Fuklar Qadim u Bnadar...

8
Fuklar Qadim u Bnadar Imċarrta Trevor Żahra Kapitli 1,2 u 3 Maħdum minn Sera, Daniel, Katrina u Nadesh. 2 Qroll

Transcript of Fuklar Qadim u Bnadar...

Fuklar Qadim u Bnadar Imċarrta

Trevor Żahra

Kapitli 1,2 u 3Maħdum minn

Sera, Daniel, Katrina u Nadesh.2 Qroll

L-Awtur Tal-ktieb: Trevor Żahra

L-awtur ta’ dan il-ktieb huwa Trevor Żahra. Dan twieled iż-Żejtun fis-16 ta’ Diċembru tal-1947. Trevor kiteb bosta kotba fosthom il-Pulena tad-Deheb, Dwal fil-Fortizza, ġabra ta’ poeżiji u ħafna kotba oħra. Huwa kien jgħallem ukoll fiż-Żejtun.

Kapitlu 1: Bnadar MezzastaDakinhar il-bnadar kellhom rashom maqtugħa għax f’dik il-ġurnata kien ġie nieqes Toni.

Għalkemm hu kellu tlieta u sebgħin sena, Toni xorta kien għadu fuq ruħu. Hu kien rqiq daqs lasta u dejjem ferrieħi b’għajnejh jitbissmu anki waqt xi okkażjoni serja.

Barra minnhekk, il-bnadar kienu l-mimmi t’għajnejn Toni. Hu kien iqabbel lill-bnedmin mal-bnadar għax in-nies ukoll ikunu jixtiequ li jkunu liberi kif il-bnadar ikunu jixtiequ li jinħelsu minn mal-arblu. Iżda fl-aħħar nirrejalizzaw illi d-dinja ta’ barra hija ferm ikrah u tal-biża’ milli naħsbu u malajr nerġgħu mmorru ma’ djul ommna, bħal kif il-bnadar jerġgħu jmorru

mal-arblu tagħhom.

Kapitlu 2: Statwi Tal-qaddisin Toni kien twieled l-Amerika, imma wara li missieru ħalla din id-dinja, kellhom jitilqgħu u jmorru jgħixu Malta għand in-nanna Ġolina, f’dar fil-Belt Valletta illi lil Toni kienet tbeżżgħu.

Din id-dar kienet qadima u qisha palazz. Kellha l-intratawiesgħa u twila u b’soqfakkundanati. Din id-darkienet ukoll tieħu l-ħajja u jibdew jinstemgħu kull tip ta’ ħsejjes bħal żaqżiq ta’ bibien, tregħid tal-ilma ġol-kanen u ġiri tal-wirdien u l-ġrieden.

Toni kien jgħix man-nanna Ġolina, li kinet mara xiħa u marida. Idejha kienu għadma u ġilda u kienu dejjem kesħin silġ. In-nanna kellha wkoll difrejha mmnexfin u l-għekiesi kienu mqabbżin ‘il barra bħaż-żibeġ tal-kuruna tar-rużarju. Peress li hi ma kinitx toħroġ, hi kienet tqatta’ l-ħin tagħha tgħid ir-rużarju u tilgħab mal- istatwi tagħha. L-iktar statwi favoriti tagħha kienu Santa Katerina u San Mikiel.

Kapitlu 3: Kremi u TererFlimkien mal-familja ta’ Toni u n-nanna, kienu jgħixu iz-zija Ġemma u z-zija Antida. Dawn kienu ferm karattri strambi. Huma kineu jgħallmu fl-istess skola primarja u ftit li xejn kienu jitbissmu u jitkellmu.

Iz-zija Ġemma kienet titanta xi ftit lil Toni, iżda z-zija Antida qatt ma kienet tkellmu. Wara l-iskola iz-zijiet kellhom dejjem l-istess rutina personali tagħhom.

Iz-zija Antida kienet dritta daqs antarjola u kellha għajnejha suwed faħma. Hi kellha wkoll imneħirha dritt u xofftejha ppuntati.Kienet ukoll tidlek ħafna kremi u terer ma’ wiċċha. Xagħarha kien iswed tuta u dejjem migbur f’toppu żgħir, u dejjem bl-istess ħwejjeġ maqfulin s’għonqha.

IŻDA GĦADNA IRRIDU NISKOPRU LI

L- MISTERU BEDA KOLLU MILL-KAMRA TAGĦHA!

TmiemGrazzi

tal-attenzjoni tagħkom.

Inkomplu nsegwul-MISTERU!