Ġnien il-Pjanti Maltin - Agriculture Project... · Merħba fiċ-Ċentru tal-Viżitaturi u Ġnien...

2
Ġnien il-Pjanti Maltin Siġar arkeofiti (Taqsima 5) Bosk Riparju (Taqsima 4) Bosk (Taqsima 4) Ċentru tal-Viżitaturi Makkja (Taqsima 3) Xagħri (Taqsima 2) Steppa (Taqsima 1) Art agrikola (Taqsima 5) DIRETTORAT GĦAS- SAĦĦA TAL-PJANTI

Transcript of Ġnien il-Pjanti Maltin - Agriculture Project... · Merħba fiċ-Ċentru tal-Viżitaturi u Ġnien...

Ġnien il-Pjanti Maltin

Siġar arkeofiti(Taqsima 5)

Bosk Riparju(Taqsima 4)

Bosk (Taqsima 4)

Ċentrutal-Viżitaturi

Makkja (Taqsima 3)

Xagħri (Taqsima 2)

Steppa (Taqsima 1)

Art agrikola(Taqsima 5)

DIRETTORAT GĦAS- SAĦĦA TAL-PJANTI

Merħba fiċ-Ċentru tal-Viżitaturi u Ġnien il-Pjanti

Maltin, post dedikat għall-konservazzjoni u r-riċerka

xjentifika ta’ pjanti lokali, kif ukoll għall-edukazzjoni

fuq dawn il-pjanti. Is-sit jinstab f’Ħal Lija fil-bini

taċ-Ċentru tal-Bijoteknoloġija tal-Pjanti li huwa

amministrat mid-Direttorat għas-Saħħa tal-Pjanti.

Il-Ġnien Botaniku fih kollezzjoni ħajja ta’ pjanti selvaġġi

indiġeni kif ukoll numru ta’ eżempji ta’ bosta razez u

varjetajiet ta’ siġar tal-frott u ħxejjex agrikoli lokali.

Il-Ġnien Botaniku huwa mfassal f’ħames oqsma li

jirrappreżentaw pajsaġġi differenti tal-ambjent rurali Malti:

• Taqsima 1 fiha għażla ta’ pjanti tipiċi tal-isteppa u art

iddisturbata, li tħaddan l-aktar il-ħaxix erbaċew (mingħjar

għuda) perenni u annwali, pjanti bil-basal u t-tuberi,

u bosta speċi ta’ xewk, legumi, kruċiferi u umbelliferi

annwali jew bijennali oħra li jwarrdu fir-rebbiegħa. Xi

wħud minn dawn l-ispeċi erbaċji jgħaddu minn żmien ta’

rqad fis-sajf u allura jidhru biss fl-istaġuni bix-xita.

• Taqsima 2 tħaddan varjetà ta’ arbuxelli ta’ daqs

baxx u medju karatteristiċi tal-ambjent tal-art xagħri,

komunitajiet tas-sisien u bwar salmastri. Dawn l-ispeċi

huma notevoli fl-adattamenti morfoloġiċi tagħhom biex

jgħixu f’ambjent niexef u mielaħ u jinkludu ħafna mill-

pjanti endemiċi lokali.

• Taqsima 3 żżomm bosta arbuxelli għolja u siġar żgħar, li

lokalment jiffurmaw il-ħabitat tal-makkja.

• Taqsima 4 hija dedikata għall-eżempji ta’ siġar li fin-

natura joħolqu l-boskijiet.

• Taqsima 5 hija kkultivata bi pjanti interessanti assoċjati

mal-biedja, li terġa’ hija maqsuma f’żewġ partijiet. Parti

minnhom fiha xi varjetajiet ta’ siġar ta’ frott lokali, li

hemm minnhom li huma arkeofiti (speċi li ma kinux

oriġinarjament jinstabu f’Malta imma ġew introdotti

fil-qedem). Il-parti l-oħra tinkludi eżempji ta’ ħxejjex

agrikoli lokali, flimkien mal-pjanti qraba naturali

tagħhom għal skopijiet ta’ tqabbilbiex jintgħarfu l-effetti

tal-għażla artifiċjali matul is-sekli. Hemm ukoll ġnien bi

pjanti aromatiċi li tradizzjonalment kienu jintużaw fil-

kondimenti tal-ikel u preparazzjonijiet mediċinali.

It-tfassil finali tal-ġnien botaniku tmexxa skont il-

kundizzjonijiet ambjentali naturali tal-ħabitats differenti

u l-bżonnijiet ekoloġiċi tal-ispeċi li jiffurmawhom.

Pjanti adattati għan-nixfa ġew imħawla f’żoni mikxufin

għax-xemx, filwaqt li pjanti tipiċi ta’ ħabitats niedja ġew

imħawla f’żoni dellija. Siġar riparjani, li fin-natura jikbru

fil-widien, ġew impoġġija fl-aktar post baxx iffurmat

minn niżla ġentili, fejn l-ilma tax-xita huwa dirett biex

inixxi. Siġar li kienu diġà jinstabu fil-ġnien il-qadim ġew

integrati fil-proġett.

L-oqsma differenti tal-ġnien botaniku huma mniffda

b’passaġġ għat-tond u mfassla b’tali mod li jkun hemm

kontroll tal-fluss tal-viżitaturi. Kull ċerta distanza matul

il-passaġġ wieħed isib bosta bankijiet fejn in-nies jistgħu

jpoġġu filwaqt li jkomplu jammiraw is-sbuħija tal-ġnien.

Indirizz: Direttorat għas-Saħħa tal-Pjanti

Ċentru għall-Bijoteknoloġija tal-Pjanti

110, Triq Annibale Preca, Lija LJA 1915

Websajt: www.planthealth.gov.mt

Telefon: 22926535

Imejl: [email protected]

SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-BIEDJA, SAJD U DRITTIJIET TAL-ANNIMALI

Programm tal- – 2013

Assi 1 – Titjib fil-Kompetittivita` tas-Settur Agrikolu

-Unjoni Ewropea

Il- - Rata ta’ Ko-finanzjament:

75% Unjoni Ewropea, 25% Gvern ta’ Malta

L-