FRAR 2015 - WordPress.com · 3. Biex kull min iħejji ruħu għas-sagrament taż-żwieġ jagħraf...

61
FRAR 2015

Transcript of FRAR 2015 - WordPress.com · 3. Biex kull min iħejji ruħu għas-sagrament taż-żwieġ jagħraf...

Page 1: FRAR 2015 - WordPress.com · 3. Biex kull min iħejji ruħu għas-sagrament taż-żwieġ jagħraf il-ġmiel u r-responsabbilità ta’ din il-vokazzjoni. Dati importanti għax-xahar

FRAR 2015

Page 2: FRAR 2015 - WordPress.com · 3. Biex kull min iħejji ruħu għas-sagrament taż-żwieġ jagħraf il-ġmiel u r-responsabbilità ta’ din il-vokazzjoni. Dati importanti għax-xahar

2 SIGNUM FIDEI

S. Ġwann Battista De La Salle Familja Lasalljana Fundatur

Intenzjonijiet tal-papa u tal-isqfijiet tagħna għax-xahar ta’ Frar:

1. Biex il-ħabsin, speċjalment dawk żgħażagħ, ikunu jistgħu jerġgħu jibnu ħajjithom b’dinjità.

2. Biex dawk il-miżżewġin li huma separati jsibu min jilqagħhom u jagħtihom wens fil-komunità nisranija.

3. Biex kull min iħejji ruħu għas-sagrament taż-żwieġ jagħraf il-ġmiel u r-responsabbilità ta’ din il-vokazzjoni.

Dati importanti għax-xahar ta’ FRAR 2 ta’ Frar: Il-Preżentazjoni tal-Mulej. 10 ta’ Frar: Festa ta’ Missierna San Pawl 11 ta’ Frar: Jum il-Morda. Festa tal-Madonna ta’ Lourdes - L-Ewwel Dehra. 18 ta’ Frar: Ras ir-Randan – jibda ż-żmien tar-Radan 25 ta’ Frar: Jum ta’ talb għall-vokazzjonijiet Lasalljani Nota importanti:

Din il-ħarġa ta’ Frar issa hija aċċessibli minn fuq il-website http://signumfideimalta.wordpress.com.

Signum Fidei Ħajja ta’ Xhieda

u ta’ Fidi

Fidi

- FRAR 2015 -

NIFTAKRU LI QEGĦDIN FIL-PREŻENZA QADDISA T’ALLA.

EJJEW NADURAWH

Page 3: FRAR 2015 - WordPress.com · 3. Biex kull min iħejji ruħu għas-sagrament taż-żwieġ jagħraf il-ġmiel u r-responsabbilità ta’ din il-vokazzjoni. Dati importanti għax-xahar

SIGNUM FIDEI 3

Il-Ħadd, 1 ta’ Frar Ir-4 Ħadd ta’ matul is-sena

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Dewteronomju 18: 15-20 Jien nqajmilhom profeta u nqiegħed kliemi fuq fommu. 2. Salm 94:1,2, 6,9 Mhux li kontu llum tisimgħu leħen il-Mulej. 3. 1Korintin 7: 32-35 Ikunu ħsibijietna fil-ħwejjeġ tal-Mulej. 4. Mark 1: 21-28 Kien jgħallimhom bħal wieħed li għandu s-setgħa. Riflessjoni fuq il-Vanġelu:

San Mark fil-Vanġelu tal-lum jibda billi jagħtina l-ġurnata u l-post fejn Ġesù kien wettaq dan il-miraklu, li jissimbolizza l-qawwa ta’ Alla kontra l-ħażen.

Jibda billi jgħid li l-post kien Kafarnahum. Dan il-post kien ta’ ċertu importanza f’dak iż-żmien, iċ-ċentru ta’ kull attività. Kien il-post ideali biex Ġesù jibda l-missjoni tas-salvazzjoni tal-bniedem. Il-ġurnata kienet is-Sibt, li għal-Lhud din kienet bħall-Ħadd. Il-ġrajja tal-lum seħħet fis-sinagoga fejn il-Lhud kienu jiltaqgħu u jitolbu.

Il-Vanġelu jagħmel ukoll kuntrast qawwi bejn it-tagħlim tal-kittieba u dak ta’ Ġesù. Filwaqt li l-kittieba kienu jgħabbu lill-poplu b’ħafna piżijiet u skrupli, li ma kienux jistgħu jerfgħuhom, Ġesù ġie bis-setgħa li jgħallem u l-qawwa fl-għemil. Ġesù ġie biex ixandar li s-Saltna t’Alla qiegħda fostna, ġewwa qalbna, iżda l-poplu ma setax jifhem dan.

Ġesù wera s-setgħa tiegħu meta keċċa l-ispirtu mniġġes minn raġel li kien fis-sinagoga. “X’tagħlim ġdid mogħti bis-setgħa? Sa l-ispirti mniġġsa jikkmanda u huma joqogħdu għalih.”

B’hekk naraw kuntrast ieħor, fejn il-kittieba kienu jgħidu li min jersaq fejn ‘imniġġes’ jispiċċa ‘mniġġes’, waqt li Ġesù mill-banda l-oħra joffri fejqan.

Il-poplu kien għadu ma fehemx dan kollu għax kien jemmen li l-Messija kellu jkun mexxej li jmexxi gwerra mal-ibliet tal-madwar.

Ġesù kien kontra l-ħażen u jiġġieled kontra l-qawwiet tal-ħażen li kienu qed jaħkmu l-bniedem, li kienu – l-aljenazzjonijiet, il-fanatiżmu u l-iskrupolożità falza. Iżda l-poplu ma ntebaħx li diġà kien hemm moħbi d-dell tas-salib.

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 200, silta mill-1 punt

As told in the Acts of the Apostles, every day, both in the Temple and in homes, they never stopped teaching and proclaiming Jesus Christ. It followed that every day the Lord increased the number of faithful and the union of those who were being saved. The zeal that the holy Apostles had to announce the teaching of Jesus Christ caused the number of disciples to increase, so they chose seven deacons to distribute alms to the faithful and take care of their other needs, so greatly did these

Page 4: FRAR 2015 - WordPress.com · 3. Biex kull min iħejji ruħu għas-sagrament taż-żwieġ jagħraf il-ġmiel u r-responsabbilità ta’ din il-vokazzjoni. Dati importanti għax-xahar

4 SIGNUM FIDEI

holy Apostles fear to encounter any obstacles able to distract them from preaching the word of God. If the holy Apostles acted this way, it was because Jesus Christ had given them the example, for it is said of him that he was teaching every day in the Temple, where all the people listened to him with attention, and at night he would withdraw and go to pray on the Mount of Olives. You, then, who have succeeded the Apostles in their work of catechizing and instructing the poor, if you want to make your ministry as useful to the Church as it can be, you must every day teach them catechism, helping them learn the basic truths of our religion, following the example of the Apostles, which is that of Jesus Christ, who devoted himself every day to this task. Like them you must also withdraw afterward to direct your attention to reading and to prayer, to learn thoroughly the truths and the holy maxims that you wish to teach, and through prayer to draw down God’s graces, which you need to do this work according to the Spirit and the intention of the Church, which entrusts it to you.

TALBA Mulej Ġesù,

inti għallimt ’il-appostli tiegħek biex jilqgħu lit-tfal iż-żgħar: “Ħalluhom it-tfal iż-żgħar jiġu għandi:

għax ta’ min hu bħalhom hija s-saltna tas-smewwiet”; bierek lit-tfal tagħna

u ’l dawk li jieħdu ħsiebhom, ġenituri, għalliema, katekisti, mexxejja ta’ gruppi,

u ressaqhom ilkoll aktar lejk, Ammen.

Missierna ...

It-Tnejn, 2 ta’ Frar

Il-Preżentazzjoni tal-Mulej – Festa

Jum il-Ħajja Kkonsagrata

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Malakija 3: 1-4 Jasal fit-tempju tiegħu s-Sid mistenni minnkom. Jew Lhud 2: 14-18 Sar jixbaħ lil ħutu f’kollox. 2. Salm 23: 7-10 Il-Mulej hu s-sultan tal-glorja. 3. Luqa 2: 22-40 Għajnejja raw is-salvazzjoni tiegħek.

Page 5: FRAR 2015 - WordPress.com · 3. Biex kull min iħejji ruħu għas-sagrament taż-żwieġ jagħraf il-ġmiel u r-responsabbilità ta’ din il-vokazzjoni. Dati importanti għax-xahar

SIGNUM FIDEI 5

IL-PREŻENTAZZJONI TAL-MULEJ Fil-qari tal-vanġelu tal-lum San Luqa jgħidilna li Marija, biex timxi skont il-liġi,

marret fit-tempju biex tippreżenta lit-tarbija Ġesù erbgħin jum wara twelidu. F’din il-festa, il-Knisja tara t-tkomplija tal-offerta prinċipali li l-Iben t’Alla (il-

Verb) magħmul bniedem għamel lill-Missier meta daħal fid-dinja. Il-Knisja tara fiha wkoll il-fidwa mħabbra għal kulħadd, għaliex, meta Xmun laqa’ t-tarbija bħala d-dawl li kellu jdawwal lill-bnedmin u bħala l-glorja ta’ Israel, ra fih il-Messija, Feddej ta’ kulħadd. Il-Knisja għarfet ukoll il-profezija dwar il-passjoni ta’ Kristu fil-kliem ta’ Xmun meta għaqqad l-Iben bħala “sinjal ta’ kontradizzjoni” u li sejf kellu jinfed ir-ruħ tal-omm, li seħħet fuq il-Kalvarju.

Il-Knisja stess, l-aktar miż-żminijiet tan-nofs ’il hawn, rat fil-qalb tal-verġni li ġarret lil binha lejn Ġerusalemm biex toffrih lill-Mulej, rieda li tagħmel din l-offerta li hi ferm ogħla mis-sempliċi rit li kien mitlub mill-liġi Lhudija dwar l-offerta tal-ewwel iben u l-purifikazzjoni tal-omm (Ara Marialis Cultus n. 20).

Il-festa tal-preżentazzjoni tal-Mulej oriġinarjament kienet tfakkar il-laqgħa fit-tempju ta’ Ġesù tarbija ma’ Xmun, li dwarha naqraw f’Lq. 2,25. Il-festa bdiet fil-Lvant u hi qadima ħafna; din il-festa kienet osservata bi proċessjoni solenni mill-Bażilika tal-Qabar ta’ Kristu sa dik tar-Resurezzjoni.

Il-proċessjoni bix-xemgħa hija drawwa qadima wkoll, ġejja mis-seklu ħamsa, u bdiet minħabba li Xmun sejjaħ lil Ġesù “dawl għall-ġnus”.

Il-festa daħlet Ruma fit-tieni nofs tas-seklu sebgħa, u kienet tissejjaħ kif kienu jsejħulha fil-Lvant: l-Hypapante, kelma griega li tfisser il-Laqgħa. Mitt sena wara beda jingħatalha l-isem ta’ Il-Purifikazzjoni (Tisfija), isem li beda fi Franza u li bil-mod inxtered f’diversi pajjiżi. Fil-fatt, il-festa tal-lum kellha dan l-isem sar-riforma tal-Kalendarju tal-1969. Minn dik is-sena bdiet tissejjaħ il-Festa tal-Preżentazzjoni tal-Mulej, u b’hekk erġajna morna għall-iskop tal-festa kif kien oriġinarjament.

It-tberik tax-xemgħa li jsir bħal-lum (u li minħabba f’hekk il-festa tal-lum tissejjaħ ukoll il-Kandlora) beda fil-Ġermanja fis-seklu 10, drawwa li waslet Ruma madwar mitejn sena wara.

Riflessjoni: Alla huwa mħabba. Imma wieħed jista’ jobgħod l-imħabba meta din titlob li wieħed joħroġ ’il barra minnu nnifsu. Is-salvazzjoni mhijiex wellness, banju fil-pjaċir tiegħek innifsek, imma hi sewwasew ħelsien milli tagħsar lilek innifsek fik innifsek. Il-profezija tad-dawl u l-kliem dwar is-salib huma marbutin flimkien.

Papa Benedittu XVI, Ġesù ta’ Nazzaret (Pub. RuĦ)

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 104, it-3 punt

In appreciation for the offering that was made of Jesus Christ and that he made of himself in this mystery and for the humility shown by the Most Blessed Virgin, God inspired a holy old man, Simeon, to proclaim publicly the greatness of Jesus, declaring that Jesus had come to be the Light that would enlighten the Gentiles and

Page 6: FRAR 2015 - WordPress.com · 3. Biex kull min iħejji ruħu għas-sagrament taż-żwieġ jagħraf il-ġmiel u r-responsabbilità ta’ din il-vokazzjoni. Dati importanti għax-xahar

6 SIGNUM FIDEI

be the glory of the people of Israel. He then invoked all blessings on his holy Mother. Oh, how good it is to give yourself to God! Even in this life, he rewards and fills with very tangible consolations the soul that consecrates itself to him. He causes others to esteem and to honor those who are happy in humiliations. The more you give to God, the more he will bless you; the more you are despised by others, the greater you will be before God.

TALBA

Agħmel li d-dawl jidher fina. Mulej Ġesù, fl-40 jum wara t-twelid tiegħek,

inti kont meħud fit-tempju mill-ġenituri tiegħek u ppreżentat lil Alla Missierna.

Fakkarna kontinwament li aħna t-tempju tal-Ispirtu s-Santu.

Agħmel li d-dawl jidher fina. Għalkemm Xmun kien nieqes mid-dawl

huwa mill-ewwel għarfek. Iftħilna għajnejna biex inkunu nistgħu nagħrfuk fostna.

Agħmel li d-dawl jidher fina.

Xmun ħabbar li l-qalb ta’ Marija se tkun minfuda. Kif Marija baqgħet ma’ Ġesù fit-tbatija,

nitolbuk li aħna nkunu nistgħu nkunu ta’ għajnuna ’l dawk li jagħmlu parti minn ħajjitna.

Agħmel li d-dawl jidher fina.

Inti għidt li inti d-Dawl tad-dinja, agħmel li dan id-Dawl jidher fina.

Ammen. Bro. Nicholas Hutchinson

Missierna ...

Page 7: FRAR 2015 - WordPress.com · 3. Biex kull min iħejji ruħu għas-sagrament taż-żwieġ jagħraf il-ġmiel u r-responsabbilità ta’ din il-vokazzjoni. Dati importanti għax-xahar

SIGNUM FIDEI 7

It-Tlieta, 3 ta’ Frar San Bjaġju – isqof u martri

San Ansgarju (Oscar) – isqof Beatu Stiefnu Bellesini – presbiteru

Santa Vergeburga

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Lhud 12: 1-4 Nibqgħu niġru t-triq tal-prova li għandna quddiemna. 2. Salm 21 : 26b-28, 30-32 Ifaħħruk, Mulej, dawk li jfittxuk. 3. Mark 5: 21-43 Tfajla, qiegħed ingħidlek, qum! SANTA VERGEBURGA (†670) – verġni u badessa – patruna ta’ Chester Kienet bint ir-re ta’ Mercia (waħda mis-saltniet tal-Ingilterra qabel in-

Normanni). Sa kważi min-nieqa kienet tiddisprezza l-unuri tad-dinja, għall-imħabba t’Alla.

Tnejn minn ħutha mietu martri, u l-ieħor miet ta’ qaddis f’Ruma. Vergeburga, ċkejkna, kienet tmur ma’ ommha, Santa Ermenilda Reġina,

tisma’ l-quddies ta’ kuljum, u fid-dar kienet titlob għarkupptejha, sigħat sħaħ. Umli u ubbidjenti, kienet tħobb it-tagħlim nisrani, u kienet taħrab minn kull

divertiment li jista’ jtebbgħalha l-indafa tar-ruħ; għalhekk ma kienet qatt tħalli s-sawm u t-talb.

Is-sbuħija u l-kwalitajiet tagħha ġibdu lejha bosta żgħażagħ; iżda l-kustanza tagħha ħarġet rebbieħa, u kisbet il-permess ta’ missierha biex tidħol soru mal-Benedittini ta’ Ely.

Meta zijuha sar re, talabha biex tirriforma l-monasteri kollha fis-saltna tiegħu, u hi kellha tissagrifika l-ġabra tagħha biex tidħol għal dan ix-xogħol ta’ riforma, kif ukoll twaqqif ta’ komunitajiet ġodda.

Il-grad għoli li kellha taċċetta ma naqqasx l-umiltà, li kienet il-karatteristika tagħha, hekk li kienet qisha l-qaddejja ta’ kulħadd. Ħsiebha kien biss biex tkun l-ewwel waħda fil-prattika tal-perfezzjoni reliġjuża.

Alla pattielha l-fidi tagħha fih bid-don tal-mirakli. L-aktar magħruf fosthom hu dak li għamlet meta bi kmand sempliċi tagħha, keċċiet merħla wiżż li kienu qed iħarbtu l-miżrugħ.

Iż-żelu tagħha biex tiġbed l-erwieħ lejn Alla, bil-kelma u bl-eżempju, kien tal-għaġeb. Kienet mudell mitmum tal-umiltà, tal-ħlewwa, tal-paċenzja, u tal-indafa tar-ruħ.

Barra mill-uffizzju fil-knisja kienet ta’ kuljum tgħid għarkupptejha s-salterju kollu.

Kienet tħobb ferm il-ħajja tal-patrijiet tad-deżert u bħalhom ma kinitx tiekol aktar minn darba kuljum.

Mietet fis-sena 670.

Page 8: FRAR 2015 - WordPress.com · 3. Biex kull min iħejji ruħu għas-sagrament taż-żwieġ jagħraf il-ġmiel u r-responsabbilità ta’ din il-vokazzjoni. Dati importanti għax-xahar

8 SIGNUM FIDEI

Riflessjoni: Il-fidi tgħallimna li t-triq tal-perfezzjoni tal-bniedem hija t-triq tal-providenza ta' Alla. Alla ta lill-bniedem għaġna naturali, taħt forma ta' żerriegħa, li mbagħad tiżviluppa u tikber. Alla ħaseb biex il-proċess evoluttiv ikun jiddependi kemm mill-fattur estern u kemm mil-liberu arbitriju tal-bniedem stess. L-interazzjoni ta' dawn il-fatturi ta' kemm-il xorta, u x'joħroġ minnhom, li għall-bniedem jidhru inspjegabbli, mhux lakemm tifhimhom jew tobsorhom, Alla jarahom ċari ħafna. U għalhekk hu ġieli jindaħal fil-ġrajja tal-bniedem, bħal meta jwettaq xi miraklu, jew fl-ordni naturali estern meta jwitti l-affarijiet b'xi intervent f'dak li mhux normali li jsir; kif ukoll meta jagħmel mirakli fil-ħajja interjuri tal-bniedem: dak li jissejjaħ l-effett tal-grazzja.

Santa Tereża Beneditta tas-Salib

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 29, silta mill-1 punt

Indeed, the Resurrection of Jesus Christ is at once very glorious for him and highly advantageous for all the faithful. It is glorious for Jesus Christ, because by it he overcame death. This led Saint Paul to affirm that Jesus Christ was raised up for the glory of his Father and that once risen, he dies no more, because death will no longer have power over him. It is advantageous for us, because it is an assurance of our own resurrection. Certain it is, adds the Apostle that just as all died in Adam, so too all will rise again in Jesus Christ. According to this same Apostle, it was on this happy day that death was destroyed once and for all.

TALBA

Sinjur Alla, inti ħlaqt il-bniedem fuq ix-xbieha tiegħek;

mela min iħobb lilek ma jistax ikun li ma jħobbx ’il kull bniedem mingħajr eċċezzjoni ta’ ħadd,

u min iħobb lilek, inti tħobbu ta’ Alla li inti, u tħobbu skont il-grazzja u skont l-ordni tan-natura,

billi int xejn ma tobgħod mill-ħwejjeġ li ħlaqt. O kemm jintgħaraf min lilek iħobb bil-verità.

San Ġorġ Preca

Missierna ...

Page 9: FRAR 2015 - WordPress.com · 3. Biex kull min iħejji ruħu għas-sagrament taż-żwieġ jagħraf il-ġmiel u r-responsabbilità ta’ din il-vokazzjoni. Dati importanti għax-xahar

SIGNUM FIDEI 9

L-Erbgħa, 4 ta’ Frar San Ġużepp ta’ Leonessa – saċerdot

San Ġwann de Britto – saċerdot u martri San Andrea Corsini – isqof

Santa Katerina Ricci - verġni Beati Rodolf Acquaviva – presbiteru, u sħabu - martri;

Franġisk Pacheo u Karlu Spinola – presbiteri, u sħabhom - martri; Ġakbu Berthieu - presbiteru u martri

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Lhud 12: 4-7,11-15 Il-Mulej iwiddeb lil min iħobb. 2. Salm 102 :1,2,13,14,17,18a It-tjieba tal-Mulej minn dejjem għal dejjem. 3. Mark 6: 1-6 Ebda profeta ma hu bla ġieħ jekk mhux f’pajjiżu.

SANTA KATERINA DE’ RICCI (1522-1589) - verġni Santa Katerina De Ricci kienet soru Dumnikana. Hi magħrufa fuq kollox

għall-ħajja mirakoluża u mistika tagħha. Alessandra Lucrezja Romola – isimha qabel ma saret soru – kienet tħobb titlob weħidha sa minn tfulitha. Riedet issir soru, u daħlet mas-sorijiet Dumnikani ta’ San Vincenzo di Prato, bil-kunsens ta’ missierha, fl-1535, ta’ tlettax-il sena.

Fil-bidu tal-ħajja reliġjuża tagħha kellha ssofri ħafna għall-grazzji straordinarji li kellha, iżda l-umiltà u l-qdusija tagħha sa fl-aħħar ħarġu rebbieħa.

Wara dan ġiet magħżula għal bosta uffiċċji importanti, hekk li sal-aħħar ta’ ħajjitha kienet superjura jew viċi-superjura. Il-passjoni ta’ Kristu kienet is-suġġett tal-meditazzjonijiet tagħha, u minn Ġesù kellha d-don li tieħu sehem fid-duluri tiegħu bl-impressjoni tal-istigmati.

Ma’ dan il-fenomenu żdied aktar tard ieħor: għal bosta snin, ta’ kull ġimgħa, minn nofsinhar tal-Ħamis sal-erbgħa ta’ waranofsinhar tal-Ġimgħa, il-qaddisa kienet iġġedded f’ġisimha d-duluri u l-ġrajjiet prinċipali tal-passjoni ta’ Ġesù.

Dawn l-estasijiet tagħha ġew ikkontrollati u awtentikati bir-reqqa l-aktar skrupluża, u ma damux ma bdew jiġbru ħafna devoti mill-inħawi ta’ Prato.

Din il-ġrajja hekk tal-għaġeb saret l-ewwel darba fi Frar tal-1542, meta l-qaddisa għalqet l-għoxrin sena, u baqgħet sejra minn ġimgħa għal ġimgħa, bla qatt ma taqta’, għal tnax-il sena, meta spiċċat għat-talb tagħha nnifisha u tas-sorijiet sħabha, għax il-fama tagħhom kienet qiegħda tiġbed lejn il-kunvent bosta nies ta’ kull kategorija, hekk li l-paċi u l-osservanza regulari tal-komunità kienu qegħdin isofru.

Qalb dawk li marru jżuruha kien hemm bosta prelati għoljin tal-Knisja, isqfijiet u kardinali, fost oħrajn il-Kardinali Cervini, Alessandro dei Medici u Aldobrandini, it-tlieta telgħu fuq it-tron tas-suċċessuri ta’ San Pietru bl-isem ta’

Page 10: FRAR 2015 - WordPress.com · 3. Biex kull min iħejji ruħu għas-sagrament taż-żwieġ jagħraf il-ġmiel u r-responsabbilità ta’ din il-vokazzjoni. Dati importanti għax-xahar

10 SIGNUM FIDEI

Marċellu II, Klement VIII u Ljun XI. Kienet ukoll iżżomm korrispondenza epistolari mal-Papa San Piju V, ma’ San Filippu Neri.

Wara marda twila għaddiet minn din id-dinja għall-oħra fil-festa tal-purifikazzjoni tal-Madonna tal-1589, ta’ sebgħa u sittin sena. It-talb, il-meditazzjoni u l-kontemplazzjoni kienu l-mezzi li bihom għamlet progressi hekk kbar.

Riflessjoni: Lil Ġesù, Dun Ġorġ jilmħu għalliem ukoll fis-satra tal-ħajja privata tiegħu f’Nazzaret. M’għandniex xi ngħidu, jilmħu għalliem qawwi u elokwenti fil-kelma qawwija tiegħu u fil-mirakli tul it-tliet snin tal-ħajja publika tiegħu. Imma l-quċċata tal-uffiċju tiegħu bħala għalliem, Ġesù jilħqu fuq is-salib li Dun Ġorġ kien iħobb isejjaħlu ‘Il-Ktieb il-Kbir’. Dan l-aspett ta’ Kristu bħala l-għalliem waħdieni tagħna l-bnedmin, Dun Ġorġ ħadu mill-kliem tal-Missier fuq it-Tabor: “Dan huwa ibni l-maħbub li fih nitgħaxxaq; lilu isimgħu!” Dan l-amar tal-Missier biex nisimgħu lil Ġesù, Dun Ġorġ ħadu bħala amar sagrosant u qaddis. Għalih kliem Ġesù sar ‘Il-Leħen il-Maħbub’ u kien jigħaxxaq jisma’ kliemu u jixorbu l-eżempju tiegħu.

Joe Fenech, It-Teżori tal-Fidi

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 5, silta mill-1 punt

Even among Christians there are still many who every day contradict his teaching and his maxims. Some show little respect for the decisions of the Church. Others, at times, presume to argue about predestination and grace—topics on which those who are not learned must never utter a single word, because these matters are beyond their understanding. If someone raises such subjects with you, your reply ought simply to be a general statement, I believe what the Church believes.

TALBA fuq Salm 26:

“Il-Mulej hu d-dawl u s-salvazzjoni tiegħi.” Mulej stallajt, inkurlajt!

B’danakollu, it-tama tiegħi fik inħossha ġewwa fija

għax naf li mintix ser tabbandunani., anki jekk id-dubji jimlewli moħħi,

anke jekk ħafna problemi bħalissa qed ikidduni. Għinni nġarrabhom bil-qalb,

filwaqt li nżomm quddiem għajnejja li: “Mulej, inti s-salvazzjoni tiegħi.” Imlieni bil-kuraġġ biex inkompli

ngħix għalik, għalik biss, għax “inti d-dawl tiegħi”.

Bro. Louis

Missierna ...

Page 11: FRAR 2015 - WordPress.com · 3. Biex kull min iħejji ruħu għas-sagrament taż-żwieġ jagħraf il-ġmiel u r-responsabbilità ta’ din il-vokazzjoni. Dati importanti għax-xahar

SIGNUM FIDEI 11

Il-Ħamis, 5 ta’ Frar Sant’Agata – verġni u martri

Eliżabetta Canori Beata Mora

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Lhud 12: 18,19,21-24 Intom ersaqtu lejn il-muntanja ta’ Sijon u lejn il-belt ta’ Alla l-ħaj. 2. Salm 47 : 2-4,9-11 Naħsbu, O Alla, fuq it-tjieba tiegħek. 3. Mark 6: 7-13 Kristu kellu jqum mill-imwiet. SANTA AGATA († c. 251) - verġni u martri Din il-qaddisa hija waħda mill-qaddisin verġni u martri l-aktar meqjuma tal-

Knisja tal-bidu. Għandna provi li d-devozzjoni lejha hi waħda antika ħafna fil-Knisja. B’danakollu ftit wisq għandna tagħrif ċert dwarha. Fi Sqallija, kemm Palermo, kif ukoll Katanja, jippretendu l-unur tat-twelid ta’ Agata.

Jingħad li hi kienet ġejja minn familja nobbli u li minn kmieni ddedikat ħajjitha fis-safà għal Alla.

Waqt il-persekuzzjoni, ċertu Kwinzjanu, li xtaqha b’martu, inqeda bil-liġijiet kontra l-insara bħala pretest biex Agata ssir tiegħu. Billi hi ma riditx, hu ssoġġettaha għal ħafna indinjitajiet, fosthom li jibgħatha f’dar tad-dnub, kif ukoll għal ħafna moħqrijiet sakemm qatilha. Santa Agata sofriet il-martirju f’Katanja, aktarx fil-persekuzzjoni ta’ Deċju (249-251).

Fil-pitturi u skulturi tal-qaddisa li waslulna mill-qedem, hija rrappreżentata żżomm par pinzetti jew strumenti oħra li bihom sofriet il-martirju. Isimha hu mniżżel fil-Kanoni Ruman tal-Quddiesa.

Santa Agata hija waħda mill-patruni minuri ta’ Malta u d-devozzjoni lejha hija antika ferm. Diversi knejjes żgħar huma ddedikati lilha. Ta’ min isemmi li l-Casa Madre tas-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl fir-Rabat, mibdija mill-qaddej t’Alla Mons. Ġużeppi DePiro, hi ddedikata lil Santa Agata, kif għaliha wkoll huma msemmija l-katakombi li hemm taħtha.

Riflessjoni: L-arti biex ngħixu l-vera ħajja spiritwali – il-qadi: il-qadi tax-xogħlijiet u dmirijietna ta’ kuljum, hu x’inhu l-istat ta’ ħajja li ninsabu fih, flimkien mal-ħsieb tal-preżenza t’Alla … Għalhekk inżommu ruħna magħqudin ma’ Ġesù, u nġeddu ta’ spiss:

Niftakru li qegħdin fil-Preżenza Qaddisa t’Alla! Ejjew nadurawh! Bro. Louis

Page 12: FRAR 2015 - WordPress.com · 3. Biex kull min iħejji ruħu għas-sagrament taż-żwieġ jagħraf il-ġmiel u r-responsabbilità ta’ din il-vokazzjoni. Dati importanti għax-xahar

12 SIGNUM FIDEI

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle:

Explanation of the Method of Interior Prayer

We can consider God present in the place where we are, because our Lord says in Saint Matthew’s Gospel, For where two or three are gathered together in my name, there am I in the midst of them. (Matt 18:20) Is it not a great blessing to know when we are together with our Brothers, whether to engage in interior prayer or to perform some other exercise, that we are in the company of our Lord and that he is in the midst of the Brothers? He is in our midst (cf. John 20:19–22 ) to impart his Holy Spirit to us and to direct us through his Spirit in all our actions and in all we do. (cf. Rom 8:14; Gal 5:25) He is in our midst to unite us to one another, thus accomplishing by himself what he had asked his Father for us before his death, through these words in Saint John: That they may all be one, as you, Father, are in me and I in you…, (John 17:21) that they may be brought to perfection as one. . . (John 17:23)

TALBA

Mulej, nippreżentaw lilna nfusna quddiemek, kif aħna.

Nitolbuk biex tnaddafna minn dak kollu li jnaqqsilna l-umanità tagħna.

Saħħaħna bil-qawwa tal-Ispirtu tiegħek sabiex tiżviluppa l-attitudni u d-dehra tagħna

ta’ kif inħarsu lejn il-proxxmu u tkun tixbaħ aktar lil tiegħek.

Għinna nibqgħu dejjem pożittivi – ninkuraġixxu u napprezzaw lil xulxin,

u nistmaw lil kulħadd bl-istess mod li tagħmel int.

Ammen. Bro. Nicholas Hutchinson

Missierna ...

Page 13: FRAR 2015 - WordPress.com · 3. Biex kull min iħejji ruħu għas-sagrament taż-żwieġ jagħraf il-ġmiel u r-responsabbilità ta’ din il-vokazzjoni. Dati importanti għax-xahar

SIGNUM FIDEI 13

Il-Ġimgħa, 6 ta’ Frar San Pawl Miki u sħabu martri

Beatu Pietru Kibe Kasui u sħabu martri Santa Dorotea – verġni u martri

San Pier Battista – presbiteru, u sħabu - martri

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Lhud 13: 1-8 Ġesù Kristu hu dak li kien, fl-imgħoddi, issa u għal dejjem. 2. Salm 26: 1.3.5.8-9 Il-Mulej hu d-dawl u s-salvazzjoni tiegħi. 3. Mark 6: 14-29 Ġwanni l-Battista, li jien qtajtlu rasu, hu qam mill-mewt! San Pawl Miki u sħabu († 1597) - Martri Dawn kienu sitta u għoxrin martri ta’ Nagasaki, l-ewwel qaddisin mil-Lvant

Imbiegħed li ġew ikkanonizzati. Fosthom kien hemm Pawlu Miki, qassis Ġiżwita Ġappuniż ta’ nisel għoli,

żewġ lajċi Ġiżwiti Ġappuniżi, sitt Franġiskani l-biċċa l-kbira minnhom Spanjoli b’San Pjer Battista l-mexxej tagħhom, u sbatax lajċi Ġappuniżi u Koreani, terzjarji Franġiskani, li kienu jgħinu lill-qassisin.

Dawn il-martri ġew marbutin ma’ sitta u għoxrin salib u arbulati ftit aktar minn metru ’l bogħod minn xulxin f’ringiela waħda twila u, minkejja t-tbatija u l-mewt qrib, huma komplew jipprietkaw u jkantaw.

Kull wieħed minnhom kellu ħdejh lil dak li kellu joqtlu b’lanza u, meta ngħata s-sinjal, ġew maqtula lkoll f’ħin wieħed.

Fosthom, qalbiena daqs l-oħrajn, kien hemm tliet subien ta’ xi tlettax-il sena l-wieħed, li kienu jgħinu l-quddiesa tal-patrijiet: dawn kienu S. Lwiġi Ibarki, S. Antnin Deynan u S. Tumas Kasaki.

Dan kollu ġara fil-5 ta’ Frar 1597, daqs ħamsin sena wara l-mawra ta’ S. Franġisk Saverju fil-Ġappun, meta kien hemm diġà madwar 300,000 kattoliku.

San Pawl Miki u sħabu martri ġew iddikjarati qaddisin mill-Papa Piju IX fl-1862.

Riflessjoni: Ġesù jidher fid-dinja bħala d-dawl li jċarrat id-dlamijiet tal-univers u jdawwal id-dlamijiet tal-kuxjenza tagħna. L-umanità kollha tiddawwal permezz ta’ Kristu. Alla joffrilna fl-iben tiegħu l-maħfra, is-salvazzjoni u l-ħelsien. Tibda minn hawn it-tgħanniqa bejn il-ħolqien u l-ħallieq, bejn il-midneb u l-Feddej, bejn il-bniedem u l-Mulej. Huwa l-Mulej li jidħol fit-triq qabilna biex aħna nsegwuh, irridu nimxu wara kelmtu.

Page 14: FRAR 2015 - WordPress.com · 3. Biex kull min iħejji ruħu għas-sagrament taż-żwieġ jagħraf il-ġmiel u r-responsabbilità ta’ din il-vokazzjoni. Dati importanti għax-xahar

14 SIGNUM FIDEI

Lkoll kemm aħna rridu nkunu ħabbara tal-Bxara t-Tajba li nħabbru li s-saltna tas-smewwiet waslet u li aħna għandna l-qawwa tad-dawl li tmexxina permezz ta’ Kristu. Għaliex inti ma tħabbarx? Għaliex ma temminx li inti dixxiplu ta’ din is-saltna?

Mitt Minuta mal-Mulej

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 162, silta mit-2 punt

Saint John, strengthened by the grace he had received from Jesus Christ while still in the womb of his holy mother, seems to have lived for no other purpose than to destroy sin. From his childhood he took all possible precaution not to fall into sin. While still very young, as the Church sings in his honor, he withdrew to the desert to put himself in a state not to commit the least sin. It was, no doubt, for the same reason that he was clothed, as the Gospel tells us, in a garment made of camel’s skin, wore a leather belt about his waist, and ate only locusts and wild honey. This is a great way to destroy sin in ourselves, living a poor and penitent life and avoiding all contact with people as this saint did during all the time he lived. What a grace it was and what an advantage for this saint to have always lived in innocence! This is what made Jesus Christ say of him, that among all people there was none greater than John the Baptist.

TALBA

O Alla tiegħi u ħniena tiegħi! X'se naqbad nagħmel biex ma nġibx fix-xejn

l-għeġubijiet kbar li int għamilt miegħi? L-għemil tiegħek huwa kollu qaddis u kollu ġust,

huwa ta' siwi bla qies u magħmul b'għerf kbir, għax int, Mulej, int l-għerf fih innifsu.

Jekk moħħi jfittex dan, ir-rieda tiegħi tgerger, għax ma trid li jkun hemm xejn li jkunilha ta' xkiel biex tħobbok.

U l-moħħ ma jistax jasal għal għeġubijiet hekk kbar li jagħraf min huwa Alla tiegħu. Imma r-rieda tixtieq tithenna bik u ma tafx kif tista' tagħmel dan,

meta hija magħluqa f'ħabs hekk ta' tbatija bħalma hija l-mortalità. Kollox ifixkilha lir-rieda tiegħi,

għalkemm fil-bidu sabet għajnuna fil-meditazzjoni fuq l-għeġubijiet kbar tiegħek, li minnhom jingħarfu aħjar

il-ħwejjeġ baxxi bla għadd tiegħi. Santa Tereża ta’ Ġesù

Missierna ...

Page 15: FRAR 2015 - WordPress.com · 3. Biex kull min iħejji ruħu għas-sagrament taż-żwieġ jagħraf il-ġmiel u r-responsabbilità ta’ din il-vokazzjoni. Dati importanti għax-xahar

SIGNUM FIDEI 15

Is-Sibt, 7 ta’ Frar L-Imqaddsa Verġni Marija f’Jum is-Sibt

San Eġidjo Maria ta’ San Ġużepp – reliġjuż Il-Beatu Piju IX – Papa

Santa Koleta ta’ Corbie – verġni Beatu Anselmu Polanco – isqof u martri

Beata Rosalie Rendu - reliġjuża

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Lhud 13: 15-17.20-21 Alla tas-sliem, li qajjem mill-imwiet lir-ragħaj il-kbir tan-nagħaġ, iwettaqkom b’kull ħaġa tajba. 2. Salm 22: 1-6 Il-Mulej hu r-ragħaj tiegħi, xejn ma jonqosni. 3. Mark 6: 30-34 Kienu qishom ngħaġ bla ma għandhom ragħaj. SAN EĠIDJO MARIJA TA’ SAN ĠUŻEPP (1729-1812) - reliġjuż Kien jismu Francesco Antonio Pontillo u twieled minn familja fqira f’Taranto (l-

Italja). Meta kellu 18-il sena miet missieru, u sabiex jipprovdi għall-familja, beda jaħdem il-ħbula.

Ta’ 25 sena (1754) ngħaqad mal-Franġiskani Alkantarini f’Galatone, Lecce (l-Italja) u ħa l-isem ta’ Fra Eġidjo Marija ta’ San Ġużepp.

Għamel il-professjoni reliġjuża tiegħu sena wara u ntbagħat bħala kok fil-kunvent ta’ Squinzano. Meta mar għal ftit jiem fil-monasteru ta’ Capurso qrib Bari, hu kien assenjat għall-Ospizju San Pasquale f’Napoli fejn baqa’ għal 53 sena, daqqa jagħmel ix-xogħol ta’ kok u daqqa ta’ purtinar, u joħroġ jittallab.

Hu kien ta’ edifikazzjoni għal kulħadd, b’mod speċjali għall-fqar li kienu jiffullaw il-kunvent għall-għajnuna u li lilhom kien jiddedika l-enerġija kollha tiegħu biex jaqdihom bi spirtu kbir ta’ karità.

Il-missjoni ta’ Fra Eġidju Marija kienet minsuġa b’tant mirakli li, meta kien għadu ħaj, qalagħlu t-titlu popolari ta’ “Konsolatur ta’ Napli”.

“Ħobbu lil Alla, ħobbu ’l Alla” kienu l-kliem li kien jirrepeti ma’ min kien jiltaqa’ fit-toroq ta’ Napli huwa u jdur jittallab. In-nobbli u l-għorrief kienu jħobbu jitkellmu ma’ dan il-Franġiskan umli, li kliemu kien sempliċi imma mimli fidi.

Il-morda kienu jsibu fih is-saħħa u l-parir biex iġarrbu s-sofferenzi tagħhom bis-sabar. Il-fqar, l-imwarrbin u l-esplojtati skoprew il-wiċċ kollu ħniena ta’ Alla f’dan ir-raġel umli li kien jittallab il-karità.

Ħajtu kienet essenzjalment kontemplattiva u kont tarah jgħaddi ljieli fit-talb quddiem Ġesù Sagramentat. Kellu mħabba speċjali lejn it-twelid tal-Feddej, devozzjoni tenera lejn il-Verġni Mbierka, kif ukoll lejn il-qaddisin.

San Eġidjo Marija ta’ San Ġużepp miet bil-fama ta’ qdusija, il-Ġimgħa 7 ta’ Frar 1812, ta’ ftit aktar minn 82 sena. Ibbeatifikah Ljun XIII fl-1888; kien iddikjarat qaddis minn Ġwanni-Pawlu II fl-1996.

Page 16: FRAR 2015 - WordPress.com · 3. Biex kull min iħejji ruħu għas-sagrament taż-żwieġ jagħraf il-ġmiel u r-responsabbilità ta’ din il-vokazzjoni. Dati importanti għax-xahar

16 SIGNUM FIDEI

Riflessjoni, Kelma ta’ Kristu: Ibni, kulħadd irid ikollu xi ħabib f’min jafda u fuq min joqgħod. Ma tistax tgħix hieni mingħajr ħabib f’min tafda. Iżjed ma jkun għal qalbek dan il-ħabib, aktar jagħmlek hieni. Iżda liema ħabib, bniedem bħalek, jista’ qatt isarraf daqsi? Min jieħu ħsiebek daqsi? Ġib quddiem għajnejk kulma għamilt għalik jien, u ma ddumx ma tifhem li jien il-ħabib l-iktar fidil tiegħek.

Fr. Anthony J Paone SJ, Ħobżna ta’ Kuljum

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med.33, silta mit-2 punt

It is also necessary, says Jesus Christ, that the sheep know their shepherd in order to be able to follow him. Two qualities are needed by those who lead others and must be particularly evident in them. The first is a high level of virtue, in order to be models for others, who would not fail to go astray following their guides if the guides themselves did not walk in the right way. The second is the great tenderness they must show for those entrusted to their care. They must be very alert to whatever can harm or wound their sheep. This is what leads the sheep to love their shepherds and to delight in their company, for there they find their rest and comfort.

TALBA

O Alla tiegħi, nista’ jien inkun iżjed iblah

minn meta naħseb li nista’ ngħaddi l-ħajja ta’ kuljum mingħajr it-tmexxija u l-għajnuna tiegħek.

Intant ħafa drabi nagħmel propju dan. Nagħmel affarija u ma nitlobx il-parir tiegħek.

Inti l-aqwa kenn u glorja tiegħi. Inti t-tama tiegħi u l-aktar wieħed li jista’ jgħinni.

Agħmel li qatt ma nerġa’ noqgħod naħsibha jekk nafdax fik. l-ebda persuna, l-ebda ħaġa.

L-ebda grajja, mhi se terġa’ tnaqqasli l-fiduċja tiegħi fik. Ammen.

Fr. Anthony J. Paone

Missierna ...

Page 17: FRAR 2015 - WordPress.com · 3. Biex kull min iħejji ruħu għas-sagrament taż-żwieġ jagħraf il-ġmiel u r-responsabbilità ta’ din il-vokazzjoni. Dati importanti għax-xahar

SIGNUM FIDEI 17

Il-Ħadd, 8 ta’ Frar Il-ħames Ħadd taż-żmien ta’ matul is-sena

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Ġob 7: 1-4.6-7 Il-ħajja tal-bniedem fuq l-art. 2. Salm 146: 1-6 Faħħru ’l-Mulej, li jfejjaq il-qlub maqsuma. 3. 1 Korintin 9: 16-19.22-23 Ħażin għalija jekk ma nxandarx l-Evanġelju. 4. Mark 1: 29-39 Ġesù jfejjaq ħafna morda minn bosta mardiet. Riflessjoni fuq il-Vanġelu:

Ġesù joħroġ mis-sinagoga u jmur “fid-dar” fejn hemm il-kwiet, u jsib lil omm il-mara ta’ Xmun bid-deni. Id-deni, bħad-dnub jipparalizzana, jaqtagħna mill-oħrajn. Ġesù “resaq lejha, qabadha minn idha, u qajjimha”. Ġest profond u sempliċi li jfakkarna fil-Magħmudija, li tagħtina fejqan sħiħ u qawmien biex ningħataw għas-servizz tal-oħrajn skont il-pjan t’Alla għalina.

Wara l-ġurnata Ġesù jmur jitlob f’post imwarrab, it-talb fil-missjoni ta’ Ġesù kellu parti importanti ħafna. Kien jaħjieh u jagħtih l-ispirazzjoni għax kien jidħol f’kuntatt mal-Missier u mal-pjan li kien ħejja għalih.

Naraw kif id-dixxipli huma msaħħra bil-popolarità u s-suċċess li kien qiegħed igawdi Ġesù, iżda “hu qalilhom: ‘Imxu mmorru band’oħra’.” It-tentazzjonijiet għal Ġesù kellhom suriet differenti, hawnhekk narawh ittantat bin-nuqqas ta’ ħsieb tad-dixxipli li ma jifhmux il-kwalità tal-missjoni ta’ Ġesù. Ix-xitan tas-suċċess u l-popolarità huwa faċli, u baqa’ jġarrab lid-dixxipli ta’ Ġesù sa llum. Ġesù jirbaħ din it-tentazzjoni bil-qawwa li jieħu mit-talb u mill-fedeltà tiegħu lejn il-Missier sal-aħħar, sal-għotja ta’ ħajtu fuq is-salib.

Ġesù ma ġiex biss biex ifejjaq il-mard tal-ġisem u tas-soċjetà imma kull tip ta’ mard li jista’ jifni lill-bniedem. Irid li jqajjimna biex nimpenjaw ruħna għall-fejqan tal-istrutturi li jassru l-bniedem u lis-soċjetà. Permezz tat-talb aħna ninfetħu għall-imħabba t’Alla u għal ħutna l-bnedmin u nieħdu l-qawwa biex insawru l-istorja skont il-pjan tiegħu

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 188, silta mit-3 punt

Consider that what ought to encourage us to have deep sentiments of respect and devotion in these holy places (the Churches) is the thought that this is where God is pleased to give us grace with very special generosity, goodness, and mercy. This is where the Father of mercies welcomes with open arms the prodigal, where the Good Shepherd brings back to the fold the strayed sheep, where the afflicted find comfort, and where the sick are healed, the weak are strengthened, and the tempted are given new power over their enemies. Finally, this is where God listens favorably to the prayers we offer and is pleased to fill with graces those who have

Page 18: FRAR 2015 - WordPress.com · 3. Biex kull min iħejji ruħu għas-sagrament taż-żwieġ jagħraf il-ġmiel u r-responsabbilità ta’ din il-vokazzjoni. Dati importanti għax-xahar

18 SIGNUM FIDEI

recourse to his goodness. Let us acknowledge all these truths, and let us resolve again to act with such respect in churches that we may be worthy to receive the divine mercy there and to experience in ourselves all its effects in us.

TALBA O Alla ta’ dejjem li tista’ kollox,

inti tajt lis-saċerdot San Piju minn Pietrelcina grazzja speċjali li jieħu sehem fis-salib ta’ ibnek,

u permezz tal-ministeru tiegħu ġeddidt l-għeġubijiet tal-ħniena tiegħek,

agħtina, bl-interċessjoni tiegħu, il-grazzja li tant għandna bżonn.

Agħtina l-grazzja wkoll li magħqudin bla heda mal-passjoni ta’ Kristu

nkunu nistgħu naslu henjin fil-glorja tal-qawmien.

B’ibnek Ġesù Kristu sidna, Ammen.

Missierna ...

It-Tnejn, 9 ta’ Frar San Miguel Fibres Cordero – frère ta’ S. Ġw. Bta. De La Salle

Santa Skolastika - verġni Beata Ewsebia Polomino - verġni

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Ġenesi 1: 1-19 Alla qal, u hekk sar. 2. Salm 103: 1-2a.5-6.10 u 12.24 u 35ċ. Jifraħ il-Mulej bl-għemejjel tiegħu! 3. Mark 6: 53-56 Dawk kollha li kienu jmissuh kienu jfiqu. SAN MIGUEL FERBES CORDERO (1854-1910) - reliġjuż Twieled fi Cuenca (Ekwador) u semmewh Franġisk, imma kienu jsejħulu

Panchito. Minn twelidu sofra minn riġlejn deformati tant li seta’ jagħti l-ewwel passi waħdu meta kellu ħames snin.

Imrobbi f’ambjent tabilħaqq nisrani, nissel fih devozzjoni soda lejn il-Madonna. Fil-familja kienu kuljum jirreċitaw ir-Rużarju u jaqraw qari tajjeb, l-aktar xi ħajja ta’ qaddis.

Sakemm kellu disa’ snin ħa l-edukazzjoni elementari mid-dar; imma meta l-brothers tal-Iskejjel Insara (il-Frères) fetħu skola fi Cuenca, Franġisk kien fost

Page 19: FRAR 2015 - WordPress.com · 3. Biex kull min iħejji ruħu għas-sagrament taż-żwieġ jagħraf il-ġmiel u r-responsabbilità ta’ din il-vokazzjoni. Dati importanti għax-xahar

SIGNUM FIDEI 19

l-ewwel studenti. Malajr inġibed lejn l-ideal ta’ dawk ir-reliġjużi u ddeċieda li jingħaqad magħhom.

Il-ġenituri tiegħu riduh aktar li jsir saċerdot, u għalhekk ġegħluh jibda jattendi s-seminarju djoċesan. Franġisk għażel li jobdi u jagħmel minn kollox biex jimxi ’l quddiem fl-istudji u fil-ħajja qaddisa. Imma l-ambjent tas-seminarju ma kienx jaqbel mal-fiżiku tiegħu u beda jħoss ta’ sikwiet uġigħ ta’ ras kbir, tant li r-rettur qatagħha li jibagħtu lura d-dar. Issa sab ruħu ħieles li jerġa’ jattendi l-iskola tal-Frères.

Ta’ 14-il sena (24 ta’ Marzu 1868), bil-kunsens ta’ ommu, għaliex missieru kien imsiefer, Franġisku daħal mal-Kongregazzjoni ta’ De La Salle, fejn bidel ismu għal Miguel (l-isem Mikiel bl-Ispanjol). Wara n-novizzjat kien mibgħut fi Quito fejn għallem fl-iskejjel għal aktar minn 40 sena. Missieru ma approvax il-vokazzjoni ta’ ibnu, tant li dam sentejn ma jkellmux.

Sa mill-bidu tal-karriera tiegħu, Miguel kien apprezzat għat-talenti tiegħu biex jgħallem il-lingwi u l-letteratura. Sa minn meta kien għadu żagħżugħ hu kiteb għadd ta’ text-books siewja kif ukoll kotba oħra ta’ grammatika.

Imma hu l-aktar kien jentużjażma ruħu jgħallem il-katekiżmu. Minħabba din l-inklinazzjoni tiegħu ġie inkarigat biex iħejji t-tfal għall-Ewwel Tqarbina. Ħa ħsieb dan l-inkarigu bejn l-1880-1907, meta kien mibgħut l-Ewropa.

Wara li għadda ftit xhur f’Pariġi, kien mibgħut fil-Casamadre tal-kongregazzjoni fil-Belġju fejn il-klima kienet ta’ ħsara għal saħħtu. Is-superjuri għalhekk bagħtuh fi Premià de Mar, qrib Barcellona (Spanja) biex jaħdem fid-dar tal-formazzjoni. Hemm Br. Miguel seta’ jissokta l-ħidma tiegħu bħala awtur ta’ opri didattiċi u jgħallem l-Ispanjol.

Fl-1909, minħabba l-periklu imminenti kawżat mir-Rivoluzzjoni Spanjola, il-brothers marru f’Barcellona. Meta għadda l-periklu, marru lura fi Premià de Mar, imma issa saħħet Br. Miguel xejn ma kienet tajba.

Fit-tmiem ta’ Jannar tal-1910, ħa riħ qawwi li żviluppa f’polmonite. Fi tlett ijiem huwa miet, nhar id-9 ta’ Frar 1910, fl-għomor ta’ 55 sena.

Fl-1936 il-fdal ta’ Br. Miguel ittieħed fl-Ekwador u llum jinsab fid-dar tal-Kongregazzjoni fi Quito.

Pawlu VI ddikjarah beatu f’Ottubru 1977. Papa Ġwann Pawlu II niżżel ismu mal-qaddisin fl-1984.

Riflessjoni: Jekk nixtieq tabilħaqq nagħmel progress fil-ħajja tar-ruħ mingħajr ma nitqarraq, triq waħda hemm żgura għalija: li mmur kontra tiegħi nnifsi. Hemm żewg manjieri kif nasal għal dan. L-ewwel billi nilqa’ bil-qalb id-diżappunti u t-tbatijiet li, mingħajr ma nkun nistenniehom, jiġuni matul il-jum u niżżikħajr ’l Alla għalihom. Fi provi bħal dawn nista’ nġedded l-offerta tiegħi nnifsi lir-rieda mqaddsa tiegħu. It-tieni, billi nfittex u nivvinta jien stess l-okkażjonijiet biex immur kontra l-ġibdiet u x-xewqat tan-natura tiegħi, ħalli nkun nista’ noffri r-rieda tiegħi iżjed sħiħa lil Alla l-Imbierek. Iżda f’dan kollu għandi nkun dejjem lest biex noqgħod għat-twissija u l-pariri tad-direttur

Page 20: FRAR 2015 - WordPress.com · 3. Biex kull min iħejji ruħu għas-sagrament taż-żwieġ jagħraf il-ġmiel u r-responsabbilità ta’ din il-vokazzjoni. Dati importanti għax-xahar

20 SIGNUM FIDEI

spiritwali tiegħi u tas-superjuri. Hekk biss nista’ nkun żgur li tassew nixtieq il-perfezzjoni. Fr. Anthony J. Paone S.J., Ħobżna ta’ Kujum, it-tieni parti, Kap. 58 Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 39, silta mit-2 punt

Because in your state of life you are called to procure the sanctification of your students, you ought to be holy in no ordinary degree, for you must communicate this holiness to them, both by your good example and by the words of salvation that you must address to them every day. Interior application to prayer, love for your exercises, fidelity in performing them well and in carrying out all the other community practices will especially help you to acquire this holiness and the perfection that God wishes you to have. Beg God for it daily with great earnestness. Have this so much at heart that you never cease praying for it until you have obtained it.

TALBA Missier, agħmel li t-talb u l-eżempju ta’ San Miguel

jgħinuna naraw dak li hu xieraq f’oħrajn u li jkunu ta’ inkuraġġament.

Ġeddidna fi mħabbtek u għinna ngħixu ferħana kuljum fil-preżenza tiegħek.

Għinna nsibu r-rieda tiegħek fina, u ngħixu ħajja sempliċi fuq il-Vanġelu.

Agħmel li nibdlu d-dgħufija tagħna fil-qawwa tiegħek u li nagħmlu użu sewwa tal-ġid u t-talenti li inti tajtna.

Nitolbu dan bi Kristu sidna, Ammen.

Missierna ...

It-Tlieta, 10 ta’ Frar L-Appostlu San Pawl - patrun ta’ Malta

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Għerf 14: 3-7 Tajtu triq fil-baħar, u mogħdija żgura fost il-ħalel. 2. Salm 106: 21-31 Ħa jsebbħu l-Mulej għal tjubitu. 3. Atti 27: 16-28 Il-Maltin ġiebu ruħhom magħna bi ħlewwa liema bħalha. jew Korintin 11: 18.24-31 Tliet darbiet rajt l-għarqa. 4. Mark 16: 15-20 Marru jipprietkaw kullimkien.

Page 21: FRAR 2015 - WordPress.com · 3. Biex kull min iħejji ruħu għas-sagrament taż-żwieġ jagħraf il-ġmiel u r-responsabbilità ta’ din il-vokazzjoni. Dati importanti għax-xahar

SIGNUM FIDEI 21

SOLENNITÀ TAL-APPOSTLU MISSIERNA SAN PAWL – patrun ta’ Malta Fl-10 ta’ Frar il-gżejjer Maltin ifakkru l-miġja ta’ San Pawl fostna. Din hija

ġrajja ta’ importanza ewlenija fl-istorja ta’ pajjiżna. Huwa l-jum tal-magħmudija ta’ Malta għax kienet dik iċ-ċirkustanza li fiha missirijietna semgħu għall-ewwel darba bl-aħbar it-tajba ta’ Sidna Ġesù Kristu, ftit snin biss wara t-tlugħ fis-sema ta’ Ġesù.

Ir-rakkont tal-wasla ta’ San Pawl f’Malta jagħtihulna b’ħafna dettalji San Luqa, l-Evanġelista li kien sieħeb San Pawl fil-vjaġġ.

Meta San Pawl kien fi vjaġġ fuq il-baħar fi triqtu lejn Ruma bħala priġunier biex il-kawża tiegħu tinstema’ quddiem Ċesari, Alla fil-providenza tiegħu tal-għaġeb, għoġbu li dan l-appostlu jara l-għarqa biex jiġi hawn Malta. Il-kliem li San Pawl qal lil sħabu wara li deherlu l-anġlu meta t-tempesta kienet fl-eqqel tagħha: “jeħtieġ li naħbtu ma’ gżira” (Atti 27, 26) bilfors jagħtuna x’naħsbu li Alla kellu ħsibijiet kbar fuq Malta meta ried li f’dawk iċ-ċirkustanzi jasal fostna l-Appostlu tal-Ġnus.

San Luqa fl-Atti jsemmi l-laqgħa sabiħa li missirijietna għamlu lill-appostlu u lil sħabu, b’kollox 276 ruħ. Bla dubju, tul it-tlett xhur li dam fostna, San Pawl xandar it-twemmin fi Kristu Ġesù, li kien għadu kif miet u rxoxta inqas minn 30 sena qabel.

Ix-xandir ta’ Pawlu, kif ukoll il-mirakli li għamel, kellhom effett kbir fuq il-poplu Malti ta’ dak iż-żmien u aċċetta d-don tal-fidi li, bi grazzja speċjali ta’ Alla, baqgħet nieżla minn ġenerazzjoni għal oħra sal-ġurnata tal-lum. Hu emmnut li, kif kien soltu jagħmel San Pawl f’kull pajjiż li jżur, huwa waqqaf il-Knisja fuq artna u anki taha, skont it-tradizzjoni, l-ewwel isqof tagħha fil-persuna ta’ Publju, il-prinċep tal-gżira.

In-nawfraġju ta’ San Pawl hu t-titular ta’ waħda mill-parroċċi tal-Belt Valletta, kif ukoll dik tal-Munxar ġewwa Għawdex.

Kif kien xieraq, il-knisja f’Malta tfakkar dan il-jum providenzjali bħala festa kmandata, u għalhekk illum hemm l-obbligu tas-smigħ tal-quddies. Nitolbu llum lil Alla li jagħmel li Malta żżomm sħiħ u bla mittiefes it-tagħlim li San Pawl tana bil-kliem u bl-eżempji tiegħu.

Riflessjoni: Dawk il-kelmiet – “Jeħtieg iżda li naslu fi gżira” (Atti 27:26) – fil-kuntest

oriġinali tagħhom huma sejħa għall-kuraġġ quddiem dak li mhux magħruf u fiduċja kostanti fil-providenza misterjuża ta’ Alla. In-nawfragi, fil-fatt, intlaqgħu bil-qalb mill-poplu Malti li mexa wara l-gwida mogħtija minn San Publju. Fil-pjan ta’ Alla, San Pawl b’hekk sar missierkom fil-fidi nisranija. Bis-saħħa tal-preżenza tiegħu fostkom, l-Evanġelju ta’ Ġesù Kristu rabba għeruq sodi u ta frott mhux biss fil-ħajjiet ta’ individwi, familji u komunitajiet iżda wkoll fil-formazzjoni tal-identità nazzjonali ta’ Malta u tal-kultura vibranti u distintiva tagħha.

Page 22: FRAR 2015 - WordPress.com · 3. Biex kull min iħejji ruħu għas-sagrament taż-żwieġ jagħraf il-ġmiel u r-responsabbilità ta’ din il-vokazzjoni. Dati importanti għax-xahar

22 SIGNUM FIDEI

Komplu esploraw l-għana u l-fond tar-rigal ta’ Pawlu lilkom u kunu żguri li tgħadduh mhux biss lil uliedkom iżda wkoll lil dawk kollha li tiltaqgħu magħhom illum.

Papa Benedittu XVI waqt iż-żjara tiegħu f’Malta, 2010

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 99, silta mit-2 punt

From the moment that grace came to Saint Paul, he was faithful to it. Jesus Christ made known to him by a voice from heaven that it was he whom Paul was persecuting in the Christians. Heeding this voice that spoke to him to deliver him from his blindness, he humbly asked Jesus Christ what orders he wished to give him and what he wanted him to do for him.

TALBA lil San Pawl

Appostlu tal-Mulej għinna nkunu appostli,

li naqdu lill-Knisja b’qalb safja, inkunu xhieda tal-verità u s-sbuħija tagħha

f’dan id-dlam ta’ żminijietna. Miegħek infaħħru ’l Alla l-Missier. Lilu, kull glorja fil-Knisja u fi Kristu

issa u għal dejjem. Bro. Louis

Missierna ...

L-Erbgħa, 11 ta’ Frar Il-Verġni Mqaddsa Marija ta’ Lourdes

L-Ewwel Dehra tal-Madonna ta’ Lourdes

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Ġenesi 2: 4b-9.15-17 Il-Mulej Alla ħa lill-bniedem u qiegħdu fil-ġnien tal-Eden. 2. Salm 103: 1-2a.27-30 Bierek ruħ tiegħi, il-Mulej! 3. Mark 7: 14-23 Dak li joħroġ minn ġol-bniedem, dak hu li jtabba’ lill- bniedem.

Page 23: FRAR 2015 - WordPress.com · 3. Biex kull min iħejji ruħu għas-sagrament taż-żwieġ jagħraf il-ġmiel u r-responsabbilità ta’ din il-vokazzjoni. Dati importanti għax-xahar

SIGNUM FIDEI 23

Jekk issir il-Quddiesa tal-Madonna ta’ Lourdes jista’ jsir dan il-qari: 1. Isaija 66: 10-15a: Se nifrex fuqha s-sliem bħal xmara. jew 2. Apokalissi 11:19; 12: 1,10 Mara liebsa x-xemx, bil-qamar taħt riġlejha. 3. Salm 97: 1-4 Naħsbu, o Alla fuq l-għeġubijiet tat-tjieba tiegħek. 4. Ġwanni 2: 1-11 Agħmlu kull ma jgħidilkom hu. jew Luqa 1: 26-38 Il-qawwa tal-Għoli tixħet id-dell tagħha fuqek. Il-Verġni Mbierka Marija ta’ Lourdes (1858) Lourdes, belt żgħira ħdejn il-Pirinej, il-muntanji li jifirdu lil Franza minn Spanja,

kienet ftit magħrufa sal-1858. Dak li kellu jagħmilha ċentru ta’ attrazzjoni għad-dinja kollha kienet grotta moħbija u minsija minn kulħadd – grotta fil-blata ta’ Massabielle, li kienet isservi bħala post ta’ kenn lir-rgħajja tal-post u lill-merħliet tagħhom. Minnha bdiet dik l-opra grandjuża tal-ħniena ta’ Marija.

Fil-11 ta’ Frar tas-sena 1858, l-aħħar ġurnata tal-Karnival, tfajla fqajra ta’ erbatax-il sena ħarġet għall-ħabta tal-ħdax minn darha ma’ oħtha aktar żgħira minnha u ma’ ħabiba oħra, u marret issib xi ftit zkuk għan-nar. Kienet Bernardetta Soubirous, xebba sempliċi u marradija, iżda innoċenti u twajba, li l-Madonna għażlitha bħala strument għall-pjan tagħha – għodda umana ċkejkna ta’ ħidma kbira u divina.

Waqt li t-tfajla kienet tfittex post mnejn tista’ taqsam ix-xmara Gave, ħasset bħal buffura riħ qawwija żżommha u f’nofs ta’ dawl qawwi rat bilwieqfa fid-daħla tal-grotta sinjura ta’ sbuħija singulari u ta’ mġiba maestuża. Kienet tidher ta’ xi għoxrin sena, la twila u lanqas qasira. Kellha libsa twila bajda aktar mis-silġ, marbuta ma’ qaddha b’faxxa lewn is-sema b’għoqda quddiem u nieżla rduppjata sa rkopptejha.

Rasha kienet mgħottija b’velu abjad, jinżel sal-art, u fuq kull riġel kienet tiddi warda tad-deheb. F’idha kellha kuruna sabiħa tar-rużarju, biż-żibeġ bojod minsuġin bid-deheb u b’salib tad-deheb. Idejha kienu mgħaqqdin quddiem sidirha u għajnejha fissi lejn is-sema, bħal waħda qiegħda titlob. F’din l-ewwel dehra s-sinjura tas-sema għallmitha trodd is-salib bid-devozzjoni; u waqt li kienet tgħodd iż-żibeġ tal-kuruna bdiet tħeġġiġha bl-eżempju ħalli tgħid hi wkoll ir-rużarju.

Fit-tieni jum tad-dehra, it-tfajla, imwissija minn ommha, xeħtet ftit ilma mbierek fuq is-Sinjura, u hi bi tbissima ta’ ħlewwa wriet kemm dan kien jogħġobha. Fit-tielet dehra stiednet lil Bernardetta biex tiġi fil-grotta għal ħmistax-il jum fuq xulxin, u wegħditha hena kbir, mhux f’din id-dinja, iżda fl-oħra.

F’dawn id-dehriet is-Sinjura ħeġġitha biex titlob għall-midinbin, biex tbus l-art u tagħmel penitenza; talbitha wkoll biex tgħid lis-saċerdoti ħalli jibnulha knisja hemm, fejn il-popli jistgħu jmorru jitolbu. Urietha post fil-grotta, u qaltilha biex tixrob u tinħasel bl-ilma li beda ħiereġ minn hemm minnufih.

Page 24: FRAR 2015 - WordPress.com · 3. Biex kull min iħejji ruħu għas-sagrament taż-żwieġ jagħraf il-ġmiel u r-responsabbilità ta’ din il-vokazzjoni. Dati importanti għax-xahar

24 SIGNUM FIDEI

Fl-aħħarnett, f’jum it-Tħabbir tal-Madonna, il-25 ta’ Marzu, mitluba minn Bernardetta biex tgħidilha x’jisimha, is-Sinjura bi jdejha marbutin u b’għajnejha lejn is-sema weġbitha: “Jien l-Kunċizzjoni Immakulata”.

Id-dehriet kienu b’kollox tmintax. Sadattant il-poplu, miġbud mill-għeġubijiet li bdew isiru u l-grazzji li bdew jinkisbu, beda kull ma jmur jiżdied, minn dehra għall-oħra.

Mhux ta’ min jistagħġeb li l-kobor tal-folla beda jħasseb ’l-awtoritajiet ekkleżjastiċi minn banda u l-oppożizzjoni ta’ awtorità ċivili anti-reliġjuża u atea mill-oħra. Iżda l-lealtà u s-sinċerità tat-tfajla, flimkien mal-fejqan sopranaturali li kien ġa beda jsir fil-beraħ, rebħu fuq kull xkiel u kull biża’, u ftit xhur kienu biżżejjed biex iwasslu l-isem ta’ Lourdes barra mill-fruntieri ta’ Franza.

L-aħħar dehriet saru quddiem bosta eluf ta’ fidili. Bernardetta għexet għal sentejn oħra f’darha, u mbagħad talbet biex tidħol mas-Sorijiet tal-Karità ta’ Nevers, u saret soru magħhom fl-1865. Għexet 14-il sena oħra, qalb ħafna mard u sofferenzi, u mietet fis-16 ta’ April tas-sena 1879, b’sinjali mhux ordinarji ta’ qdusija. Baqgħet sa mewtha ssostni li kull ma qalet kien kollu minnu. Il-Papa Piju XI iddikjaraha beata fl-1925 u qaddisa fit-8 ta’ Diċembru 1933.

Riflessjoni: Omm dak l-iben, għalhekk, hija u tiftakar f’kull ma ntqalilha fit-tħabbira tal-Anġlu u f’kull ma seħħ wara, iġġorr fiha t-“tiġdid” radikali tal-fidi: il-bidu tal-Patt il-Ġdid. Dan hu l-bidu tal-Evanġelju, jiġifieri tal-bxara t-tajba ta’ ferħ. Iżda mhux ħaġa iebsa f’dan il-bidu tara toqol u għejja partikulari tal-qalb, flimkien ma’ sura ta’ “lejl tal-fidi” – biex nuża frażi ta’ San Ġwann tas-Salib – qisu xi “velu” li minnu trid tgħaddi biex tersaq lejn dak li ma jidhirx u tgħix f’ħajja intima mal-misteru. U proprju b’dan il-mod li Marija, għal ħafna snin, għexet ħajja intima mal-misteru ta’ binha, u mxiet il-mixja tagħha tal-fidi, waqt li Ġesù kien “jikber fil-għerf ... u fil-grazzja quddiem Alla u quddiem il-bnedmin” (Lq. 2, 52) L-imħabba ta’ Alla għalih kienet dejjem aktar tidher għall-għajnejn il-bnedmin. U l-ewwel waħda fost il-bnedmin maħluqa li ngħata lilha li tagħraf ’il Kristu kienet proprju Marija li, ma’ Ġużeppi, kienet tgħix ma’ Kristu fid-dar ta’ Nazzaret. San Ġwanni Pawlu II, silta mill-Enċiklika Redemptoris Mater

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 82, l-1 punt

From all eternity, God destined the Most Blessed Virgin to be the mother of his Son and so formed her in soul and in body that she was worthy to hold him in her womb. This is why he preserved her from anything that could be the least displeasing to him. Because it would have been a disgraceful thing for the mother of God to have had anything to do with sin, God, by an entirely special privilege, exempted her from original sin. It is true that we cannot understand how this came about; nevertheless, it would be unbecoming for us to doubt the exemption she had from sin in her conception, for this is the pious and common sentiment of the faithful, and the Church accepts it as appropriate.

Page 25: FRAR 2015 - WordPress.com · 3. Biex kull min iħejji ruħu għas-sagrament taż-żwieġ jagħraf il-ġmiel u r-responsabbilità ta’ din il-vokazzjoni. Dati importanti għax-xahar

SIGNUM FIDEI 25

Honor the Most Blessed Virgin today, then, as the purest of all creatures and the only one on earth who has been exempt from original sin. Tell her, with the whole Church, that she is all beautiful and that in her soul there is no stain of sin, not even the sin that is common to all the human race. Beg her on this day, in virtue of this extraordinary grace that God gave her, to obtain for you from God to be entirely freed from the corruption of the world throughout your life. Ask that there no longer be found in you any habit of sin, for this is what makes a soul unworthy of God’s special graces.

TALBA

O verġni, immakulata, omm tal-ħniena, saħħa tal-morda, refuġju tal-midinbin, konsolatriċi tal-imnikktin,

inti tagħraf il-bżonnijiet tiegħi, it-tbatijiet tiegħi, ixħet fuqi l-ħarsa ħanina tiegħek.

Bid-dehra tiegħek fil-grotta ta’ Lourdes, inti ridt li hija ssir lok magħżul

mnejn ixxerred il-grazzji tiegħek, u diġà bosta msejknin sabu r-rimedju tal-mard tagħhom fir-ruħ u l-ġisem.

Niġi jiena wkoll mimli bit-tama sabiex nitolbok il-grazzji tiegħek ta’ omm:

isma’, omm ħanina, it-talb umli tiegħi, sabiex mimli bil-benefiċċji tiegħek,

nagħmel kemm nista’ biex nimità l-virtù tiegħek, biex ġurnata jkolli sehem fil-glorja tiegħek tas-sema. Hekk ikun.

Omm tagħna ta’ Lourdes, itlob għalina. Santa Bernardetta itlob għalina.

Missierna ...

Il-Ħamis, 12 ta’ Frar Beatu Reginald ta’ Orleans - presbiteru

San Milezju - isqof ta’ Sebaste

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Ġenesi 2: 18-25 It-tnejn isiru ġisem wieħed. 2. Salm 127 : 1-5 Hieni kull min jibża’ mill-Mulej. 3. Mark 7: 24-30 Taħt il-mejda l-ġriewi wkoll jieklu l-frak mil-ħobż tat-tfal.

Page 26: FRAR 2015 - WordPress.com · 3. Biex kull min iħejji ruħu għas-sagrament taż-żwieġ jagħraf il-ġmiel u r-responsabbilità ta’ din il-vokazzjoni. Dati importanti għax-xahar

26 SIGNUM FIDEI

BEATU REĠINALDU TA’ ORLEANS (1183-1220) - presbiteru Dan kien l-ewwel fost il-qaddisin u l-beati Dumnikani. Twieled fid-djoċesi ta’

Orleans fi Franza. Sar duttur tal-liġi u għallem id-dritt kanoniku fl-Akkademja ta’ Pariġi. Waqt li kien iżur il-postijiet imqaddsa f’Ruma, laqtu ħafna l-kliem ta’ San Duminku u baqa’ impressjonat bil-faqar evanġeliku tal-Ordni tal-Predikaturi u l-ħeġġa tiegħu għall-appostolat.

Ġiet fuqu marda, imma reġa’ ħa saħħtu bl-interċessjoni tal-Verġni Mbierka u mbagħad ngħaqad mal-ordni ta’ San Duminku kif kienet indikatlu l-Madonna.

Bl-eżempju t-tajjeb u l-kelma mħeġġa tiegħu ħafna żgħażagħ u nies magħrufa daħlu fl-ordni, l-ewwel f’Bolonja u mbagħad f’Pariġi.

Billi kien professur tal-liġi kanonika fl-Università ta’ Pariġi, Reġinaldu kien ta’ għajnuna kbira għal San Duminku fl-għoti ta’ għamla definittiva lill-ordni tiegħu.

B’għaqal kbir Reġinaldu organizza u mexxa ’l quddiem il-ħajja tal-komunità, u tkebbes bil-ħeġġa tal-appostli għat-tiġdid tas-saltna ta’ Kristu.

Skont tradizzjoni fl-Ordni Dumnikan, il-Madonna għarrfet lil Reġinaldu li kienet tixtieq li l-patrijiet predikaturi jilbsu l-labtu abjad flok ir-rukkett li S. Duminku kien jilbes bħala kanonku.

Il-beatu miet f’Pariġi fl-1220 meta kellu inqas minn 40 sena u kien midfun fil-knisja ta’ Notre Dame des Champs.

Il-B. Piju IX, fit-8 ta’ Lulju 1875, ikkonferma l-qima lejh li kienet ilha mogħtija lilu.

Riflessjoni: F’Alla l-imbierek biss insib il-paċi u l-hena ta’ dejjem. Meta niġi biex nagħmel dak li hu sewwa, m’għandix nipprova ningħoġob ma’ bnedmin, jew nibża’ li ma nogħġobhomx. L-aqwa, kif se jqisni Alla l-imbierek. U meta jasal Jum il-Ħaqq, kull bniedem ikollu jaqbel ma’ dak li jidhirlu Alla minni.

Fr. Anthony J. Paone S.J., Ħobżna ta’ Kuljum

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 63, silta mit-3 punt

You who have crucified Jesus Christ by your sins, imitate St. Francis by thoughts of humility; look at yourself with the eyes of faith, and pay attention only to what can inspire in you lowly thoughts about you in relation to God and to others. Because God gives his grace to the humble, contempt for you, coming from outside or from within, must be your lot, and you must find your satisfaction in it. You have many opportunities for this in your state and in your work. To encourage you to profit fully by them, regard them as among the best means to be sanctified; consider that you are the weakest of all people and the least capable of doing any good. Thank God for the grace he gives you to be despised, to be covered with opprobrium and calumnies, and never show any esteem for what you do, for it is God, by his goodness and his grace, who is the author of all the good there is in you.

Page 27: FRAR 2015 - WordPress.com · 3. Biex kull min iħejji ruħu għas-sagrament taż-żwieġ jagħraf il-ġmiel u r-responsabbilità ta’ din il-vokazzjoni. Dati importanti għax-xahar

SIGNUM FIDEI 27

TALBA Mulej Alla,

imlieni bi mħabba kbira kemm għalik

kif ukoll għall-oħrajn, biex tħassar għal kollox kull mibgħeda u niket.

Ammen. Bro. Nicholas Hutchinson

Missierna ...

Il-Ġimgħa, 13 ta’ Frar Beatu Ġordan tas-Sassonja – presbiteru

Beata Kristina minn Spoleto – lajka agostinjana Santa Katerina dei Ricci

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Ġenesi 3: 1-8 Issiru allat, li jafu t-tajjeb u l-ħażin. 2. Salm 31 :1,2,5-7 Hieni l-bniedem li ħtijietu maħfura. 3. Mark 7: 31-37 Jagħti s-smigħ lit-torox u l-kliem lill-imbikkmin. BEATU ĠORDAN TAS-SASSONJA (c1199-1237) - presbiteru Twieled f’Burberg, fil-Ġermanja, lejn tmiem is-seklu tnax. Ħa l-libsa tal-Ordni

Dumnikan fil-kunvent ta’ Pariġi fit-12 ta’ Frar 1220 minn idejn il-Beatu Reġinaldu. Ġordan kien ħabib kbir tal-fundatur, San Duminku.

Ġordan kien l-ewwel wieħed li ngħażel superjur ġenerali bħala suċċessur ta’ San Duminku biex imexxi l-Ordni tal-Predikaturi.

Għal ħmistax-il sena Ġordan mexxa bi ħlewwa u tjieba kbira ż-żewġ fergħat tal-ordni (patrijiet u sorijiet) iħeġġiġhom bil-kelma u l-eżempju tiegħu, jiktbilhom, iżurhom ta’ sikwit u jirranġa l-kostituzzjonijiet.

Ġordan kellu mħabba kbira lejn il-Verġni Mbierka u għall-ġieħ tagħha ordna l-kant tas-Salve Regina wara l-kompieta.

Il-Beatu Ġordan miet b’diżgrazzja fl-età ta’ madwar 37 sena meta sab l-għarqa huwa u rieġa’ lura bil-baħar minn żjara fil-Provinċja tal-Art Imqaddsa. Kien it-13 ta’ Frar 1237.

Il-Papa Piju XII wettaq il-qima lejh fl-10 ta’ Mejju, 1826. Riflessjoni mill-Imitazzjoni ta’ Kristu, It-Tieni Ktieb, kap. 12:

Il-ħajja kollha ta’ Kristu kienet salib; u inti trid li jkollok il-mistrieħ u l-hena? Tiżbalja bl-ikrah jekk tfittex ħaġ’oħra ħlief it-tbatija; għaliex kollha kemm hi din il-ħajja qasira

Page 28: FRAR 2015 - WordPress.com · 3. Biex kull min iħejji ruħu għas-sagrament taż-żwieġ jagħraf il-ġmiel u r-responsabbilità ta’ din il-vokazzjoni. Dati importanti għax-xahar

28 SIGNUM FIDEI

tagħna hi mimlija bil-miżerji, u mdawra bis-slaleb. U aktar ma’ r-ruħ tgħaddi ’l quddiem fit-tjieba aktar issib slaleb itqal; għaliex il-piena li tħoss ir-ruħ mixħuta f’dan l-eżilju aktar tikber bl-imħabba. Imma l-bniedem hekk, għalkemm f’bosta ħwejjeġ jinsab imsallab, għandu xi ħaġa li ssabbru u tferrħu, għax jaf li, billi jieħu paċenzja bis-slaleb tiegħu, ġid kbir ikun qed jagħmel għalih innifsu. Malli hu minn rajh imidd għonqu għas-salib, l-imrar tad-dwejjaq tiegħu jinbidel f’tama ħelwa li Alla jseddqu bil-grazzja tiegħu. U aktar ma’ l-ġisem jinkedd bit-taħbit, aktar ir-ruħ titwettaq bil-grazzja li Alla jsawweb ġo fiha. Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 20, silta mit-2 punt

You ought to be convinced that God will not allow you to be tempted and burdened beyond your strength. When people can do nothing to help you, then it is that God does everything for you, wonderfully showing at one and the same time his power and his goodness. This is why you must abandon yourself to God, as the people who followed our Lord did, to suffer as much as it pleases him (as being an advantage for you) or to be delivered from your trials by the means that God judges most profitable for you, without worrying about trying to achieve peace by your own efforts, which will often be useless.

TALBA Il-Mulej hu r-ragħaj tiegħi, xejn ma jonqosni;

f'mergħat kollha ħdura jqegħedni. Ħdejn l-ilma, fejn nistrieħ, jeħodni; hemm hu jrejjaqni. Imexxini fit-triq tas-sewwa minħabba l-isem tiegħu.

Imqar jekk nimxi f'wied mudlam, ma nibżax mill-ħsara, għax inti miegħi.

Il-ħatar tiegħek u l-għasluġ tiegħek, huma jwennsuni. Int tħejji mejda għalija quddiem l-għedewwa tiegħi.

Biż-żejt tidlikli rasi, u l-kalċi tiegħi tfawwarli. Miegħi, iva, jimxu t-tjieba u l-ħniena il-jiem kollha ta' ħajti.

U ngħammar f'dar il-Mulej sakemm indum ħaj! Salm 23

Missierna ...

Nitolbu għal Bro. Philip Anthony Cauchi (1984) Bro. George Gardner Scicluna (1945) Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem....

Page 29: FRAR 2015 - WordPress.com · 3. Biex kull min iħejji ruħu għas-sagrament taż-żwieġ jagħraf il-ġmiel u r-responsabbilità ta’ din il-vokazzjoni. Dati importanti għax-xahar

SIGNUM FIDEI 29

Is-Sibt, 14 ta’ Frar San Ċirillu – raħeb, u San Metodju – isqof - patruni tal-Ewropa

San Valentinu – presbiteru u martri It-Tieni Dehra tal-Madonna ta’ Lourdes

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Atti 13: 46-49 Aħna se nduru għal fuq il-pagani. 2. Salm 116: 1,2 Morru fid-dinja kollha, xandru l-bxara t-tajba. 3. Luqa 10: 1-9 : Il-ħsad kbir, imma l-ħaddiema ftit.

SAN ĊIRILLU (827-868) U SAN METODJU (826-840) Dawn iż-żewġ qaddisin, appostli tas-Slavi u patruni tal-Ewropa, huma l-uniċi

żewġ qaddisin aħwa, minbarra l-appostli, li għandhom post għalihom fil-kalendarju universali Ruman. Huma mhux biss għallmu lis-Slavi imma huma wkoll awturi tal-liturġija tagħhom.

Huma kienu Griegi mit-Tessalonika u kienu jafu jitkellmu bl-ilsien Slavoniku. Dawn ġew mibgħuta mill-imperatur ta’ Kostantinopli u mill-patrijarka Fozju fil-Moravja bħala missjunarji. Ċirillu kien qassis b’fama ta’ filosfu msemmi. Metodju kien raħeb.

Qabel marru fil-Moravja huma sawru alfabet Slavoniku u ttraduċew il-Vanġeli. Ix-xogħol tagħhom fil-Moravja mar ’il quddiem, in-nies riedu isqof u għalhekk marret delegazzjoni Ruma biex titlob dan. Hemmhekk Ċirillu daħal raħeb f’monasteru Grieg u miet ħamsin jum wara.

Metodju ġie ordnat qassis u mibgħut bħala legat tal-Papa għas-Slavi kollha. Wara ftit xhur huwa reġa’ mar Ruma u ġie magħmul arċisqof ta’ Sirmium (illum post fl-ex-Jugoslavja) b’ġurisdizzjoni fuq il-Pannonia u l-Moravja kollha u suġġett direttament lejn is-Santa Sede. Billi d-duka tal-Moravja kien jippreferi l-liturġija Latina, San Metodju ġie akkużat fil-falz, għamel żmien fl-eżilju u kien anke mitfugħ il-ħabs. Il-Papa rnexxielu jeħilsu mill-ħabs u mill-akkużi foloz, u reġa’ kkonferma d-dritt tal-liturġija bl-ilsien tal-post.

San Metodju għadda l-aħħar sittax-il sena bħala isqof jittraduċi l-bqija tal-Bibbja fl-ilsien Slavoniku u jsawwar kodiċi ta’ liġijiet tal-Knisja.

Il-Papa Ġwanni Pawlu II ddikjara lil S. Ċirillu u lil S. Metodju bħala ko-patruni tal-Ewropa (flimkien ma’ S. Benedittu) bl-Ittra Apostolika “Egregi Virtutis” (31 ta’ Diċembru, 1980).

Riflessjoni: Għall-grazzja ta’ Alla qed tintrebaħ ċerta kriżi tal-vokazzjonijiet saċerdotali fil-Knisja. Kull saċerdot ġdid iġib miegħu barka speċjali. “Imbierek min ġej f’isem il-Mulej”. Hu Kristu nnifsu li jiġi f’kull saċerdot. Jekk San Ċiprijan jgħid li n-nisrani hu “Kristu ieħor” – Christianus alter Christus – wisq aktar nistgħu ngħidu Sacerdos alter

Page 30: FRAR 2015 - WordPress.com · 3. Biex kull min iħejji ruħu għas-sagrament taż-żwieġ jagħraf il-ġmiel u r-responsabbilità ta’ din il-vokazzjoni. Dati importanti għax-xahar

30 SIGNUM FIDEI

Christus. Jalla l-Mulej iżomm ħajja f’kull saċerdot kuxjenza kollha ħajr u ħabrieka tad-don mogħti lilu, u jqanqal f’ħafna żgħażagħ tweġiba malajr u ġeneruża għas-sejħa tiegħu biex jingħataw bla ebda kundizzjoni għall-kawża tal-Evanġelju.

San Ġwanni Pawlu II, Papa, “Don u misteru’’

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 182, silta mill-1 punt

Thank God for it every day, and in order to live according to the spirit of your vocation, despise the world, consider it as the enemy of Jesus Christ, and be always opposed to it and to all its maxims. Have a horror of frequenting it, and do not have communication with people who live in it, except insofar as necessity obliges you to do so. This is the way to protect against all its snares and all the dangers you meet there and to preserve the spirit of your vocation. By communicating with the world, we adopt its spirit, which is contrary to that of Jesus Christ. Because the two cannot exist together in a soul, if we fill ourselves with the spirit of the world, we necessarily lose that of Jesus Christ. Today, ask God earnestly through the intercession of the two holy Apostles whose feast the Church is celebrating to inspire you always with more and more separation from the corrupt world and with an attraction to the holy way of the life of Jesus Christ.

TALBA O Ġesù, ir-Ragħaj it-Tajjeb,

qajjem f’kull komunità parrokjali, saċerdoti u djakni, reliġjużi, lajċi kkonsagrati u missjunarji

skont il-bżonn tad-dinja kollha li int tħobb u trid issalva. Aħna nafdaw b’mod partikolari l-komunità parrokjali tagħna;

oħloq fiha l-atmosfera spiritwali tal-ewwel insara biex tkun ċenaklu ta’ talb fejn aħna

nilqgħu bi mħabba d-doni tal-Ispirtu s-Santu. Assisti r-rgħajja tagħna u l-erwieħ ikkonsagrati kollha.

Iggwida l-passi ta’ dawk li b’mod ġeneruż laqgħu s-sejħa tiegħek u ppreparaw lilhom infushom

għall-Ordni Sagri jew għall-professjoni tal-kunsilli evanġeliċi. Ixħet il-ħarsa tiegħek ta’ mħabba

lejn il-ħafna qlub ġenerużi qalb iż-żgħażagħ u stedinhom jimxu warajk.

Għinhom jifhmu li fik biss jistgħu jilħqu l-milja tagħhom. Aħna nafdaw dawn ix-xewqat kbar tal-qalb tiegħek

f’idejn l-interċessjoni qawwija ta’ Marija, omm u mudell tal-vokazzjonijiet kollha,

u nitolbuk issaħħaħ il-fidi tagħna biċ-ċertezza li l-Missier ser jisma’

għal dak li inti stess igwidajtna biex nitolbuh. Ammen. San Ġwanni Pawlu II

Missierna ...

Page 31: FRAR 2015 - WordPress.com · 3. Biex kull min iħejji ruħu għas-sagrament taż-żwieġ jagħraf il-ġmiel u r-responsabbilità ta’ din il-vokazzjoni. Dati importanti għax-xahar

SIGNUM FIDEI 31

Il-Ħadd, 15 ta’ Frar Is-6 Ħadd ta’ matul is-sena

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Levitiku 13: 1,2,45-46 Joqgħod għalih waħdu u jgħammar ’il bogħod min-

nies. 2. Salm 31: 1,2,5,11 Int kenn għalija, iddawwarni u tferraħni bil-ħelsien

tiegħek. 3. 1Korintin 10: 3 - ; 11: 1 . Ixbhu lili, bħalma jien nixbah lil Kristu. 4. Mark 1: 40-45 Il-ġdiem marlu u ġismu ndaf. Riflessjoni fuq il-Vanġelu:

L-esperjenza tgħallimna li kull mibdi mitmum; li l-unika ħaġa ċerta fid-dinja hi li kollox għandu t-tmiem tiegħu. Hi l-esperjenza qarsa li tgħallimna naċċettaw il-limiti tagħna u nirrassenjaw ruħna quddiem affarijiet u ġrajjiet qawwija iktar minna. Iżjed ma nifhmuha kmieni din il-ħaġa iżjed nevitaw it-tbatija tad-delużjoni u d-dwejjaq li ġġib magħha. Il-Vanġelu, għal darb’ oħra, jurina mod ieħor. Ġesu, li permezz tiegħu is-Saltna t’Alla daħlet fl-istorja ta’ ġrajjietna, iħabbrilna bil-kliem u bil-fatti, li m’hemmx sitwazzjonijiet mingħajr rimedju; li ebda ħaġa ma tista’ tispiċċa għal kollox; li ħadd m’hu mitluf għal kollox.

Hekk kif jurina l-Vanġelu tal-lum. Il-lebbruż, li f’dawk iż-żminijiet kien eżempju ċar tal-emarġinazzjoni u tal-bniedem spiċċut; mejjet ħaj li kienet titneħħilu kull relazzjoni, anke dik familjari, biex ma jiettieħed ħadd minnu. Misħut mill-bnedmin, u anke f’għajnejn Alla: għax il-kundizzjoni teigħu ta’ “mniġġes” ma kinitx tħallih jagħti qima u kienet tneżżgħu mill-identita tiegħu. L-ewwel qari jiddeskrivielna l-kundizzjoni li kienu jgħixu fiha dawn il-morda: “Il-marid bil-ġdiem għandu jilbes ħwejjeġ imqattgħa u jħalli rasu mikxufa, u jitgħatta sa geddumu, u

jgħajjat: 'Mniġġes! Mniġġes!' .... u jgħix waħdu f'postu barra mill-kamp.” (Lv 13:45, 46) Is-soċjeta kienet timponi li l-lebbrużi jagħrfu s-sitwazzjoni tagħhom ta’ impurita, jirrassenjaw ruħhom għall-emarġinazzjoni biex iħarsu l-bqija tal-komunita. Għax hekk hi d-dinja: f’kull żmien, u f’kull parti tad-dinja, għal kull qattiel hemm vittma lesta għalih.

Mhux dan il-kas tal-lebbruż li jitkellem fuqu l-Vanġelu: dan jirrifjuta li jinqata’ għalih waħdu, u li jirrassenja ruħu għall-kundizzjoni tiegħu, u jitlob l-għajnuna lil Ġesu. Trid ħafna kuraġġ biex tagħmel pass bħal dan: fil-fatt min hu mjassar mill-ħażen, spiss ma jagħmel xejn biex jeħles minnu għax jibża’ mir-responsabbilta li tagħtih il-liberta, iżjed milli mit-tbatija u l-piż tal-jasar u jikkundanna lilu nnifsu għall-emarġinazzjoni għax li ma jiddependi minn ħadd isir vittma mhux biss ta’ soċjeta inġusta imma wkoll tas-suppervja tiegħu stess. Il-Mulej iżda, fil-lebbruż, isib l-ikbar allejat, u b’hekk jista’ jilqa’ l-għajta tiegħu għall-għajnuna.

Page 32: FRAR 2015 - WordPress.com · 3. Biex kull min iħejji ruħu għas-sagrament taż-żwieġ jagħraf il-ġmiel u r-responsabbilità ta’ din il-vokazzjoni. Dati importanti għax-xahar

32 SIGNUM FIDEI

Dan jagħmlu billi jaċċetta li jiltaqa’ ma dak li kulħadd kien jevita, u jurina li l-veru mniġġes mhux il-lebbruż imma min ma jridx jikkomprometti ruħu, min ma jridx iħammeġ idejh bil-proxxmu fqir, batut u emarġinat. Jagħmlu billi jmiss lill-marid u b’hekk jaċċetta li jerġa jistabbilixxi miegħu il-kuntatt u l-komunikazzjoni mitlufa, u jneħħih mill-iżolament li jġib il-mewt moralil u spiritwali qabel dik fiżika.

Fuq kollox billi juri l-ħniena divina lejn l-umanita li hi priġuniera tal-istess ħażen tagħha, ħatja u vittma fl-istess ħin. Din il-ħniena mhix biss il-fatt li Alla jbati magħna imma anke li l-Innoċenti jitgħabba bl-uġigħ ħati tagħna, biex jeħlisna mill-ħażen li jgħakkisna. Il-konsegwenza hi li l-emarġinazzjoni li neħħa lil-lebbruż minnha, taqa’ fuqu «f'ebda belt ma sata' iżjed jidħol bid-dieher, imma kien jibqa' barra fil-kampanja » (Mk 1:45) , u ftit snin wara kien ikkundannat biex imut barra mill-belt propju bħal-lebbruż.

Hekk nistgħu nifhmu it-tifsira tas-silta tal-Vanġelu tal-lum, nidentifikaw il-lebbruż ma kull wieħed u waħna minna: Alla jħabbrilna l-bxara t-tajba li m’hemm xejn li ma jistax jitranġa fil-ħajja, għax il-ħniena divina ħallset il-prezz tal-imħabba u ħelsitna minn kull ħażen, inkluża l-mewt. Imbierek min bħal-lebbruż għandu l-kuraġġ li jemmen u ma jibżgħax jitlob l-għajnuna lill-imħabba t’Alla li kollox tista’.

Minn “La Realta` e` Cristo”, Don Davide Rota

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 66, silta mit-2 punt

Jesus Christ orders the lepers to use is to go show themselves to the priests. The

Old Law prescribed that when lepers were cleansed, they must let the priests see them, so that they could learn whether the leprosy was indeed healed. If it had been cured, these priests gave permission for them to associate with other Jews. But in the New Law, the prescriptions of Jesus Christ have quite a different power than those given by Moses. For when Jesus Christ ordered the ten lepers to go and show themselves to the priests, they were cured of their shameful illness; they were perfectly cured while on their way.

TALBA għall-morda Mulej tal-ħajja,

aqbad idejn il-morda kollha u għinhom f’din il-prova, sabbarhom fit-tbatija u fl-uġigħ seddaq fuqhom il-ferħ

bħala rigal għat-tbatija li qed iħaddnu. Agħtihom il-grazzja li t-talb tagħhom u l-aċċettazzjoni tat-tbatija

ikun għajn ta’ vokazzjonijiet ġodda fil-Knisja Ammen.

Beatu Papa Ġwanni Pawlu II

Missierna ...

Nitolbu għal Bro. Norbert Farrugia (2007) Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem....

Page 33: FRAR 2015 - WordPress.com · 3. Biex kull min iħejji ruħu għas-sagrament taż-żwieġ jagħraf il-ġmiel u r-responsabbilità ta’ din il-vokazzjoni. Dati importanti għax-xahar

SIGNUM FIDEI 33

It-Tnejn, 16 ta’ Frar Beatu Xmun minn Cassia

San Oneżimu – martri tal-1 seklu Beatu Ġużeppi Allamano (1851-1926) – saċerdot San Ġuventinu u San Massiminu – martri († 363)

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Ġenesi 4: 1-15,25 Kajjin qam għal ħuh Abel u qatlu.

2. Salm 49: 1,8,16,17,20,21 Agħti lil Alla sagrifiċċju ta’ radd il-ħajr.

3. Mark 8: 11-13 Għalfejn irid sinjal dan in-nisel.

BEATU ĠUŻEPPI ALLAMANO (1851 - 1926) - saċerdot Dan il-beatu hu l-fundatur tal-Missjunarji tal-Consolata. Hu twieled

f’Castelnuovo d’Asti fil-21 ta’ Jannar 1851, ir-raba’ minn ħames ulied. Ommu kienet oħt San Ġużeppi Cafasso (festa: 23 ta’ Ġunju). Missieru miet meta hu kellu tliet snin. Studja fl-oratorju ta’ San Ġwann Bosco f’Valdocco, u dan il-qaddis kien wieħed mid-diretturi spiritwali tiegħu.

Hu daħal is-seminarju djoċesan ta’ Turin f’Jannar 1866 u kien ordnat saċerdot ta’ 22 sena, fl-20 ta’ Settembru 1873. Seba’ snin wara (fit-2 ta’ Ottubru 1880) kien maħtur ir-rettur tas-santwarju tal-Madonna Consolata f’Turin, li ġiebu ħafna ’l quddiem u għamlu għajn ta’ tiġdid spiritwali għad-djoċesi kollha. Hu kien ukoll jgħallem it-teoloġija fis-seminarju.

Fl-1889 insibuh Ruma fejn mar jassisti għall-beatifikazzjoni ta’ zijuh Don Cafasso. Waqt li kien hemm, iltaqa’ ma’ missjunarju Taljan jaħdem fiċ-Ċina, Padre Bonzano, li ħajjar lil Allamano jwaqqaf stitut missjunarju ġdid. Dan seħħ fid-29 ta’ Jannar 1901 u li ssemma għall-Consolata.

Fl-1902 l-istitut tal-Consolata bagħat l-ewwel żewġ missjunarji tiegħu lejn il-Kenja. Tmien snin wara sar vigarjat u wieħed miż-żewġ saċerdoti nħatar isqof. Fuq il-parir tal-Papa San Piju X, Padre Ġużeppi Allamano fl-1910 waqqaf ukoll stitut ieħor tas-Sorijiet tal-Consolata. Malajr, il-membri taż-żewġ stituti żdiedu sewwa u nfetħu missjonijiet ġodda fl-Afrika tal-Lvant.

Don Allamano kien bniedem paċenzjuż u dejjem lest biex jgħin lil min jitolbu l-għajnuna. Kien jinsisti ħafna mal-missjunarji tiegħu li, qabel kollox, kellhom ikunu ta’ ħajja qaddisa biex ikunu jistgħu jqaddsu lil oħrajn. Riedhom ukoll li jistudjaw l-użanzi u l-kultura tal-pajjiżi li jmorru jaħdmu fihom. Ħabrek ħafna li jkollhom katekisti tajbin u vokazzjonijiet minn fost in-nies tal-pajjiż.

Huwa kien grat ħafna lejn il-benefatturi tal-Istituti tiegħu, u speċjalment lejn il-ġenituri tal-missjunarji li mhux biss taw minn ġidhom imma lil uliedhom stess għall-missjoni.

Page 34: FRAR 2015 - WordPress.com · 3. Biex kull min iħejji ruħu għas-sagrament taż-żwieġ jagħraf il-ġmiel u r-responsabbilità ta’ din il-vokazzjoni. Dati importanti għax-xahar

34 SIGNUM FIDEI

Dun Ġużepp Allamano miet fis-16 ta’ Frar 1926 meta kellu 75 sena. Kien iddikjarat beatu mill-Papa San Ġwanni Pawlu II fis-7 ta’ Ottubru 1990.

Riflessjoni mill-Imitazzjoni ta’ Kristu, It-Tilet Ktieb, kap. 34: Min isib fik il-hena tiegħu fiex jista’ ma jiħux gost? U min ma daqx il-ħlewwa ta’ mħabbtek, liema ħaġa tista’ thennih? Imma l-għorrief tad-dinja, u dawk li jfittxu l-pjaċiri tal-ġisem, dawn ma jistgħux itiegħmu l-għerf tiegħek; għax il-għerf tagħhom hu kollu frugħa, u l-pjaċiri tagħhom ma jġibux ħlief mewt. Imma dawk li jiddisprezzaw id-dinja, u jikkastigaw lil ġisimhom, biex jimxu warajk, dawn huma veri għorrief għaliex iħallu l-qerq għall-verità, u l-ġisem għar-ruħ. Dawn jafu x’jiġifieri Alla: u jekk fil-kreaturi jsibu xi ġid, iservi biex huma jfaħħru lil dak li ħalaqhom. X’għandhom x’jagħmlu ma’ xulxin il-ħlewwa ta’ min ħalaq, u ta’ ħaġa maħluqa tal-eternità u taż-żmien, tad-dawl u tad-dawl li ġej minnu? Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 21, silta mill-1 punt

With good reason Jesus Christ complains… that the Jews did not believe his words, in spite of the fact that he told them nothing but the truth and spoke to them as his Father enjoined him to do, for this was a sign that they did not recognize him as the Son of God. The same complaint can often be made about many religious people who lack confidence in their superiors because they do not consider them as holding God’s place. As a result, they do not profit by the advice given them and do not carry out faithfully what they have been commanded.

TALBA Mulej xi trid minni?

Ġużeppi bil-ktajjen inkun jew tal-Eġittu l-ħakem kbir,

David mit-tbatija midrub jew imbagħad mgħolli fil-ġieħ, inkun Ġona qiegħed jegħreq

jew meta mill-ilma nħeles: Mulej xi trid minni?

Tridni siekta jew nitkellem, nagħmel frott jew ma nagħmilx,

jekk il-liġi l-ġrieħi tikxef jew bi ħlewwiet Kristu lili tfarraġ,

jekk inbati jew nithenna, inti biss tgħix ġewwa fija:

Mulej, xi trid minni? Tiegħek jien, għalik twelidt:

Mulej xi trid minni? Santa Tereża tal-Bambin Ġesù

Missierna ...

Page 35: FRAR 2015 - WordPress.com · 3. Biex kull min iħejji ruħu għas-sagrament taż-żwieġ jagħraf il-ġmiel u r-responsabbilità ta’ din il-vokazzjoni. Dati importanti għax-xahar

SIGNUM FIDEI 35

It-Tlieta, 17 ta’ Frar Is-Seba’ Fundaturi tal-Ordni tas-Serviti ta’ Marija

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Ġenesi 6: 5-8; 7: 1-5,10 Inqaċċat minn wiċċ l-art il-bniedem li jien ħlaqt. 2. Salm 28: 1-4, 9b-10 Il-Mulej ibierek bis-sliem il-poplu tiegħu. 3. Mark 8: 14-21 Attenti mill-ħmira tal-Fariżej u mill-ħmira ta’ Erodi SANT ALESSJU FALCONIERI (1200-1310) U SĦABU – fundaturi tas-Servi ta’ Marija Sant Alessju hu wieħed mis-seba’ fundaturi tas-Servi ta’ Marija. Huwa kien

bin Bernardu Falconieri, negozjant kbir ta’ Firenze, u wieħed mill-mexxejja tar-Repubblika.

Twieled f’Firenze fl-1200. Trabba fil-prattika ta’ umiltà liema bħalha. Ingħaqad ma’ konfraternità tal-Verġni Marija u hemmhekk ltaqà mas-sitt

kompanji fl-ispiritwalità tiegħu. Dawn ukoll kienu ġejjin minn familji ta’ negozjanti kbar. Id-differenza kienet biss li dawn kienu ordnati saċerdoti. Huma libsu l-abitu griż tal-Aħwa tal-Penitenza, konfraternità ta’ lajċi li tagħha kienu membri, u ddedikaw ruħhom għat-talb, penitenzi u għemejjel ta’ ħniena.

Jingħad li huma lkoll kellhom ix-xorti li jaraw lill-Verġni Marija Omm Ġesù, nhar-il ħmistax ta’ Awwissu,1233. Ftit wara huma ffurmaw l-Ordni tas-Servi ta’ Marija. Dawn is-Serviti addottaw ir-regola ta’ S. Wistin u ħadu l-abitu iswed b’devozzjoni lejn id-Duluri tal-Madonna.

Alessju flimkien ma’ sħabu erħewlha lejn Camarzia, f’tarf il-belt, u rtiraw hemmhekk. Sena wara, marru fuq il-Muntanja Senario u ffurmaw eremitaġġ.

Għalkemm Alessu għex il-ħajja sabiħa ta’ 110 snin, huwa qatt ma ordna saċerdot, għax tant kien umli li ħass li ma kienx dehen.

Huwa kien ta’ għajnuna kbira għan-neputija tiegħu,Santa Ġuliana Falconieri fil-mixja tagħha għall-qdusija.

Ftit snin wara li waqqfu l-ordni, il-persuni li ngħaqdu magħha kienu jgħoddu 10,000. Dan kien attribut għall-ħidma li wettqu u ż-żelu li wrew San Alessju u sħabu.

Miet fis-17 ta’ Frar tal-1310. Alessu, flimkien mas-sitta l-oħra, fundaturi tas-Servi ta’ Marija ġew

ikkanonizzati flimkien fl-1888 mill-Papa Ljun XIII.

Riflessjoni: Ġesù jkellimni fuq il-manswetudni u l-umiltà, biex jagħtini żewġ tagħlimiet speċjali. Li nkun manswet ifisser li nagħraf nimxi bil-ħlewwa ma’ ħaddieħor, l-iżjed ma’ min iġegħelni ninkorla. Ġesù jridni nieħu din it-tagħlima, dritt minn għandu. Il-korla u n-nuqqas ta’ sabar huma spiss sinjal ta’ suppervja u ta’ egoiżmu. Jiena nirrabja meta

Page 36: FRAR 2015 - WordPress.com · 3. Biex kull min iħejji ruħu għas-sagrament taż-żwieġ jagħraf il-ġmiel u r-responsabbilità ta’ din il-vokazzjoni. Dati importanti għax-xahar

36 SIGNUM FIDEI

l-ġrajjiet ma jiġux kif nixtieqhom. Rari li jkolli tassew għalfejn ninkorla. Aktarx li nisħon għax ma nifhimx lil ħaddieħor kif imiss, u la għandi sabar u lanqas irrid inbati iktar milli jmissni. X’kien jagħmel il-Mulej kieku sab ruħu floki? Fuqu għandi nfassal għemili. Fr. Anthony J. Paone, Ħobżna ta’ Kuljum, L-ewwel ktieb, kap.80 Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 20, silta mill-1 punt

Jesus Christ did not hesitate to speak to his disciples to tell them to provide for the needs of the people, even though they were not able to do so. At the same time, he made use of them to distribute the bread that he had multiplied to feed everyone. This is how God wants you always to turn to those who guide you, represented in this Gospel by the Apostles, even though at times and in certain difficulties, doing this may seem to you quite useless. God wishes you always to use, insofar as you are able, the ordinary means that he provides for your guidance, even if this is without any success.

TALBA Għażiż Missier,

inti tixtieq titma’, tlibbes u tagħti l-kenn lil uliedek kollha!

Ikollok maħfra għal dak li fid-dnub fittex biex jitma’ u jgħajjex

fuq spejjeż ta’ dawk fil-bżonn. Mulej, nitolbok, bil-ġenerożità tiegħek

ħu ħsieb lil dawn kollha. Bi Kristu Sidna,

Ammen. Missierna ...

L-Erbgħa, 18 ta’ Frar L-Erbgħa tal-Irmied

Jum ta’ sawm (għal dawk bejn it-18 u d-59 sena)

u astinenza (għal dawk minn 14-il sena ’l fuq)

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Ġoel 2: 12-18 Ċarrtu qlubkom, u mhux ilbieskom. 2. Salm 50:3,4,5,6a,12,13,14 u 17 O Alla, ħenn għalina għax dnibna! 3. 2Korintin 5: 20 – ; 6: 2 Ħallu lil Alla jħabbibkom miegħu. Araw, issa hu ż-żmien it-tajjeb. 4. Mattew 6: 1-6,16-18 Missierek, li jara dak li hu fil-moħbi, iroddlok hu.

Page 37: FRAR 2015 - WordPress.com · 3. Biex kull min iħejji ruħu għas-sagrament taż-żwieġ jagħraf il-ġmiel u r-responsabbilità ta’ din il-vokazzjoni. Dati importanti għax-xahar

SIGNUM FIDEI 37

SILTIET MILL-OMELIJA TA’ PAPA FRANĠISKU – Randan 2014

Is-sejħa tal-profeta Joel tippreżenta sfida għalina lkoll, ħadd eskluż, u tfakkarna li l-konverżjoni ma tirriduċix ruħha għal forom esterjuri jew intenzjonijiet li jibqgħu fl-arja, imma tqanqal u tibdel il-ħajja kollha tal-persuna, ibda miċ-ċentru tagħha, il-kuxjenza. Aħna mistednin nibdew din il-mixja fejn nisfidaw ir-rutina u nagħmlu sforz biex niftħu għajnejna u widnejna, imma fuq kollox qalbna, ħalli noħorġu ’l barra mill-“ġnien ċkejken” tagħna.

Ninfetħu għal Alla u għal ħutna. Nafu li din id-dinja dejjem iżjed artifiċjali qed iġġibna ngħixu f’kultura mibnija fuq dak li “nagħmlu”, fuq dak li hu “utli”, fejn bla ma nintebħu nkunu naqtgħu barra lil Alla mix-xefaq ta’ ħajjitna. Ir-Randan isejħilna biex “inxenglu” ġisimna, ħalli hekk niftakru li aħna ħlejjaq, sempliċement li aħna m’aħniex Alla.

Nistgħu biss nibdew il-mixja tagħna ta’ konverżjoni li twassal għall-Għid jekk inħallu jisfidawna d-diffikultajiet u t-tbatijiet ta’ ħutna. Hi mixja li tiġbor fiha s-salib u ċ-ċaħda. Il-Vanġelu tal-lum jurina liema huma l-elementi ta’ din il-mixja spiritwali: it-talb, is-sawm u l-karità (ara Mt. 6:1-6,16-18). It-tlieta li huma jitolbu minna li ma nħallux jiddominana dak li jidher: dak li jiswa, mhux l-apparenza; il-valur tal-ħajja ma jiddipendix mill-approvazzjoni tal-oħrajn jew mis-suċċess, imma minn dak li għandna ġo fina.

L-ewwel element hu t-talb. It-talb hu l-qawwa tan-nisrani u ta’ kull min jemmen. Quddiem tant ġrieħi li qed jagħmlulna d-deni u li jistgħu jwebbsu l-qalb, aħna msejħin nintefgħu fil-baħar tat-talb, li hu l-baħar tal-imħabba bla tarf ta’ Alla, biex niggustaw il-ħlewwa tiegħu. Ir-Randan hu żmien it-talb, talb iżjed mill-qalb, iżjed fit-tul, iżjed regolari.

It-tieni element li jikkaratterizza l-mixja tar-Randan hu s-sawm. Irridu noqogħdu attenti li ma nipprattikawx tip ta’ sawm formali, jew li fil-verità “jaqtgħalna l-għatx” għax iserrħilna l-kuxjenza. Is-sawm jagħmel sens tabilħaqq jekk jheżżeż is-sens ta’ sigurtà li nkunu fih, u anki jekk minnu joħroġ xi ġid għall-oħrajn. Is-sawm jitlob minna l-għażla ta’ ħajja sempliċi, fl-istil tagħha; ħajja li ma taħlix, ħajja li ma “tarmix”. Meta nsumu, inkunu nħarrġu l-qalb fl-essenzjalità u fil-qsim mal-oħrajn. Hu sinjal li aħna konxji u nħossuna responsabbli quddiem l-inġustizzji, il-moħqrija, speċjalment fil-konfront tal-foqra u ċ-ċkejknin, u hu sinjal tal-fiduċja li għandna f’Alla u fil-providenza tiegħu.

It-tielet element, il-karità: din tfisser gratwità, għax fil-karità nagħtu xi ħaġa lil xi ħadd li mingħandu ma nistennew xejn lura. Il-gratwità għandha tkun waħda mill-karatteristiċi tan-nisrani li, għax jaf li kull ma għandu rċivieh b’xejn mingħand Alla, jiġifieri bla ebda mertu tiegħu, jitgħallem jagħti lill-oħrajn b’xejn ukoll.

Bl-istediniet tiegħu għall-konverżjoni, ir-Randan providenzjalment jiġi biex iqajjimna, biex ixengilna min-ngħas tagħna, mir-riskju li nibqgħu mexjin ’il quddiem biss b’mod awtomatiku. Għaliex għandna nerġgħu nduru lejn

Page 38: FRAR 2015 - WordPress.com · 3. Biex kull min iħejji ruħu għas-sagrament taż-żwieġ jagħraf il-ġmiel u r-responsabbilità ta’ din il-vokazzjoni. Dati importanti għax-xahar

38 SIGNUM FIDEI

Alla? Għax hemm xi ħaġa li mhix miexja sew fina, mhix miexja sew fis-soċjetà, fil-Knisja, u għandna bżonn ninbidlu, naqilbu r-rotta. U dan ifisser li għandna bżonn nikkonvertu. B’din il-fiduċja ta’ wlied, ejjew nibdew il-mixja tagħna!

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 16, it-2 parti

In receiving the holy ashes, beg of God that spirit of penance with which you should be animated, and which should accompany and sanctify you fast. For an exterior fast serves little purpose if it does not humble the spirit at the same time as it mortifies the flash. Hence, the effect which the ceremony of the imposition of ashes ought to have on you is to introduce a certain mortification into your general conduct, making you fast, as it were, with the eyes by a great recollection, and separation from all that can distract you; with the tongue by means of exact silence, which will allow you to disengage yourself from creatures in order to attach yourself to God during this holy season; and with the heart by a complete renunciation of vain thoughts, which might distract you and interrupt your communing with God. The fruit of a Christian fast is the mortification of one’s senses and of one’s evil inclinations, and detachment from creatures.

TALBA Mulej Ġesù,

nitolbok, agħtini l-għajnuna, biex ma naħlix dan iż-żmien li huwa żmien ta’ mħabba,

u żmien ta’ ħniena. Huwa żmien li matulu Alla juri lilu nnifsu bħala Missier.

Inti turi lilek nnifsek bħala salvatur u l-Ispirtu s-Santu juri lilu nnifsu bħala n-nar li jikkonsma.

Ħalli ruħi tgawdi din il-grazzja! Nitolbok Mulej.

Bro. Louis

Missierna ...

Page 39: FRAR 2015 - WordPress.com · 3. Biex kull min iħejji ruħu għas-sagrament taż-żwieġ jagħraf il-ġmiel u r-responsabbilità ta’ din il-vokazzjoni. Dati importanti għax-xahar

SIGNUM FIDEI 39

Il-Ħamis, 19 ta’ Frar San Korradu Falconieri – eremit

Ir-Raba’ Dehra tal-Madonna ta’ Lourdes

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Dewteronomju 30: 15-20 Jien illum qgħedt quddiemek il-barka u s-saħta. 2. Salm 1: 1-4, 6 Hieni l-bniedem li jqiegħed fil-Mulej it-tama tiegħu. 3. Luqa 9: 22-25 Min jitlef ħajtu għall-imħabba tiegħi, isalvaha. SAN FLAVJANU - († 449) – patrijarka ta’ Kostantinopli Sar patrijarka ta’ Kostantinopli fis-sena 446. Ikkumbatta bil-qawwa kollha l-

ereżija ta’ Eutyches, għad li dan kien favorit mill-imperatur. U l-Papa San Leone l-Kbir approva l-kundanna ta’ Eutyches.

Imma Flavjanu ġie eżiljat u maħqur mill-għedewwa tant li miet fit-18 ta’ Frar, tas-sena 449. Minħabba f’hekk il-Konċilju ta’ Kalċedonja fis-sena 451, sentejn biss wara mewtu, iddikjarah qaddis u martri.

Kienet l-Imperatriċi Santa Pulkerja li f’dik l-istess sena 451, ittrasportat il-ġisem tiegħu minn Hypepe fil-Lydia fl-Asja Minuri fejn ken miet fil-ħabs, għal Kostantinopli.

Il-festa ta’ dan il-qaddis kienet fit-18 tax-xahar, li ħabat Ras ir-Randan, għalhekk qed nagħmluha llum.

Il-Via Sagra

Il-paġna l-aktar sabiħa tad-devozzjoni tal-Via Sagra kitibha l-Papa Benedittu XIV meta fis-27 ta’ Diċembru tas-sena 1750, b’suġġeriment ta’ San Leonard minn Porto Maurizio, waqqaf fil-Kolossew ta’ Ruma, fejn għadd hekk kbir ta’ martri kienu ġeddu f’ġisimhom il-passjoni ta’ Ġesù, l-14-il stazzjon, b’salib kbir fin-nofs. Kien l-għeluq tal-ġublew tas-sena mqaddsa. Seklu u kwart wara, fl-

1874, nies xewwiexa neħħew mill-Kolossew din l-opra qaddisa. Iżda f’sena mqaddsa oħra, fl-1925, din l-opra qaddisa reġgħet ġiet imġedda. Il-Via Sagra kienet idea tal-qalb imnikkta ta’ Marija, li għaż-żmien kollu li

baqgħet ħajja fid-dinja, kif hi nnifisha qalet lil Santa Briġida, ta’ kuljum kienet tipprattika devozzjoni hekk qaddisa, billi kienet iżżur dawk l-imkejjen li binha Ġesù qaddes bil-pwieni tiegħu. L-iskop l-aktar qawwi ta’ din id-devozzjoni għandu jkun il-gost speċjali li

nagħtu ’l-qalb ta’ Ġesù. Dan nafuh mill-każ ta’ wieħed qaddej t’Alla li meta xtaq ikun jaf liema prattika kienet l-aktar għal qalb Alla, deherlu Ġesù bis-salib fuq spallejh u qallu: “Ibni ma tistax tagħmilli ħaġa li aktar togħġobni milli tgħinni biex inġorr dan is-salib hekk tqil. Agħmel ta’ sikwit il-Via Crucis u tfarraġli qalbi ferm.” (S. Leonardu)

Page 40: FRAR 2015 - WordPress.com · 3. Biex kull min iħejji ruħu għas-sagrament taż-żwieġ jagħraf il-ġmiel u r-responsabbilità ta’ din il-vokazzjoni. Dati importanti għax-xahar

40 SIGNUM FIDEI

Nota: San Leonardu minn Porto Maurizio (1676-1751), Franġiskan Minuri hu magħruf għad-devozzjoni tal-Via Sagra li xerred mal-Italja kollha. Ta’ sikwit kien jagħtiha bħala penitenza. Hu kien iwaqqaf l-istazzjonijiet wara kull missjoni li kien jipprietka. Il-festa tiegħu ssir fis-26 ta’ Novembru. Riflessjoni: Aħna mhux biss irridu nagħrfu kemm Alla jħobbna iżda ngħixu u nwettqu din l-imħabba. Nafu li Alla salvana u fdiena mill-ġdid billi bagħat lil ibnu biex jifdina. Aħna l-insara nifhmu u nemmnu dak li Alla jagħmel għalina biex jurina mħabbtu? Nifhmu u nemmnu l-proċess tal-missier fir-rakkont tal-iben il-ħali, missier li jibqa’ jittama u jistenna li aħna ser nirritornaw lura għandu biex jagħmlilna festa minflok jitfagħna ’l barra? Mitt Minuta mal-Mulej (Pub: Dumnikani) Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 75, silta mit-2 punt

Saint Paul speaks of such people when he says, If I were pleasing people, I would not be a servant of Jesus Christ. If you were of the world, Jesus Christ says, the world would love those who belong to the world, but because you do not belong to the world, for this reason the world hates you. Because it is a necessity, according to Jesus Christ and to Saint Paul, not to please people of the world and even, instead, to be hated by them, you ought to do nothing with the intention of pleasing them. In addition the habits and the views of people of the world are quite different from those you ought to have. So when the thought of human respect crosses your mind, remember the words of Saint Paul: If I were pleasing people, I would not be a servant of Jesus Christ.

TALBA fl-okkażjoni tar-raba’ dehra tal-Madonna f’Lourdes

Qaddisa Vergni Marija, minn fost in-nisa ma twieldet qatt oħra bħalek.

Int il-bint u l-qaddejja tas-sultan il-kbir, l-aktar għoli u tal-missier tas-sema.

Int l-omm tal-Mulej qaddis tagħna Ġesù Kristu. Int l-għarusa tal-Ispirtu s-Santu.

Itlob għalina ma’ San Mikiel Arkanġlu u mal-qawwiet kollha tas-sema

u mal-qaddsin kollha lill-għażiż ibnek l-aktar qaddis,

Mulej u mgħallem tagħna. Glorja lil Missier u lill-Iben

u lill-Ispirtu s-Santu, Kif kien fil-bidu, issa u dejjem. Ammen. San Franġisk t’Assisi

Missierna ...

Page 41: FRAR 2015 - WordPress.com · 3. Biex kull min iħejji ruħu għas-sagrament taż-żwieġ jagħraf il-ġmiel u r-responsabbilità ta’ din il-vokazzjoni. Dati importanti għax-xahar

SIGNUM FIDEI 41

Il-Ġimgħa, 20 ta’ Frar Konsagrazzjoni tal-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt

Il-Beati Franġisku u Ġjaċinta Marto Il-Ħames Dehra ta’ Lourdes

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Iżaija 58: 1-9a Jaqaw jien jogħġobni sawm bħal dan? 2. Salm 50: 3-6a,18-19 Qalb maqsuma u sogħbiena ma twarrabhiex, o Alla. 3. Mattew 9: 14-15 Meta l-għarus jeħduhulhom minn magħhom, imbagħad isumu. KONSAGRAZZJONI TAL-KONKATIDRAL TA’ SAN ĠWANN, il-Belt Valletta. Il-konkatedral ta’ San Ġwann inbena mill-Gran Mastru La Cassière bi flusu. Dan it-tempju kellu jservi ta’ knisja konventwali tal-Ordni ta’ San Ġwann. Ix-xogħol inbeda fit-22 ta’ Novembru 1573, u dam sejjer sa Lulju 1577. B’kollox dam jinbena erba’ snin u nbena fuq pjanta tal-arkitett Ġlormu Cassar. Tbierek sollennement fl-20 ta’ Frar 1578 minn Mons. Ludovico de Torres, arċisqof ta’ Monreale fi Sqallija.

Lourdes, il-5 dehra - Il-Ġimgħa, 20 ta’ Frar, 1858 Kien hemm tletin ruħ preżenti għal din id-dehra. Meta telqu mill-grotta biex jerġgħu lura lejn ir-raħal in-nies ħassewhom imbellhin, mistagħġbin u emozzjonati. Bdew iħossu ferħ inspegabbli u paċi profonda, kollu kien dovut għal li ġara fil-grotta fqajra. Dun Pene, il-kappillan tar-raħal, staqsa lil Bernardetta dwar il-ferħ li hija tħoss kull meta tmur il-grotta. Hija wieġbet: “Meta naraha nħoss li m’għadnix iżjed f’din id-dinja. Meta hija tisparixxi nibqa’ mistagħġba meta nsib li jien għadni hawn.” Il-Madonna kienet qed tidher lil Bernardetta kważi kuljum għal 15-il jum sħaħ. Tul dawn il-ħmistax irrepetitilha biex titlob għall-midinbin, tgħid lis-saċerdoti jibnu kappella f’dawk l-inħawi, qaltilha tmur tinħasel fin-nixxiegħa u tagħatha s-sigrieti. Riflessjoni: L-imħabba vera lejn Alla mhix xi sentiment li jinħass. Hija li nifhem, bl-intelliġenza tiegħi, li lil Alla għandi nagħtih kollox għax kollox hu tiegħu bi dritt. Għandu jkolli persważjoni qawwija li lilu jistħoqqlu li naqdih mill-aħjar nett li nista’. Jekk nifhem dan sewwa, Alla l-Imbierek joffrili wkoll il-qawwa li nagħmel dak li hu sewwa u ta’ ġid anki meta s-sentimenti, burijiet u xewqat tiegħu jkunu jridu xort’oħra.

Fr. Anthony J. Paone S.J., Ħobżna ta’ Kuljum, It-Tielet Parti, kap. 79

Page 42: FRAR 2015 - WordPress.com · 3. Biex kull min iħejji ruħu għas-sagrament taż-żwieġ jagħraf il-ġmiel u r-responsabbilità ta’ din il-vokazzjoni. Dati importanti għax-xahar

42 SIGNUM FIDEI

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 4, silta mill-1 punt

We too ought to be able to say the same thing as David, because we need penance no less than he did if we wish to draw Jesus Christ to us. This is why, as the Gloss says, each of you must expiate the sins of your past by penance, so that you may once again draw near to the salvation you have lost and recover the facility of returning to God, from whom you have strayed. This is why God declared, by one of the Prophets, be converted to me by fasting, weeping, and mourning. For they are the surest means of finding God when we have lost him, the means that contribute most to obtaining for us that purity of heart which David so ardently begged from the Lord. It was also with this in mind that he asked God, Wash me yet more from my iniquities, and purify me from my sins. This penitent king was fully persuaded that the stains of a sinful soul will not be washed away except by the tears that flow from a humble and contrite heart. Let us frequently beg God for the grace to cleanse ourselves so perfectly that no trace of our sins will remain, and on our part, let us contribute to this by the penance we perform for our sins.

TALBA lil Ġesù msallab

O Ġesu’ maħbub tiegħi, mixħut għarkupptejja quddiemek,

nitolbok bl-akbar ħrara li tnissel f’qalbi, twemmin, tama u mħabba l-aktar qawwija,

kif ukoll indiema kbira ta’ dnubieti, u fehma sħiħa li ma nerġax noffendik;

filwaqt li jiena, bl-imħabba u bil-ħniena kollha, sejjer naħseb fuq il-ħames pjagi tiegħek,

b’dak il-kliem quddiem għajnejja, li qal fuqek il-profeta David :

‘Nifduli idejja u riġlejja: għaddewli l-għadam tiegħi kollu’.

Missierna ...

Page 43: FRAR 2015 - WordPress.com · 3. Biex kull min iħejji ruħu għas-sagrament taż-żwieġ jagħraf il-ġmiel u r-responsabbilità ta’ din il-vokazzjoni. Dati importanti għax-xahar

SIGNUM FIDEI 43

Is-Sibt, 21ta’ Frar San Pietru Damjan - isqof u duttur tal-Knisja

San Robertu Southwell - ġiżwita Is-Sitt Dehra ta’ Lourdes

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Iżaija 58: 9b-14 Jekk int qalbek toħroġ għall-imġewwaħ, imbagħad id-dawl tiegħek ifiġġ fid-dlam. 2. Salm 85 : 1-6 Urini, Mulej, triqatek. 3. Luqa 5: 27-32 Jien mhux lill-ġusti ġejt insejjaħ, iżda lill-midinbin għall- indiema. SAN ROBERTU SOUTHWELL (1561 - 1595) - ġiżwita Robert Southwell twieled f’Norfolk l-Ingilterra fl-1561, minn familja nobbli.

Kien l-iżgħar minn tmien ulied. Minħabba l-persekuzzjoni kontra l-kattoliċi, bħala kattoliku kellu jmur jistudja fi

Franza. L-ewwel fi skola f’Douai u wara f’Pariġi, immexxija mill-Ġiżwiti. Ta’ 16-il sena wera x-xewqa li jidħol mal-kumpanija ta’ Ġesù, però billi kien

għadu ta’ età żgħira ma ġiex aċċettat. Kien ta’ karattru sod, għalhekk ma qatax qalbu. Irħielha jimxi minn Pariġi għal Ruma u hemm ingħaqad mal-Ġiżwiti fl-1578.

Ġie ordnat fl-1584, mar f’kulleġġ tas-saċerdoti f’Ruma stess u għal sentejn kompla t-taħriġ tiegħu biex ikun jista’ jmur missjunarju f’pajjiżu, l-Ingilterra.

Wara sentejn talab hu stess li jitħalla jmur minnufih. Mar joqgħod Londra u kien jaħdem mal-familji t’hemmhekk. L-awtoritajiet indunaw mill-ewwel u għal sitt snin sħaħ żammewlu l-għassa. Għad li kien Londra, klandestinament kien idur l-Ingilterra kollha jipprietka. Kien jitħallat mal-protestanti, taħt il-kunjom ta’ Cotton u jżomm konverżazzjonijiet sħaħ fuq l-interessi komuni tagħhom.

Robertu kien ukoll kittieb u poeta tajjeb ħafna. Kien isib ħin itella’ diversi xogħlijiet ta’ proża u ta’ poeżija minn żmien għal żmien.

Wara sitt snin ġie arrestat u ttorturat kemm-il darba. Però hu żamm sħiħ. Dam għal tliet snin. F’dan iż-żmien Southwell kiteb l-isbaħ xogħlijiet tiegħu, li ħafna minnhom ġew ippublikati meta kien għadu ħaj hu stess, taħt isem falz.

Imbagħad fl-1595, tressaq quddiem il-qorti u għadda proċess ġudizzjarju fittizzju u ġie mixli li kien traditur. Ġie mgħallaq f’Tyburn, fil-21 ta’ Frar tal-1595.

Fl-1970, il-Papa Pawlu VI, ikkanonizzah, ma’ 40 martri ieħor tal-Ingilterra u Wales.

Wara mewtu ġew ippublikati ħafna mill-kitbiet tiegħu.

Page 44: FRAR 2015 - WordPress.com · 3. Biex kull min iħejji ruħu għas-sagrament taż-żwieġ jagħraf il-ġmiel u r-responsabbilità ta’ din il-vokazzjoni. Dati importanti għax-xahar

44 SIGNUM FIDEI

Riflessjoni mill-Imitazzjoni ta’ Kristu, l-Ewwel Ktieb, kap. 12: Kemm hi kbira d-debbulizza tal-bniedem! Kemm hu miġbud għall-vizzji! Illum tqerr dnubietek, u għada terġa’ taqa’ filli tkun qerrejt. Issa twaħħal f’moħħok li ma għandekx tagħmel dik il-ħaġa, wara siegħa tagħmilha bħallikieku mhux int kont għamilt proponiment. Għandna mela għax numiljaw rwieħna: għandna għax inżommu ruħna bi ċkejknin: kollox jiksirna, u ma’ kull riħ induru. U iżjed; ġid li nkunu għamilna f’ruħna b’tant tbatija bil-għajnuna t’Alla, nitilfu f’daqqa ta’ għajn, minħabba fli nintelqu u nitgħażżnu. Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 25, it-2 punt

The tender love that Jesus Christ has for sinners not only inspired him with this willingness to suffer and to die for us but also made him conceive a great desire to do so. This made him say, longing for the destruction of sin, I have come to bring fire upon the earth, and what do I desire except that it be kindled? But as he saw that this fire of God’s love could not exist in us except through the destruction of sin and because sin could only be destroyed by his suffering and death, he added, speaking of his death, I have a baptism with which I am to be baptized; Oh, how I long that it be accomplished!3 By these words he indicated how great was the anguish he experienced because this plan for his death, which was to be so very advantageous to all people, was taking so long to be accomplished, for this delay also delayed their salvation. Are you not ashamed that Jesus Christ had such a great desire for your salvation and still desires it so strongly today, while you correspond so little to his ardent desire?

TALBA

O Alla li taħfer, int bgħatt lil ibnek il-waħdieni

biex jgħix u jmut fostna, biex jeħlisna mill-jasar, mid-dnub u l-mewt.

Aħfer fejn aħna ma naħfrux, fejjaq fejn aħna mhux kapaċi nfejqu. Agħmel li nkunu umli u ta’ qalb tajba

u soda fl-ispirtu, bi Kristu Sidna,

Ammen.

Missierna ...

Page 45: FRAR 2015 - WordPress.com · 3. Biex kull min iħejji ruħu għas-sagrament taż-żwieġ jagħraf il-ġmiel u r-responsabbilità ta’ din il-vokazzjoni. Dati importanti għax-xahar

SIGNUM FIDEI 45

Il-Ħadd, 22 ta’ Frar L-Ewwel Ħadd tar-Randan

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Ġenesi 9: 8-15 Alla jeħles lil Noé mid-dulluvju u jagħmel patt miegħu. 2. Salm 24: 4-9 Il-mogħdijiet tal-Mulej, kollhom tjieba u fedeltà. 3. 1Pietru 3: 18-22 L-ilma tal-magħmudija jsalva lilkom ukoll. 4. Mark 1: 12-15 Kien imġarrab mix-xitan, u l-anġli kienu jaqduh. Riflessjoni fuq il-Vanġelu:

Ir-rakkont ta’ Mark dwar it-tentazzjonijiet ta’ Ġesu hu qasir u jgħammixna bħal kieku kien xi flash tar-ritratti, imma jekk ngħaqqduh mal-episodju tal-magħmudija jsir għani ħafna fid-dettalji:

Id-deżert, l-erbgħin jum, il-bhejjem, l-anġli, x-xmara, l-ħamiema, l-leħen mis-sema, kollha huma sinjali tal-ħajja; bċejjeċ ta’ storja, eku ta’ ġrajjiet imbiegħda li jeħduna lura sal-bidu tad-dinja u tal-bniedem.

Fil-fatt, Mark, f’Ġesu li jgħix fis-solitudni qalb il-bhejjem tad-deżert, jindikalna lil Adam li kien jgħix qalb l-annimali fil-paċi tan-natura, l-ilma tal-Ġordan u l-ħamiema, jfakkruna fid-dulluvju u l-patt ta’ Alla mal-umanita li salvat. L-erbgħin jum ifakkruna fit-tbatija tal-poplu t’Alla imjassar bit-tbatija u tentazzjonijiet imma mwieżen mill-grazzja t’Alla fil-mixja tiegħu lejn l-art imwiegħda. Fi kliem ieħor donnu Mark irid jerġa’, simbolikament, jgħaddi lil Ġesu mill-istorja tad-dinja mill-bidu nett sat-tmiem li Ġesu jħabbar li s-Saltna t’Alla waslet, u bil-magħmudija jinżel fil-kundizzjoni umana tagħna u jissottometti ruħu għall-prova tat-tentazzjoni.

Imqanqal mill-Ispirtu li hu l-istess Imħabba t’Alla, Ġesu jaċċetta li jidħol għalina u magħna fid-deżerti tal-istorja tagħna u jimxi l-ġrajjiet storiċi, pass pass magħna u minn żmien għall-ieħor isir Adam, Noe, Mose u l-poplu ta Iżrael, jien, int u kull bniedem fid-dinja; isir il-passat ta’ kulħadd, il-preżent ta’ kull wieħed; jagħmel storja universali u ħajja personali; sperimentata fih innifsu dak li l-bniedem joħlom li hu u dak li hu fir-rejalta: eroj u viljakk, virtu u dnub, holm u certezzi, dawl u dlam...B’dan il-mod, bejn Alla u l-bniedem isir tpartit tal-għaġeb: l-Adam midneb li aħna aħna, idaħħal lil dak li hu l-istess sema fl-art; fid-deżert tat-tentazzjonijiet tiegħu; qalb il-bhejjem tad-dnubiet tiegħu lil dak li l-anġli jikkontemplawlu ‘l wiċċu; id-dawl mhux maħluq jesperimenta d-dlamijiet tagħna; lill-Għerf infinit tingħata l-injoranza tagħna; dak li jista’ kollox iġarrab id-dgħjufija tagħna, u il-Qawwi iġarrab it-telfa tagħna; il-ħtijiet tagħna jitgħabbew fuq l-innoċenti, u l-uġigħ tagħna fuq dak li hu bejatitudni perfetta.

Dan it-tpartit jippermetti lil Alla li jidħol fil-qalb marida tad-dinja biex permezz ta’ Ġesu jġib mhux biss l-imħabba assoluta imma l-ħniena tiegħu infinita kif ukoll l-

Page 46: FRAR 2015 - WordPress.com · 3. Biex kull min iħejji ruħu għas-sagrament taż-żwieġ jagħraf il-ġmiel u r-responsabbilità ta’ din il-vokazzjoni. Dati importanti għax-xahar

46 SIGNUM FIDEI

ubbidjenza bla kundizzjoni ta’ Ġesu, il-bniedem il-ġdid, li l-bniedem il-qadim tilef bi ħtijietu. Fil-fatt, meta’ Adam ċeda għat-tentazzjoni bidel il-ġenna f’deżert, Ġesu min-naħa l-oħra bir-rebħa fuq l-attakk tax-xitan jerġa’ jagħtina l-possibilita li nibdlu d-deżerti ta’ ħajjitna f’ġenna fejn il-bhejjem isiru anġli li Alla jibgħat b’servizz għal bniedem.

Għalhekk Ġesu jħabbar li fl-aħħar beda żmien ġdid, li s-Saltna t’Alla waslet fostna: din l-aħbar tajba hi preżenti fostna: din l-aħbar tajba tiżgurana li anke f’dinja diffiċli u kkumplikata bħal tagħna jeżistu itinerarju u skop ċerti. Din it-tħabbira qawwija tippermetti t-tama anke fl-iktar sitwazzjonijiet koroh ta’ vjolenza u persekuzzjoni li sal-lum naraw kontra d-dixxipli ta’ Ġesu.

Jekk l-affarijiet huma hekk, ma nistgħux inħarsu lejn ir-Randan bħala żmien ta’ penitenza, ċaħda u gdiedem. Veru li nitfgħu l-irmied fuq rasna, għax mimlija ħażen u uġigħ, imma Alla nefaħ fina l-Ispirtu li joħloq fina ħajja ġdida u ferħ li ma jintemmx. Is-sawm mill-ikel li l-Knisja tistedinna nagħmlu, mhuwiex biss iċ-ċaħda mill-ikel imma mezz tajjeb ‘l fuq minna nfusna li jwassalna għal-liberazzjoni li l-Mulej isejjħilna għaliha. U jekk f’dan iż-żmien aħna msejħin nidħlu fid-deżert tas-silenzju, tas-smigħ u tat-talb hu sabiex nerġgħu niskopru fil-ġewwieni tagħna, fuq wiċċna sfigurat bil-ħtija, d-dinjita immensa ta’ ulied Alla.

Il-qsim tal-ġid tagħna mal-fqar mhuwiex telfa, imma rivelazzjoni tal-wiċċ glorjuż tal-Mulej f’dak tal-iżgħar fost l-aħwa, biex niskopru li l-karita mhux biss toħloq l-għaqda imma tiggarantixxi wkoll il-ħlas.

Minn “La Realta e` Cristo”, Don Davide Rota Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: What ought to induce a soul truly given to God to be always ready to meet temptation is what Job says: human life is a temptation or, according to the Vulgate, a constant warfare. From this we may conclude that if God wishes a soul to be tempted in this world, it is because there is a need to struggle constantly against the demon and our own passions and inclinations, which will continue to wage war as long as the soul will be in this life. This led Saint Jerome to say that it is impossible for our soul to escape temptation in this life, that if Jesus Christ, our Savior, was tempted, no one can hope to cross the stormy sea of this life without being exercised by temptation. Have you been expecting to battle constantly with the demon and against you? Since you left the world, have you been as constantly on your guard against you as you must be? Do you have what you need to resist the demon and not to surrender to the pleasures of the senses? Be convinced that it is a great misfortune not to experience, any temptation, because this is a sign that we are not victorious in any way and that we are allowing ourselves to be easily conquered by our passions.

Page 47: FRAR 2015 - WordPress.com · 3. Biex kull min iħejji ruħu għas-sagrament taż-żwieġ jagħraf il-ġmiel u r-responsabbilità ta’ din il-vokazzjoni. Dati importanti għax-xahar

SIGNUM FIDEI 47

TALBA O Mulej Alla tagħna,

inti li tieħu ħsieb il-bżonnijiet tagħna u mhux dak li rridu, agħtina f’dan ir-Randan imqaddes,

il-grazzja li aħna nafdaw fik u f’dak li int tixtiqilna,

u mhux f’dak li nixtiequ aħna. Nadfilna qalbna minn kull ħażen,

biex aħna nkunu nistgħu nħarsu ’l quddiem bil-ferħ għall-Glorja tal-Għid,

bi Kristu Sidna, Ammen.

Missierna ...

It-Tnejn, 23 ta’ Frar San Polikarpu – isqof u martri

Is-Seba’ Dehra ta’ Lourdes

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Levitiku 19: 1,2,11-18 Agħmel ħaqq mill-proxxmu tiegħek fis-sewwa. 2. Salm 18: 8-10,15 Il-kliem tiegħek Mulej huwa spirtu u ħajja. 3. Mattew 25: 31-46 Kulma għamiltu ma’ wieħed mill-iżgħar fost dawn ħuti, għamiltuh miegħi.

SAN POLIKARPU – (c. 59-c.166) - isqof u martri L-atti awtentiċi ta’ dan il-martri famuż kienu miktuba mill-Knisja ta’ Smirni u

huma dokument importanti fl-istorja tal-knisja tal-bidu. Polikarpu ħaddan it-twemmin nisrani meta kien għadu żagħżugħ ħafna u sar

dixxiplu ta’ San Ġwann l-Evanġelista, li wkoll ħatru isqof ta’ Smirni. Polikarpu mexxa l-Knisja ta’ Smirni għal 70 sena, u fost id-dixxipli tiegħu

nsibu lil San Irenew u lill-kittieb Papija. San Irenew ħalla miktub li San Polikarpu kien jaf personalment lil San Ġwann u lill-oħrajn li kienu raw lill-Mulej.

Għall-ħabta tal-158, San Polikarpu mar Ruma biex jikkonsulta ruħu mal-Papa San Aniċetu dwar id-data taċ-ċelebrazzjoni tal-Għid il-Kbir billi l-Knejjes tal-Lvant u dawk tal-Punent kienu jiċċelebrawh f’dati differenti. Ġie miftiehem li t-tnejn setgħu jimxu fuq l-użanzi tagħhom.

Taħt l-Imperaturi Lucius Virus u Marcus Aurelius, il-qaddis kien arrestat u meħud quddiem il-prokonslu. Meta ġie mitlub jiċħad lil Kristu, huwa wieġeb: “Jiena qdejt lil Ġesù għal sitta u tmenin sena u hu qatt ma għamilli tort; kif,

Page 48: FRAR 2015 - WordPress.com · 3. Biex kull min iħejji ruħu għas-sagrament taż-żwieġ jagħraf il-ġmiel u r-responsabbilità ta’ din il-vokazzjoni. Dati importanti għax-xahar

48 SIGNUM FIDEI

mela, nista’ neħodha kontra s-sultan tiegħi li salvani?” Talli ma riedx jiċħad lil Kristu, hu kien ikkundannat għall-mewt billi kien mitfugħ fin-nar.

L-awturi tal-atti tiegħu, li jgħidu li kienu xhieda ta’ dak li kitbu, jsemmu l-fatt li l-fjammi tan-nar ma messewhx, imma ffurmaw bħal arkata fuq rasu. Minħabba f’hekk Polikarpu kien maqtul bix-xabla.

Il-mewt tiegħu ġrat fit-23 ta’ Frar, għall-ħabta tas-sena 166. Ġismu ġie maħruq, imma xi għadam tiegħu nġabar b’devozzjoni mill-insara u llum jinsab ppreservat fil-knisja ta’ San Ambrogio in Massimo, f’Ruma.

San Polikarpu hu wieħed mill-Padri Appostoliċi. Ir-rakkont tal-martirju tiegħu, l-ittra tiegħu lill-Filippin u l-ittra li San Injazju ta’ Antjokja kitiblu, huma fost l-aktar dokumenti prezzjużi tal-knisja bikrija.

Riflessjoni: Kliem San Polikarpu “Missier ... jien inbierkek, talli ħaqqni din il-ġurnata u din is-siegħa.” “Żommu sodi, mela f’din l-imġiba u imxu fuq l-eżempju tal-Mulej, ‘sodi fil-fidi u

ma ninbidlux, ninħabbu bħal aħwa, inħobbu lil xulxin, magħqudin fil-verità’, ngħinu lil xulxin bil-ħlewwa bħall-Mulej u ma nobogħdu ’l-ebda bniedem.”

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 205, silta mill-1 punt

You cooperate with God in his work, says Saint Paul, and the souls of the children whom you teach are the field that God cultivates through you. Because he is the One who has given you the ministry you exercise, when all of you appear before the judgment seat of Jesus Christ, each will give his own account to God of what he has done as a minister of God and as a dispenser of his mysteries for children. Jesus Christ, having been appointed by God to be your judge, will say to you, as the owner said to his manager, Give me an account of your administration. He will then look into the very depths of your heart to examine whether you have been faithful managers of the wealth he has entrusted to you and the talents he has given you to work in his service. The good or the bad use you have made of these gifts will then become clear, for the Lord, who judges you, will unveil what is most hidden and most secret in the depths of your heart.

TALBA Alla tal-ħolqien kollu,

li għoġbok tagħti lill-Isqof San Polikarpu post qalb il-martri,

agħtina li bl-interċezzjoni tiegħu li waqt li naqsmu miegħu fil-kalċi ta’ Kristu,

aħna nqumu għall-ħajja eterna bl-għajnuna tal-Ispirtu s-Santu.

Bi Kristu sidna ibnek, li jgħix u jsaltan flimkien mal-Ispirtu s-Santu, Alla wieħed għal dejjem ta’ dejjem. Ammen

(Kolletta)

Missierna ...

Page 49: FRAR 2015 - WordPress.com · 3. Biex kull min iħejji ruħu għas-sagrament taż-żwieġ jagħraf il-ġmiel u r-responsabbilità ta’ din il-vokazzjoni. Dati importanti għax-xahar

SIGNUM FIDEI 49

It-Tlieta, 24 ta’ Frar It-Tmien Dehra ta’ Lourdes

San Ethelbert - re

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Iżaija 55: 10-11 Kelmti tagħmel dak li jogħġob lili. 2. Salm 33: 4-7.16-19 Il-Mulej jeħles il-ġusti mid-dwejjaq kollha tagħhom. 3. Mattew 6: 7-15 Mela itolbu hekk. SAN ETELBERTU (†616) - re ta’ Kent Kien madwar is-sena 560. Iżżewweġ lil Berta bin ir-re Franċiż Charibert, li din kienet nisranija. Kien hu li fis-sena 597, laqa’ tajjeb lill-missjunarji Benedittini, Santu Wistin u sħabu, u tahom is-setgħa li jipprietkaw il-Vanġelu kemm iridu. San Beda l-Venerabbli jirrakonta kif Ethelbert tgħammed f’Għid il-Ħamsin ta’ dik l-istess sena. Għad li ma sforza lil ħadd isir nisrani bilfors, kienu ħafna mis-sudditi tiegħu li saru nsara fis-saltna tiegħu, li kienet tikkomprendi l-parti kbira tal-Ingilterra. Kien il-fundatur tal-katidrali ta’ Canterbury. Dan l-ewwel re nisrani Ingliż miet fis-sena 616, u ġie midfun fl-abbazija ta’ San Pietru u San Pawl ta’ Cantebury maġenb Santu Wistin, l-ewwel arċisqof ta’ dik il-Belt.

Lourdes, it-8 dehra - It-Tlieta, 23 ta’ Frar, 1858

Nhar it-Tlieta, 23 ta’ Frar, kmieni kmieni, Bernardette marret fl-għar u ppreżentat ruħha fil-post fejn is-soltu toqgħod waqt id-dehra li din id-darba damet aktar minn siegħa. Is-Sinjura qaltilha: “Irrid nafdalek sigriet. Żommu għalik. Twegħedni li ma turi bih lil ħadd?”

Bernardette wieġbet: “Iva”, u l-Madonna qaltilha kliem li kelllu jinżamm sigriet u għalhekk ħadd ma jaf fiex kien jikkonsisti.

Waqt din id-dehra, f’ċerti mumenti, fuq wiċċ Bernardette ġiet bixra ta’ swied il-qalb. Imbagħad rawha titkaxkar għarkupptejha fl-art u tidħol aktar ’il ġewwa fil-qiegħ tal-għar. Hemmhekk hija bieset l-art għal tliet darbiet. Meta ħarġet mill-għar u resqet lejn in-nies li xtaqu jafu xi ħaġa dwar dik l-esperjenza tagħha, bid-dmugħ f’għajnejha qaltilhom: “Penitenza, penitenza, penitenza! Is-Sinjura riditni nbus l-art u qaltli, “itlobu għall-konverżjoni tal-midinbin.”

Riflessjoni: F’kull ma tagħmel int, Missier, aħna ninsabu minquxin fuq il-keffa ta’ jdejk: għalhekk, int qatt ma tinsa ’l ħadd. U għalhekk kull wieħed minna jista’ tassew jgħidlek ‘Missieri!’ dan jagħmilna aħwa. Qrib xulxin għaliex imħarsa mill-istess ferħ u l-istess niket, għax ninsabu f’idejn l-istess missier-omm ta’ ħlewwa u ħniena. Hija

Page 50: FRAR 2015 - WordPress.com · 3. Biex kull min iħejji ruħu għas-sagrament taż-żwieġ jagħraf il-ġmiel u r-responsabbilità ta’ din il-vokazzjoni. Dati importanti għax-xahar

50 SIGNUM FIDEI

l-imħabba tiegħek personali għal kull wieħed li tagħmel minna l-familja tiegħek, il-poplu ta’ mħabbtek milqugħa u mogħtija. Bruno Forte, Pater Ave Gloria (Pub.: RuĦ) Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle:

‘Explanation of the method of interior prayer’

Interior prayer is called an inner activity, because the soul occupies itself there in with what is proper to it in this life, which is to know and to love God (cf. John 17:3; Luke 10:27–28), and to take all the means needed to achieve both these ends. But the principal activity of the soul in prayer that is truly interior is to fill itself and to unite itself interiorly with God, (cf. Eph 3:19) which through a lively faith is for the soul a sort of apprenticeship and foretaste of what the soul should do in reality for all eternity. It is for this reason that interior prayer is called an inner activity in which the soul applies itself to God.

TALBA Lilek, Alla ta’ dejjem,

l-aktar għoli, tista’ kollox u tajjeb, kull wieħed jista’ jgħidlek b’fiduċja sħiħa:

Missier, jien nintelaq f’idejk. Agħmel bija li jogħġbok.

Għal kull ħaġa li tagħmel bija, inroddlok ħajr. Ninsab lest għal kollox, nilqa’ kollox,

sakemm ir-rieda tiegħek isseħħ fija u fil-ħlejjaq kollha tiegħek: ma rrid xejn aktar, Alla tiegħi.

Inqiegħed lil ruħi f’idejk, nagħtihielek, Alla tiegħi, bl-imħabba kollha ta’ qalbi, għax jiena nħobbok

u għalija hi ħtieġa ta’ mħabba li ningħata u nqiegħed lili nnifsi f’idejk bla ebda qies,

b’fiduċja bla tmiem, għax int Missieri. Beatu Charles de Foucauld

Missierna ...

Page 51: FRAR 2015 - WordPress.com · 3. Biex kull min iħejji ruħu għas-sagrament taż-żwieġ jagħraf il-ġmiel u r-responsabbilità ta’ din il-vokazzjoni. Dati importanti għax-xahar

SIGNUM FIDEI 51

L-Erbgħa, ta’ 25 Frar Beata Adeodata Pisani – verġni u reliġjuża

San Alwiġ Versiglia – isqof, u San Kallistu Caravario – presbiteru u martri Beatu Sebastjan minn Aparicio - reliġjuż San Tarasju - patrijarka ta’ Kostantinopli

Id-Disa’ Dehra ta’ Lourdes

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Ġona 3: 1-10 In-nies ta’ Ninwè reġgħu lura minn triqthom il-ħażina. 2. Salm 50: 3,4,12,13,18,19 Qalb maqsuma u sogħbiena ma twarrabhiex, o Alla. 3. Luqa 11: 29-32 Ebda sinjal ma jingħata lil dan in-nisel ħlief is-sinjal ta’ Ġona. MARIJA ADEODATA PISANI (1806 - 1855) IL-Beata Marija Adeodata Pisani twieldet f’Napli fid-29 ta’ Diċembru 1806, u

ngħatat l-isem ta’ Marija Tereża. Missierha kien mogħti għax-xorb u l-ġenituri ta’ Marija Tereża kellhom

jisseparaw meta t-tifla kienet għadha tarbija. Omm missierha rabbietha fl-għożża iżda meta mietet, Marija Tereża kellha biss 10 snin.

Marija Tereża ntbagħtet f’kulleġġ tal-bniet f’Napli sakemm għalqet 17-il sena. Sentejn wara, ġiet Malta għal kollox flimkien ma’ ommha u marru joqogħdu r-

Rabat. Marija Tereża daħlet fil-monasteru ta’ San Pietru fl-Imdina nhar il-festa tal-

Madonna tal-Karmnu fis-16 ta’ Lulju 1828 meta kellha 22 sena. Hawn ingħatat l-isem ta’ Marija Adeodata u fit-8 ta’ Marzu 1830 hi għamlet il-professjoni reliġjuża solenni.

Fiż-żmien li għexet bejn l-erba’ ħitan tal-monasteru hi ngħatat diversi karigi. Ġiet eletta badessa fl-1851 u fis-sentejn li għamlet tmexxi l-monasteru hija

saħħet ir-riforma tal-ħajja komunitarja b’aktar osservanza lejn ir-regoli monastiċi.

Sakemm kien possibli għaliha bħala soru tal-klawsura, dak li setgħet tiddisponi minnu qassmitu lill-foqra li kienu jħabbtu l-bieb tal-monasteru. Hija spikkat fit-talb u s-sagrifiċċju u dejjem fittxet il-ħajja ta’ perfezzjoni. Marija Adeodata mietet fil-25 ta’ Frar 1855 fl-età ta’ tmienja u erbgħin sena.

Ġiet ibbeatifikata fid-9 ta’ Mejju 2001 mill-Papa San Ġwanni Pawlu II, f’Malta, flimkien ma’ San Ġorġ Preca u l-Beatu Nazju Falzon.

Page 52: FRAR 2015 - WordPress.com · 3. Biex kull min iħejji ruħu għas-sagrament taż-żwieġ jagħraf il-ġmiel u r-responsabbilità ta’ din il-vokazzjoni. Dati importanti għax-xahar

52 SIGNUM FIDEI

Riflessjoni: ... kif int magħmul, Ġona? Argumentattiv, rasek iebsa, vittma aktar milli eroj, dejjem kontra l-kurrent, segwejt ’il Alla kontra qalbek, ikkonvertejt lil ħaddieħor minkejja li ma ridtx, iddejjaqt bis-suċċessi tiegħek stess ... Għandna raġun ma nistgħux nifhmuk xejn. Terġa’ u tgħid, imbagħad, Ġesù għażel il-ġrajjiet tiegħek bħala sinjal, l-uniku sinjal, li jakkreditah f’għajnejn il-ġenerazzjoni tiegħu! (Mt. 12:38-42; 16:1-4; Lq. 11: 29-32) Int kont involut sew fil-ġrajjiet strambi tiegħek, f’dik l-atmosfera meraviljuża li fiha Alla wera l-umoriżmu kbir tiegħu. Inti tgħallimna kemm hu iebes li noħorġu mill-partikolariżmu tagħna, li niftħu l-orizzonti tal-ideat tagħna, li skont aħna huma ċari ħafna u bilanċjati. Kardinal Roger Etchegaray, Nimbotta ’l quddiem bħal ħmar ... Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 5, silta mill-1 punt

Saint Simeon, after blessing Jesus’ father and mother in the Temple, told Mary, his mother, that this Child had come for the fall and for the resurrection of many in Israel. Many would profit by his death, while many others, lacking fidelity to the grace that the Redeemer would merit for them, would make of this very grace the occasion of their damnation. This saintly old man then added that Jesus Christ would be a sign of contradiction for all people. Indeed, there were many who contradicted his conduct during his life. Even among Christians there are still many who every day contradict his teaching and his maxims. Some show little respect for the decisions of the Church. Others, at times, presume to argue about predestination and grace—topics on which those who are not learned must never utter a single word, because these matters are beyond their understanding. If someone raises such subjects with you, your reply ought simply to be a general statement, I believe what the Church believes.

TALBA GĦALL-VOKAZZJONIJIET

O Alla, int għażilt lil San Ġwann Battista De La Salle biex jagħti edukazzjoni nisranija

lit-tfal u liż-żgħażagħ; qajjem fil-knisja tiegħek

Brothers u għalliema, nisa u rġiel li jingħataw b’qalbhom kollha biex

jedukaw lit-tfal u liż-żgħażagħ, sew bħala bnedmin u sew bħala nsara.

B’ibnek Ġesù Kristu Sidna, li hu Alla u miegħek jgħix u jsaltan

flimkien mal-Ispirtu s-Santu, għal dejjem ta’ dejjem,

Ammen.

Missierna ...

Page 53: FRAR 2015 - WordPress.com · 3. Biex kull min iħejji ruħu għas-sagrament taż-żwieġ jagħraf il-ġmiel u r-responsabbilità ta’ din il-vokazzjoni. Dati importanti għax-xahar

SIGNUM FIDEI 53

Il-Ħamis, 26 ta’ Frar Sant’Anna Line – martri

Santa Marija Bertilla Boscardin

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Ester 4: 17 Jiena waħdi u ma għandi lil ħadd ħliefek, Mulej. 2. Salm 137: 1-3,7ċ-8 Meta sejjaħtlek, int weġibtni. 3. Mattew 7: 7-12 Kull min jitlob, jaqla’.

SANTA ANNA LINE (c. 1565 - † 1601) - martri Din hija waħda mill-40 martri Ingliżi li l-Beatu Papa Pawlu VI kkanonizza

flimkien fl-1970. Hi u żewġha huma eżempju erojku ta’ dedikazzjoni minn lajċi fi żmien ta’ persekuzzjoni.

Anna née Heigham kienet bint ġenituri kalvinisti akkaniti; ikkonvertiet għar-reliġjon Kattolika flimkien ma’ ħuha meta kien għad ma kellhiex 20 sena. Minħabba f’hekk it-tnejn kienu maqtugħin mill-wirt.

Fl-1585, meta hi kellha dsatax-il sena, iżżewġet lil Roger Line, ikkonvertit tal-età tagħha li malajr ġie arrestat għax kien imur għall-quddies. Huwa wkoll kien ġie maqtugħ mill-wirt u miet fl-eżilju fil-Fjandra fl-1594.

Anna sabet ruħha f’faqar kbir u bdiet tieħu ħsieb dar kbira f’Londra, li Fr. John Gerard, Ġiżwita, kien fetaħ biex jilqa’ fiha lill-qassisin fiż-żmien tal-persekuzzjoni protestanta.

Minkejja s-saħħa dgħajfa tagħha, Anna kienet tagħmel kollox f’din id-dar, tant li kienu laqqmuha s-“Sinjura Marta”. Hi wriet li kienet mara ta’ kapaċità, diskreta u ġentili. Fil-ħin liberu tagħha kienet tgħallem lit-tfal u taħdem ir-rakkmu.

Wara l-ħarba famuża ta’ Fr. Gerard mit-Torri ta’ Londra fl-1597, hi marret f’dar oħra. Biex id-dedikazzjoni tagħha tkun permanenti u aktar kompleta, Anna ħadet il-voti ta’ faqar, kastità u ubbidjenza u, minkejja l-periklu, nuqqas ta’ saħħa u uġigħ ta’ ras kważi kontinwu, kienet tgawdi paċi kbira.

Il-folla kbira li nġabret filgħodu kmieni nhar il-Kandlora tas-sena 1601 qanqlet suspett, u meta waslu l-pulizija, il-qassis kien diġà ħarab, imma sabu kamra mimlija nies u kollox lest għall-quddiesa. Anna ġiet arrestata u mitfugħa l-ħabs.

Fis-26 ta’ Frar hi kienet akkużata li laqgħet għandha saċerdot: il-prova prinċipali kienet l-altar li nstab fid-dar. Instabet ħatja u kkundannata għall-mewt; qatluha l-għada. Hi laqgħet is-sentenza tagħha għall-mewt bil-ferħ għax hi kienet spiss tgħid lil Fr. Gerard: “Jien nixtieq, aktar minn kollox, li mmut għal Kristu.”

Lill-folla li nġabret f’Tyburn hija qaltilhom: “Jiena ġejt issentenzjata għall-mewt għax tajt kenn lil qassis Kattoliku, u tant m’għandix indiema li għamilt hekk li

Page 54: FRAR 2015 - WordPress.com · 3. Biex kull min iħejji ruħu għas-sagrament taż-żwieġ jagħraf il-ġmiel u r-responsabbilità ta’ din il-vokazzjoni. Dati importanti għax-xahar

54 SIGNUM FIDEI

b’qalbi kollha nixtieq li flok wieħed nilqa’ elf.” Imbagħad hija bieset il-forka, qagħdet għarkopptejha u bdiet titlob. Kellha biss xi 35 sena.

Santa Anna Line tista’ titqies bħala mudell u patruna tan-nisa li jieħdu ħsieb id-djar tas-saċerdoti.

Riflessjoni: Bit-talb aħna nitolbu ’l Alla biex jispiċċaw il-gwerer u l-mibegħda kollha li hawn fid-dinja, il-ħażen kollu li hu frott tad-droga, tal-mafja, tal-familji maqsumin u mifrudin, ta’ min ma jridx jaf aktar b’Alla u bir-religjon u tal-inġustizzji kollha. Bit-talb aħna ngħidulu ’l Alla biex ikabbar u jagħmel li jiġu magħrufin il-valuri tas-saltna tiegħu. Min-naħa l-oħra, iżda, is-sens ta’ responsabbilità jitlob minn kull wieħed u waħda minna (religjużi) li nieħdu aħna stess l-impenn li nidħlu għall-oħrajn; aħna r-reliġjużi li aħna fid-dmir nipprietkaw il-kelma ta’ Alla u nkunu xhieda tas-saltna ta’ Alla b’ħajjitna. Kardinal Prospero Grech

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 36, l-1 punt

Ask, and you will receive. By these words…, Jesus Christ wishes to make known to us that because we need to receive his graces, we must ask him for them; also, that because God wants to give us his graces, he has provided us with a sure means to obtain them, namely, prayer. This is all the easier for us, because God is always present to us, and whenever we wish to do so, we can turn to God. This led Saint Augustine, to make clear to us how easy it is for us to do good, to say, If you are powerless to act, whether because of your weakness, the violence of temptation, or any other reason, you must turn to prayer, which will infallibly give you the power to accomplish what is beyond your natural strength.

TALBA: Tifħir lil Alla Ħallieq Bierek, ruħ tiegħi, il-Mulej!

Mulej, Alla tiegħi, inti kbir bil-bosta! Bis-sebħ u l-ġmiel inti mlibbes,

bid-dawl, bħal b’mantell, inti mkebbeb. Int frixt is-smewwiet bħal tinda,

waqqaft fuq l-ilma l-għamajjar għolja tiegħek. Int tagħmel is-sħab mirkeb tiegħek,

fuq ġwienaħ ir-riħ tiġġerra. L-irjieħ tagħmilhom ħabbara tiegħek,

u l-ilsna tan-nar qaddejja tiegħek. Int waqqaft l-art fuq is-sisien tagħha;

b’mod li qatt ma titħarrek; b-ibħra, bħal b’libsa inti ksejtha;

u l-ilmijiet waqfu fuq qċaċet il-għoljiet. Salm 104: 1-6

Missierna ...

Page 55: FRAR 2015 - WordPress.com · 3. Biex kull min iħejji ruħu għas-sagrament taż-żwieġ jagħraf il-ġmiel u r-responsabbilità ta’ din il-vokazzjoni. Dati importanti għax-xahar

SIGNUM FIDEI 55

Il-Ġimgħa, 27 ta’ Frar San Gabrijel tal-Addolorata - reliġjuż

San Leonardu - isqof ta’ Sivilja L-Għaxar Dehra ta’ Lourdes

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1.Eżekjel 18: 21-28 Forsi jien togħġobni l-mewt tal-bniedem il-ħażin, mhux aktar jogħġobni li jerġa’ lura minn triqatu u jgħix. 2. Salm 129 :1-8 Jekk tal-ħtijiet int tagħti kas, Mulej, min jista’ jżomm sħiħ? 3. Mattew 5: 20-26 Mur l-ewwel irranġa ma’ ħuk. SAN LEANDRU († c. 600) - isqof ta’ Sivilja Leandru kien arċisqof ta’ Sivilja u għal għoxrin sena kien l-aktar bniedem magħruf tal-Knisja fi Spanja. Huwa għen fil-konverżjoni, mill-Arjaniżmu għall-Kattoliċiżmu, ta’ S. Ermeniġildu u ħuh is-sultan Recared u tan-nazzjon tal-Goti. Kien ħabib ta’ San Girgor il-Kbir u nkuraġġih biex jikteb il-ktieb Morali jew Fuq Ġobb. Meta Girgor laħaq Papa, lesta dan il-ktieb u bagħtu lil Leandru b’dedika. Leandru ta sehmu biex issawret il-liturġija tal-Visigoti. Aktarx kien bit-tħabrik tiegħu li mit-tielet konċilju ta’ Toledo (589 A.D.) fil-konċilji bdew jiltaqgħu prinċpijiet, lordi u isqfijiet. Il-Papa San Girgor bagħatlu l-pallium. Spanja tweġġah lil S. Leandru bħala duttur tal-Knisja. Lourdes, l-10 dehra - Is-Sibt, 27 ta’ Frar, 1858

Anki fl-okkażjoni ta’ din id-dehra, ma naqasx it-tfixkil da parti tal-awtoritajiet ċivili, speċjalment dak tal-kummissarju tal-pulizija. Iżda l-ġemgħa tan-nies ħdejn il-grotta ta’ Massabielle kompliet tikber u n-nies preżenti ma kinux biss mill-belt ta’ Lourdes iżda wkoll minn inħawi oħra ta’ Franza.

Il-ġrajja tan-nixxiegħa saret magħrufa f’ħafna nħawi u bosta nies ġew biex jaraw b’għajnejhom stess x’kien ġara.

Ċertu skultur tal-ġebel, jismu Bouriette, kien tilef id-dawl ta’ għajn waħda, meta ntlaqat minn laqxa waqt li kien jaħdem, iżda b’għaġeb kbir ta’ kulħadd, reġa’ beda jara sewwa, wara li nħasel fl-ilma tan-nixxiegħa. Dan il-fatt kompla qanqal l-entużjażmu tan-nies u xi wħud ġew biex jitolbu xi miraklu tal-fejqan.

Nhar is-Sibt, 27 ta’ Frar, Bernardette, xħin waslet fil-grotta, mhux biss raddet is-salib bħas-soltu, iżda wkoll xorbot min-nixxiegħa u ħaslet wiċċha bl-ilma tagħha. Wara għal darb’oħra resqet iktar ’il ġewwa fl-għar, bil-mod il-mod.

Waqfet iktar minn darba biex tbus l-art. Ħin minnhom, hija daret lejn il-folla u għamlitilhom sinjal biex anki huma jagħmlu l-istess.

Meta rat li ħafna minnhom baqgħu kif kienu, Bernardette qaltilhom b’leħen għoli: “Inżlu, busu l-art.” Huma mbagħad obdewha u wara ftit id-dehra ntemmet.

Page 56: FRAR 2015 - WordPress.com · 3. Biex kull min iħejji ruħu għas-sagrament taż-żwieġ jagħraf il-ġmiel u r-responsabbilità ta’ din il-vokazzjoni. Dati importanti għax-xahar

56 SIGNUM FIDEI

Riflessjoni: Ftit wara li Nelson Mandela, inħeles mill-ħabs, il-president tal-Amerika, Bill Clinton ċempillu biex jifraħlu u fost affarijiet oħra staqsieh, “Żgur li wara din l-esperjenza tal-ħabs tħoss rabja lejn min sakkrek għal das-snin kollha, hux hekk?” Mandela wieġeb: “Le ta’, indunajt li jekk ma neħlisx mir-rabja tiegħi, dawk li sakkruni, ikunu għadhom qed jikkontrollawli ħajti. Inkun għadni priġunier tagħhom!” Li taħfer lill-għedewwa mhux xi sinjal ta’ dgħufija ta’ karattru jew xi sinjal li inti ġifa. Aħseb ftit! Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 58, silta mit-2 punt

Jesus Christ does not want us to approach him in prayer or to participate in the Eucharist if we entertain the least coldness toward one of our Brothers. He wants us, far from hating our enemies, to love them, to do good to them, and to pray for them. This is what God requires of you and how he desires that your justice be more than that of people of the world: that you not only keep his commandments exactly but also are faithful to the practice of the counsels of the Gospel and, consequently, to the observance of your Rule. Have you nothing with which to reproach you concerning all these matters?

TALBA lil Ġesù msallab

O Ġesu’ maħbub tiegħi, mixħut għarkupptejja quddiemek,

nitolbok bl-akbar ħrara li tnissel f’qalbi, twemmin, tama u mħabba l-aktar qawwija,

kif ukoll indiema kbira ta’ dnubieti, u fehma sħiħa li ma nerġax noffendik;

filwaqt li jiena, bl-imħabba u bil-ħniena kollha, sejjer naħseb fuq il-ħames pjagi tiegħek,

b’dak il-kliem quddiem għajnejja, li qal fuqek il-profeta David :

‘Nifduli idejja u riġlejja: għaddewli l-għadam tiegħi kollu’

Missierna ...

Page 57: FRAR 2015 - WordPress.com · 3. Biex kull min iħejji ruħu għas-sagrament taż-żwieġ jagħraf il-ġmiel u r-responsabbilità ta’ din il-vokazzjoni. Dati importanti għax-xahar

SIGNUM FIDEI 57

Is-Sibt, 28 ta’ Frar San Oswald – isqof

Beata Madre Maria Caritas Brader - reliġjuża Beatu Danjel Brottier - saċerdot

Il-Ħdax-il Dehra ta’ Lourdes

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Dewteronomju 26: 16-19 Tkun ġens ikkonsagrat lill-Mulej, Alla tiegħek. 2. Salm 118: 1,2,4,5,7,8 Henjin dawk li jimxu fil-liġi tal-Mulej. 3. Mattew 5: 43-48 Kunu perfetti, bħalma hu perfett missierkom li hu fis- smewwiet. MADRE MARIA CARITAS BRADER (1860 - 1943) – beata u fundatriċi Maria Josefa Carolina Brader twieldet f’Kaltbrunn fl-Isvizzera fl-14 ta’

Awwissu 1860. Missierha kien Joseph Sebastian Brader u ommha, Maria Anna Carolina Zahner. Maria Josefa Carolina kienet l-unika tifla li kellhom.

Maria Josefa kienet intelliġenti ħafna u fl-1880 ddeċidiet li minflok ma tmur l-Università tidħol mal-Franġiskani – u ħadet l-isem: Maria-Caritas (Karità).

Fl-1882 għamlet l-aħħar voti mas-sorijiet tal-klawsura. Fl-ewwel snin, b’permess speċjali, għallmet fl-iskola fejn kienet tmur bħala

tifla u wara ftit laħqet kap ta’ din l-iskola. Wara ftit il-Papa ta l-fakultà li l-ordnijiet tas-Sorijiet Klawstrali jistgħu joħorġu jgħallmu.

Ġara li ħafna isqfijiet fil-pajjiżi tal-Missjoni talbuhom biex jiftħu l-iskejjel. L-Isqof Pedro Schumacher tal-Ekwador talab lis-superjura Maria Hilf biex tibgħat xi sorijiet. Is-superjura stess, Madre Maria Bernarda Butler li ġiet ibbeatifikata fid-29 ta’ Ottubru 1995, flimkien ma’ ħames sorijiet fosthom Suor Maria Caritas, marru l-Ekwador.

Għal 5 snin Suor Maria Caritas kienet għalliema u katekista fil-belt ta’ Chone. Fl-1893 marret fil-belt ta’ Tuquerres fil-Kolombja. Iż-żona tal-appostolat

kienet tinkludi t-territorju ta’ xatt il-baħar, il-muntanji għoljin tal-Andes u l-pjanura tal-għoljiet ta’ madwar l-Andes. In-nies kienu fqar immens u l-kundizzjonijiet tal-ħajja kienu perikolużi ħafna. Suor Maira Caritas kellha mħabba kbira għal dawn in-nies u għamlet minn kollox biex ittaffilhom il-problemi tagħhom.

Bl-għajnuna ta’ saċerdot Ġermaniż, Father Reinaldo Herbrana, waqqfet kongregazzjoni, tas-sorijiet Franġiskani ta’ Maria Immakulata, li tagħha saret l-ewwel superjura. L-ewwel sitt sorijiet kienu mill-Isvizzera u wara bdew ġejjin tfajliet Kolombjani.

Kienet tinkuraġġihom, tgħinhom biex jakkwistaw diplomi akkademiċi u kienet tgħidilhom: “Aktar ma tkunu infurmati, aktar tistgħu tagħmlu ġid għar-reliġjon qaddisa tagħna u l-glorja t’Alla.” Fuq kollox kienet tħabbrek biex jgħixu l-

Page 58: FRAR 2015 - WordPress.com · 3. Biex kull min iħejji ruħu għas-sagrament taż-żwieġ jagħraf il-ġmiel u r-responsabbilità ta’ din il-vokazzjoni. Dati importanti għax-xahar

58 SIGNUM FIDEI

ispirtu Franġiskan, u jgħożżu l-faqar biex ikunu jistgħu jgħinu lill-fqar u jkunu ta’ eżempju għalihom.

Kienet l-ewwel superjura ġenerali tal-kongregazzjoni l-ġdida mill-1893 sal-1919 u wara mill-1928 sal-1940 reġgħet saret superjura ġenerali u matul dawn is-snin għamlet il-viti tad-djar fl-Amerika.

Ta’ 80 sena talbet li ma tibqax superjura. Fis-27 ta’ Frar 1943 mietet fil-Belt ta’ Pasto fil-Kolombja u fis-sena 2003, il-

Papa San Ġwanni Pawlu ll bbeatifikaha. Lourdes, il-11-il dehra - Il-Ħadd, 28 ta’ Frar, 1858

Din id-dehra kienet waħda mill-itwal. Fiha folla ta’ madwar elf u ħames mitt ruħ, kienet preżenti u raw lil Bernardette tirrepeti l-ġest ta’ penitenza, jiġifieri li tbus l-art kif kienet talbitha tagħmel is-Sinjura tad-Dehra.

Kif spiċċat id-dehra, Bernardette marret għall-quddiesa fil-knisja ta’ Lourdes, flimkien maz-zija Lucille. L-awtoritajiet ċivili kienu inkwetati bl-istorja tad-dehriet, għalhekk nhar il-Ħadd, 28 ta’ Frar, kif ħarġet mill-knisja wara l-quddiesa, ġiet arrestata minn Leon Latapye, marixxal tal-qorti, meħuda fl-uffiċċju ta’ M. Dutor u interrogata fil-preżenza tal-maġistrat M. Ribes. Dana ċanfarha u bit-theddid, ipprova jislet minnha l-wegħda li ma tersaqx iktar lejn dak l-għar ta’ Massabielle.

Iżda Bernardette, bil-kuraġġ kollu, wieġbet: “Jiena wgħedt lil “Aquero” (lis-Sinjura tad-Dehriet) li nibqa’ nżur l-għar kif tixtieq hi. Ma nistax naċċetta li nagħmel ebda ħaġa li tmur kontra din il-wegħda.” Fl-aħħar il-maġistrat iddeċieda li jħalliha tmur lejn id-dar. Riflessjoni, L-ISPIRTU TA’ FIDI U L-EFFETTI TIEGĦU:

1. Li ma tħares lejn xejn jekk mhux bl-għajnejn tal-fidi. 2. Li ma tagħmel xejn jekk mhux għal Alla. 3. Li tqis kollox bħala ġej minn Alla.

l-Ispirtu ta’ Fidi huwa spirtu li f’kollox jirregola ruħu li jimxi fuq il-massimi u s-sentimenti meħudin mill-Iskrittura. Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 75, silta mit-3 punt

Saint Paul says, you must perform your actions and do everything in a manner worthy of God, and for this purpose, walk in the way of God and do this in such a way that, as the same Apostle says elsewhere, you may follow it always and progress more and more. For, he adds, the will of God is that you be holy and pure, meaning that your actions ought to be pure, having no other motive than to please God. This will be the true and surest means to walk in the way of God and to make more and more progress. Because God in the next life is the purpose and the goal of all your actions, he ought to be the same also in this life, especially in your state, which demands of you a high degree of perfection. For God did not call you, says Saint Paul, to be impure, that is, to do things unworthy of your state, actions

Page 59: FRAR 2015 - WordPress.com · 3. Biex kull min iħejji ruħu għas-sagrament taż-żwieġ jagħraf il-ġmiel u r-responsabbilità ta’ din il-vokazzjoni. Dati importanti għax-xahar

SIGNUM FIDEI 59

degraded and corrupted by the bad ends you will give them; rather, he has called you to be holy. Therefore, whoever does not apply himself to do his actions with a view to God is despising God, not man.

TALBA “Mulej!

Illum ġejt nitolbok u nurik x’nixtieq għax inħoss li għandi

bżonn id-DAWL. Agħtihuli Mulej dan id-dawl,

imqar dawl inemnem li jista’ jiġi għandi

mingħand min trid int. Tista’! Mulej! Iddawwalni – illum?” Bro. Louis

Missierna ...

JGĦIX ĠESU’ F’QALBNA !

GĦAL DEJJEM

Page 60: FRAR 2015 - WordPress.com · 3. Biex kull min iħejji ruħu għas-sagrament taż-żwieġ jagħraf il-ġmiel u r-responsabbilità ta’ din il-vokazzjoni. Dati importanti għax-xahar

60 SIGNUM FIDEI

It-Talba tas-Signum Fidei Missierna li inti fis-smewwiet, fil-providenza tiegħek, inti għoġbok tagħżilni biex inkun Sinjal ta’ Fidi f’dinja mimlija konfużjoni u inċertezzi. Ixgħel fija u fil-membri kollha tas-Signum Fidei, spirtu qawwi ta’ FIDI u ĠENEROŻITÀ, ħalli meta niġi biex nikkommetti ruħi fl-appostolat, nimxi fuq l-eżempju ta’ San Ġwann Battista De La Salle, u ndawwal oħrajn, biex huma wkoll jikkonsagraw ħajjithom, ħalli jwasslu l-Vanġelu lid-dinja fl-edukazzjoni. Bierek ix-xogħol ta’ ħutna, huma fejn huma, biex flimkien , imdawwla bl-entużjażmu tal-ispirtu tal-imħabba tiegħek, insiru dejjem aktar il-melħ tad-dinja, id-dawl tad-dinja, l-aktar fost il-fqar u , dawk li jinsabu bogħod mis-salvazzjoni li inti toffri. Ilqa’ ġewwa dirgħajk lil ħutna li telqu qabilna bis-sinjal tat-twemmin u li issa jinsabu reqdin fil-paċi tiegħek. Qed nitolbok dan, permezz ta’ Ġesù Kristu, ibnek l-għażiż. Ammen.

Direzzjoni: Min jixtieq tagħrif dwar is-Signum Fidei kkuntatjaw lil:

Signum Fidei, Dar il-Frères, Triq Antonio Sammut, Il-Gżira. GŻR1563

Page 61: FRAR 2015 - WordPress.com · 3. Biex kull min iħejji ruħu għas-sagrament taż-żwieġ jagħraf il-ġmiel u r-responsabbilità ta’ din il-vokazzjoni. Dati importanti għax-xahar

SIGNUM FIDEI 61

San Miguel Febres

Cordero

(1854-1910)

Talba

O Alla ta’ dejjem li tista’

kollox, Int li tajt lill-Knisja

tiegħek il-Qaddis Miguel,

bħala edukatur mill-aqwa

għall-ġid tat-tfal; agħtina

nitolbuk, li waqt li aħna nkunu

nixbħuh fid-dedikazzjoni

tiegħu, nilqgħu liż-żgħażagħ

bl-ikbar ħlewwa, u

nwassluhom għandek bla

ħadd minnhom ma jintilef.

B’Ibnek Ġesù Kristu Sidna,

Ammen

(Il-festa ssir fid-9 ta’ Frar)

Santa Bernadette Soubirous 1844-1879

Fil-11 ta’ Frar 1858, il-Madonna

dehret għall-ewwel darba lil

Bernadette Soubirous f’għar fl-

irdum ta’ Massabielle ħdejn

Lourdes f’riġlejn l-muntanji Pirinej,

fi Franza. Bernadette kien għad

kellha erbatax-il sena u qalet li rat

mara l-aktar sabiħa, żagħżugħa u

mhix itwal minnha, liebsa l-abjad,

b’kuruna twila mdendla ma’

driegħha.