Ħmistax-il ċentru Klabb 3-16 u aktar fis-snin li ġejjin - Futur fis-Sod

8
Is-Sibt, 16 ta’ Frar www.mychoice.pn f’din l-Elezzjoni SUPPLIMENT 20 13 3,000 tifel u tifla għamlu użu mis-servizz ta’ Ċentru Klabb 3-16 Skejjel tal-aqwa kwalità biex jgħinu lil uliedna jitgħallmu u jimxu ‘l quddiem Fl-1996, il-Labour wiegħed li ma jmissx l-istipendji... għamel il-maqlub ii iii vi FATTI U ĊIFRI TITKELLEM INT MUSCAT JAGħżEL ħAżIN ħmistax-il Ċentru Klabb 3-16, u aktar fis-snin li ġejjin Matul din il-leġiżlatura l-Gvern Nazzjonalista imbarka fuq programm ta’ ftuħ ta’ ċentri għat-tfal wara l-ħin tal-iskola S’issa f’din il-leġiżlatura nfetħu ħmistax-il ċentru. Dawn iċ- ċentri jibqgħu miftuħin sas-6 p.m. waqt li l-ġenituri jkunu għadhom xogħol. Dawn iċ-ċentri f’diversi bliet u rħula – magħrufa aħjar bħala Ċentri Klabb 3-16 – huma mferrxa f’diversi lokalitajiet, fosthom f’Birkirkara, fil-Mosta, fil- Fgura, fiż-Żurrieq, f’San Pawl il-Baħar, f’Wied il-Għajn, f’San Ġwann, Ħal Qormi, f’Ħaż- Żebbuġ, fir-Rabat, f’Pembroke, f’Ħaż-Żabbar, fil-Ħamrun u f’Birżebbuġa. F’dawn iċ-Ċentri Klabb 3-16 qed jattendu studenti li jmorru skejjel pubbliċi, skejjel privati indipendenti u fi skejjel tal-Knisja. Fis-sessjonijiet kollha ta’ dawn iċ-ċentri qed jipparteċipaw mijiet ta’ tfal. Il-Gvern immexxi mill- Partit Nazzjonalista hu determinat li fis-snin li ġejjin ikompli jiftaħ aktar ċentri minn dawn f’aktar lokalitajiet. Sadattant qed isiru wkoll il-Homework Clubs, il-Klabb Ħilti, il-Malta Writing Programme u s-Summer Writing Camp. Dawn kollha jgħinu lit-tfal fl-istudji tagħhom. Dawn l-inizjattivi kollha jixhdu l-impenn qawwi tal- Gvern li jinvesti b’kull mod possibbli fit-tfal sa minn ċkunithom billi jipprovdilhom it-tagħlim kollu li jkollhom bżonn. Għaliex il-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista jrid li ħadd ma jaqa’ lura, inkluż l-istudenti li jkollhom bżonn xi tip ta’ għajnuna biex huma wkoll jimxu ‘l quddiem, allura aktar minn 3,800 tifel u tifla fl- iskejjel pubbliċi, tal-Knisja u Indipendenti għandhom il-faċilità ta’ Learning Support Assistant magħhom u mħallas mill-Gvern. Hawn mas-700 tifel u tifla ta’ etajiet differenti li jattendu fi 32 Nurture Group fi skejjel primarji tal- Gvern jew Learning Support Zones fi skejjel sekondarji. L-istudenti jattendu f’dawn il-gruppi minħabba li jkollhom diffikultajiet soċjali, emozzjonali jew ta’ mġiba u għalhekk jingħataw għajnuna partikulari biex jirbħu dawk id-diffikultajiet. It-tfal jipparteċipaw fi programmi speċjalizzati. Il-Gvern immexxi mill- Partit Nazzjonalista hu determinat li jissokta bl- aqwa investiment possibbli għal dawn l-istudenti biex huma wkoll jimxu ‘l quddiem. Aktar minn 3,800 student bil-faċilità ta’ Learning Support Assistant magħhom

description

Suppliment is-Sibt 16 ta' Frar 2013

Transcript of Ħmistax-il ċentru Klabb 3-16 u aktar fis-snin li ġejjin - Futur fis-Sod

Page 1: Ħmistax-il ċentru Klabb 3-16 u aktar fis-snin li ġejjin - Futur fis-Sod

Is-Sibt, 16 ta’ Frar www.mychoice.pn

f’din l-ElezzjoniSUPPLIMENT

2013

3,000 tifel u tifla għamlu użu mis-servizz ta’ Ċentru Klabb 3-16

Skejjel tal-aqwa kwalità biex jgħinu lil uliedna jitgħallmu u jimxu ‘l quddiem

Fl-1996, il-Labour wiegħed li ma jmissx l-istipendji... għamel il-maqlubii iii viFaTTI U ĊIFrI TITKELLEM INT MUScaT jagħżEL ħażIN

ħmistax-il Ċentru Klabb 3-16, u aktar fis-snin li ġejjinMatul din il-leġiżlatura l-Gvern Nazzjonalista imbarka fuq programm ta’ ftuħ ta’ ċentri għat-tfal wara l-ħin tal-iskola

S’issa f’din il-leġiżlatura nfetħu ħmistax-il ċentru. Dawn iċ-ċentri jibqgħu miftuħin sas-6 p.m. waqt li l-ġenituri jkunu għadhom xogħol.

Dawn iċ-ċentri f’diversi bliet u rħula – magħrufa aħjar bħala Ċentri Klabb 3-16 – huma mferrxa f’diversi lokalitajiet, fosthom f’Birkirkara, fil-Mosta, fil-Fgura, fiż-Żurrieq, f’San Pawl il-Baħar, f’Wied il-Għajn, f’San Ġwann, Ħal Qormi, f’Ħaż-Żebbuġ, fir-Rabat, f’Pembroke,

f’Ħaż-Żabbar, fil-Ħamrun u f’Birżebbuġa.

F’dawn iċ-Ċentri Klabb 3-16 qed jattendu studenti li jmorru skejjel pubbliċi, skejjel privati indipendenti u fi skejjel tal-Knisja.

Fis-sessjonijiet kollha ta’ dawn iċ-ċentri qed jipparteċipaw mijiet ta’ tfal.

Il-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista hu determinat li fis-snin li ġejjin ikompli jiftaħ aktar ċentri minn dawn f’aktar

lokalitajiet.Sadattant qed isiru

wkoll il-Homework Clubs, il-Klabb Ħilti, il-Malta Writing Programme u s-Summer Writing Camp. Dawn kollha jgħinu lit-tfal fl-istudji tagħhom.

Dawn l-inizjattivi kollha jixhdu l-impenn qawwi tal-Gvern li jinvesti b’kull mod possibbli fit-tfal sa minn ċkunithom billi jipprovdilhom it-tagħlim kollu li jkollhom bżonn.

Għaliex il-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista jrid li ħadd ma jaqa’ lura, inkluż l-istudenti li jkollhom bżonn xi tip ta’ għajnuna biex huma wkoll jimxu ‘l quddiem, allura aktar minn 3,800 tifel u tifla fl-iskejjel pubbliċi, tal-Knisja u Indipendenti għandhom il-faċilità ta’ Learning Support Assistant magħhom u mħallas mill-Gvern.

Hawn mas-700 tifel u tifla ta’ etajiet differenti li jattendu fi 32 Nurture Group fi skejjel primarji tal-Gvern jew Learning Support

Zones fi skejjel sekondarji.L-istudenti jattendu

f’dawn il-gruppi minħabba li jkollhom diffikultajiet soċjali, emozzjonali jew ta’ mġiba u għalhekk jingħataw għajnuna partikulari biex jirbħu dawk id-diffikultajiet. It-tfal jipparteċipaw fi programmi speċjalizzati.

Il-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista hu determinat li jissokta bl-aqwa investiment possibbli għal dawn l-istudenti biex huma wkoll jimxu ‘l quddiem.

aktar minn 3,800 student bil-faċilità ta’ Learning Support assistant magħhom

Page 2: Ħmistax-il ċentru Klabb 3-16 u aktar fis-snin li ġejjin - Futur fis-Sod

ii – f’din l-Elezzjoni Is-Sibt, 16 ta’ Frar 2013www.mychoice.pn

X O G Ħ O L S A Ħ Ħ A E D U K A Z Z J O N I

Qabża oħra ta’ kwalità

15-ilĊentru Klabb 3-16 miftuħin

matul din il-leġiżlatura f’diversi lokalitajiet

3,000 tifel u tifla għamlu użu

mis-servizz ta’ Ċentru Klabb 3-16 bejn Ottubru 2009

u Settembru 2012

Fatti u Ċifri

3,800student u studenta fl-iskejjel

pubbliċi, tal-Knisja u Indipendenti għandhom Learning Support assistant

imħallas mill-gvern

700student qed jattendu fi 32 Nurture group fi skejjel primarji tal-gvern jew

f’Learning Support Zones fi skejjel sekondarji

gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista se jkompli jagħti fondi lill-iskejjel

tal-Knisja biex, fost l-oħrajn, dawn iħallsu lill-għalliema u lil-LSas

150tifel u tifla fl-iskejjel

li għandhom mard kroniku jingħataw l-assistenza meħtieġa

biex jieħdu l-mediċina

Inkomplu ngħinu aktar żgħażagħ b’iżjed boroż ta’ studju u riċerkaMas-settur privat niżviluppaw l-infrastruttura tar-riċerka

MILL-PROGRAMM ELETTORALI TAL-PARTIT NAZZJONALISTA 2013

i. Inkomplu nrawmu komunità akkademika li tiffoka fuq l-iżvilupp ta’ politika għas-sostenibbiltà u l-immaniġġjar tal-art, l-ilma, l-enerġija u l-iskart. L-Università tagħti konsulenza lill-Gvern dwar materji ta’ natura strateġika fosthom it-tibdil fil-klima, ħajja sostenibbli, l-iżvilupp tal-Green economy u l-introduzzjoni tal-Blue economy.

ii. Nixprunaw ir-rwol tal-Università li tirfed diversi oqsma innovattivi b’kunċetti xjentifiċi, fosthom Eko-Għawdex billi r-Razzett ta’ Għawdex isir ċentru ta’ riċerka, il-kumpless ta’ Marsaxlokk jitranġa biex isir Ċentru ta’ Riċerka fl-Enerġija Sostenibbli, Ilma u Immaniġġjar tal-Iskart, filwaqt li l-Ġnien tal-Argotti flimkien mal-ġonna tal-madwar jiġu trasformati fi Ġnien Botaniku;

iii. L-Università tkompli twessa’ l-funzjoni tagħha fit-trawwim ta’ intrapriżi żgħar u medji f’oqsma innovattivi; tikkollabora aktar mill-qrib mal-Kunsill Malti għall-Arti u Xjenza (MCST) u l-Malta Enterprise biex tiġi xprunata t-tranżizzjoni ta’ Malta lejn ekonomija msejsa fuq l-għarfien u l-innovazzjoni.

iv. Nibnu fuq is-suċċess tal-iskemi tal-Boroż ta’ Studju STEPS u MGSS billi nwaqqfu programm ta’ fondi għal studenti interessati li jagħmlu riċerka fl-Università wara li jġibu d-dottorat. Noħolqu opportunitajiet biex riċerkaturi Maltin jerġgħu lura Malta biex jagħmlu r-riċerka, ninvestu fondi Ewropej biex, flimkien mas-settur privat niżviluppaw l-infrastruttura tar-riċerka u b’hekk inkunu qed nersqu dejjem aktar lejn il-miri tagħna għar-riċerka u l-innovazzjoni.

Inkomplu nrawmu komunità akkademika li tiffoka fuq l-iżvilupp

ta’ politika għas-sostenibbiltà u

l-immaniġġjar tal-art, l-ilma, l-enerġija

u l-iskart

Page 3: Ħmistax-il ċentru Klabb 3-16 u aktar fis-snin li ġejjin - Futur fis-Sod

Is-Sibt, 16 ta’ Frar f’din l-Elezzjoni – iii2013 www.mychoice.pn

TitkellemHi xi ħaġa tassew impressjonanti kif il-Gvern f’din il-leġiżlatura rnexxielu jinawgura skola ġdida kull sena. Dawn huma skejjel tal-aqwa kwalità, immirati biex jgħinu lil uliedna jitgħallmu u jimxu ‘l quddiem ħalli, meta jikbru, jirnexxilhom jagħmlu suċċess fil-karriera tagħhom

Wegħda miżmuma ta’ skola ġdida kull senaIl-Gvern żamm il-wegħda tiegħu li kull sena jiftaħ skola ġdida b’risq l-istudenti kollha li għadhom jattendu s-sekondarja, kemm tfajliet, kif ukoll subien.

Dan hu importanti għax bini aħjar ifisser aktar kumditajiet, aktar spazju u t-tagħlim jingħata aħjar, filwaqt li l-għalliema, li fl-aħħar mill-aħħar huma ħaddiema u qegħdin jagħtu servizz utli ħafna, qegħdin jagħmlu dan f’bini komdu għalihom.

Waħda mill-aktar skejjel li ta’ min ifaħħarhom hi dik fiż-Żokrija għax fiha ssib kollox u grawnds mill-aktar spazjużi.

Investiment għaqli favur l-istudenti Maltin u GħawdxinKull progress li jsir fil-qasam edukattiv hu ta’ min ifaħħru u jinkoraġġih għax dan hu investiment favur uliedna u favur dawk li għadhom ġejjin fil-futur.

Dan l-investiment ifisser kontinwità fil-pjan nazzjonali favur l-edukazzjoni għax b’aktar spazju u kumdità akbar ifisser aktar ħidma fuq kull student, fosthom permezz ta’ spazji ikbar fil-media centre u spazji fil-klassijiet bejn student u ieħor.

Wieħed mill-investiment ili laqtuni kien dak f’Tal-Ħandaq, skola tassew moderna, spazjuża bl-aqwa grawnds kemm għall-istudenti iżda wkoll għall-komunità kollha tal-qrib.

Skejjel sbieħ u ta’ kwalità li jagħtu kas is-saħħa tal-istudentGħandna skejjel moderni u li min ifaħħarhom. Issib kull apparat teknoloġiku li jkollok bżonn, kompjuter għal kull student u b’hekk l-istudenti jaħdmu aħjar.

Immaġina li tant kemm huma kbar dawn l-iskejjel u mqassmin tajjeb, li llum kull student għandu l-locker tiegħu biex matul il-ġurnata ma joqgħodx iġorr il-basktijiet bil-kotba li jistgħu jikkaġunaw uġigħ fid-dahar.

Waħda mill-aktar skejjel li jogħġbuni hi dik taż-Żokrija li tilqa’ fiha mijiet ta’ studenti minn madwar Malta.

Ta’ min japprezza l-impenn tal-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista favur tagħna l-istudenti biex nimxu ‘l quddiem fil-karriera tagħna.

Sigurtà akbar favur l-istudenti kollhaL-iskejjel huma investiment favur uliedna iżda fuq kollox, kull skola ġdida li tinfetaħ toffri opportunitajiet ġodda lil diversi studenti li jattendu.

Kull skola ġdida tiġbor fiha numru ta’ studenti li jiġu minn diversi skejjel antiki, u dan ifisser li l-ispiża ġenerali tal-Gvern fil-manutenzjoni ta’ diversi skejjel antiki issa tieqaf u tiġi allokata għall-iskejjel ġodda, fejn l-ispiża tkun inqas.

Is-skejjel il-ġodda huma magħmulin b’mod li l-istudenti ma jkollhomx bżonn jaqsmu minn klassi għal oħra minn barra u b’hekk meta tkun ix-xita jibqgħu ġewwa u ma jixxarrbux.

Skejjel favur l-ambjent fil-qasam tal-enerġijaSkejjel moderni b’apparat teknoloġiku tal-aħjar kwalità jwasslu biex aktar studenti jmorru kuntenti l-iskola u jħossuhom parti mill-identità tal-iskola.

Il-faċilitajiet li l-iskejjel għandhom għat-tfal, speċjalment fil-qasam tal-IT, sport u oħrajn, iwasslu biex l-istudent ikun jista’ jipprattika aktar attivitajiet sportivi għal saħħa aħjar u biex tintrebaħ il-ġlieda kontra l-obeżità.

L-iskejjel il-ġodda huma wkoll xempju ta’ monument favur l-ambjent tant li numru kbir minnhom diġà qegħdin jipproduċu l-enerġija li jikkunsmaw permezz tal-pannelli, u dan hu ta’ eżempju għall-istudenti u l-familji tagħhom.

ANNA CALLEJA ĦAż-żAbbAR

EDWIN bENNETbIRKIRKARA

WARREN TONNASAN ĠWANNVALERIE

TONNASAN ĠWANN

RITA DESIRAbORMLA

Page 4: Ħmistax-il ċentru Klabb 3-16 u aktar fis-snin li ġejjin - Futur fis-Sod

iv – f’din l-Elezzjoni Is-Sibt, 16 ta’ Frar 2013www.mychoice.pn

Ċentri Klabb 3-16 ta’ tagħlim għat-tfal sas-6pm u li jagħtu serħan il-moħħ għall-ġenituri li jaħdmu

L-edukazzjoni hi fuq quddiem nett tal-aġenda tal-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista

u dan bl-iskop li f’pajjiżna t-tfal u ż-żgħażagħ jingħataw l-aqwa u l-aħjar edukazzjoni possibbli

Fil-qasam edukattiv ir-riżultati tul din il-leġiżlatura nkisbu u huma mill-aktar inkoraġġanti. Dawn ir-riżultati qegħdin hemm biex jarahom kulħadd u nkisbu grazzi għall-viżjoni tal-Gvern li jħares ‘il quddiem u jippjana għall-quddiem

F’din il-leġiżlatura l-Gvern installa 2,642 interactive whiteboard għat-tfal, ta l-laptops lill-għalliema, għamel computer labs fl-iskejjel u ħa diversi inizjattivi oħra importanti. Issa l-Gvern se jimbarka fuq inizjattiva oħra importanti – sistema ta’ e-learning fl-iskejjel kollha li tintegra lill-istudenti, lill-għalliema u lill-ġenituri

Il-Gvern Nazzjonalista dejjem emmen li l-aqwa investiment jista’

jsir biss billi t-tfal u ż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin jingħataw

l-aqwa għalliema, l-aqwa riżorsi u l-aqwa mezzi possibbli biex

ikunu jistgħu jimxu ‘l quddiem fit-tagħlim u fl-edukazzjoni tagħhom

Page 5: Ħmistax-il ċentru Klabb 3-16 u aktar fis-snin li ġejjin - Futur fis-Sod

Is-Sibt, 16 ta’ Frar f’din l-Elezzjoni – v2013 www.mychoice.pn

It-tfal u t-tagħlim tagħhom fl-iskejjel huma fiċ-ċentru tal-politika tal-Gvern

immexxi mill-Partit Nazzjonalista u matul din il-leġiżlatura l-Gvern – għax għandu

għal qalbu l-edukazzjoni tat-tfal u ż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin – imbarka

fuq proġetti ta’ modernizzazzjoni u bini ta’ skejjel u dan wassal biex kull sena

nbniet skola ġdida tal-ogħla livell

L-edukazzjoni hi fuq quddiem nett tal-aġenda tal-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista

u dan bl-iskop li f’pajjiżna t-tfal u ż-żgħażagħ jingħataw l-aqwa u l-aħjar edukazzjoni possibbli

F’din il-leġiżlatura l-Gvern installa 2,642 interactive whiteboard għat-tfal, ta l-laptops lill-għalliema, għamel computer labs fl-iskejjel u ħa diversi inizjattivi oħra importanti. Issa l-Gvern se jimbarka fuq inizjattiva oħra importanti – sistema ta’ e-learning fl-iskejjel kollha li tintegra lill-istudenti, lill-għalliema u lill-ġenituri

Page 6: Ħmistax-il ċentru Klabb 3-16 u aktar fis-snin li ġejjin - Futur fis-Sod

vi – f’din l-Elezzjoni Is-Sibt, 16 ta’ Frar 2013www.mychoice.pn

Qabel l-elezzjoni tal-1996, il-Labour Party irrepeta għal ħafna drabi li jżomm is-sistema tal-istipendji li kienet daħlet fl-1987 mill-Gvern Nazzjonalista. Il-programm elettorali tal-Partit Laburista fl-1996 kien jgħid: “Tkompli s-sistema tal-istipendji”.

Evarist Bartolo fit-Times tat-8 t’April 1996 kiteb: “The Labour Party will maintain the stipend system at university so that no one is deprived of tertiary education because it is financially prohibitive”.

Imma fl-4 ta’ Novembru 1997, il-Ministru tal-Finanzi Leo Brincat ressaq il-budget għall-1998 u ddikjara hekk: “Hemm ċans li l-istipendji jkollhom itiru għalkollox.” U kompla jħabbar li dawwar l-istipendju f’dejn.

...u tbati int

Muscat jagħżel ħażin...

JIPPROVA JNESSI LIL KMb LI ATTAKKA L-ISKEJJEL TAL-KNISJA U LIL ALFRED SANT LI NEĦĦA L-ISTIPENDJI(dehret għall-ewwel darba: il-mument 19.09.10)

Dan hu x’iddikjara l-Labour Party qabel l-elezzjoni tal-1996...sena wara, fit-3 t’Ottubru 1997, il-Ministru tal-Edukazzjoni, Evarist bartolo, neħħa l-istipendji u qal li sistema bħal din ma teżisti mkien fid-dinja

Page 7: Ħmistax-il ċentru Klabb 3-16 u aktar fis-snin li ġejjin - Futur fis-Sod

Is-Sibt, 16 ta’ Frar f’din l-Elezzjoni – vii2013 www.mychoice.pn

Riedet tkun ċorma nies tal-Labour li mhumiex studenti li f’Ras ir-Randan neħħew il-maskra tal-Labour u wrew lil kulħadd kif il-Labour jittratta lill-istudenti u lill-Università.

Il-leader Laburista Muscat qata’ qalbu li fid-dibattitu fl-Università jirbaħ bil-fatti, u għalhekk ipprova jirbaħ bl-istorbju. Imma waqt li ried jirbaħ it-tellieqa tal-għajjat fis-sala u ma jħallix ħafna studenti jidħlu, Muscat tilef it-tellieqa li fiha qed jipprova jaħbi x’inhu l-Labour ta’ veru.

Ir-riżultati u l-fattiIl-Prim Ministru Lawrence

Gonzi tkellem fuq il-kisbiet tal-Gvern Nazzjonalista fl-edukazzjoni u x-xogħol:

n 20,000 gradwat fl-aħħar ħames snin,

n 25,000 student jistudjaw wara s-sittax,

n studenti minn sittax ‘il fuq

Muscat jipprova jirbaħ fl-Università bl-istorbju; Lawrence gonzi jirbaħ bil-fatti u bis-sustanza

igawdu l-istipenju, n investiment tal-Gvern ta’

aktar minn 23 miljun ewro fis-sena fl-istipendji,

n 20,000 impjieg ġdid f’ħames snin li ħafna minnhom imtlew mill-istudenti,

n 700 kors li hemm illum fl-Università, u

n Fakultà ġdida tal-Informatika u laboratorji ġodda.

Billi dawn huma l-fatti bl-iswed fuq l-abjad, Muscat organizza ċorma nies fl-aqwa tradizzjoni Laburista li raw kif għamlu biex jibbuwjaw u jinterrompu lill-Prim Ministru - bil-maqlub tal-impressjoni li pprova jagħti Muscat li jgħid li jirrispetta lill-Prim Ministru imma li nafu x’jagħmel fil-media tiegħu u nafu kif iċ-ċorma li tella’ l-Università ttrattat lil Lawrence Gonzi.

Il-Labour jattakka l-edukazzjoniIl-Labour fl-edukazzjoni nafuh tajjeb. Gvernijiet tal-Labour ma jistgħux jgħidu li bnew imqar żewġ skejjel pubbliċi. Kesksu lill-istudenti u lill-ġenituri kontra l-għalliema u għamlu gwerra kbira kontra l-iskejjel tal-Knisja. Attakkaw vjolentement lill-għalliema u lill-union tagħhom.

Gvernijiet Laburisti għalqu l-MCAST – dak li kien magħruf bħala l-Polytechnic – u tellfu l-opportunitajiet ta’ edukazzjoni teknika tajba lil ġenerazzjoni sħiħa ta’ żgħażagħ. U gwerra kbira li għamlu gvernijiet tal-Labour kienet lill-Università.

Gwerra lill-UniversitàGvernijiet Laburisti tefgħu lura lill-Università. Għalqu ħafna korsijiet, itturufnaw studenti tal-mediċina, neħħew il-

fakultà tat-teoloġija u neħħew il-korsijiet kollha tal-arti hekk li ħafna studenti spiċċaw ma jistudjaw xejn inkella marru barra minn Malta.

Gvernijiet Laburisti ġabu lill-istudenti jiddependu tabilfors fuq impjegatur-parrinu għad-dħul fl-Università, iddiskriminaw kontra l-istudenti tal-iskejjel tal-Knisja, attakkaw vjolentement lill-istudenti tal-Università u lil-lecturers tagħhom għal diversi drabi.

F’sena waħda aktar gradwati minn 16-il senaIr-riżultati tal-Labour fl-Università nafuhom ukoll. F’sena waħda llum jiggradwaw daqskemm kienu ggradwaw b’kollox f’16-il sena ta’ Gvern Laburista. Illum hemm korsijiet fl-Università aktar milli kien hemm studenti b’kollox fl-1987 - 700.

U l-aħħar darba li l-Labour kien fil-gvern, fl-1997, il-Ministru tal-Edukazzjoni Evarist Bartolo u l-Ministru tal-Finanzi Leo Brincat neħħew l-istipendji u dawruhom f’dejn. Qabel wegħdu ripetutament li l-istipendju kien se jibqa’ kif kien qabel. Qalu li kien qed jigdeb min jgħid li l-Labour ineħħi l-istipendji. Wara telgħu fil-gvern u neħħewhom bil-Ministru Evarist Bartolo jgħid li s-sistema tal-istipendji bħal Malta ma teżisti mkien.

Ineħħu l-istipendjuHu għalhekk li Muscat tela’ l-Università mhux armat bil-fatti u s-sustanza imma b’ċorma nies li mhumiex studenti biex jieħdu post l-istudenti fis-sala. Imma ħabat tajjeb ħafna, għax rajna daqsxejn wiċċ il-Labour meta l-maskra tal-Karnival taqa’ nhar l-Erbgħa tal-Irmied.

LENTI FUQ...

Muscat jipprova jirbaħ bl-istorbju... imma l-fatti juru kif fl-1997 Gvern Laburista ttratta lill-istudenti bid-deċiżjonijiet tal-Ministri Evarist Bartolo u Leo Brincat

Page 8: Ħmistax-il ċentru Klabb 3-16 u aktar fis-snin li ġejjin - Futur fis-Sod

viii – f’din l-Elezzjoni Is-Sibt, 16 ta’ Frar 2013www.mychoice.pn

“Matul din il-leġiżlatura l-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista bena skola ġdida kull sena. Fis-snin li ġejjin ukoll se jinbnew aktar skejjel ġodda - skola ġdida kull sena sal-2020. Dan minbarra li l-Gvern Nazzjonalista se jissokta bil-proġett ta’ bini ta’ kampus ġdid għall-MCAST, jifrex aktar il-kampus tal-Università ta’ Malta, ikompli bil-bini ta’ ITS ġdid u ssir estensjoni fis-Sixth Form ta’ Għawdex.”

- il-Prim Ministru Lawrence Gonzi