I s-Sitt Ħadd Matul is-Sena
description
Transcript of I s-Sitt Ħadd Matul is-Sena
Is-Sitt Ħadd Matul is-SenaA
Qari ILil ħadd ma rħielu jidneb.
Qari mill-Ktiebta’ Bin Sirak.15, 15-20
Amatulis-sena6
Jekk trid tista’ tħares il-kmandamenti,u b’rieda tajba tista’ tkun fidil.
Amatulis-sena6
Hu qegħedlek quddiemek in-nar u l-ilma;liema trid minnhom, midd idek għalih.
Amatulis-sena6
Quddiem il-bniedem hemm il-ħajja u l-mewt,u liema tixtieq qalbu lesta għalih.
Amatulis-sena6
Għax għerf il-Mulej hu bla qjies,qawwi f’setegħtu u jara kollox.
Amatulis-sena6
Għajnejh fuq dawk li jibżgħu minnu,u jagħraf kull ma jagħmel il-bniedem.
Amatulis-sena6
Lil ħadd ma qabbad jgħix ħażin,u lil ħadd ma rħielu jidneb.
Amatulis-sena6
Il-Kelma tal-Mulej.
℟.Irroddu ħajr lil Alla.
Amatulis-sena6
Salm118 (119), 1-2.4-5.17-18.33-34
℟.Henjin dawk li jimxu fil-liġi tal-Mulej.
Amatulis-sena6
Henjin dawk li triqthom bla ħtija,li jimxu fil-liġi tal-Mulej.
Amatulis-sena6
Henjin dawk li jħarsu l-preċetti tiegħu,u li jfittxuh b’qalbhom kollha.
Amatulis-sena6
℟.Henjin dawk li jimxu fil-liġi tal-Mulej.
Amatulis-sena5
Int tajt il-preċetti tiegħek,biex inħarsuhom bir-reqqa.
Amatulis-sena6
Ħa jżomm sħiħ il-mixi tiegħifil-ħarsien tal-kmandamenti tiegħek!
Amatulis-sena6
℟.Henjin dawk li jimxu fil-liġi tal-Mulej.
Amatulis-sena5
Kun twajjeb mal-qaddej tiegħek,agħtini li ngħix u nħares il-kelma tiegħek.
Amatulis-sena6
Iftaħli għajnejja,biex nara l-għeġubijiet tal-liġi tiegħek.
Amatulis-sena6
℟.Henjin dawk li jimxu fil-liġi tal-Mulej.
Amatulis-sena5
Għallimni, Mulej, it-triq tal-kmandamenti tiegħek;jiena rrid nibqa’ fiha sa l-aħħar.
Amatulis-sena6
Fehemni biex inħares il-liġi tiegħeku nagħmilha b’qalbi kollha.
Amatulis-sena6
℟.Henjin dawk li jimxu fil-liġi tal-Mulej.
Amatulis-sena5
Qari IIAlla fassal il-għerf mill-bidunett għas-sebħ tagħna.
Qari mill-Ewwel Ittrata’ San Pawl Appostlulill-Korintin.2, 6-10
Amatulis-sena6
Ħuti, aħna ngħallmu l-għerf fost dawk li huma perfetti,
Amatulis-sena6
imma mhuxl-għerf ta’ din id-dinja,
Amatulis-sena6
anqas l-għerf tal-prinċpijiet ta’ din id-dinja, li se jintemmu fix-xejn.
Amatulis-sena6
Ngħallmu l-għerf ta’ Alla moħbi f’misteru, li Alla fassal qabel iż-żmien għall-glorja tagħna.
Amatulis-sena6
Ebda wieħed mill-mexxejja ta’ din id-dinja ma għarfu;
Amatulis-sena6
kieku għarfuh, qatt ma kienu se jsallbu lill-Mulej tal-glorja.
Amatulis-sena6
Imma, bħalma hu miktub:
Amatulis-sena6
«Dak li għajn qatt ma rat u widna qatt ma semgħet, u dak li qatt ma tnissel f’qalb il-bnedmin,
Amatulis-sena6
«dak Alla lestagħal dawk li jħobbuh.»
Amatulis-sena6
Alla rrivelahulna permezz tal-Ispirtu;
Amatulis-sena6
għax l-Ispirtu jgħarbel kollox, sa fil-qiegħ ta’ Alla.
Amatulis-sena6
Il-Kelma tal-Mulej.
℟.Irroddu ħajr lil Alla.
BilwieqfaAmatulis-sena6
Akklamazzjoni qabel l-Evanġelju
Hallelujah.℟.Hallelujah.
Amatulis-sena6
ara Mt 11, 25
Infaħħrek, Missier, Sid is-sema u l-art,għax dawn il-ħwejjeġ tas-saltna wrejthom liċ-ċkejknin.
Amatulis-sena6
℟.Hallelujah.
Amatulis-sena6
EvanġeljuFl-imgħoddi hekk intqal, imma jiena ngħidilkom.
Qari mill-Evanġeljuskont San Mattew.5, 17-37
Amatulis-sena6
F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu:
Amatulis-sena6
«Xejn taħsbu li ġejt inwaqqa’ l-Liġi jew il-Profeti;
Amatulis-sena6
«jiena ma ġejtx biex inwaqqagħhom,iżda biex inwassalhom għall-milja tagħhom.
Amatulis-sena6
«Tassew ngħidilkom,li sa ma jkunu għaddew is-sema u l-art
Amatulis-sena6
«anqas l-iżgħar ittra jew tikka waħda mil-Liġi ma titneħħa sa ma jkun seħħ kollox.
Amatulis-sena6
«Jekk mela xi ħadd iġib fix-xejn wieħed mill-iżgħar minn dawn il-kmandamenti
Amatulis-sena6
«u jgħallem lin-nies biex jagħmlu l-istess, dan jissejjaħ l-iżgħar fis-Saltna tas-Smewwiet.
Amatulis-sena6
«Imma min iħarishom u jgħallimhom, dan kbir jissejjaħ fis-Saltna tas-Smewwiet.
Amatulis-sena6
«Ngħidilkom li, jekk il-ħajja tajba tagħkom
Amatulis-sena6
«ma tkunx ħafna aħjar minn diktal-kittieba u l-Fariżej, ma tidħlux fis-Saltna tas-Smewwiet.
Amatulis-sena6
«Smajtu xi ntqal lin-nies ta’ dari: “La toqtolx. Jekk xi ħadd joqtol ikun ħaqqu l-kundanna.”
Amatulis-sena6
«Imma jiena ngħidilkom li l-kundanna tistħoqq ukoll lil min jinkorla għal ħuh.
Amatulis-sena6
«Jekk imbagħad xi ħadd lil ħuh jgħidlu: “Ġifa,” ikun ħaqqu l-kundanna tas-Sinedriju;
Amatulis-sena6
«u jekk jgħidlu: “Iblah,” ikun ħaqqu n-nar tal-infern.
Amatulis-sena6
«Mela jekk tkun qiegħed ittalla’ l-offerta tiegħekfuq l-artal
Amatulis-sena6
«u hemm tiftakar li ħuk għandu xi ħaġa kontra tiegħek,
Amatulis-sena6
«ħalli l-offerta tiegħekhemmhekk quddiem l-artal u mur l-ewwel irranġa ma’ ħuk,
Amatulis-sena6
«u mbagħad ejja talla’ l-offerta tiegħek.
Amatulis-sena6
«Lil min ikun se jtellgħek il-qorti
Amatulis-sena6
«ħudu bil-kelma t-tajba mill-aktar fis waqt li tkun għadek miegħu fit-triq,
Amatulis-sena6
«li ma jmurx jagħtik f’idejn l-imħallef, u l-imħallef f’idejn l-għassies, u hekk issib ruħek fil-ħabs.
Amatulis-sena6
«Tassew ngħidlek, minn hemm ġew ma toħroġx qabel ma tkun ħallast l-aħħar tliet ħabbiet.
Amatulis-sena6
«Smajtu xi ntqal: “La tagħmilx adulterju.”
Amatulis-sena6
«Imma jiena ngħidilkomli kull min iħares lejn mara biex jixtieqha jkun ġa għamel adulterjumagħha f’qalbu.Amatulis-sena6
«Jekk għajnek il-leminija hi għalik okkażjoni ta’ dnub, aqlagħha barrau armiha ’l bogħod minnek, Amatulis-sena6
«għax aktar ikun jaqbillek jekk tintiliflekbiċċa waħda minn ġismek milli ġismek kollu jinxteħet fl-infern. Amatulis-sena6
«U jekk idek il-leminija hi għalik okkażjoni ta’ dnub, aqtagħha barra uarmiha ’l bogħod minnek, Amatulis-sena6
«għax aktar ikun jaqbillek jekk tintiliflekbiċċa waħda minn ġismek milli ġismek kollu jmur fl-infern.Amatulis-sena6
«Intqal ukoll: “Min jibgħat lil martu jkollu jagħtiha l-kitba tad-divorzju.”
Amatulis-sena6
«Imma jiena ngħidilkom li kull min jibgħat lil martu barra l-każ ta’ żwieġ ħażin, iwaqqagħha fl-adulterju; Amatulis-sena6
«u minjiżżewweġ waħda mibgħuta minn ħaddieħor jagħmel adulterju.
Amatulis-sena6
«Smajtu wkoll xi ntqal lin-nies ta’ dari:
Amatulis-sena6
“Tonqosx mill-wegħda li ħliftimma rodd lill-Mulej il-wegħdiet li ħliftlu.”
Amatulis-sena6
«Imma jiena ngħidilkombiex ma taħilfu xejn, u la bis-sema, għax hu t-tron ta’ Alla,
Amatulis-sena6
«u la bl-art, għax fuqha jserraħ riġlejh, u lanqas b’Ġerusalemm, għaliex hija l-Belt tas-Sultan il-kbir. Amatulis-sena6
«U lanqas b’rasek ma għandek taħlef,
Amatulis-sena6
«għaliex inti anqas biss xagħra waħda ma għandek ħila tagħmilhabajda jew sewda.
Amatulis-sena6
«Mela ħa jkunid-diskors tagħkom: “iva, iva”; “le, le”;
Amatulis-sena6
«kull ma hu iżjed minn hekkikun ġej mill-Ħażin.»
Amatulis-sena6
Il-Kelma tal-Mulej.
℟.Tifħir lilek Kristu.
Bilqiegħda
Amatulis-sena6