ID-DIRETTORAT GĦAL KWALITÀ U STANDARDS FL … · Ir-Riżorsi: 1. Gwida ta’ mistoqsijiet...

29
Il-Malti It-Taħdit – Il-Karta tal-Għalliema – L-Ewwel Sena tas-Sekondarja L4-5 2014 Paġna 1 minn 8 ID-DIRETTORAT GĦAL KWALITÀ U STANDARDS FL-EDUKAZZJONI Id-Dipartiment tat-Tmexxija tal-Kurrikulu It-Taqsima tal-Assessjar Edukattiv L-Eżamijiet Annwali għall-Iskejjel Sekondarji 2014 L-EWWEL SENA IL-MALTI (IT-TAĦDIT) Il-ĦIN: madwar 15-il minuta Il-Karta tal-Għalliema Gwida għat-Tmexxija tal-Assessjar tat-Taħdit Ir-Riżorsi: 1. Gwida ta’ mistoqsijiet għall-għalliema 2. Il-Kriterji 3. Tabella tal-marki GWIDA TA’ MISTOQSIJIET GĦALL-GĦALLIEMA L-għalliema jistiednu lill-istudent/a biex j/tifli sewwa l-istampi ta’ quddiemu/ha. Wara jistidnuhom jitkellmu fuq x’qed jaraw fl-istampi u x’jaħsbu dwarhom. Jekk xi student/a j/teħel, l-għalliema jistgħu jippontaw lejn l-istampi u jgħidu lill-istudent/a biex j/tispjega aktar fuq dak indikat permezz ta’ mistoqsijiet bħal: X’qed tara fl-istampa? X’hemm li laqtek l-aktar u għaliex? X’tista’ ssemmi aktar fuq li qed tara? Fejn taħseb li ttieħed ir-ritratt? Min taħseb li ħa r-ritratt u għaliex ħadu? IL-LIVELLI 4 - 5

Transcript of ID-DIRETTORAT GĦAL KWALITÀ U STANDARDS FL … · Ir-Riżorsi: 1. Gwida ta’ mistoqsijiet...

Il-Malti – It-Taħdit – Il-Karta tal-Għalliema – L-Ewwel Sena tas-Sekondarja – L4-5 – 2014 Paġna 1 minn 8

ID-DIRETTORAT GĦAL KWALITÀ U STANDARDS FL-EDUKAZZJONI

Id-Dipartiment tat-Tmexxija tal-Kurrikulu

It-Taqsima tal-Assessjar Edukattiv

L-Eżamijiet Annwali għall-Iskejjel Sekondarji 2014

L-EWWEL SENA IL-MALTI (IT-TAĦDIT) Il-ĦIN: madwar 15-il minuta

Il-Karta tal-Għalliema

Gwida għat-Tmexxija tal-Assessjar tat-Taħdit

Ir-Riżorsi:

1. Gwida ta’ mistoqsijiet għall-għalliema

2. Il-Kriterji

3. Tabella tal-marki

GWIDA TA’ MISTOQSIJIET GĦALL-GĦALLIEMA

L-għalliema jistiednu lill-istudent/a biex j/tifli sewwa l-istampi ta’ quddiemu/ha. Wara jistidnuhom

jitkellmu fuq x’qed jaraw fl-istampi u x’jaħsbu dwarhom. Jekk xi student/a j/teħel, l-għalliema jistgħu

jippontaw lejn l-istampi u jgħidu lill-istudent/a biex j/tispjega aktar fuq dak indikat permezz ta’

mistoqsijiet bħal:

X’qed tara fl-istampa?

X’hemm li laqtek l-aktar u għaliex?

X’tista’ ssemmi aktar fuq li qed tara?

Fejn taħseb li ttieħed ir-ritratt?

Min taħseb li ħa r-ritratt u għaliex ħadu?

IL-LIVELLI

4 - 5

Paġna 2 minn 8 Il-Malti – It-Taħdit – Il-Karta tal-Għalliema – L-Ewwel Sena tas-Sekondarja – L4-5 – 2014

IL-KRITERJI GĦALL-VALUTAZZJONI TAL-MALTI MITKELLEM

Il-vokabularju (3 marki)

Jinqeda biss bi kliem u frażijiet bażiċi fil-

mod kif jesprimi ruħu. Idur għal kliem jew

frażijiet b’lingwa oħra barranija.

Juża firxa wiesgħa ta’ vokabularju li jkun

addattat għas-sitwazzjoni partikolari tat-

taħdit.

0 - 1 - 2 - 3

It-taħdit mexxej u l-interazzjoni (3 marki)

Jaf ikompli ma’ min qed ikellmu, imma

jkun jeħtieġ għajnuna kontinwa.

Jaf ikompli ma’ min qiegħed ikellmu, bla

skossi u mingħajr tbatija żejda.

0 - 1 - 2 - 3

Il-korrettezza grammatikali (3 marki)

Jieħu żbalji morfoloġiċi (grammatikali) u

sintattiċi (fil-binja tas-sentenza).

Jinqeda b’kostruzzjonijiet morfoloġiċi u

sintattiċi korretti.

0 - 1 - 2 - 3

Ir-relevanza tad-diskors (3 marki)

It-tweġibiet mhumiex relevanti minkejja l-

għajnuna li jingħata.

Jifhem il-mistoqsijiet u/jew l-istruzzjonijiet

u jwieġeb b’mod relevanti.

0 - 1 - 2 - 3

Il-pronunzja u l-intonazzjoni tad-diskors (3 marki)

Il-kliem jitlissen b’mod żbaljat. Il-kliem jitlissen b’mod tajjeb u

b’intonazzjoni korretta.

0 - 1 - 2 - 3

(15-il marka)

Il-Malti – It-Taħdit – Il-Karta tal-Għalliema – L-Ewwel Sena tas-Sekondarja – L4-5 – 2014 Paġna 3 minn 8

Il-MALTI : Kompetenzi Ewlenin – l-Ewwel Sena (IT-TAĦDIT)

L-isem u l-kunjom Il-klassi Il-vokabularju

(3 marki)

It-taħdit mexxej

u l-interazzjoni

(3 marki)

Il-korrettezza

grammatikali

(3 marki)

Ir-relevanza

tad-diskors

(3 marki)

Il-pronunzja u

l-intonazzjoni tad-

diskors (3 marki)

It-total

(15-il marka)

Paġna 4 minn 8 Il-Malti – It-Taħdit – Il-Karta tal-Għalliema – L-Ewwel Sena tas-Sekondarja – L4-5 – 2014

Il-Malti – It-Taħdit – Il-Karta tal-Għalliema - L-Ewwel Sena tas-Sekondarja – L4-5 – 2014 Paġna 5 minn 8

Paġna 6 minn 8 Il-Malti – It-Taħdit – Il-Karta tal-Għalliema – L-Ewwel Sena tas-Sekondarja – L4-5 – 2014

Il-Malti – It-Taħdit – Il-Karta tal-Għalliema - L-Ewwel Sena tas-Sekondarja – L4-5 – 2014 Paġna 7 minn 8

Paġna 8 minn 8 Il-Malti – It-Taħdit – Il-Karta tal-Għalliema – L-Ewwel Sena tas-Sekondarja – L4-5 – 2014

Il-Malti – Is-Smigħ – Il-Karta tal-Għalliema – L-Ewwel Sena tas-Sekondarja – L4-5 – 2014 Paġna 1 minn 3

ID-DIRETTORAT GĦAL KWALITÀ U STANDARDS FL-EDUKAZZJONI

Id-Dipartiment tat-Tmexxija tal-Kurrikulu

It-Taqsima tal-Assessjar Edukattiv

L-Eżamijiet Annwali għall-Iskejjel Sekondarji 2014

L-EWWEL SENA IL-MALTI (Il-Fehim mis-Smigħ) IL-ĦIN: 30 minuta

Il-Karta tal-Għalliema Gwida għat-Tmexxija tal-Eżami tal-Fehim mis-Smigħ

1. Jitqassmu l-karti bil-mistoqsijiet u l-istudenti jiktbu isimhom, kunjomhom u l-klassi.

2. Kull silta tieħu 15-il minuta.

L-istruzzjonijiet:

L-Ewwel Silta (15-il minuta)

1. L-istudenti jintalbu jiftħu l-karta.

L-għalliema jaqraw l-ewwel silta u l-istudenti jisimgħu b’attenzjoni u ma

jiktbu xejn waqt il-qari.

2. Waqt li l-għalliema jaqraw għal darba l-eżerċizzji tal-ewwel silta,

l-istudenti jistgħu jaħdmu t-tweġibiet.

3. L-għalliema jaqraw is-silta għat-tieni darba.

L-għalliema jerġgħu jaqraw l-eżerċizzji u jagħtu ċans lill-istudenti jaħdmu

t-tweġibiet kollha.

It-Tieni Silta (15-il minuta)

4. L-għalliema jaqraw it-tieni silta u l-istudenti jisimgħu b’attenzjoni u ma

jiktbu xejn waqt il-qari.

5. Waqt li l-għalliema jaqraw għal darba l-eżerċizzji tat-tieni silta, l-istudenti

jistgħu jaħdmu t-tweġibiet.

6. L-għalliema jaqraw is-silta għat-tieni darba.

L-għalliema jerġgħu jaqraw l-eżerċizzji u jagħtu ċans lill-istudenti jaħdmu

t-tweġibiet kollha.

IL-LIVELLI

4 - 5

5 – 6 – 7 – 8

Paġna 2 minn 3 Il-Malti – Is-Smigħ – Il-Karta tal-Għalliema – L-Ewwel Sena tas-Sekondarja – L4-5 – 2014

L-Ewwel Silta: L-Istorja ta’ Bajda Silġ

Kontu tafu li l-ewwel kartun twil li qatt inħadem għaċ-ċinema kien Bajda Silġ u s-Seba’

Nani? Dan il-film ta’ 83 minuta marru jarawh għadd kbir ta’ nies. Grazzi għalih Walt

Disney rebaħ Oscar. Mal-ħruġ ta’ dan il-film inħolqu ġugarelli li wieħed seta’ jsibhom

kullimkien. (par.1)

Biex pinġew lis-seba’ nani ma sabux problema għax dawn ma kinux nies ta’ veru. Imma,

min-naħa l-oħra biex pinġew lil Bajda Silġ damu jesperimentaw ħafna sakemm fl-aħħar

ħarġu b’wiċċ ta’ tfajla veru simpatika. (par.2)

B’kollox l-artisti użaw elf u ħames mitt kulur biex lestew il-film. Barra minn hekk dawn l-

artisti kellhom jaħdmu lejl u nhar biex irnexxielhom ilestu l-film. Dan il-film intwera għall-

ewwel darba fiċ-ċinema fi Frar tal-1938. (par.3)

(Addattament minn artiklu fis-Sagħtar ta’ Jannar 2010)

Taħriġ A (10 marki)

Wieġeb dawn il-mistoqsijiet dwar dak li smajt fl-ewwel silta.

Immarka ħdejn VERU jew FALZ.

VERU FALZ

1 L-ewwel kartun li nħadem fiċ-ċinema kien Robin Hood.

2 Bajda Silġ kien film ta’ Walt Disney.

3 Ma’ Bajda Silġ kien hemm sitt nani.

4 Ftit li xejn marru jarawh nies.

5 Il-film Bajda Silġ kien twil sagħtejn.

6 Bis-saħħa ta’ Bajda Silġ, Walt Disney rebaħ Oscar.

7 Sabu ħafna problemi biex pinġew lin-nani.

8 Bajda Silġ kellha wiċċha ħelu.

9 B’kollox l-artisti użaw għoxrin kulur biex lestew il-film.

10 L-artisti kienu jaħdmu lejl u nhar fuq il-film.

Il-Malti – Is-Smigħ – Il-Karta tal-Għalliema – L-Ewwel Sena tas-Sekondarja – L4-5 – 2014 Paġna 3 minn 3

It-Tieni Silta: Is-Serq

Meta miet missier Martina, hi kellha biss għaxar snin u għalhekk ommha kellha terġa’ tmur

taħdem. Martina dejjem xtaqet tilbes sabiħ bħal sħabha u li jkollha dak kollu li tixtieq. Iżda dan

kollu kien impossibbli. (par.1)

Darba t-tentazzjoni għelbitha. Daħlet f’ħanut u bla ma taf kif deffset lapes fil-komma. Imbagħad,

b’qalbha tħabbat sitta sitta erħitilha biex tħallas tal-gazzetta. Maż-żmien is-serq beda jsir vizzju

għaliha. Ma setgħetx tidħol f’ħanut li ma tobromx xi ħaġa. (par.2)

Darba minnhom inqala’ paniku sħiħ ġo ħanut tal-ħwejjeġ. Ma kinitx indunat li fi qmis li kienet se

tieħu, kien hemm alarm żgħir moħbi fl-għonq. Tal-ħanut bdew jgħajtu magħha u hi tgħidx kemm

bkiet. Ċemplu mill-ewwel l-għassa tal-pulizija u dawn ma tantx damu ma ġew għaliha. (par.3)

Qabel ħarġet raddet l-affarijiet lura lil sid il-ħanut. Il-pulizija kienu ser jgħassulha bla ma tinduna.

Wissewha li jekk jerġgħu jaqbduha tisraq, iħassrulha l-kondotta. (par.4)

(Addattament minn artiklu fis-Sagħtar ta’ Marzu 2000)

Taħriġ B (10 marki)

Aqta’ linja taħt it-tweġiba t-tajba skont dak li smajt fis-silta.

1. Meta miet missierha, Martina kien għad kellha biss:

a. tlettax–il sena. b. għaxar snin. ċ. ħames snin.

2. L-ewwel ħaġa li ħadet minn ħanut kien:

a. lapes. b. ċinturin. ċ. ktieb.

3. Qalbha bdiet tħabbat sitta sitta bil-:

a. kuraġġ. b. ferħ. ċ. biża’.

4. Martina nqabdet tisraq ġo ħanut tal-:

a. gazzetti. b. ħwejjeġ. ċ. laħam.

5. Il-pulizija qalulha li jekk jerġgħu jaqbduha tisraq iħassrulha:

a. l-kondotta. b. isimha minn fuq ir-reġistru. ċ. wiċċha.

Il-Malti – Is-Smigħ – Il-Karta tal-Istudenti – L-Ewwel Sena tas-Sekondarja – L4-5 – 2014 Paġna 1 minn 3

ID-DIRETTORAT GĦAL KWALITÀ U STANDARDS FL-EDUKAZZJONI

Id-Dipartiment tat-Tmexxija tal-Kurrikulu

It-Taqsima tal-Assessjar Edukattiv

L-Eżamijiet Annwali għall-Iskejjel Sekondarji 2014

L-EWWEL SENA IL-MALTI (Il-Fehim mis-Smigħ) IL-ĦIN: 30 minuta

Il-Karta tal-Istudenti

L-isem u l-kunjom: ______________________________

Il-klassi: ______________________________

IL-MARKA

20

IL-LIVELLI

4 - 5

5 – 6 – 7 – 8

Paġna 2 minn 3 Il-Malti – Is-Smigħ – Il-Karta tal-Istudenti – L-Ewwel Sena tas-Sekondarja – L4-5 – 2014

Taħriġ A (10 marki)

Wieġeb dawn il-mistoqsijiet dwar dak li smajt fl-ewwel silta.

Immarka ħdejn VERU jew FALZ.

VERU FALZ

1 L-ewwel kartun li nħadem fiċ-ċinema kien Robin

Hood.

2 Bajda Silġ kien film ta’ Walt Disney.

3 Ma’ Bajda Silġ kien hemm sitt nani.

4 Ftit li xejn marru jarawh nies.

5 Il-film Bajda Silġ kien twil sagħtejn.

6 Bis-saħħa ta’ Bajda Silġ, Walt Disney rebaħ Oscar.

7 Sabu ħafna problemi biex pinġew lin-nani.

8 Bajda Silġ kellha wiċċha ħelu.

9 B’ kollox l-artisti użaw għoxrin kulur biex lestew il-

film.

10 L-artisti kienu jaħdmu lejl u nhar fuq il-film.

Il-Malti – Is-Smigħ – Il-Karta tal-Istudenti – L-Ewwel Sena tas-Sekondarja – L4-5 – 2014 Paġna 3 minn 3

Taħriġ B (10 marki)

Aqta’ linja taħt it-tweġiba t-tajba skont dak li smajt fis-silta.

1. Meta miet missierha, Martina kien għad kellha biss:

a. tlettax–il sena. b. għaxar snin. ċ. ħames snin.

2. L-ewwel ħaġa li ħadet minn ħanut kien:

a. lapes. b. ċinturin. ċ. ktieb.

3. Qalbha bdiet tħabbat sitta sitta bil-:

a. kuraġġ. b. ferħ. ċ. biża’.

4. Martina nqabdet tisraq ġo ħanut tal-:

a. gazzetti. b. ħwejjeġ. ċ. laħam.

5. Il-pulizija qalulha li jekk jerġgħu jaqbduha tisraq iħassrulha:

a. l-kondotta. b. isimha minn fuq ir-reġistru. ċ. wiċċha.

Il-Malti – L-Udit u l-Qari – Il-Karta tal-Għalliema – L-Ewwel Sena tas-Sekondarja – L4-5 – 2014 Paġna 1 minn 3

ID-DIRETTORAT GĦAL KWALITÀ U STANDARDS FL-EDUKAZZJONI

Id-Dipartiment tat-Tmexxija tal-Kurrikulu

It-Taqsima tal-Assessjar Edukattiv

L-Eżamijiet Annwali għall-Iskejjel Sekondarji 2014

L-EWWEL SENA IL-MALTI (L-Udit u l-Qari) IL-ĦIN: Madwar 15-il minuta

Il-Karta tal-Għalliema

Gwida għat-Tmexxija tal-assessjar tal-Udit u l-Qari

Ir-Riżorsi:

1. Tabella tal-assessjar fil-ħiliet tal-udit u l-qari.

2. Il-kliem li jinqara mill-istudent - Test 1 sa 5 (Agħżel skont il-ħtieġa minn A

jew B)

Il-Kriterji Il-Marki

1 L-istudent jintalab iħoss il-ħsejjes tal-ittri tal-ħames kelmiet

magħżula. Nofs marka kull kelma.

2.5

2 L-istudent jintalab jgħaqqad il-ħsejjes tal-ittri tal-ħames kelmiet

magħżula. Nofs marka kull kelma.

2.5

3 L-istudent jintalab jaqra ħames kelmiet minn kaxxa A jew B f’5

sekondi għal kull kelma. Nofs marka kull kelma.

2.5

4 L-istudent jaqra s-sentenzi. L-ewwel sentenza nofs marka, l-

oħrajn marka kull waħda. Jekk jaqra aktar min-nofs il-kliem

tas-sentenza ħażin ma jiħux marki.

2.5

5 L-istudent jaqra l-paragrafu. Il-marki jingħataw skont kemm it-

test jinqara tajjeb u bis-sens.

5

IL-LIVELLI

4 - 5

5 – 6 – 7 – 8

Paġna 2 minn 3 Il-Malti – L-Udit u l-Qari – Il-Karta tal-Għalliema – L-Ewwel Sena tas-Sekondarja – L4-5 – 2014

ID-DIRETTORAT GĦAL KWALITÀ U STANDARDS FL-EDUKAZZJONI

Id-Dipartiment tat-Tmexxija tal-Kurrikulu

It-Taqsima tal-Assessjar Edukattiv

L-Eżamijiet Annwali għall-Iskejjel Sekondarji 2014

L-EWWEL SENA IL-MALTI (L-Udit u l-Qari) IL-ĦIN: Madwar 15-il minuta

Il-Karta tal-Għalliema

Isem u kunjom l-istudent : ________________________

Il-klassi : _________________

1. Ħoss l-ittri tal-kliem:

Test A : mil mixi ġemel kaxxa ħamrija

Test B : ġir tina ħalib tazza tarbija

Marka : 2.5 □ 2 □ 1.5 □ 1 □ 0.5 □ 0 □

2. Għaqqad l-ittri biex tifforma kelma:

Test A : vit mera kiser borża nuċċali

Test B : jum mina żifen mejda faċċati

Marka : 2.5 □ 2 □ 1.5 □ 1 □ 0.5 □ 0 □

IL-MARKA

________

15

IL-LIVELLI

4 - 5

5 – 6 – 7 – 8

Il-Malti – L-Udit u l-Qari – Il-Karta tal-Għalliema – L-Ewwel Sena tas-Sekondarja – L4-5 – 2014 Paġna 3 minn 3

3. Aqra dawn il-kelmiet:

Test A : qum xiħa bajda qamar spaga

Test B : ġew ħelu safra labar xkupa

Marka : 2.5 □ 2 □ 1.5 □ 1 □ 0.5 □ 0 □

4. Aqra dawn is-sentenzi:

Il-dar ta’ Lina.

Id-dar ta’ Lina hija kbira ħafna.

Id-dar ta’ Lina hija kbira u mimlija bibien u twieqi.

Marka : 2.5 □ 2 □ 1.5 □ 1 □ 0.5 □ 0 □

5. Aqra din is-silta:

Bertu qam marid.

Bertu sebaħ ma jiflaħx. Kellu stordament kbir u rasu tuġgħu.

Ommu għamlitlu l-ħġieġa u malajr indunat li kellu d-deni.

Għalhekk qaltlu biex jibqa’ mistrieħ fis-sodda. Hi marret

iċċempel lit-tabib. Wara kwarta ġie t-Tabib Vella jarah u tah il-mediċina. Ftit jiem

wara Bertu fieq u reġa’ mar lura l-iskola.

Marka : 5 □ 4 □ 3 □ 2 □ 1 □ 0 □

Il-Malti – L-Udit u l-Qari – Il-Karta tal-Istudent – L-Ewwel Sena tas-Sekondarja – L4-5 – 2014 Paġna 1 minn 2

ID-DIRETTORAT GĦAL KWALITÀ U STANDARDS FL-EDUKAZZJONI

Id-Dipartiment tat-Tmexxija tal-Kurrikulu

It-Taqsima tal-Assessjar Edukattiv

L-Eżamijiet Annwali għall-Iskejjel Sekondarji 2014

L-EWWEL SENA IL-MALTI (L-Udit u l-Qari) IL-ĦIN: Madwar 15-il minuta

Il-Karta tal-Istudent

TEST A : Aqra dawn il-kelmiet:

qum

xiħa

bajda

qamar

spaga

TEST B : Aqra dawn il-kelmiet:

ġew

ħelu

safra

labar

xkupa

IL-LIVELLI

4 - 5

5 – 6 – 7 – 8

Paġna 2 minn 2 Il-Malti – L-Udit u l-Qari – Il-Karta tal-Istudent – L-Ewwel Sena tas-Sekondarja – L4-5 – 2014

Test Ċ: Aqra dawn is-sentenzi:

Il-dar ta’ Lina.

Id-dar ta’ Lina hija kbira ħafna.

Id-dar ta’ Lina hija kbira u mimlija bibien u twieqi.

Test D: Aqra din is-silta:

Bertu qam marid.

Bertu sebaħ ma jiflaħx. Kellu

stordament kbir u rasu tuġgħu. Ommu

għamlitlu l-ħġieġa u malajr indunat li kellu d-deni.

Għalhekk qaltlu biex jibqa’ mistrieħ fis-sodda. Hi

marret iċċempel lit-tabib. Wara kwarta ġie

t-Tabib Vella jarah u tah il-mediċina. Ftit jiem

wara Bertu fieq u reġa’ mar lura l-iskola.

Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Ewwel Sena tas-Sekondarja – L4-5 – 2014 Paġna 1 minn 10

ID-DIRETTORAT GĦAL KWALITÀ U STANDARDS FL-EDUKAZZJONI

Id-Dipartiment tat-Tmexxija tal-Kurrikulu

It-Taqsima tal-Assessjar Edukattiv

L-Eżamijiet Annwali għall-Iskejjel Sekondarji 2014

L-EWWEL SENA IL-MALTI (Il-Qari u l-Kitba) IL-ĦIN: Siegħa

Il-M

ark

i

L-Udit u

l-Qari

15

It-Taħdit

15

Is-Smigħ

20

Il-Kitba

40

Il-Proġett

10

It-Total

100

L-isem u l-kunjom: _________________________

Il-klassi: ________

IL-LIVELLI

4 - 5

Paġna 2 minn 10 Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Ewwel Sena tas-Sekondarja – L4-5 – 2014

A. TAĦRIĠ IL-FEHEM 4 marki

Aqra l-istorja li ġejja. Wara wieġeb il-mistoqsijiet.

Il-Qattusa Matilda

Lil Sara kont dejjem issibha b’ ħuha Ġanni jiġri warajha.

Kienu qishom id-di u d-do u dan kien l-inkwiet kbir tagħha.

Kellu biss sitt snin. Spiss kien idaħħalha fil-problemi u

barra minn hekk kien jeħodilha rasha daqskemm kien

jgħid. Kien imqareb wisq. Fejn kienet tmur Sara, ħuha kien imur u fejn

ikunu huma Mati kienet tkun ukoll. Din kienet Matilda, il-qattusa bajda u

sewda tagħhom. (par. 1)

Ħbiebhom kollha kienu jaħsbu li Matilda

kien isem kemxejn stramb għal qattusa.

Kienu semmewha hekk fuq l-isem ta’

ġugarell li kellha ommhom meta kien

għad kellha għaxar snin. Għalkemm ruħ

ommu fi snienu, dan il-ġugarell kien għadu għandhom. Biż-żmien spiċċa

b’għajn waħda u b’ġenb minnhom imċarrat. Minkejja kollox qatt ma

kellhom il-kuraġġ jarmuh. Kien wisq għal qalb ommhom. (par. 2)

Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Ewwel Sena tas-Sekondarja – L4-5 – 2014 Paġna 3 minn 10

1. Immarka jekk hux veru jew falz:

a) Lil Sara u Ġanni kont issibhom dejjem flimkien. Par. 1

Veru ___ Falz ___ (nofs marka)

b) Par. 2 - “ruħ ommu fi snienu” turi li l-ġugarell kien għadu fi stat

tajjeb.

Veru ___ Falz ___ (nofs marka)

2. Wieġeb dawn il-mistoqsijiet fuq dak li qrajt.

a) Kemm kellu żmien Ġanni? Par. 1

__________________________________________ (nofs marka)

b) X’tip ta’ tifel kien Ġanni? Par. 1

__________________________________________ (nofs marka)

ċ) X’kulur kienet il-qattusa Matilda? Par. 1

__________________________________________ (nofs marka)

d) Għalfejn il-qattusa tagħhom semmewha Matilda? Par. 2

______________________________________________ (marka)

e) Xi ġralu l-ġugarell t’ommhom biż-żmien? Par. 2 __________________________________________ (nofs marka)

Paġna 4 minn 10 Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Ewwel Sena tas-Sekondarja – L4-5 – 2014

B. IL-GRAMMATIKA 6 marki

1. Agħżel l-ittra t-tajba. L-ewwel waħda lesta għalik. (2 marki)

2. Ikteb l-artiklu quddiem il-kelmiet: (marka)

___ kappell

____ żrinġ

3. Għodd u ikteb kemm fihom ittri dawn il-kelmiet bħal fl-eżempju.

(marka) papri 5

tiġieġ

razzett

ħobż kel__ war__a mutu__ flixku__

s ż p b d t r g k n

Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Ewwel Sena tas-Sekondarja – L4-5 – 2014 Paġna 5 minn 10

4. Oħroġ l-għerq minn dawn il-verbi bħal fl-eżempju. (2 marki)

raqad ________ rikeb __________

Ċ. Il-LETTERATURA 10 marki

1. Il-Poeżija (4 marki)

Wieġeb Iva jew Le billi timmarka X ħdejn it-tajba.

Iva Le

1 Fil-poeżija Tifħira lil Malta, il-poeta jgħid li isem Malta

jfisser għasel.

2 Il-poeżija Lil Ommi tibda bil-kliem: ’Benninni ħa norqod.’

3 F’Ritratt ta’ Toninu man-Nanna naraw id-differenza bejn

tifla u tifel.

4 F’Raħal Twelidi, il-poeta jgħid kemm raħal twelidu ma

jogħġbux.

żifen ż-f-n fetaħ ________ kiteb ________

Paġna 6 minn 10 Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Ewwel Sena tas-Sekondarja – L4-5 – 2014

2. Ir-Rumanz (3 marki)

Agħżel eżerċizzju wieħed minn dawn (A,B jew Ċ) u aħdmu.

Aqta’ linja taħt it-tajba.

A Zito Zandarell ta’ Carmel G.Cauchi

1. Stefan, Melissa u Spikey iltaqgħu l-ewwel darba ma’ Zito (fil-Baħrija, fil-Buskett, f’Bormla).

2. Zito kien ġej mill-pjaneta (Terrapaċis, Terra, Terraviva).

3. Rocky Rospo u Saborra qaflu lil Zito fil-mitħna ta’ (Vitor, Ġorġ,

Sidor).

JEW

B Id tad-Deheb ta‘ Ivan Debattista

1. Dan ir-rumanz jitkellem dwar il-problema (tad-droga,

tat-tipjip, tal-ibbuljar).

2. L-aktar student eżemplari fil-klassi kien (Justin, Luca,

Mario).

3. Justin u Cedric kellhom (tmintax, erbatax, dsatax) –il sena.

JEW

Ċ Id-Dawl l-Abjad

1. Rachel kellha (tlettax –il sena, tletin sena, disa‘ snin).

2. Darba Rachel iddeċidiet li (tikkopja, tiekol, tparla) waqt

eżami.

3. Stefan kien dilettant (tas-sajd, tal-muturi, tad-drama).

Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Ewwel Sena tas-Sekondarja – L4-5 – 2014 Paġna 7 minn 10

3. In-Novelli (3 marki)

Kompli s-sentenzi fuq WAĦDA minn dawn in-novelli:

1) Is-Sigriet tan-Nannu

2) Ġrajja ta’ Żmien il-Gwerra

3) Bob, il-Kelb tal-Iskwadra tat-Tifi tan-N ar

4) Il-Kalzetti tas-Suf

5) Il-Leġġenda ta’ San Dimitri

6) Żewġt Iħbieb

1. L-aktar novella li għoġbitni jisimha

_________________________________________________.

2. L-istorja titkellem fuq .

3. Għoġbitni għax

_________________________________________________

_________________________________________________

_________________________________________________

_________________________________________________

_________________________________________________.

Paġna 8 minn 10 Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Ewwel Sena tas-Sekondarja – L4-5 – 2014

D. IL-KITBA FUNZJONALI 10 marki

1.Dan l-AVVIŻ fih xi kliem nieqes. Agħżel il-kliem mill-kaxxa

t’hawn taħt u imla l-vojt. (5 marki)

ħbieb mistieden ġewwa Settembru filgħodu Istitut

parkeġġ ewro karozzi Swatar

AVVIŻ

Se jsir ħasil ta’ _____________ minn barra u minn

_____________ bl-iskop li jinġabru flus għall-

_____________ tal-Ursolini.

Kulħadd ____________ jiġi, kemm biex jaħslulu l-karozza kif ukoll

biex jgħin fil-ħasil tagħha.

Post: Fil-_____________ tal-Parroċċa tas-____________.

Meta: Nhar it-13 ta’ ___________ 2014.

Ħin: Mill-għaxra ta’ _____________ ‘l quddiem.

Prezz: 10 ____________ biss.

Narawkom ____________!

Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Ewwel Sena tas-Sekondarja – L4-5 – 2014 Paġna 9 minn 10

2. Sib ħames oġġetti fl-istampa, iktibhom u mmarkahom bi vleġġa. Ara l-eżempju. (5 marki)

ġlekk

Paġna 10 minn 10 Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Ewwel Sena tas-Sekondarja – L4-5 – 2014

E. IL-KITBA KREATTIVA 10 marki

Ikteb GĦAXAR (10) sentenzi biex toħloq storja dwar ĦARĠA

FIL-KAMPANJA. L-istampi u l-kliem huma kollha t’għajnuna.

Użahom!

ĦARĠA FIL-KAMPANJA

Meta, fejn u ma’ min

mort?

Kif kien it-

temp?

Biex

mortu?.

X’ħadtu

magħkom?

X’għamiltu

u x’rajtu.

___________________________________________________

___________________________________________________

___________________________________________________

__________________________________________________

___________________________________________________

___________________________________________________

__________________________________________________