Il-Ġimgħa 15 ta’ April 2016 IR-REBBIEGĦA GĦARBIJA SEBA’ SNIN … · 2016-04-15 ·...

1
li fi bliet u pajjiżi bħal Tanġier, Lixandra, Tuneż u l-Alġerija wieħed isib li hemm komunitajiet Maltin li rriżultaw minn żmien ta’ meta kien isir il-kummerċ bejna u dawn l-ibliet fl-Afri- ka ta’ Fuq. Naħseb li l-kliem “Malta ħanina” li t-Tuneżini jgħidu fuq il-Maltin, jiddeskrivi il- bżulija, is-sens ta’ negozju u l-onestà li dejjem urew il- Maltin f’dawn il-pajjiżi bar- ra minn xtutna. Bl-avvanzi teknoloġiċi li saru matul iż-zminijiet, id-distanzi ġew minimizzati u wieħed beda jħares ferm iktar ’l bogħod biex jagħmel il-kummerċ jew sabiex iżur pajjiżi u kulturi differenti minn tagħna. Minħabba dan kollu li għadni kif semmejt, il-fatt għal Malta, dawn il-pajjiżi ġirien tagħna għandhom post speċjali u l-iżvilupp soċjo-ekonomiku tagħhom, b’xi mod jew ieħor jinteres- sana u jolqotna. Is-sistema bankarja u monetarja li jħaddnu dawn il-pajjiżi, wasslet li fl-ebda wieħed minn dawn il-pajjiżi EDWARD SCICLUNA /Ministru tal-Finanzi Il-Ġimgħa 15 ta’ April 2016 14 OPINJONI IR-REBBIEGĦA GĦARBIJA SEBA’ SNIN WARA Ż gur li kulħadd jiftakar il-furur li kien hemm meta ftit tas-snin ilu konna nitkellmu fuq dik imsejħa bħala “Ir-Rebbiegħa Għarbija”. Kulħadd kien qed jitkel- lem kif f’dawn il-pajjiżi sa fl-aħħar kienet se tibda tir- renja d-demokrazija u kif b’riżultat ta’ dan it-tibdil fit- tmexxija politika ta’ dawn il-pajjiżi, kien se jkun hemm soluzzjoni għall-influss ta’ persuni “irregolari” li kienu qegħdin jaqsmu l-Baħar Mediterran sabiex isibu fu- tur isbaħ għall-familji tagħ- hom f’pajjiżi Ewropej. Donnu li d-dinja issa tefgħet ħarsitha lejn avveni- menti oħra u dawn il-pajjiżi Afrikani tħallew waħedhom. Ir-realtà hi li dawn il-pajjiżi għadhom mifnijin bil-gwer- er, liema gwerer qegħdin iwasslu sabiex tinħoloq kli- ma ideali li gruppi ter- roristiċi u fundamentalisti, bħalma hu l-ISIS, qed ikab- bru l-influwenza tagħhom f’dan ir-reġjun u qegħdin joħolqu biża’, terrur u jwet- tqu atroċitajiet li kompliet tiżdied l-istabilita’ politika u soċjali f’dan ir-reġjun. Ikun żball kbir jekk anke għal ftit taż-żmien ma nib- qgħux niffokaw fuq il-prob- lemi li hemm f’dan ir-reġjun. It-theddida tat-terroriżmu minn dawn il-gruppi funda- mentalisti għadha hemm. L-attakki li saru fix-xhur riċenti f’Pariġi, Brussel u l- Pakistan, fost l-oħrajn, jik- konfermaw dan kollu. Proprju fuq din it-tema, ftit tal-jiem ilu, fil-Marokk, tlaqqgħet konferenza fejn ġie diskuss l-effett ta’ din ir- rivoluzzjoni tar-rebbiegħa, li kienet bdiet f’pajjiż ġirien tagħna, dak tat-Tuneżija. Il-konferenza ġiet indiriz- zata minn intellettwali minn kull rokna tad-dinja, mill- Bank Dinji u minn uffiċjali għolja ta’ istituzzjonijiet in- ternazzjonali. Għandi l-unur ngħid li jien kont wieħed mill-kel- liema mistiedna biex nindi- rizza din il-konferenza li kienet organizzata minn Bruegel, think tank ewlieni li l-uffiċċju tiegħu jinsab fi Brussel. Il-preżenza tiegħi f’din il- konferenza, ma kinetx wa- ħda biss sabiex nagħti l- opinjoni tiegħi fuq dak li qed jiġri f’dan ir-reġjun, bħala ministru ta’ wieħed mill-pajjiżi tal-Unjoni Ewro- pea, iżda kelli l-opportunità wkoll li niltaqa’ ma’ persuni u uffiċjali importanti u influ- wenti ta’ dawn il-pajjiżi. Sirt naf mill-viċin fejn se- jra l-ekonomija tagħhom u x’opportunitajiet hemm ta’ investiment u negozju għal pajjiżna. L-istorja turina li l-antena- ti tagħna qabel it-Tieni Gw- erra kienu jagħmlu kum- merċ regolari ma’ dawn il- pajjiżi ġirien tagħna. Dan il- fatt jiġi kkorraborat mill-fatt ma għadda minn xi kriżi bankarja u finanzjarja, u għalhekk il-kelma bailout ma ddaħħlietx fil-vokabu- larju tagħhom, kuntrarju għal ċerti pajjiżi Ewropej. Però, b’riżultat tal-kriżi fi- nanzjarja li qed jiffaċċjaw il- pajjiżi hekk imsejħa żvil- uppati u ekonomikament b’saħħithom, wasslet sabiex ikun hemm tnaqqis fil-prezz taż-żejt. Dan il-fatt effettwa il- pajjiżi ġirien tagħna, peress li dawn huma pajjiżi produt- turi taż-żejt u allura l-introj- tu finanzjarju tagħhom naqas drastikament. Fl-istess ħin, l-instabbilità politika wasslet sabiex paj- jiżi bħaċ-Ċina, l-Indja u l- Vjetnam, fost l-oħrajn, jatti- raw xogħol ta’ manifattura li fil-passat kien jiġi prodott fil-pajjiżi Għarab. Imma ikun żball jekk wie- ħed jassumi li s-sitwazzjoni ta’ kull pajjiż hija l-istess. Dan mhux il-każ. Fil-fatt, il- Marokk qed jaħdem bil- għaqal u qed jirnexxielu jir- reġistra żvilupp ekonomiku pożittiv. Il-Marokk irnexxielu jatti- ra investiment f’oqsma bħal dawk li huma l-aeronawtika u l-inġinerija tal-karozzi. Barra minn hekk, qiegħed jinvesti b’mod massiċċ fi Freeport f’Tanġier. M’hemmx dubju li l- pajjiżi tal-Afrika ta’ Fuq li jmissu mal-Baħar Mediter- ran, mhux biss huma l-bieb għall-pajjiżi tal-Kontinent Afrikan, iżda dan se jkun il- kontinent li wkoll se jkun il- mutur ekonomiku qawwi għall-futur. Ir-riżultati ma jinkisbux fi żmien qasir. Però l-opportu- nità qiegħda hemm u dawn il-pajjiżi diġà qegħdin juru tkabbir u żvilupp. Fejn hemm tkabbir ekonomiku, hemm l-opportunitajiet għall-investituri. Però wie- ħed ma jridx ikun passiv. Ħadd mhu se jiġri warajk għall-investiment. Trid tkun int li tmur tiġri wara l-inves- timent. Bħala Malti kburi li diġà hemm imprendituri Maltin li diġà investew fit-Tuneżija u oħrajn li qegħdin jiddis- kutu investimenti fis-Sudan, l-Etjopja u l-Możambik. Anke awtoritajiet pub- bliċi, bħal mhi l-Borża ta’ Malta, qed iħarsu lejn dawn il-pajjiżi. Fil-fatt irrid inħabbar li l- Borża ta’ Malta se tkun qed tniedi kampanja ta’ pro- mozzjoni sabiex kumpaniji minn dawn il-pajjiżi, jirreġistraw il-kumpaniji tagħhom fuq il-Borża ta’ Malta. Hemm ukoll numru ta’ kumpaniji internazzjonali li qed jikkunsidraw b’mod tassew serju li jkollhom l- uffiċini reġjonali tagħhom f’pajjiżna minn fejn imexxu l-operat rispettiv tagħhom f’dawn il-pajjiżi tal-konti- nent Afrikan. Filwaqt li wieħed għandu jkompli iħares lejn investi- ment u negozju ma’ pajjiżi tradizzjonali, bħal ma huma dawk Ewropej jew is-suq Amerikan, u swieq li nfetħu riċentament, bħal dak Ċiniż, hemm opportunità unika, minħabba l-pożizzjoni ġeo- krafika tagħna, minħabba l- fatt li aħna pajjiż tal-Unjoni Ewropea, minħabba t-tkab- bir ekonomiku tagħna, is- suq tal-kontinent Afrikan huwa suq li wieħed għandu jindokra. Jien inħeġġeġ lis-settur privat sabiex jipprogramma numru ta’ delegazzjonijiet kummerċjali lejn dawn il- pajjiżi. Fejn ikun hemm bżonn u hu meħtieġ, il-Gvern se jkun qed jagħmel il-parti tiegħu u jagħti s-sostenn politiku li huwa tassew neċessarju ħalli jkomplu jissaħħu r- relazzjonijiet politiċi ma’ dawn il-pajjiżi. Irridu nħarsu iżjed u nesploraw il-possibbiltajiet kollha li toffri d-dinja Għarbija Inħeġġeġ lis-settur privat biex jipprogramma numru ta’ delegazzjonijiet kummerċjali lejn dawn il-pajjiżi

Transcript of Il-Ġimgħa 15 ta’ April 2016 IR-REBBIEGĦA GĦARBIJA SEBA’ SNIN … · 2016-04-15 ·...

Page 1: Il-Ġimgħa 15 ta’ April 2016 IR-REBBIEGĦA GĦARBIJA SEBA’ SNIN … · 2016-04-15 · IR-REBBIEGĦA GĦARBIJA SEBA’ SNIN WARA Żgur li kulħadd jiftakar il-furur li kien hemm

li fi bliet u pajjiżi bħal Tanġier, Lixandra, Tuneż u l-Alġerija wieħed isib li hemm komunitajiet Maltin li rriżultaw minn żmien ta’ meta kien isir il-kummerċ bejna u dawn l-ibliet fl -Afri-ka ta’ Fuq.

Naħseb li l-kliem “Malta ħanina” li t-Tuneżini jgħidu fuq il-Maltin, jiddeskrivi il-bżulija, is-sens ta’ negozju u l-onestà li dejjem urew il-Maltin f’dawn il-pajjiżi bar-ra minn xtutna.

Bl-avvanzi teknoloġiċi li saru matul iż-zminijiet,

id-distanzi ġew minimizzati u wieħed beda jħares ferm iktar ’l bogħod biex jagħmel il-kummerċ jew sabiex iżur pajjiżi u kulturi diff erenti minn tagħna.

Minħabba dan kollu li għadni kif semmejt, il-fatt għal Malta, dawn il-pajjiżi ġirien tagħna għandhom post speċjali u l-iżvilupp soċjo-ekonomiku tagħhom, b’xi mod jew ieħor jinteres-sana u jolqotna.

Is-sistema bankarja u monetarja li jħaddnu dawn il-pajjiżi, wasslet li fl -ebda wieħed minn dawn il-pajjiżi

EDWARD SCICLUNA /Ministru tal-Finanzi

Il-Ġimgħa 15 ta’ April 201614 OPINJONI

IR-REBBIEGĦA GĦARBIJA SEBA’ SNIN WARA

Żgur li kulħadd jiftakar il-furur li kien hemm meta ftit tas-snin ilu

konna nitkellmu fuq dik imsejħa bħala “Ir-Rebbiegħa Għarbija”.

Kulħadd kien qed jitkel-lem kif f’dawn il-pajjiżi sa fl -aħħar kienet se tibda tir-renja d-demokrazija u kif b’riżultat ta’ dan it-tibdil fi t-tmexxija politika ta’ dawn il-pajjiżi, kien se jkun hemm soluzzjoni għall-infl uss ta’ persuni “irregolari” li kienu qegħdin jaqsmu l-Baħar Mediterran sabiex isibu fu-tur isbaħ għall-familji tagħ-hom f’pajjiżi Ewropej.

Donnu li d-dinja issa tefgħet ħarsitha lejn avveni-menti oħra u dawn il-pajjiżi Afrikani tħallew waħedhom. Ir-realtà hi li dawn il-pajjiżi għadhom mifnijin bil-gwer-er, liema gwerer qegħdin iwasslu sabiex tinħoloq kli-ma ideali li gruppi ter-roristiċi u fundamentalisti, bħalma hu l-ISIS, qed ikab-bru l-infl uwenza tagħhom f’dan ir-reġjun u qegħdin joħolqu biża’, terrur u jwet-tqu atroċitajiet li kompliet tiżdied l-istabilita’ politika u soċjali f’dan ir-reġjun.

Ikun żball kbir jekk anke għal ftit taż-żmien ma nib-qgħux niff okaw fuq il-prob-lemi li hemm f’dan ir-reġjun. It-theddida tat-terroriżmu minn dawn il-gruppi funda-mentalisti għadha hemm.

L-attakki li saru fi x-xhur riċenti f’Pariġi, Brussel u l-

Pakistan, fost l-oħrajn, jik-konfermaw dan kollu.

Proprju fuq din it-tema, ftit tal-jiem ilu, fi l-Marokk, tlaqqgħet konferenza fejn ġie diskuss l-eff ett ta’ din ir-rivoluzzjoni tar-rebbiegħa, li kienet bdiet f’pajjiż ġirien tagħna, dak tat-Tuneżija.

Il-konferenza ġiet indiriz-zata minn intellettwali minn kull rokna tad-dinja, mill-Bank Dinji u minn uffi ċjali għolja ta’ istituzzjonijiet in-ternazzjonali.

Għandi l-unur ngħid li jien kont wieħed mill-kel-liema mist iedna biex nindi-rizza din il-konferenza li kienet organizzata minn Bruegel, think tank ewlieni li l-uffi ċċju tiegħu jinsab fi Brussel.

Il-preżenza tiegħi f’din il-konferenza, ma kinetx wa-ħda biss sabiex nagħti l-opinjoni tiegħi fuq dak li qed jiġri f’dan ir-reġjun, bħala ministru ta’ wieħed mill-pajjiżi tal-Unjoni Ewro-pea, iżda kelli l-opportunità wkoll li niltaqa’ ma’ persuni u uffi ċjali importanti u infl u-wenti ta’ dawn il-pajjiżi.

Sirt naf mill-viċin fejn se-jra l-ekonomija tagħhom u x’opportunitajiet hemm ta’ investiment u negozju għal pajjiżna.

L-istorja turina li l-antena-ti tagħna qabel it-Tieni Gw-erra kienu jagħmlu kum-merċ regolari ma’ dawn il-pajjiżi ġirien tagħna. Dan il-fatt jiġi kkorraborat mill-fatt

ma għadda minn xi kriżi bankarja u fi nanzjarja, u għalhekk il-kelma bailout ma ddaħħlietx fi l-vokabu-larju tagħhom, kuntrarju għal ċerti pajjiżi Ewropej.

Però, b’riżultat tal-kriżi fi -nanzjarja li qed jiff aċċjaw il-pajjiżi hekk imsejħa żvil-uppati u ekonomikament b’saħħithom, wasslet sabiex ikun hemm tnaqqis fi l-prezz taż-żejt.

Dan il-fatt eff ettwa il-pajjiżi ġirien tagħ na, peress li dawn huma pajjiżi produt-turi taż-żejt u allura l-introj-tu fi nanzjarju tagħhom naqas drastikament.

Fl-istess ħin, l-instabbilità politika wasslet sabiex paj-jiżi bħaċ-Ċina, l-Indja u l-Vjetnam, fost l-oħrajn, jatti-raw xogħol ta’ manifattura li fi l-passat kien jiġi prodott fi l-pajjiżi Għarab.

Imma ikun żball jekk wie-ħed jassumi li s-sitwazzjoni ta’ kull pajjiż hija l-istess. Dan mhux il-każ. Fil-fatt, il-Marokk qed jaħdem bil-għaqal u qed jirnexxielu jir-reġistra żvilupp ekonomiku pożittiv.

Il-Marokk irnexxielu jatti-ra investiment f’oqsma bħal dawk li huma l-aeronawtika u l-inġinerija tal-karozzi. Barra minn hekk, qiegħed jinvesti b’mod massiċċ fi Freeport f’Tanġier.

M’hemmx dubju li l-pajjiżi tal-Afrika ta’ Fuq li jmissu mal-Baħar Mediter-ran, mhux biss huma l-bieb

għall-pajjiżi tal-Kontinent Afrikan, iżda dan se jkun il-kontinent li wkoll se jkun il-mutur ekonomiku qawwi għall-futur.

Ir-riżultati ma jinkisbux fi żmien qasir. Però l-opportu-nità qiegħda hemm u dawn il-pajjiżi diġà qegħdin juru tkabbir u żvilupp. Fejn hemm tkabbir ekonomiku, hemm l-opportunitajiet għall- investituri. Però wie-ħed ma jridx ikun passiv. Ħadd mhu se jiġri warajk għall-investiment. Trid tkun int li tmur tiġri wara l-inves-timent.

Bħala Malti kburi li diġà hemm imprendituri Maltin li diġà investew fi t-Tuneżija u oħrajn li qegħdin jiddis-kutu investimenti fi s-Sudan, l-Etjopja u l-Możambik.

Anke awtoritajiet pub-bliċi, bħal mhi l-Borża ta’ Malta, qed iħarsu lejn dawn il-pajjiżi.

Fil-fatt irrid inħab bar li l-Borża ta’ Malta se tkun qed tniedi kampanja ta’ pro-mozzjoni sabiex kumpaniji minn dawn il-pajjiżi, jirreġistraw il-kumpaniji tagħ hom fuq il-Borża ta’ Malta.

Hemm ukoll numru ta’ kumpaniji internazzjonali li qed jikkunsidraw b’mod tassew serju li jkollhom l-uffi ċini reġ jonali tagħhom f’pajjiżna minn fejn imexxu l-operat rispettiv tagħhom f’dawn il-pajjiżi tal-konti-nent Afrikan.

Filwaqt li wieħed għandu jkompli iħares lejn investi-ment u negozju ma’ pajjiżi tradizzjonali, bħal ma huma dawk Ewropej jew is-suq Amerikan, u swieq li nfetħu riċentament, bħal dak Ċiniż, hemm opportunità unika, minħabba l-pożizzjoni ġeo-krafi ka tagħna, min ħabba l-fatt li aħna pajjiż tal-Unjoni Ewropea, minħabba t-tkab-bir ekonomiku tagħ na, is-suq tal-kontinent Afrikan huwa suq li wieħed għandu jindokra.

Jien inħeġġeġ lis-settur privat sabiex jipprogramma numru ta’ delegazzjonijiet kummerċjali lejn dawn il-pajjiżi.

Fejn ikun hemm bżonn u hu meħtieġ, il-Gvern se jkun qed jagħmel il-parti tiegħu u jagħti s-sostenn politiku li huwa tassew neċes sarju ħalli jkomplu jissaħħu r-relazzjonijiet pol itiċi ma’ dawn il-pajjiżi.

Irridu nħarsu iżjed u nesploraw il-possibbiltajiet kollha li toff ri d-dinja Għarbija

Inħeġġeġ lis-settur privat biex

jipprogramma numru ta’ delegazzjonijiet

kummerċjali lejn dawn il-pajjiżi