Il-Karta tal-Għalliema...Il-banda tar-raħal tagħti sehemha bid-daqq ta’ marċi brijużi jew...

16
Il-Malti Il-Fehim mis-Smigħ – Il-Karta tal-Għalliema L-Ewwel Sena Livelli 7-8 2014 Paġna 1 minn 3 ID-DIRETTORAT GĦAL KWALITÀ U STANDARDS FL-EDUKAZZJONI Id-Dipartiment tat-Tmexxija tal-Kurrikulu It-Taqsima tal-Assessjar Edukattiv L-Eżamijiet Annwali għall-Iskejjel Sekondarji 2014 L-EWWEL SENA IL-MALTI(Il-Fehim mis-Smigħ) IL-ĦIN: 15-il minuta Il-Karta tal-Għalliema Gwida għat-Tmexxija tal-Eżami tal-Fehim mis-Smigħ Jitqassmu l-karti bil-mistoqsijiet u l-istudenti jiktbu isimhom, kunjomhom u l-klassi. Kull taqsima għandha 5 marki. L-Istruzzjonijiet għall-ewwel u t-tieni silta: 1 L-istudenti jintalbu jiftħu l-karta. L-għalliema jaqraw l-ewwel silta u l-istudenti jisimgħu b’attenzjoni u ma jiktbu xejn waqt il-qari. 2 Waqt li l-għalliema jaqraw għal darba l-eżerċizzji tal-ewwel silta, l-istudenti jistgħu jaħdmu t-tweġibiet. 3 L-għalliema jaqraw għat-tieni darba s-silta. L-għalliema jerġgħu jaqraw l-eżerċizzji u jagħtu ċans lill-istudenti jaħdmu t-tweġibiet kollha. IL-LIVELLI 7 - 8

Transcript of Il-Karta tal-Għalliema...Il-banda tar-raħal tagħti sehemha bid-daqq ta’ marċi brijużi jew...

  • Il-Malti – Il-Fehim mis-Smigħ – Il-Karta tal-Għalliema – L-Ewwel Sena – Livelli 7-8 – 2014 Paġna 1 minn 3

    ID-DIRETTORAT GĦAL KWALITÀ U STANDARDS FL-EDUKAZZJONI

    Id-Dipartiment tat-Tmexxija tal-Kurrikulu

    It-Taqsima tal-Assessjar Edukattiv

    L-Eżamijiet Annwali għall-Iskejjel Sekondarji 2014

    L-EWWEL SENA IL-MALTI(Il-Fehim mis-Smigħ) IL-ĦIN: 15-il minuta

    Il-Karta tal-Għalliema

    Gwida għat-Tmexxija tal-Eżami tal-Fehim mis-Smigħ

    Jitqassmu l-karti bil-mistoqsijiet u l-istudenti jiktbu isimhom, kunjomhom u l-klassi. Kull taqsima

    għandha 5 marki.

    L-Istruzzjonijiet għall-ewwel u t-tieni silta:

    1

    L-istudenti jintalbu jiftħu l-karta.

    L-għalliema jaqraw l-ewwel silta u l-istudenti jisimgħu b’attenzjoni u ma jiktbu xejn waqt

    il-qari.

    2

    Waqt li l-għalliema jaqraw għal darba l-eżerċizzji tal-ewwel silta, l-istudenti jistgħu jaħdmu

    t-tweġibiet.

    3

    L-għalliema jaqraw għat-tieni darba s-silta.

    L-għalliema jerġgħu jaqraw l-eżerċizzji u jagħtu ċans lill-istudenti jaħdmu t-tweġibiet kollha.

    IL-LIVELLI

    7 - 8

    5 – 6 – 7 – 8

  • Paġna 2 minn 3 Il-Malti – Il-Fehim mis-Smigħ – Il-Karta tal-Għalliema – L-Ewwel Sena – Livelli 7-8 – 2014

    L-Ewwel Silta (5 marki)

    IS-SAĦĦA

    Is-saħħa jeħtieġ tieħu ħsiebha kuljum u mhux meta jibdew jinqalgħu l-problemi. Minn età żgħira

    l-bniedem għandu jibda jitgħallem jieħu ħsieb saħħtu. Id-dieta, l-eżerċizzju u l-attitudni lejn il-ħajja

    huma l-qofol ta’ kollox.

    Jeżistu professjonisti li jirreklamaw dieti differenti. Fattur li ma tantx jissemma huwa l-ġid kbir li

    jagħmel l-ilma lill-bniedem. Jekk il-ġisem ma jkollux biżżejjed ilma jbati, jimrad u jixjieħ qabel iż-

    żmien. Aktar ma tiekol prodotti naturali u aktar ma tixrob ilma, aktar iżżomm ruħek f’saħħtek.

    Bi prodotti naturali nifhmu dak li nieħdu mill-għelieqi, bħall-frott u l-ħaxix. Huwa importanti li

    qabel ma nieklu dawn il-prodotti naħsluhom tajjeb għaliex jaf ikunu ġew imbexxa.

    Is-sigriet l-ieħor għal saħħitna huwa l-eżerċizzju fiżiku. Sa mit-tfulija l-bniedem irid jidra jżomm

    rutina ta’ eżerċizzju fiżiku biex jgħix ħajja twila u f’saħħtu.

    Fl-aħħar nett, bniedem kuntent ikun aktar f’saħħtu minn bniedem negattiv. Meta bniedem ikollu

    burdati tajbin, jiġġenera enerġija li tgħinu jżomm f’saħħtu kemm fiżikament, kif ukoll mentalment.

    Taħriġ A. Qabbel il-frażijiet ta’ Kolonna A mal-frażijiet ta’ Kolonna B biex tgħaqqad is-

    sentenzi.

    A B

    1 Is-saħħa jeħtieġ biżżejjed ilma, jimrad.

    2 L-eżeċizzju jgħin lill-bniedem iżomm ruħu f’saħħtu.

    3 Jekk il-ġisem ma jkollux rridu naħsluhom tajjeb.

    4 Irid ikollna attitudni 1 tieħu ħsiebha kuljum.

    5 Il-prodotti tar-raba’ tgħinek tħossok aħjar.

    6 Burdata tajba pożittiva lejn il-ħajja.

  • Il-Malti – Il-Fehim mis-Smigħ – Il-Karta tal-Għalliema – L-Ewwel Sena – Livelli 7-8 – 2014 Paġna 3 minn 3

    It-Tieni Silta (5 marki)

    MUR SODDHOM!

    Darba kien hemm tifel li meta kien jitlagħlu kien jinfexx jgħid dak li jiġi f’ħalqu. Ġieli kien jgħid

    kliem mhux xieraq lil missieru jew lil dawk ta’ madwaru.

    Darba waħda missieru tah borża msiemer u qallu biex kull meta jitlef il-paċenzja jmur isammar

    musmar fil-ħajt. Fl-ewwel ġurnata t-tifel sammar aktar minn tletin musmar fil-ħajt iżda bil-mod il-

    mod beda jnaqqas in-numru ta’ msiemer għax beda jinduna li kien eħfef li jrażżan lilu nnifsu milli

    jsammar dawk l-imsiemer kollha.

    Fl-aħħar irnexxielu jżomm kalm u ma jsammarx aktar imsiemer. Mar jgħid b’dan lil missieru. Dan

    qallu li issa jrid jibda jaqla’ musmar kull ġurnata li ma jitlifx sabru. Meta qalagħhom kollha reġa’

    mar għand missieru. Missieru wrieh il-ħajt mimli toqob. Qallu li dan il-ħajt issa qatt ma kien se

    jerġa’ jiġi kif kien qabel. Qallu wkoll li meta jweġġa’ lil xi ħadd bi kliemu, anke jekk wara jiskuża

    ruħu, xorta jħalli tebgħa kerha li diffiċli titħassar għalkollox.

    Taħriġ B. Imla l-vojt skont dak li smajt fis-silta.

    1. It-tifel meta kien jitlagħlu kien jgħid ________________________ baxx.

    2. Missieru tah borża ______________________ għal meta jitlef il-paċenzja.

    3. It-tifel induna li aħjar ________________________ lilu nnifsu.

    4. Missieru qallu biex l-imsiemer li kien sammar ________________________ wieħed wieħed.

    5. Meta ____________________ lil xi ħadd bi kliemek tagħmel tebgħa li mhux lakemm titħassar.

    TMIEM IL-KARTA

  • Il-Malti – Il-Fehim mis-Smigħ – Il-Karta tal-Istudenti – L-Ewwel Sena – Livelli 7-8 – 2014 Paġna 1 minn 1

    ID-DIRETTORAT GĦAL KWALITÀ U STANDARDS FL-EDUKAZZJONI

    Id-Dipartiment tat-Tmexxija tal-Kurrikulu

    It-Taqsima tal-Assessjar Edukattiv

    L-Eżamijiet Annwali għall-Iskejjel Sekondarji 2014

    L-EWWEL SENA IL-MALTI(Il-Fehim mis-Smigħ) IL-ĦIN: 15-il minuta

    L-isem u l-kunjom: ____________________________________ Il-klassi: _______________

    Il-Karta tal-Istudenti

    L-Ewwel Silta. IS-SAĦĦA

    Taħriġ A. Qabbel il-frażijiet ta’ Kolonna A mal-frażijiet ta’ Kolonna B biex tgħaqqad

    is-sentenzi. (5 marki)

    A B

    1 Is-saħħa jeħtieġ biżżejjed ilma, jimrad.

    2 L-eżeċizzju jgħin lill-bniedem iżomm ruħu f’saħħtu.

    3 Jekk il-ġisem ma jkollux rridu naħsluhom tajjeb.

    4 Irid ikollna attitudni 1 tieħu ħsiebha kuljum.

    5 Il-prodotti tar-raba’ tgħinek tħossok aħjar.

    6 Burdata tajba pożittiva lejn il-ħajja.

    It-Tieni Silta. MUR SODDHOM!

    Taħriġ B. Imla l-vojt skont dak li smajt fis-silta. (5 marki)

    1. It-tifel meta kien jitlagħlu kien jgħid ________________________ baxx.

    2. Missieru tah borża ______________________ għal meta jitlef il-paċenzja.

    3. It-tifel induna li aħjar ________________________ lilu nnifsu.

    4. Missieru qallu biex l-imsiemer li kien sammar ________________________ wieħed wieħed.

    5. Meta ____________________ lil xi ħadd bi kliemek tagħmel tebgħa li mhux lakemm titħassar.

    TMIEM IL-KARTA

    IL-LIVELLI

    7 - 8

    5 – 6 – 7 – 8

  • Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Ewwel Sena – Livelli 7-8 – 2014 Paġna 1 minn 12

    ID-DIRETTORAT GĦAL KWALITÀ U STANDARDS FL-EDUKAZZJONI

    Id-Dipartiment tat-Tmexxija tal-Kurrikulu

    It-Taqsima tal-Assessjar Edukattiv

    L-Eżamijiet Annwali għall-Iskejjel Sekondarji 2014

    L-EWWEL SENA IL-MALTI (Il-Qari u l-Kitba) IL-ĦIN: Sagħtejn

    L-isem u l-kunjom: ________________________________ Il-klassi: _______________

    Għall-istudent/a:

    1. Wieġeb il-mistoqsijiet kollha kif mitlub/a. 2. L-ortografija, il-punteġġjatura, is-sintassi, l-ideat u l-preżentazzjoni jgħinuk tikseb

    riżultat aħjar.

    Għall-għalliema:

    Il-M

    AR

    KI

    It-Taħdit 10

    Is-Smigħ 10

    Il-Qari u l-Kitba 80

    IT-TOTAL 100

    Kummenti:

    ______________________________________________________________________________

  • Paġna 2 minn 12 Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Ewwel Sena – Livelli 7-8 – 2014

    IS-SILTA TAL-FEHIM MILL-QARI

    Aqra sewwa din is-silta u wieġeb il-mistoqsijiet dwarha.

    Il-Pjazza tar-Raħal

    Ir-raħal tagħna għandu l-pjazza fil-qalba tiegħu,

    pjazza li hi ċ-ċentru ta’ kull attività. Hi l-għaxqa

    tar-residenti kollha u l-ebda post ieħor fir-raħal

    ma jisboqha. (par.1)

    L-ewwel ħaġa li tiddistingwi l-pjazza tagħna hi

    l-forma tagħha, għax mhix tonda bħall-oħrajn

    iżda tawwalija bil-bini fuq tlett iġnub u l-knisja

    fil-faċċata. Jingħad li l-pjazza saret hekk biex

    tidher ħafna akbar milli hi u hekk in-nies

    iħossuhom aktar mistrieħa. Kif jgħidu, ħadd mhu

    ċert, isma’ bilfors u emmen jekk trid. (par.2)

    Il-pjazza tasal għaliha minn kull rokna tar-raħal,

    bit-toroq jiffurmaw salib ta’ Sant’Andrija u

    jiltaqgħu f’nofs il-pjazza fejn hemm monument b’salib fil-quċċata, xogħol tal-arti

    fil-ġebla Maltija. Ma tistax titkellem dwarha u tħalli barra l-ġmiel ta’ knisja li tkompli

    ssebbaħha. Knisja ċkejkna tabilħaqq iżda b’faċċata mill-isbaħ, b’żewġ kampnari twal li

    jippuntaw dritt lejn is-sema. Fuq il-bieb maġġuri statwa sabiħa tal-irħam tal-Qalb ta’ Ġesù li

    tisraq ix-xena. Il-pjazza hi mimlija ħajja. L-ewwel nett serbut ta’ residenti, qishom nemel sejjer

    passiġġata, jaqsam il-pjazza kull filgħodu u kull filgħaxija biex imur il-knisja. (par.3)

    Fi tmiem il-ġimgħa l-attività tilħaq il-qofol tagħha. Kważi kull nhar ta’ Sibt ikun hemm xi attività.

    Nhar ta’ Ħadd, imbagħad, il-folla tiżdied minħabba l-obbligu tas-smigħ tal-quddies. Il-ferħ tal-

    aħħar tas-sena jibqa’ għaddej sfrenat fit-twelid ta’ sena ġdida. Dan il-ferħ jibqa’ jkaxkar sal-festa

    tal-Epifanija, meta kulħadd, b’mod speċjali t-tfal, ikunu għadhom jistennew xi rigal. (par.4)

    Il-pjazza tar-raħal tagħna tiżżejjen għal kull okkażjoni. Fi Frar, fil-Karnival, il-pjazza timtela

    bil-maskaruni tal-kartapesta kull kulur tal-qawsalla. Imbagħad jibda r-Randan, bis-sawm u

    l-penitenza. Fid-Duluri u fl-Għid il-Kbir isiru purċissjonijiet b’devozzjoni kbira. Il-festa titulari

    ssir fl-aqwa tas-sajf. F’Settembru ngawdu l-festa tal-Vitorja. Il-Milied hu l-qofol tas-sena għax

    fil-pjazza ssir ir-reċta tal-Milied, il-purċissjoni bil-Bambin, kant ta’ innijiet tal-Milied u l-festin

    għat-tfal tar-raħal. (par.5)

    Il-banda tar-raħal tagħti sehemha bid-daqq ta’ marċi brijużi jew funebri skont

    l-okkażjoni. Il-banda tagħti wkoll kunċerti ta’ mużika sagra jew klassika. Isiru fieri, tombli, lejliet

    Maltin, sfilati tal-moda, wirjiet ta’ talenti, kant, żfin u għana spirtu pront. Min jaf fiha kemm

    jingħadu sigrieti, kemm isir seksik, kemm jiltaqgħu ħbieb li jkunu tilfu l-kuntatt ma’ xulxin.

    Insomma, nistgħu ngħidu li l-pjazza hi l-qalb li tagħti l-ħajja lir-raħal kollu! (par.6)

    Addattata minn Flimkien, Marzu, 2009

  • Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Ewwel Sena – Livelli 7-8 – 2014 Paġna 3 minn 12

    Taqsima A. Il-Fehim mill-Qari (15-il marka)

    Wieġeb il-mistoqsijiet fi kliemek skont is-silta li qrajt.

    1. Fejn issibha l-pjazza tar-raħal?

    ________________________________________________________________________ (marka)

    2. X’għandha speċjali l-pjazza tar-raħal imsemmija fis-silta?

    ______________________________________________________________________________

    ________________________________________________________________________ (marka)

    3. Iddeskrivi fi kliemek il-faċċata tal-knisja.

    _______________________________________________________________________________

    ________________________________________________________________________ (marka)

    4. Għal min qed jirreferi l-Pronom Mehmuż ha f’ ‘‘ssebbaħha” f’paragrafu 3?

    _______________________________________________________________________ (marka)

    5. Semmi żewġ raġunijiet għaliex din il-pjazza dejjem tkun mimlija bin-nies.

    ______________________________________________________________________________

    ______________________________________________________________________________

    ______________________________________________________________________ (2 marki)

    6. Il-kelma tabilħaqq f’paragrafu 3 tfisser:

    tar-raħal tal-imgħoddi tassew (marka)

    7. Ikteb sentenza bl-idjoma tisraq ix-xena (par. 3) biex turi xi tfisser.

    ______________________________________________________________________________

    ________________________________________________________________________ (marka)

  • Paġna 4 minn 12 Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Ewwel Sena – Livelli 7-8 – 2014

    8. Xi jfisser il-qawl isma’ bilfors u emmen jekk trid f’paragrafu 2?

    ________________________________________________________________________ (marka)

    9. Għal min qed jirreferi l-aġġettiv tawwalija f’paragrafu 2?

    ________________________________________________________________________ (marka)

    10. Sib kelma minn paragrafu 6 li tirreferi għal meta n-nies tar-raħal joqogħdu jgħidu fuq

    xulxin.

    ________________________________________________________________________ (marka)

    11. F’liema staġun issir il-purċissjoni bil-Bambin?

    ________________________________________________________________________ (marka)

    12. Għal xiex iservu l-pjazez fl-irħula u l-ibliet tagħna?

    ________________________________________________________________________ (marka)

    13. Ikteb din is-sentenza minn paragrafu 1 mod ieħor, fi kliemek, mingħajr ma tbiddel it-tifsira

    tagħha:

    Il-pjazza hi l-għaxqa tar-residenti kollha u l-ebda post ieħor fir-raħal ma jisboqha.

    ______________________________________________________________________________

    ______________________________________________________________________________

    ______________________________________________________________________ (2 marki)

  • Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Ewwel Sena – Livelli 7-8 – 2014 Paġna 5 minn 12

    Taqsima B. Il-Grammatika u l-Morfoloġija (10 marki)

    L-Istruzzjoni It-Tweġiba Marka

    1. Sib il-Mamma u l-Għerq tal-Verb

    b’linja taħtu:

    Tasal għaliha minn kull kantuniera.

    Mamma Għerq

    __________ __________ 2 marki

    2. Imla l-vojt b’Verb fil-Perfett:

    Il-folla tiżdied minħabba

    l-attivitajiet.

    Il-persuni _________________

    minħabba l-attivitajiet.

    marka

    3. Imla l-vojt b’Verb fit-Temp Futur:

    Il-banda tar-raħal tagħti sehemha

    bid-daqq ta’ marċi brijużi.

    Il-banda tar-raħal __________________

    sehemha bid-daqq ta’ marċi brijużi.

    marka

    4.

    Oħroġ Nom mill-kelma b’linja

    taħtha:

    Imbagħad jibda r-Randan, bis-sawm

    u l-penitenza.

    Nibdew insumu fil- ________________

    tar-Randan.

    marka

    5. Imla l-vojt b’Verb fl-Imperfett

    skont l-Għerq fil-parentesi.

    Ħadd ma (k-l-m) __________________

    dwar il-pjazza bla ma jsemmi ġmielha. marka

    6. Imla l-vojt b’Partiċella magħquda

    mal-artiklu.

    _____________ pjazza, in-nies tinġema’

    biex isseksek. marka

    7. Agħti l-Femminil u l-Maskil tan-

    Nom b’linja taħtu:

    It-tfal tagħna.

    Femminil Maskil

    _______________ _______________

    2 marki

    8. Agħti l-Imperattiv Singular tal-

    Verb b’linja taħtu ta’ din is-

    sentenza.

    L-attivitajiet jibqgħu sal-Epifanija.

    ______________ għall-attivitajiet tal-

    Epifanija.

    marka

  • Paġna 6 minn 12 Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Ewwel Sena – Livelli 7-8 – 2014

    Taqsima Ċ. Il-Letteratura (30 marka)

    Ċ i. Il-Poeżija (Nadriet 1 ta’ Tarċisju Zarb) (10 marki)

    1. Din hija silta mill-poeżija Il-Bikja tal-Buskett ta’ Oliver Friggieri. (3 marki)

    Dil-bikja smajt ġo qalbi

    kif dħalt ’il ġewwa nett,

    u ntlift fil-ħdura siekta

    tal-ġenna tal-Buskett.

    a. X’tip ta’ rima nsibu f’din is-silta? ______________________________________________

    b. Strofa b’erba’ versi bħall-istrofa t’hawn fuq tissejjaħ ______________________________

    ċ. Il-kelma ġenna turina li l-Buskett hu post _______________________________________

    2. Wieġeb dawn il-mistoqsijiet fuq il-poeżiji li studjajt din is-sena. (4 marki)

    a. Semmi frotta Maltija li jfaħħar il-poeta f’Tifħira lil Malta.

    ___________________________________________________________________________

    b. Ma’ min jiltaqa’ San Franġisk fil-poeżija San Franġisk u l-Gamiem?

    ___________________________________________________________________________

    ___________________________________________________________________________

    ċ. Xi twissija jagħtina l-poeta fil-poeżija Il-Ħolma t’Alla?

    ___________________________________________________________________________

    ___________________________________________________________________________

    d. Minn xiex xtaq jitbiegħed il-poeta fil-poeżija L-Għasfur?

    ___________________________________________________________________________

    ___________________________________________________________________________

  • Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Ewwel Sena – Livelli 7-8 – 2014 Paġna 7 minn 12

    3. Aqta’ linja taħt WAĦDA mill-poeżiji t’hawn taħt u ikteb dwar x’taħseb li jrid jgħidilna/

    tgħidilna l-poeta/poetessa fil-poeżija. (3 marki)

    distanza – Tarċisju Zarb, Il-Ħerża – Marjanu Vella, Tristis Est Anima Mea – Rużar

    Briffa, Dik Mewġa! – Anastasju Cuschieri, Xmara Ħamra, Bruka Xiħa – Victor Fenech,

    Raħal Twelidi – Karmenu Vassallo, Il-Kebbies Tal-Fanali – Anton Buttigieg,

    Xita – Mary Meylak.

    F’din il-poeżija ______________________________________________________________

    ___________________________________________________________________________

    ___________________________________________________________________________

    ___________________________________________________________________________

    ___________________________________________________________________________

    ___________________________________________________________________________

    Ċ ii. In-Novelli (Arja Friska 1)

    Agħżel ŻEWĠ novelli u wieġeb il-mistoqsijiet fuqhom. (10 marki)

    1. Is-Siġar li Jżommu Id f’Id ta’ Lina Brockdorff

    Għid fil-qosor x’ġara wara li n-nanna sabet il-pittura taż-żewġ siġriet.

    ______________________________________________________________________________

    ______________________________________________________________________________

    ______________________________________________________________________________

    ______________________________________________________________________________

    ______________________________________________________________________________

    http://malti.skola.edu.mt/wp-content/uploads/2013/10/sigar_S1.pdf

  • Paġna 8 minn 12 Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Ewwel Sena – Livelli 7-8 – 2014

    2. Id-Dar tal-Ħares ta’ Charles Flores

    Irrakkonta xi skoprew Ġierku u l-klikka tiegħu meta żaru d-dar tal-ħares.

    ______________________________________________________________________________

    ______________________________________________________________________________

    ______________________________________________________________________________

    ______________________________________________________________________________

    ______________________________________________________________________________

    _

    3. Miċu ta’ Joe Friggieri

    “Mrs Grech ħarbilha l-qattus, tela’ hemm fuq, u ma jistax jinżel. Isimgħu x’jibki.”

    Irrakkonta kif Miċu reġa’ lura għand sidtu.

    ______________________________________________________________________________

    ______________________________________________________________________________

    ______________________________________________________________________________

    ______________________________________________________________________________

    ______________________________________________________________________________

    4. Tifla Teqred Ġganta ta’ Manwel Magri

    Għid fil-qosor kif it-tifla rnexxielha taħrab u tmur lura d-dar.

    ______________________________________________________________________________

    ______________________________________________________________________________

    ______________________________________________________________________________

    ______________________________________________________________________________

    ______________________________________________________________________________

    http://malti.skola.edu.mt/wp-content/uploads/2013/10/hares_S1.pdfhttp://malti.skola.edu.mt/wp-content/uploads/2013/10/micu_S1.pdfhttp://malti.skola.edu.mt/wp-content/uploads/2013/10/gganta_S1.pdf

  • Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Ewwel Sena – Livelli 7-8 – 2014 Paġna 9 minn 12

    Ċ iii. Ir-Rumanz (Zito Zandarell ta’ Carmel G. Cauchi) (10 marki)

    A. Kompli dawn is-sentenzi dwar x’ġara lil Zito wara li ħatfuh. (5 marki)

    1. Hekk kif indunat li Zito mhux id-dar, is-Sinjura _________________________________ .

    2. Kif sar jaf li Zito ma marx id-dar, is-Sur Debono telaq ___________________________ .

    3. Meta Stefan irritorna mill-iskola ____________________________________________ .

    4. Zito qalilhom li kien ______________________________________________________ .

    5. Is-Sur Vassallo u s-Sur Debono marru jfittxu lil Zito ____________________________.

    B. Wieġeb dawn il-mistoqsijiet dwar ir-rakkont kollu. (5 marki)

    1. Kif spiċċa Malta Zito Zandarell?

    ___________________________________________________________________________

    2. Għaliex Zito qabeż minn fuq il-bejt?

    ___________________________________________________________________________

    3. X’għamillu Zito lil Hector meta dan beda jiġġieled miegħu?

    ___________________________________________________________________________

    4. X’ried Rocky Rospo mingħand il-familja Debono?

    ___________________________________________________________________________

    5. Xi ġralu Zito wara li ħarab mill-mitħna ta’ Sidor?

    ___________________________________________________________________________

  • Paġna 10 minn 12 Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Ewwel Sena – Livelli 7-8 – 2014

    Taqsima D. Il-Kitba (25 marka)

    Di. Il-Kitba Funzjonali (5 marki)

    Ikteb djalogu ta’ madwar 40 kelma bejn raġel anzjan u żagħżugħ fuq il-pjazza tar-raħal

    tagħhom.

    Ix-xiħ:

    Iż-żagħżugħ:

    Dii. Il-Komponiment (20 marka)

    Agħżel titlu li jolqtok u ikteb komponiment ta’ madwar 150 kelma dwaru fuq il-linji pprovduti.

    1. Dakinhar li kont se mmut bil-biża’

    2. Li kelli noħloq raħal jien

    3. In-nies xi jħobbu l-aktar, is-sajf jew ix-xitwa? Għaliex?

    ______________________________________________________________________________

    ______________________________________________________________________________

    ______________________________________________________________________________

  • Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Ewwel Sena – Livelli 7-8 – 2014 Paġna 11 minn 12

  • Paġna 12 minn 12 Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Ewwel Sena – Livelli 7-8 – 2014

    malti_f1_lev7to8_2014_smigh_ghalliemmalti_f1_lev7to8_2014_smigh_studentmalti_f1_lev7to8_2014_kitba