Geraldine Trevor Zahra - maltikurja.files.wordpress.com · u nofs il-mars li tatni z-zija lina......
Transcript of Geraldine Trevor Zahra - maltikurja.files.wordpress.com · u nofs il-mars li tatni z-zija lina......
![Page 1: Geraldine Trevor Zahra - maltikurja.files.wordpress.com · u nofs il-mars li tatni z-zija lina... avolja sa ma Ħadtha ’l geraldine minn Ċikkulata saret plastisin! sirna Ħbieb](https://reader033.fdocuments.net/reader033/viewer/2022041517/5e2c1c0f7998480260238033/html5/thumbnails/1.jpg)
GERALDINE
TREVOR
ZAHRA
Ms. Marica Micallef
Our Lady Immaculate School
![Page 2: Geraldine Trevor Zahra - maltikurja.files.wordpress.com · u nofs il-mars li tatni z-zija lina... avolja sa ma Ħadtha ’l geraldine minn Ċikkulata saret plastisin! sirna Ħbieb](https://reader033.fdocuments.net/reader033/viewer/2022041517/5e2c1c0f7998480260238033/html5/thumbnails/2.jpg)
META FORSI KELLI GĦAXAR SNIN,
FIL-KLASSI KIEN HEMM TIFLA,
GERALDINE,
GĦAJNEJHA BLU U XAGĦARHA NNUKKLAT,
U WIĊĊHA MGERMED,
![Page 3: Geraldine Trevor Zahra - maltikurja.files.wordpress.com · u nofs il-mars li tatni z-zija lina... avolja sa ma Ħadtha ’l geraldine minn Ċikkulata saret plastisin! sirna Ħbieb](https://reader033.fdocuments.net/reader033/viewer/2022041517/5e2c1c0f7998480260238033/html5/thumbnails/3.jpg)
U L-QMIS IMKEMMXA
U D-DUBLETT TAGĦHA DEJJEM MIMLI TRAB.
![Page 4: Geraldine Trevor Zahra - maltikurja.files.wordpress.com · u nofs il-mars li tatni z-zija lina... avolja sa ma Ħadtha ’l geraldine minn Ċikkulata saret plastisin! sirna Ħbieb](https://reader033.fdocuments.net/reader033/viewer/2022041517/5e2c1c0f7998480260238033/html5/thumbnails/4.jpg)
U META FREDDIE L-BULI,
BIEX JAGĦMILHA TAL-GUSTUŻ,
KIEN MAR ĦATAF MINN DENBU LILL-QATTUS,
![Page 5: Geraldine Trevor Zahra - maltikurja.files.wordpress.com · u nofs il-mars li tatni z-zija lina... avolja sa ma Ħadtha ’l geraldine minn Ċikkulata saret plastisin! sirna Ħbieb](https://reader033.fdocuments.net/reader033/viewer/2022041517/5e2c1c0f7998480260238033/html5/thumbnails/5.jpg)
U BEDA, MINGĦAJR ĦNIENA,
IDAWRU BĦAL RADDIENA,
U TELQU JTIR U SPIĊĊA FIL-PRINJOLA
FIL-ĠNEJNA TAL-ISKOLA,
![Page 6: Geraldine Trevor Zahra - maltikurja.files.wordpress.com · u nofs il-mars li tatni z-zija lina... avolja sa ma Ħadtha ’l geraldine minn Ċikkulata saret plastisin! sirna Ħbieb](https://reader033.fdocuments.net/reader033/viewer/2022041517/5e2c1c0f7998480260238033/html5/thumbnails/6.jpg)
GERALDINE,
TATU DAQQA BEJN GĦAJNEJH
U NIŻŻLITU GĦARRKOPPTEJH...
B’XUXTU KOLLHA BEJN IDEJHA
MILWI TNEJN MAĠENB RIĠLEJHA
KELLU JWEGĦIDHA LI ŻGUR AKTAR MA JERĠAX...
![Page 7: Geraldine Trevor Zahra - maltikurja.files.wordpress.com · u nofs il-mars li tatni z-zija lina... avolja sa ma Ħadtha ’l geraldine minn Ċikkulata saret plastisin! sirna Ħbieb](https://reader033.fdocuments.net/reader033/viewer/2022041517/5e2c1c0f7998480260238033/html5/thumbnails/7.jpg)
U FREDDIE L-BULI,
BULI AKTAR MA BAQAX!
KIEN PROPJU DAK IL-ĦIN
LI JIEN TLIFT GĦAQLI WARA GERALDINE.
![Page 8: Geraldine Trevor Zahra - maltikurja.files.wordpress.com · u nofs il-mars li tatni z-zija lina... avolja sa ma Ħadtha ’l geraldine minn Ċikkulata saret plastisin! sirna Ħbieb](https://reader033.fdocuments.net/reader033/viewer/2022041517/5e2c1c0f7998480260238033/html5/thumbnails/8.jpg)
U L-GĦADA TAJTHA LAPES ĠDID FJAMANT
KAXXA TAL-OXO,
U STAMPA TA’ LJUNFANT,
WER\ŻEQ ĠO BOTT,
ĊAVETTA
W KARTOLINA,
![Page 9: Geraldine Trevor Zahra - maltikurja.files.wordpress.com · u nofs il-mars li tatni z-zija lina... avolja sa ma Ħadtha ’l geraldine minn Ċikkulata saret plastisin! sirna Ħbieb](https://reader033.fdocuments.net/reader033/viewer/2022041517/5e2c1c0f7998480260238033/html5/thumbnails/9.jpg)
U NOFS IL-MARS LI TATNI Z-ZIJA LINA...
AVOLJA SA MA ĦADTHA ’L GERALDINE
MINN ĊIKKULATA SARET PLASTISIN!
SIRNA ĦBIEB KBAR
U T-TFAL TAL-KLASSI TIEGĦI
MA KINUX JAZZARDAW JEĦDUHA MIEGĦI.
![Page 10: Geraldine Trevor Zahra - maltikurja.files.wordpress.com · u nofs il-mars li tatni z-zija lina... avolja sa ma Ħadtha ’l geraldine minn Ċikkulata saret plastisin! sirna Ħbieb](https://reader033.fdocuments.net/reader033/viewer/2022041517/5e2c1c0f7998480260238033/html5/thumbnails/10.jpg)
DARBA WAĦDA
GERALDINE....
ĦADITNI MAGĦHA FIL-ĠNEJNA TAL-ISKOLA
FIR-ROKNA MWARRBA, ĦDEJN IS-SIĠAR KBAR
FEJN SUPPOST JERSAQ BISS IL-ĠARDINAR;
![Page 11: Geraldine Trevor Zahra - maltikurja.files.wordpress.com · u nofs il-mars li tatni z-zija lina... avolja sa ma Ħadtha ’l geraldine minn Ċikkulata saret plastisin! sirna Ħbieb](https://reader033.fdocuments.net/reader033/viewer/2022041517/5e2c1c0f7998480260238033/html5/thumbnails/11.jpg)
IŻDA HEMM
GERALDINE KIENET SKOPRIET
ĦAWĦA DAQSIEX LI ĠA KIENET IMTLIET
BIL-ĦAWĦ MISJUR,
ISFAR SKUR
KOLLU TIKKI ĦAMRANIN....
![Page 12: Geraldine Trevor Zahra - maltikurja.files.wordpress.com · u nofs il-mars li tatni z-zija lina... avolja sa ma Ħadtha ’l geraldine minn Ċikkulata saret plastisin! sirna Ħbieb](https://reader033.fdocuments.net/reader033/viewer/2022041517/5e2c1c0f7998480260238033/html5/thumbnails/12.jpg)
U TRID TARAHA LIL GERALDINE,
TIXXABBAT MAZ-ZKUK,
TAQTA’ U TWADDABLI,
U JIEN NILQAGĦHOM....
B’ĦADDEJJA VAMPA NAR
GĦAX MOĦĦI FIS-SURMAST U L-ĠARDINAR.
![Page 13: Geraldine Trevor Zahra - maltikurja.files.wordpress.com · u nofs il-mars li tatni z-zija lina... avolja sa ma Ħadtha ’l geraldine minn Ċikkulata saret plastisin! sirna Ħbieb](https://reader033.fdocuments.net/reader033/viewer/2022041517/5e2c1c0f7998480260238033/html5/thumbnails/13.jpg)
U KILNA IKLA ĦAWĦ
JIEN U GERALDINE...
IMMA RANA XI ĦADD...MA NAFX SEW MIN,
(GĦALKEMM WAĦĦALNA MINNUFIH
FI FREDDIE L-BULI.)
![Page 14: Geraldine Trevor Zahra - maltikurja.files.wordpress.com · u nofs il-mars li tatni z-zija lina... avolja sa ma Ħadtha ’l geraldine minn Ċikkulata saret plastisin! sirna Ħbieb](https://reader033.fdocuments.net/reader033/viewer/2022041517/5e2c1c0f7998480260238033/html5/thumbnails/14.jpg)
MA NINSA QATT KEMM BŻAJT U KIF TWERWIRT
META S-SURMAST ĦATAFNA....
KIF INKSIRT!
IŻDA GERALDINE BAQGĦET TITBISSEM
IŻŻEBBEĠ DAWK L-GĦAJNEJN
GĦALIHA QISU MA KIEN ĠARA XEJN.
![Page 15: Geraldine Trevor Zahra - maltikurja.files.wordpress.com · u nofs il-mars li tatni z-zija lina... avolja sa ma Ħadtha ’l geraldine minn Ċikkulata saret plastisin! sirna Ħbieb](https://reader033.fdocuments.net/reader033/viewer/2022041517/5e2c1c0f7998480260238033/html5/thumbnails/15.jpg)
IMMA JIEN QLAJT GĦAJTA MINN MISSIERI
MINN OMMI
MIZ-ZIJA LINA
MIN-NANNU PETER
U N-NANNA SALVINA...
![Page 16: Geraldine Trevor Zahra - maltikurja.files.wordpress.com · u nofs il-mars li tatni z-zija lina... avolja sa ma Ħadtha ’l geraldine minn Ċikkulata saret plastisin! sirna Ħbieb](https://reader033.fdocuments.net/reader033/viewer/2022041517/5e2c1c0f7998480260238033/html5/thumbnails/16.jpg)
U BIEX IKOMPLI JŻID MAL-FRATTARIJA
FIN-NOFS ĠIE ANKI ŻŻATTAT ĦIJA!
U N-NANNU...MA NAFX JEKK HUX B’BOTTA
QALLI: “IBNI ATTENT MINN MARA LI TTIK FROTTA!”
![Page 17: Geraldine Trevor Zahra - maltikurja.files.wordpress.com · u nofs il-mars li tatni z-zija lina... avolja sa ma Ħadtha ’l geraldine minn Ċikkulata saret plastisin! sirna Ħbieb](https://reader033.fdocuments.net/reader033/viewer/2022041517/5e2c1c0f7998480260238033/html5/thumbnails/17.jpg)
U OMMI SPIĊĊAT TGĦIDLI:
“HAWN ARA Ċ-ĊINTURIN,
INDEWWAQHULEK
JEKK TAGĦMILHA AKTAR MA’ GERALDINE!”
![Page 18: Geraldine Trevor Zahra - maltikurja.files.wordpress.com · u nofs il-mars li tatni z-zija lina... avolja sa ma Ħadtha ’l geraldine minn Ċikkulata saret plastisin! sirna Ħbieb](https://reader033.fdocuments.net/reader033/viewer/2022041517/5e2c1c0f7998480260238033/html5/thumbnails/18.jpg)
U GĦALKEMM BQAJNA ĦBIEB
MARRITLI L-ĦILA,
U BDEJT INFITTEX AKTAR LIS-SUBIEN
INKELLA LILHA;
![Page 19: Geraldine Trevor Zahra - maltikurja.files.wordpress.com · u nofs il-mars li tatni z-zija lina... avolja sa ma Ħadtha ’l geraldine minn Ċikkulata saret plastisin! sirna Ħbieb](https://reader033.fdocuments.net/reader033/viewer/2022041517/5e2c1c0f7998480260238033/html5/thumbnails/19.jpg)
GĦAX NGĦID IS-SEW
IL-BIŻA’ MILL-IMBIEREK ĊINTURIN
KIEN AKBAR MILL-IMĦABBA
TA’ GERALDINE!
![Page 20: Geraldine Trevor Zahra - maltikurja.files.wordpress.com · u nofs il-mars li tatni z-zija lina... avolja sa ma Ħadtha ’l geraldine minn Ċikkulata saret plastisin! sirna Ħbieb](https://reader033.fdocuments.net/reader033/viewer/2022041517/5e2c1c0f7998480260238033/html5/thumbnails/20.jpg)
U LLUM
LI GĦADDEW JIĠRU DAQSTANT SNIN
GĦADNI NIFTAKAR TA’ KULTANT
F’GERALDINE
![Page 21: Geraldine Trevor Zahra - maltikurja.files.wordpress.com · u nofs il-mars li tatni z-zija lina... avolja sa ma Ħadtha ’l geraldine minn Ċikkulata saret plastisin! sirna Ħbieb](https://reader033.fdocuments.net/reader033/viewer/2022041517/5e2c1c0f7998480260238033/html5/thumbnails/21.jpg)
B’GĦAJNEJHA BLU U B’XAGĦARHA NNUKKLAT,
U WIĊĊHA MGERMED,
U L-QMIS IMKEMMXA
U D-DUBLETT TAGĦHA DEJJEM MIMLI TRAB;
![Page 22: Geraldine Trevor Zahra - maltikurja.files.wordpress.com · u nofs il-mars li tatni z-zija lina... avolja sa ma Ħadtha ’l geraldine minn Ċikkulata saret plastisin! sirna Ħbieb](https://reader033.fdocuments.net/reader033/viewer/2022041517/5e2c1c0f7998480260238033/html5/thumbnails/22.jpg)
GERALDINE...
ĦABIBA FAVORITA,
LI MAGĦHA GĦALL-EWWEL DARBA DOQT
FROTTA PPROJBITA.