-
istess ħin sakemm ma jingħatax permess speċjali mill-
Infermier/a inkarigat/a.
Medical Ward 5
Għamel kuntatt: 25456050, 25456051
Mit-Tnejn sal-Ħadd
11:30 - 13:00
15:00 - 20:00
Żewġ viżitaturi huma permessi li jżuru lill-pazjent fl-
istess ħin sakemm ma jingħatax permess speċjali mill-
Infermier/a inkarigat/a.
Medical Ward 6
Għamel kuntatt: 25456060, 25456061
Mit-Tnejn sal-Ħadd
11:30 - 13:00
15:00 - 20:00
Żewġ viżitaturi huma permessi li jżuru lill-pazjent fl-
istess ħin sakemm ma jingħatax permess speċjali mill-
Infermier/a inkarigat/a.
Medical Ward 7
Għamel kuntatt: 25454019, 25454024, 25454025
Mit-Tnejn sal-Ħadd
11:30 - 13:00
15:00 - 20:00
Żewġ viżitaturi huma permessi li jżuru lill-pazjent fl-
istess ħin sakemm ma jingħatax permess speċjali mill-
Infermier/a inkarigat/a.
Medical Ward 8
Għamel kuntatt: 25454940, 25454941
Mit-Tnejn sal-Ħadd
11:30 - 13:00
15:00 - 20:00
Żewġ viżitaturi huma permessi li jżuru lill-pazjent fl-
istess ħin sakemm ma jingħatax permess speċjali mill-
Infermier/a inkarigat/a.
Medical Ward 9
Għamel kuntatt: 25453956, 25453957, 25453958
Mit-Tnejn sal-Ħadd
11:30 - 13:00
15:00 - 20:00
Żewġ viżitaturi huma permessi li jżuru lill-pazjent fl-
istess ħin sakemm ma jingħatax permess speċjali mill-
Infermier/a inkarigat/a.
22
Diabetic Foot Ward (DFW)
Għamel kuntatt: 25454280, 25454281, 25454282
Mit-Tnejn sal-Ħadd
11:30 - 13:00
15:00 - 20:00
Żewġ viżitaturi huma permessi li jżuru lill-pazjent fl-
istess ħin sakemm ma jingħatax permess speċjali mill-
Infermier/a inkarigat/a.
Neuro Medical Ward
Għamel kuntatt: 25456220, 25456221
Mit-Tnejn sal-Ħadd
11:30 - 13:00
15:00 - 20:00
Żewġ viżitaturi huma permessi li jżuru lill-pazjent fl-
istess ħin sakemm ma jingħatax permess speċjali mill-
Infermier/a inkarigat/a.
Neuro Surgical Ward
Għamel kuntatt: 25456210, 25456211
Mit-Tnejn sal-Ħadd
11:30 - 13:00
15:00 - 20:00
Żewġ viżitaturi huma permessi li jżuru lill-pazjent fl-
istess ħin sakemm ma jingħatax permess speċjali mill-
Infermier/a inkarigat/a.
Ophthalmic Ward
Għamel kuntatt: 25455020, 25455021
Mit-Tnejn sal-Ħadd
11:30 - 13:00
15:00 - 20:00
Żewġ viżitaturi huma permessi li jżuru lill-pazjent fl-
istess ħin sakemm ma jingħatax permess speċjali mill-
Infermier/a inkarigat/a.
Orthopaedic Ward 1
Għamel kuntatt: 25455230, 25455237
Mit-Tnejn sal-Ħadd
11:30 - 13:00
15:00 - 20:00
Żewġ viżitaturi huma permessi li jżuru lill-pazjent fl-
istess ħin sakemm ma jingħatax permess speċjali mill-
Infermier/a inkarigat/a.
Orthopaedic Ward 2
Għamel kuntatt: 25455220, 25455227
Mit-Tnejn sal-Ħadd
11:30 - 13:00
15:00 - 20:00
Żewġ viżitaturi huma permessi li jżuru lill-pazjent fl-
istess ħin sakemm ma jingħatax permess speċjali mill-
Infermier/a inkarigat/a.
Orthopaedic Ward 3
Għamel kuntatt: 25455210, 25455217
Mit-Tnejn sal-Ħadd
11:30 - 13:00
15:00 - 20:00
Żewġ viżitaturi huma permessi li jżuru lill-pazjent fl-
istess ħin sakemm ma jingħatax permess speċjali mill-
Infermier/a inkarigat/a.
23
Surgical Ward 1
Għamel kuntatt: 25457010, 25457011
Mit-Tnejn sal-Ħadd
11:30 - 13:00
15:00 - 20:00
Żewġ viżitaturi huma permessi li jżuru lill-pazjent fl-
istess ħin sakemm ma jingħatax permess speċjali mill-
Infermier/a inkarigat/a.
Surgical Ward 2
Għamel kuntatt: 25457020, 25457021
Mit-Tnejn sal-Ħadd
11:30 - 13:00
15:00 - 20:00
Żewġ viżitaturi huma permessi li jżuru lill-pazjent fl-
istess ħin sakemm ma jingħatax permess speċjali mill-
Infermier/a inkarigat/a.
Surgical Ward 3
Għamel kuntatt: 25457030, 25457031
Mit-Tnejn sal-Ħadd
11:30 - 13:00
15:00 - 20:00
Żewġ viżitaturi huma permessi li jżuru lill-pazjent fl-
istess ħin sakemm ma jingħatax permess speċjali mill-
Infermier/a inkarigat/a.
Surgical Ward 4
Għamel kuntatt: 25457040, 25457041
Mit-Tnejn sal-Ħadd
11:30 - 13:00
15:00 - 20:00
Żewġ viżitaturi huma permessi li jżuru lill-pazjent fl-
istess ħin sakemm ma jingħatax permess speċjali mill-
Infermier/a inkarigat/a.
Surgical Ward 5
Għamel kuntatt: 25457050, 25457051
Mit-Tnejn sal-Ħadd
11:30 - 13:00
15:00 - 20:00
Żewġ viżitaturi huma permessi li jżuru lill-pazjent fl-
istess ħin sakemm ma jingħatax permess speċjali mill-
Infermier/a inkarigat/a.
Physiotherapy Department
Għamel kuntatt: 25456600, 25456601
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa 7:30 - 15:00
Is-Sibt 7:30 - 12:30
Pazjenti rikoverati fl-isptar jistgħu jibbenefikaw minn
servizz estiż wara l-ħinijiet normali tax-xogħol.
Urology Ward 1
Għamel kuntatt: 25457080, 25457081
Mit-Tnejn sal-Ħadd
11:30 - 13:00
15:00 - 20:00
Żewġ viżitaturi huma permessi li jżuru lill-pazjent fl-
istess ħin sakemm ma jingħatax permess speċjali mill-
Infermier/a inkarigat/a.
24
Urology Ward 2
Għamel kuntatt: 25457090, 25457091, 25457092
Mit-Tnejn sal-Ħadd
11:30 - 13:00
15:00 - 20:00
Żewġ viżitaturi huma permessi li jżuru lill-pazjent fl-
istess ħin sakemm ma jingħatax permess speċjali mill-
Infermier/a inkarigat/a.
Infectious Diseases Unit (IDU)
Għamel kuntatt: 25456056, 25456059
Mit-Tnejn sal-Ħadd
11:30 - 13:00
15:00 - 20:00
Żewġ viżitaturi huma permessi li jżuru lill-pazjent
flistess ħin sakemm ma jingħatax permess speċjali mill-
infermier/a inkarigat/a.
Nirrakkomandaw li Nisa Tqal ma jidħlux f ’din issala,
dawk li jgħażlu li jidħlu jkunu qed jagħmlu dan
b’responsabilta tagħhom stess.
Tfal taħt is-16 il-sena mhux permess li jidħu fil-kmamar
tal-pazjenti mingħajr awtorizzazzjoni tal-Infermier/a
Inkarigat/a.
Tfal jistgħu iżuru pazjenti fil-kamra tal-viżitaturi dejjem
jekk ma jkunx hekk xi riskju għal saħħothom.
Surgical Assessment Unit (SAU)
Għamel kuntatt: 25454011, 25454012, 25454013
Mit-Tnejn sal-Ħadd
11:30 - 13:00
15:00 - 20:00
Żewġ viżitaturi huma permessi li jżuru lill-pazjent fl-
istess ħin sakemm ma jingħatax permess speċjali mill-
Infermier/a inkarigat/a.
Specialized Wards
Ear, Nose & Throat (ENT)
Għamel kuntatt: 25455010, 25455011
Mit-Tnejn sal-Ħadd
11:30 - 13:00
15:00 - 20:00
Żewġ viżitaturi huma permessi li jżuru lill-pazjent
flistess ħin sakemm ma jingħatax permess speċjali
millInfermier/a inkarigat/a.
Cardiac Critical Care Unit (CCU)
Għamel kuntatt: 25454690, 25454691
Mit-Tnejn sal-Ħadd
11:30 - 12:30
16:30 - 18:00
Żewġ viżitaturi huma permessi li jżuru lill-pazjent fl-
istess ħin sakemm ma jingħatax permess speċjali mill-
Infermier/a inkarigat/a.
25
Intensive Therapy Unit (ITU)
Għamel kuntatt: 25455421, 25455422
Mit-Tnejn sal-Ħadd
11:30 - 12:00
17:00 - 18:00
Żewġ viżitaturi huma permessi li jżuru lill-pazjent fl-
istess ħin sakemm ma jingħatax permess speċjali mill-
Infermier/a inkarigat/a.
Cardiac Intensive Care Unit (CICU)
Għamel kuntatt: 25454620, 25454621
Mit-Tnejn sal-Ħadd
10:30 - 11:00
17:00 - 18:00
Żewġ viżitaturi huma permessi li jżuru lill-pazjent fl-
istess ħin sakemm ma jingħatax permess speċjali mill-
Infermier/a inkarigat/a.
Plastic Surgery / Burn Unit (PSBU)
Għamel kuntatt: 25457070, 25457071
Mit-Tnejn sal-Ħadd
11:30 - 12:30
17:00 - 18:00
Żewġ viżitaturi huma permessi li jżuru lill-pazjent fl-
istess ħin sakemm ma jingħatax permess speċjali mill-
Infermier/a inkarigat/a.
Neonatal & Paediatrics Intensive Care Unit (NPICU)
Għamel kuntatt: 25455450, 25455451
Kuljum (inklużi l-Btajjel Pubbliċi)
13:00 - 18:30
19:30 - 06:30
Iż-żewġ ġenituri/il-persuni legalment responsabbli
jistgħu joqogħdu mal-pazjent.
L-Erbgħa, is-Sibt u l-Ħadd (inklużi l-Btajjel Pubbliċi)
16:30 - 17:00
Żewġ viżitaturi oħra jridu jkunu akkumpanjati minn wieħed mill-
ġenituri jew kustodji tat-tarbija. F’dan il-perjodu mhux permess li
l-qraba jinbidlu (jiġifieri ż-żewġ viżitaturi li jidħlu jistgħu joqogħdu mat-
tarbija n-nofs siegħa li ddum iż-żjara.) Tfal taħt sittax-il sena jew iżgħar
ma jitħallewx jagħmlu żjajjar simili.
Obstetric Ward 1
Għamel kuntatt: 25455140, 25455141
Mit-Tnejn sal-Ħadd
10:00 - 20:00
Ir-raġel/is-sieħeb/is-sieħba/persuni legalment responsabbli
mill- pazjent BISS jistgħu joqogħdu mal-pazjent.
16:00 - 20:00
Żewġ viżitaturi oħrajn (minbarra l-ġenituri/il-persuni
legalment responsabbli mill-pazjent) jistgħu jżuru lill-
pazjent fl-istess ħin sakemm ma jingħatax permess
speċjali mill-infermier/a jew qabla inkarigati. Ir-raġel/
is-sieħeb/il-persuni legalment responsabbli mill-
pazjent BISS jistgħu joqogħdu matul il-lejl jekk jingħata
permess mill-qabla nkarigata jew id-deputat magħha.
26
Obstetric Ward 2
Għamel kuntatt: 25455153 / 24455162
Mit-Tnejn sal-Ħadd
10:00 - 20:00
Ir-raġ el/is-sieħeb/is-sieħba/persuni legalment responsabbli
mill-pazjent BISS jistgħu joqogħdu mal-pazjent.
16:00 - 20:00
Żewġ viżitaturi oħrajn (minbarra l-ġenituri/il-persuni legalment
responsabbli mill-pazjent) jistgħu jżuru lill-pazjent fl-istess ħin
sakemm ma jingħatax permess speċjali mill-qabla nkarigata.
Obstetric Ward 3
Għamel kuntatt: 25455100, 25455101
Mit-Tnejn sal-Ħadd
10:00 - 20:00
Ir-raġel/is-sieħeb/is-sieħba/persuni legalment responsabbli
mill- pazjent BISS jistgħu joqogħdu mall-pazjent.
16:00 - 20:00
Żewġ viżitaturi oħrajn (minbarra l-ġenituri/il-persuni legalment
responsabbli mill-pazjent) jistgħu jżuru lill-pazjent fl-istess ħin
sakemm ma jingħatax permess speċjali mill-qabla nkarigat/a.
Fairyland
Għamel kuntatt: 25454930, 25454931
Mit-Tnejn sal-Ħadd
08:00 - 20:00
Iż-żewġ ġenituri/il-persuni legalment responsabbli
jistgħu joqogħdu mal-pazjent.
16:00 - 17:30
Żewġ viżitaturi oħra, inkluż tfal, jitħallew iżuru l-pazjent
waqt dawn il-ħinijiet.
20:00 - 08:00
Ġenitur/persuna legalment responsabbli WIEĦED jista’
jorqod mal-pazjent.
Wonderland
Għamel kuntatt: 25454911, 25454916, 25454917
Mit-Tnejn sal-Ħadd
08:00 - 20:00
Iż-żewġ ġenituri/il-persuni legalment responsabbli
jistgħu joqogħdu mall-pazjent.
16:00 - 17:30
Żewġ viżitaturi oħra, inkluż tfal, jitħallew iżuru l-pazjent
waqt dawn il-ħinijiet.
20:00 - 08:00
Ġenitur/persuna legalment responsabbli WIEĦED jista’
jorqod mal-pazjent.ű
Disneyland
Għamel kuntatt: 25454920, 25454921
Mit-Tnejn sal-Ħadd
08:00 - 20:00
Iż-żewġ ġenituri/il-persuni legalment responsabbli
jistgħu joqogħdu mal-pazjent.
16:00 - 17:30
Żewġ viżitaturi oħra, inkluż tfal, jitħallew iżuru l-pazjent
waqt dawn il-ħinijiet.
20:00 - 08:00
Ġenitur/persuna legalment responsabbli WIEĦED jista’
jorqod mal-pazjent.
27
MAP
MAIN ENTRANCE
CHAPEL
EDUCATIONAL
STAFF ON CALL
LABORATORY
PHYSIOTHERAPY
DEPARTMENT
OUTPATIENT
DEPARTMENT
ADMINISTRATION
UNIVERSITY
UTILITY
CAR PARK
MORTUARY
ONCOLOGY
28
BROWN BLOCKS
LEVEL -1 Intensive Therapy Unit
Observation Ward 2
LEVEL 0 Cardiac Critical Care Unit
Cardiac Intensive Care Unit
Cardiac Medical Ward
Cardiac Surgical Ward
LEVEL 1 Medical Ward 1
Medical Ward 3
Psychiatric Unit
Medical Admission Unit 4
LEVEL 2 Infectious Diseases Unit
Medical Ward 2
LEVEL 3 Medical Investigations & Treatment Unit
Medical Ward 4
Medical Ward 5
BLUE BLOCKS
LEVEL -1 Day Care Unit
Endoscopy
LEVEL 0 Obstetrics Ward 3
Neonatal & Paediatrics Intensive Care Unit
LEVEL 1 Paediatrics Day Care
Disneyland
Wonderland
Medical Ward 7
Medical Ward 8
LEVEL 2 Urology Ward 1
Urology Ward 2
Pre-Admission Urology Unit
Urology Outreach
Sleep Lab
LEVEL 3 Surgical Ward 5
Ophthalmology Ward
RED BLOCKS
LEVEL -2 Hyperbaric Unit
LEVEL -1 A&E Department
Observation Ward 1
LEVEL 0 S.A.U.
Disch. Lounge
M.A.U. Ward 3
Diabetic Foot Ward (DFW)
YELLOW BLOCKS
LEVEL -1 Cardiac Catheterisation Lab
LEVEL 0 Medical Ward 6
LEVEL 1 Surgical Ward 1
LEVEL 2 Neuro - Surgical Ward
Neuro - Medical Ward
Surgical Ward 2
LEVEL 3 Orthopaedics Ward 1
Orthopaedics Ward 2
Plastic Surgery and Burns Unit
GREEN BLOCKS
LEVEL 0 Delivery Suite
Obstetrics Ward 1
Obstetrics Ward 2
LEVEL 1 ENT Ward
Fairyland
LEVEL 2 Gynae Ward
Orthopaedics Ward 3
LEVEL 3 Surgical Ward 3
Surgical Ward 4
ORANGE BLOCKS
LEVEL 0 Medical Assessment Unit 1
Medical Assessment Unit 2
31
32
33