IL-MALTI: TAĦDIT IL-KARTA...

27
IL-MALTI: TAĦDIT IL-KARTA TAL-INTERLOKUTUR Taħriġ 1: It-Tħejjija (minuta, mhux assessjat) L-interlokutur jistaqsi lill-istudent dawn il-mistoqsijiet biex irabbilu ftit kunfidenza u jnaqqaslu t-tensjoni li jista’ jkollu. Iħajru wkoll jitkellem bla ma jiddejjaq. 1A Lil Student A: Bonġu, x’jismek? 1B Lil Student B: Bonġu, x’jismek? 2A Lil Student A: Minn fejn inti? 2B Lil Student B: Kemm għandek żmien? 3A Lil Student A: X’għamilt sabiħ ilbieraħ wara l-iskola? 3B Lil Student B: X’biħsiebek tagħmel illum wara li tispiċċa l- iskola? 4A Lil Student A: Kif tasal l-iskola: bil-mixi jew iwasslek xi ħadd? Min? 4B Lil Student B: X’tara int u ġej/ja l-iskola? (tfal oħra, ħwienet, djar …) 5A Lil Student A: Rajt xi programm jew film interessanti dan l- aħħar? 5B Lil Student B: Rajt xi programm jew film interessanti dan l- aħħar? 6A Lil Student A: X’kien jismu u għaliex għoġbok? 6B Lil Student B: X’kien jismu u għaliex għoġbok? 7A Lil Student A: Liema żmien tas-sena jogħġbok l-aktar? Għaliex? 7B Lil Student B: Tieħu gost l-iskola? X’jogħġbok l -aktar?

Transcript of IL-MALTI: TAĦDIT IL-KARTA...

Page 1: IL-MALTI: TAĦDIT IL-KARTA TAL-INTERLOKUTURsttheresaschoolgozo.com/Documents/PastPapers/HalfYearly...IL-MALTI: TAĦDITIL-KARTA TAL-INTERLOKUTUR Taħriġ 1: It-Tħejjija (minuta, mhux

IL-MALTI: TAĦDIT

IL-KARTA TAL-INTERLOKUTUR

Taħriġ 1: It-Tħejjija (minuta, mhux assessjat)

L-interlokutur jistaqsi lill-istudent dawn il-mistoqsijiet biex irabbilu

ftit kunfidenza u jnaqqaslu t-tensjoni li jista’ jkollu. Iħajru wkoll

jitkellem bla ma jiddejjaq.

1A Lil Student A: Bonġu, x’jismek?

1B Lil Student B: Bonġu, x’jismek?

2A Lil Student A: Minn fejn inti?

2B Lil Student B: Kemm għandek żmien?

3A Lil Student A: X’għamilt sabiħ ilbieraħ wara l-iskola?

3B Lil Student B: X’biħsiebek tagħmel illum wara li tispiċċa l-

iskola?

4A Lil Student A: Kif tasal l-iskola: bil-mixi jew iwasslek xi ħadd?

Min?

4B Lil Student B: X’tara int u ġej/ja l-iskola? (tfal oħra, ħwienet,

djar …)

5A Lil Student A: Rajt xi programm jew film interessanti dan l-

aħħar?

5B Lil Student B: Rajt xi programm jew film interessanti dan l-

aħħar?

6A Lil Student A: X’kien jismu u għaliex għoġbok?

6B Lil Student B: X’kien jismu u għaliex għoġbok?

7A Lil Student A: Liema żmien tas-sena jogħġbok l-aktar? Għaliex?

7B Lil Student B: Tieħu gost l-iskola? X’jogħġbok l-aktar?

Page 2: IL-MALTI: TAĦDIT IL-KARTA TAL-INTERLOKUTURsttheresaschoolgozo.com/Documents/PastPapers/HalfYearly...IL-MALTI: TAĦDITIL-KARTA TAL-INTERLOKUTUR Taħriġ 1: It-Tħejjija (minuta, mhux

2

Taħriġ 2: L-Intervista (3 minuti)

L-Interlokutur jistaqsi dawn il-mistoqsijiet fl-ordni li jidhru.

Lil Student A: X’inhi d-data llum? Agħti l-jum. Ix-xahar u s-sena.

Lil Student B: Meta twelidt? Agħti l-jum. Ix-xahar u s-sena.

L-interlokutur jgħid lil Student A:

Se nistaqsik xi mistoqsijiet dwar kif tqatta’ tmiem il-ġimgħa.

a) Tkun tixtieq li jasal tmiem il-ġimgħa? Għaliex?

b) X’tieħu gost tagħmel l-aktar is-Sibt filgħodu?

ċ) X’tagħmel il-Ħadd filgħodu u wara nofsinhar?

d) Issib ċans li tiltaqa’ mal-ħbieb? Fejn tmorru?

L-interlokutur jgħid lil Student B:

Se nistaqsik xi mistoqsijiet dwar il-qari.

a) Tħobb xejn taqra? Għaliex tħobb taqra?

b) Xi tħobb taqra l-aktar: Kotba, magazines jew xi ħaġa oħra?

ċ) B’liema lingwa tħobb taqra l-aktar? Għaliex?

d) Semmi ktieb sabiħ li għoġbok l-aktar u għaliex?

L-interlokutur jgħid lil Student A:

Se nistaqsik xi mistoqsijiet dwar il-kompjuter.

a) Taf tużah il-kompjuter? Fejn tużah l-aktar?

b) Inti tuża l-kompjuter biex tistudja jew biex tilgħab?

ċ) Tista’ tuża l-kompjuter għal xi ħaġa oħra?

d) Tixtieq titgħallem aktar kif tuża aħjar il-kompjuter? Għaliex?

L-interlokutur jgħid lil Student B:

Se nistaqsik xi mistoqsijiet dwar għaqdiet.

a) Int membru f’xi għaqda? X’jisimha?

b) Fejn tiltaqgħu u kull meta tattendi l-għaqda tiegħek?

ċ) Semmi żewġ attivitajiet li torganizza din l-għaqda u li jogħġbuk l-

aktar. Għaliex jogħġbuk?

d) X’ġid tieħu minn din l-għaqda? Kif tista’ tgħinek ’il quddiem?

Page 3: IL-MALTI: TAĦDIT IL-KARTA TAL-INTERLOKUTURsttheresaschoolgozo.com/Documents/PastPapers/HalfYearly...IL-MALTI: TAĦDITIL-KARTA TAL-INTERLOKUTUR Taħriġ 1: It-Tħejjija (minuta, mhux

3

Taħriġ 3 – Stampa dwar Tema (3 minuti)

Ħares sewwa lejn l-istampa l-kbira. Qed tara friġġ tad-dar. Issa ħares

lejn l-istampi ż-żgħar ta’ taħt. Uħud minnhom huma marbuta mal-

istampa l-kbira filwaqt li hemm oħrajn li m’ghandhomx x’jaqsmu.

Tista’ ssibli stampa miż-żgħar u tgħidli jekk għandhiex x’taqsam mal-

istampa l-kbira u għaliex?

Page 4: IL-MALTI: TAĦDIT IL-KARTA TAL-INTERLOKUTURsttheresaschoolgozo.com/Documents/PastPapers/HalfYearly...IL-MALTI: TAĦDITIL-KARTA TAL-INTERLOKUTUR Taħriġ 1: It-Tħejjija (minuta, mhux

4

Page 5: IL-MALTI: TAĦDIT IL-KARTA TAL-INTERLOKUTURsttheresaschoolgozo.com/Documents/PastPapers/HalfYearly...IL-MALTI: TAĦDITIL-KARTA TAL-INTERLOKUTUR Taħriġ 1: It-Tħejjija (minuta, mhux

5

Taħriġ 4 – Staqsini Int (3 minuti)

Ħares sewwa lejn din l-istampa. Qed tara xena fil-port ta’ Marsaxlokk.

Staqsini x’tixtieq tkun taf fuq din l-istampa u jiena nwieġbek.

Page 6: IL-MALTI: TAĦDIT IL-KARTA TAL-INTERLOKUTURsttheresaschoolgozo.com/Documents/PastPapers/HalfYearly...IL-MALTI: TAĦDITIL-KARTA TAL-INTERLOKUTUR Taħriġ 1: It-Tħejjija (minuta, mhux

6

Page 7: IL-MALTI: TAĦDIT IL-KARTA TAL-INTERLOKUTURsttheresaschoolgozo.com/Documents/PastPapers/HalfYearly...IL-MALTI: TAĦDITIL-KARTA TAL-INTERLOKUTUR Taħriġ 1: It-Tħejjija (minuta, mhux

2

Page 8: IL-MALTI: TAĦDIT IL-KARTA TAL-INTERLOKUTURsttheresaschoolgozo.com/Documents/PastPapers/HalfYearly...IL-MALTI: TAĦDITIL-KARTA TAL-INTERLOKUTUR Taħriġ 1: It-Tħejjija (minuta, mhux
Page 10: IL-MALTI: TAĦDIT IL-KARTA TAL-INTERLOKUTURsttheresaschoolgozo.com/Documents/PastPapers/HalfYearly...IL-MALTI: TAĦDITIL-KARTA TAL-INTERLOKUTUR Taħriġ 1: It-Tħejjija (minuta, mhux

Ir-Riħa tal-Imqaret

Kienet waslet il-festa tar-raħal. Fit-toroq kien hemm bosta bejjiegħa

armati sa ruħ ommhom: birra u luminata, ġelati u pastizzi, hot-dogs u

qubbajt. Iżda l-iktar ħaġa li laqtet lil Mastru Gerfex kienet ir-riħa tal-

imqaret tat-tamar.

Il-bejjiegħ tal-imqaret kien raġel ta‟ xi tletin sena jismu Tommy.

“Ejjew għall-imqaret,” kien qiegħed jgħajjat ta‟ sikwit biex iktar

iħajjar in-nies. “Bit-tamar dawn, bit-tamar. Tiekol biss bir-riħa.”

Din l-għajta għoġbitu l-Mastru Gerfex u ġieħ f‟rasu li jagħmel ċajta

żgħira. Inxteħet bilqiegħda fuq ix-xifer tal-bankina ħdejn il-galdarun

tal-imqaret u beda jxammem l-arja, imeċlaq u jomgħod fil-vojt.

“Hekk qed nagħmel jien. Niekol bir-riħa. Kemm huma tajbin!”

Tommy dehrlu li x-xwejjaħ kien xurban u seta‟ jixroblu ftit ċenteżmi

kiesaħ u biered.

“Eh, mela la kilt bir-riħa tal-imqaret tiegħi ser ikollok tħallasni,” qallu

Tommy b‟ton serju. Għall-ewwel Mastru Gerfex ħaseb li Tommy

kien qed ikompli ċ-ċajta. Iżda mbagħad fehem li kien irid il-flus bis-

serjetà kollha.

“Tajjeb, għidli x‟għandi nagħtik,” qatagħha fil-qasir Mastru Gerfex.

“Għoxrin ċenteżmu,” qallu dak l-imbroljun, “għax ħadtli biċċa sew

mir-riħa.” Mastru Gerfex ħallsu. “Issa agħtini b‟nofs lira mqaret ħalli

neħodhom miegħi d-dar,” qallu kalm kalm Mastru Gerfex. “Hawn ħa.

Newwilli n-nofs lira,” qallu Tommy waqt li tah il-borża.

Mastru Gerfex ħareġ biċċa tal-ħamsin ċenteżmu mill-but u beda

jċekċikha. “Smajtha ċċekċek Tommy?”

“Smajtha ngħid,“ wieġbu Tommy. “Mela jien trux?”

“Mela la smajtha tħallast! Tajjeb iżżomm f‟rasek li min jiekol bir-riħa

jista‟ jħallas biċ-ċekċik!”

Adattata mill-ktieb „Il-Praspar ta’ Mastru Gerfex’ ta‟ Carmel G. Cauchi

Page 11: IL-MALTI: TAĦDIT IL-KARTA TAL-INTERLOKUTURsttheresaschoolgozo.com/Documents/PastPapers/HalfYearly...IL-MALTI: TAĦDITIL-KARTA TAL-INTERLOKUTUR Taħriġ 1: It-Tħejjija (minuta, mhux

2

Agħmel sinjal taħt it-tajba

1. Liema festa kienu qed jiċċelebraw? a. il-festa tar-raħal

b. il-Milied

ċ. l-Għid

d. l-Indipendenza

2. Liema riħa laqtitu l-iktar lil Mastru Gerfex?

a. dik tal-qubbajt

b. dik tal-pastizzi

ċ. dik tal-hot dogs

d. dik tal-imqaret

3. Kemm kellu żmien il-bejjiegħ tal-imqaret?

a. madwar għoxrin sena

b. għoxrin sena

ċ. madwar tletin sena

d. tletin sena

4. X‟kien jismu dan il-bejjiegħ? a. Johnny

b. Robby

ċ. Tommy

d. Bobby

5. Ta‟ xiex kienu l-imqaret? a. tal-għasel

b. tat-tamar

ċ. tal-ġamm

d. taċ-ċikkulata

Page 12: IL-MALTI: TAĦDIT IL-KARTA TAL-INTERLOKUTURsttheresaschoolgozo.com/Documents/PastPapers/HalfYearly...IL-MALTI: TAĦDITIL-KARTA TAL-INTERLOKUTUR Taħriġ 1: It-Tħejjija (minuta, mhux

3

6. Skont l-għajta ta‟ Tommy biex stajt tiekol? a. b‟ħalqek

b. b‟imnieħrek

ċ. biċ-ċekċik

d. bir-riħa

7. Tommy ħaseb li Mastru Gerfex kien a. fis-sakra

b. miġnun

ċ. marid

d. gustuż

8. Kemm talbu flus Tommy lil Mastru Gerfex? a. tletin ċenteżmu

b. nofs lira

ċ.għoxrin ċenteżmu

d. ċenteżmu

9. X‟ried jieħu miegħu d-dar Mastru Gerfex? a.b‟nofs lira mqaret

b. b‟lira mqaret

ċ. b‟ħames liri mqaret

d. b‟erba‟ liri mqaret

10. Kif ħallsu Mastru Gerfex lil Tommy? a. bil-flus

b. bir-riħa

ċ. biċ-ċekċik

d. b‟ċekk

Page 13: IL-MALTI: TAĦDIT IL-KARTA TAL-INTERLOKUTURsttheresaschoolgozo.com/Documents/PastPapers/HalfYearly...IL-MALTI: TAĦDITIL-KARTA TAL-INTERLOKUTUR Taħriġ 1: It-Tħejjija (minuta, mhux

4

11. Il-kelma ‘imbroljun’ tfisser a. kwiet

b. qarrieq

ċ. stramb

d. ġgant

12. ‘Sa ruħ ommhom’ tfisser a. ftit

b. ħafna

ċ. b‟xejn

d. bl-erwieħ

13. ’Kiesaħ u biered’ tfisser a. f‟daqqa

b. bil-mod

ċ. fil-bard

d. bla paċenzja

Veru jew Falz

14. Mastru Gerfex baqa‟ kalm. _____________

15. Mastru Gerfex ta lil Tommy nofs lira. _____________

16. Mastru Gerfex ħareġ il-flus mill-kartiera. _____________

17. Tommy poġġa l-pastizzi f‟borża. _____________

Page 14: IL-MALTI: TAĦDIT IL-KARTA TAL-INTERLOKUTURsttheresaschoolgozo.com/Documents/PastPapers/HalfYearly...IL-MALTI: TAĦDITIL-KARTA TAL-INTERLOKUTUR Taħriġ 1: It-Tħejjija (minuta, mhux

Agħmel sinjal taħt it-tajba

1. Liema festa kienu qed jiċċelebraw? a. il-festa tar-raħal

b. il-Milied

ċ. l-Għid

d. l-Indipendenza

2. Liema riħa laqtitu l-iktar lil Mastru Gerfex?

a. dik tal-qubbajt

b. dik tal-pastizzi

ċ. dik tal-hot dogs

d. dik tal-imqaret

3. Kemm kellu żmien il-bejjiegħ tal-imqaret?

a. madwar għoxrin sena

b. għoxrin sena

ċ. madwar tletin sena

d. tletin sena

4. X’kien jismu dan il-bejjiegħ? a. Johnny

b. Robby

ċ. Tommy

d. Bobby

5. Ta’ xiex kienu l-imqaret? a. tal-għasel

b. tat-tamar

ċ. tal-ġamm

d. taċ-ċikkulata

Page 15: IL-MALTI: TAĦDIT IL-KARTA TAL-INTERLOKUTURsttheresaschoolgozo.com/Documents/PastPapers/HalfYearly...IL-MALTI: TAĦDITIL-KARTA TAL-INTERLOKUTUR Taħriġ 1: It-Tħejjija (minuta, mhux

2

6. Skont l-għajta ta’ Tommy biex stajt tiekol? a. b’ħalqek

b. b’imnieħrek

ċ. biċ-ċekċik

d. bir-riħa

7. Tommy ħaseb li Mastru Gerfex kien a. fis-sakra

b. miġnun

ċ. marid

d. gustuż

8. Kemm talbu flus Tommy lil Mastru Gerfex? a. tletin ċenteżmu

b. nofs lira

ċ. għoxrin ċenteżmu

d. ċenteżmu

9. X’ried jieħu miegħu d-dar Mastru Gerfex? a. b’nofs lira mqaret

b. b’lira mqaret

ċ. b’ħames liri mqaret

d. b’erba’ liri mqaret

10. Kif ħallsu Mastru Gerfex lil Tommy? a. bil-flus

b. bir-riħa

ċ. biċ-ċekċik

d. b’ċekk

Page 16: IL-MALTI: TAĦDIT IL-KARTA TAL-INTERLOKUTURsttheresaschoolgozo.com/Documents/PastPapers/HalfYearly...IL-MALTI: TAĦDITIL-KARTA TAL-INTERLOKUTUR Taħriġ 1: It-Tħejjija (minuta, mhux

3

11. Il-kelma ‘imbroljun’ tfisser a. kwiet

b. qarrieq

ċ. stramb

d. ġgant

12. ‘Sa ruħ ommhom’ tfisser a. ftit

b. ħafna

ċ. b’xejn

d. bl-erwieħ

13. ’Kiesaħ u biered’ tfisser a. f’daqqa

b. bil-mod

ċ. fil-bard

d. bla paċenzja

Veru jew Falz

14. Mastru Gerfex baqa’ kalm. _____________

15. Mastru Gerfex ta lil Tommy nofs lira. _____________

16. Mastru Gerfex ħareġ il-flus mill-kartiera. _____________

17. Tommy poġġa l-pastizzi f’borża. _____________

Page 17: IL-MALTI: TAĦDIT IL-KARTA TAL-INTERLOKUTURsttheresaschoolgozo.com/Documents/PastPapers/HalfYearly...IL-MALTI: TAĦDITIL-KARTA TAL-INTERLOKUTUR Taħriġ 1: It-Tħejjija (minuta, mhux

Ċinċilla

Ċinċilla hija ħuta ħelwa. Hija sewda

tuta u għandha għajnejha mqabbżin ’il

barra qishom żewġ boċċi tal-irħam.

Denbha twil u fit-tarf maqsum fi tnejn.

Tgħix ġo akkwarju kbir. (par. 1)

Ċinċilla għandha problema waħda. Fl-akkwarju m’għandha ’l ħadd ma’

min tilgħab jew tgħid kelma. Dejjem iddur waħedha, qisha ruħ, minn

filgħodu sa billejl, u ġieli tant tqum imdejqa li tqatta’ sigħat sħaħ tibki.

Imma minħabba li Ċinċilla hija ħuta, kif id-dmugħ tagħha jaqbeż minn

għajnejha jitħallat mal-ilma u ħadd ma jinduna li tkun qed tibki. (par. 2)

L-akkwarju qiegħed fil-kċina tad-dar tan-nanna Ċensina. Kull filgħodu

tara lin-nanna ġejja bil-pass ta’ nemla u tagħtiha kuċċarina ikel.

Għalxejn Ċinċilla tersaq lejn il-ħġieġa u tibda tferfer denbha biex turiha

li qed tifraħ biha. Meta tara lin-nanna ddur u tkompli ċċekċek fil-kċina,

tagħmel f’qalbha u tinfaqa’ tibki. Mur għidilha lin-nanna Ċensina! (par.

3)

Ċinċilla minn dejjem xtaqet li jkollha xi ħabib jew ħabiba. Kull nhar ta’

Ħadd filgħodu l-kuġini jiltaqgħu għand in-nanna Ċensina. Jiġu Gordon,

Lisa, John, Anna, Jennifer u Rodney. Jintefgħu qaqoċċa jiftiehmu fuq il-

Page 18: IL-MALTI: TAĦDIT IL-KARTA TAL-INTERLOKUTURsttheresaschoolgozo.com/Documents/PastPapers/HalfYearly...IL-MALTI: TAĦDITIL-KARTA TAL-INTERLOKUTUR Taħriġ 1: It-Tħejjija (minuta, mhux

2

praspar tal-ġurnata. Imma Marisa, iż-żgħira nett, tispiċċa waħedha għax

il-kuġini l-oħra kollha ma jkunux iriduha magħhom. (par. 4)

Miskina Marisa! Darba nfaqgħet tibki u biex ma jarawhiex il-kuġini

telqet tistaħba fil-kċina sewwasew wara l-akkwarju. Imma minn bejn id-

dmugħ Marisa indunat li l-ħuta tal-akkwarju kienet qed tħares lejha u

tferfer denbha. U Marisa tbissmet waħda kbira. (par. 5)

Marisa u Ċinċilla ma damux ma saru ħbieb kbar u t-tifla mhux talli

kienet tqatta’ n-nofstanhar tal-Ħadd filgħodu maġenb l-akkwarju, imma

talli kienet trid tmur kuljum għand in-nanna biex toqgħod tilgħab ma’

Ċinċilla u taraha tferfer denbha. (par. 6)

U xahrejn wara, meta Marisa għalqet seba’ snin, u daħlet fil-kamra

tagħha, ħadet sorpriża sabiħa! Kif ratha fuq il-gradenza qabdet tibki bil-

ferħ u marret tiġri tgħannaq lill-mamà, lill-papà u lin-nanna Ċensina.

Dak żgur kien l-isbaħ rigal li qatt setgħet taqla’! (par. 7)

A. Wieġeb: (2 marki)

1. Immarka (X) ħdejn il-kulur tal-ħuta: (par. 1)

kannella bajda sewda

2. Immarka (X) biex turi f’liema parti tad-dar jinsab l-akkwarju: (par. 3)

fis-salott fil-kċina fil-garaxx

Page 19: IL-MALTI: TAĦDIT IL-KARTA TAL-INTERLOKUTURsttheresaschoolgozo.com/Documents/PastPapers/HalfYearly...IL-MALTI: TAĦDITIL-KARTA TAL-INTERLOKUTUR Taħriġ 1: It-Tħejjija (minuta, mhux

3

3. X’inhi l-problema ta’ Ċinċilla? (par. 2) (marka)

________________________________________________________

________________________________________________________

4. X’tagħmel Ċinċilla meta tqum imdejqa? (par. 2) (marka)

________________________________________________________

________________________________________________________

5. Għaliex ħadd ma jinduna li Ċinċilla tkun qed tibki? (par. 2) (marka)

________________________________________________________

________________________________________________________

6. X’tagħmel kull filgħodu n-nanna Ċensina? (par. 3) (marka)

________________________________________________________

________________________________________________________

7. Għaliex Ċinċilla tinfaqa’ tibki meta tara n-nanna ddur u tkompli

ċċekċek fil-kċina? (par. 3) (marka)

________________________________________________________

________________________________________________________

8. Kull meta jiltaqgħu l-kuġini għand in-nanna Ċensina?(par. 4) (marka)

________________________________________________________

________________________________________________________

9. X’taħseb li kien ir-rigal li qalgħet Marisa f’għeluq sninha? (par. 7)

(marka)

________________________________________________________

________________________________________________________

Page 20: IL-MALTI: TAĦDIT IL-KARTA TAL-INTERLOKUTURsttheresaschoolgozo.com/Documents/PastPapers/HalfYearly...IL-MALTI: TAĦDITIL-KARTA TAL-INTERLOKUTUR Taħriġ 1: It-Tħejjija (minuta, mhux

4

10. Kieku inti Marisa, semmi żewġ affarijiet li ġġib lil Ċinċilla biex

tkompli tferraħha. (2 marki)

i. ______________________________________________________

ii. ______________________________________________________

11. Il-kuġini l-oħra kollha ma jkunux iriduha magħhom. (par. 4) (marka)

Għal min qiegħda tirreferi magħhom? _______________________

12. Fisser. (2 marki)

a. ħuta ħelwa (par. 1) ________________________________________

b. tagħmel f’qalbha (par. 3) ___________________________________

13. Mill-istorja li għadek kemm qrajt, sib dan li ġej. (6 marki)

a. Kelma li tfisser reċipjent tal-ħġieġ fejn jgħix il-ħut (par. 1)

___________________

b. Kelma li tfisser kamra fejn issajjar (par. 3) ___________________

ċ. Kelma oħra li tfisser ħdejn (par. 6) ___________________

d. Espressjoni li tfisser sewda ħafna (par. 1) ___________________

e. Espressjoni li tfisser timxi bil-mod (par. 3)

________________________________________

f. Espressjoni li tfisser jaqbduha d-dwejjaq (par. 3)

________________________________________

Page 21: IL-MALTI: TAĦDIT IL-KARTA TAL-INTERLOKUTURsttheresaschoolgozo.com/Documents/PastPapers/HalfYearly...IL-MALTI: TAĦDITIL-KARTA TAL-INTERLOKUTUR Taħriġ 1: It-Tħejjija (minuta, mhux

5

B. Grammatika. (10 marki)

Ikteb skont kif mitlub fil-parentesi.

1. Sib erba’ aġġettivi minn paragrafu 1.

________________________________________________________

2. Tqatta’ sigħat sħaħ tibki - __________________

(Ikteb il-maqlub ta’ tibki f’din is-sentenza)

3. Tqatta’ sigħat sħaħ tibki - __________________

(Ikteb is-singular ta’ sigħat f’din is-sentenza)

4. Tgħix ġo akkwarju kbir - __________________

(Ikteb il-komparattiv ta’ kbir)

5. Id-dmugħ tagħha jaqbeż - __________________

(Ikteb il-passat ta’ jaqbeż)

6. Tara lin-nanna ddur - ____________________

(Oħroġ nom mill-verb ddur)

7. Il-ħuta kienet qed tħares.

__________________ int.

(Ikteb l-imperattiv singular ta’ tħares)

Page 22: IL-MALTI: TAĦDIT IL-KARTA TAL-INTERLOKUTURsttheresaschoolgozo.com/Documents/PastPapers/HalfYearly...IL-MALTI: TAĦDITIL-KARTA TAL-INTERLOKUTUR Taħriġ 1: It-Tħejjija (minuta, mhux

6

Ċ. Ikteb paragrafu ta’ bejn 50 u 60 kelma dwar dak li tħoss li

għandek tgħid lil ommok f’Jum l-Omm. (10 marki)

________________________________________________________

________________________________________________________

________________________________________________________

________________________________________________________

________________________________________________________

________________________________________________________

________________________________________________________

________________________________________________________

________________________________________________________

________________________________________________________

________________________________________________________

________________________________________________________

________________________________________________________

________________________________________________________

________________________________________________________

________________________________________________________

________________________________________________________

________________________________________________________

________________________________________________________

Page 23: IL-MALTI: TAĦDIT IL-KARTA TAL-INTERLOKUTURsttheresaschoolgozo.com/Documents/PastPapers/HalfYearly...IL-MALTI: TAĦDITIL-KARTA TAL-INTERLOKUTUR Taħriġ 1: It-Tħejjija (minuta, mhux

7

D. Komponiment (20 marka)

Ikteb komponiment ta’ mhux anqas minn 120 kelma fuq wieħed minn

dawn.

1. Ikteb storja fuq meta rqadt l-ewwel darba barra mid-dar.

Punti li jistgħu jgħinuk: Ma’ min mort, fejn mort?

X’ħadt miegħek? Kemm domt? Kif għaddejt l-ewwel

lejl? Kellek xi avventura speċjali? Ħassejt in-nuqqas

tal-familja? Terġa’ tmur darb’oħra?

2. In-nanna u n-nannu

Hawnhekk tista’ tikteb fuq in-nanniet tiegħek

min-naħa tal-mamà jew tal-papà. Iddeskrivi

l-persuna tagħhom u l-karattru. Ikteb għaliex

tħobbhom u kif iġġib ruħek magħhom.

3. Meta morna Malta ma’ tal-iskola

Hawnhekk tista’ tirrakkonta x’ġara fil-ġurnata

meta mort Malta ma’ sħabek u mal-għalliema.

Irrakkonta x’għamiltu u x’rajtu u ikteb jekk ħadtx

gost jew le.

Page 24: IL-MALTI: TAĦDIT IL-KARTA TAL-INTERLOKUTURsttheresaschoolgozo.com/Documents/PastPapers/HalfYearly...IL-MALTI: TAĦDITIL-KARTA TAL-INTERLOKUTUR Taħriġ 1: It-Tħejjija (minuta, mhux

8

Titlu: ____________________________________________________

__________________________________________________________

__________________________________________________________

__________________________________________________________

__________________________________________________________

__________________________________________________________

__________________________________________________________

__________________________________________________________

__________________________________________________________

__________________________________________________________

__________________________________________________________

__________________________________________________________

__________________________________________________________

__________________________________________________________

__________________________________________________________

__________________________________________________________

__________________________________________________________

__________________________________________________________

__________________________________________________________

__________________________________________________________

__________________________________________________________

__________________________________________________________

__________________________________________________________

Page 25: IL-MALTI: TAĦDIT IL-KARTA TAL-INTERLOKUTURsttheresaschoolgozo.com/Documents/PastPapers/HalfYearly...IL-MALTI: TAĦDITIL-KARTA TAL-INTERLOKUTUR Taħriġ 1: It-Tħejjija (minuta, mhux

Malti – Fehem mis-Smigħ (Tweġibiet)

1a il-festa tar-raħal

2 d dik tal-imqaret

3 ċ madwar tletin sena

4 ċ Tommy

5 b tat-tamar

6 d bir-riħa

7 a fis-sakra

8 ċ għoxrin ċenteżmu

9 a b’nofs lira mqaret

10 ċ biċ-ċekċik

11 b qarrieq

12 b ħafna

13 a f’daqqa

14 Veru

15 Falz

16 Falz

17 Falz

Marki:

Numri 1 – 10 marka-il waħda;

Numri 11 – 13 żewġ marki – il waħda;

Numri 14 – 17 marka –il waħda.

Page 26: IL-MALTI: TAĦDIT IL-KARTA TAL-INTERLOKUTURsttheresaschoolgozo.com/Documents/PastPapers/HalfYearly...IL-MALTI: TAĦDITIL-KARTA TAL-INTERLOKUTUR Taħriġ 1: It-Tħejjija (minuta, mhux

2

Malti – Kitba (Tweġibiet)

A. Aċċetta t-tweġibiet li juru li l-istudenti jkunu fehmu t-test,

skont il-mistoqsijiet.

1. sewda

2. fil-kċina

3. Ċinċilla m’għandha ’l ħadd fl-akkwarju.

4. Tqatta’ sigħat sħaħ tibki.

5. Id-dmugħ tagħha jitħallat mal-ilma tal-akkwarju.

6. Tagħti lil Ċinċilla kuċċarina ikel.

7. Ċinċilla terġa’ tispiċċa waħedha.

8. Kull nhar ta’ Ħadd filgħodu.

9. L-akkwarju b’Ċinċilla ġo fih.

10. i. Ħuta oħra.

ii. Ġifen mgħarraq. (Aċċetta tweġibiet simili)

11. għall-kuġini

12a. Ħuta sabiħa

b. jaqbduha d-dwejjaq

13 a. akkwarju

b. kċina

ċ. maġenb

d. sewda tuta

e. ġejja bil-pass ta’ nemla

f. tagħmel f’qalbha

Page 27: IL-MALTI: TAĦDIT IL-KARTA TAL-INTERLOKUTURsttheresaschoolgozo.com/Documents/PastPapers/HalfYearly...IL-MALTI: TAĦDITIL-KARTA TAL-INTERLOKUTUR Taħriġ 1: It-Tħejjija (minuta, mhux

3

B. 1. Ħelwa, sewda, twil, kbir

2. tidħak

3. siegħa

4. ikbar

5. qabeż

6. dawra

7. Ħares

D. Qassam il-marki skont kif ġej:

5 marki: Ideat

2 marki: Struttura tal-komponiment

5 marki: Grammatika

3 marki: Struttura tas-sentenzi

3 marki: Espressjonijiet u Vokabolarju

2 marki: Punteġġjatura