Flimkien - WordPress.com

26
06 Meta serqu l-kuruna lil Bernadette 08 Oliver Friggieri: L-Id Moħbija 10 Gilbert Simiana 12 Il-Bibbja fiha żbalji? 14 Rembrandt: Għajnejn Kristu 16 Qatluhom għax semgħu quddiesa 18 Poster fl-ispiżerija 20 M’għażlunix għall-play! 22 Meta tgħaddi l-maltempata 24 This Lent ... be kind! Flimkien Newspaper Post FRAR 2021 • Numru 195

Transcript of Flimkien - WordPress.com

Page 1: Flimkien - WordPress.com

06 Meta serqu l-kuruna lil Bernadette

08 Oliver Friggieri: L-IdMoħbija

10GilbertSimiana12 Il-Bibbjafihażbalji?14Rembrandt: GħajnejnKristu

16Qatluhomgħax semgħuquddiesa18Posterfl-ispiżerija20M’għażlunix għall-play!22Metatgħaddi l-maltempata24ThisLent...bekind!

Flimkien New

spap

er P

ost

FRAR 2021 • Numru 195

Page 2: Flimkien - WordPress.com

IL-LINJI HUMA MIFTUĦIN

Grazzi tad-donazzjoni tagħkom

5170 2063 ‑ €155180 2064 ‑ €255190 2061 ‑ €50

SMS 5061 8820 ‑ €6.99

Għal donazzjoni ċempel 2123 6962No.7, Triq il‑Merkanti, Valletta | No.7, Triq l‑Imgħallem, Ir‑Rabat Għawdex

www.missio.org.mt

VO/1178Jien. Int. Aħna. Flimkien.#ilmissioint

Maratona fuq it-TV b’risq il-Missjoni

Xandira LIVE fuq it‑televiżjoni mill‑WE Studios

IS‑SIBT 13 TA’ MARZU 2021minn nofsinhar sa nofsillejl

90sena ħidma

għall‑missjoni

Għal donazzjoni online: www.missio.org.mt/donate

Page 3: Flimkien - WordPress.com

Be careful when you are using them.

Papa Franġisku għadu kemm tana t-tielet enċiklika tiegħu: Fratelli Tutti (Ilkoll Aħwa) li fiha, bħall-papiet ta’ qablu, kompla jiżviluppa t-tagħlim soċjali

tal-Knisja. Fost l-oħrajn jistieden lil kulħadd biex inkunu lkoll aħwa ta’ xulxin, immexxijin biss mill-imħabba u d-djalogu. L-imħabba kapaċi tfejjaq ħafna feriti u weġgħat bejn il-popli u l-ġnus.

Il-Papa Franġisku jinsisti li għandna nfittxu dejjem il-ġid veru tal-persuna l-oħra u nħarsu dejjem id-dinjità ta’ kull persuna. Iġib l-eżempju sabiħ tas-Samaritan it-Tajjeb li ma qagħadx jiddejjaq jieqaf u jħenn għall-proxxmu tiegħu. Franġisku jsemmi, fost l-oħrajn, l-attenzjoni li għandna nagħtu lir-refuġjati.

Huwa jħeġġeġ lill-politici biex jaħdmu dejjem għall-ġid komuni billi jfittxu dejjem il-ħtiġijiet veri tan-nies. Jappella lir-reliġjonijiet kollha biex ikunu dejjem bennejja tal-paċi u tal-għaqda, u jħabirku għall-ħarsien tal-libertà reliġjuża. Ir-reliġjon ma għandha qatt tintuża biex iġġib il-qerda tal-persuni.

Il-Papa jinsisti li l-imħabba għandha twassalna biex tqarribna aktar lejn xulxin u tagħmilna viċin xulxin, hekk li naħdmu lkoll għal dinja aktar ġusta u solidali. Huwa jgħid li ma hemm ebda raġuni għal gwerra ġusta u għall-piena kapitali u għalhekk għandhom jispiċċaw għal dejjem.

B’din l-enċiklika soċjali, il-Papa Franġisku kompla jżejjen it-tagħlim sabiħ tal-Knisja, b’mod li l-Vanġelu nkunu nistgħu ngħixuh aktar fil-prattika fl-oqsma kollha tal-ħajja ta’ kuljum.

Ilkoll Aħwa

IL-LINJI HUMA MIFTUĦIN

Grazzi tad-donazzjoni tagħkom

5170 2063 ‑ €155180 2064 ‑ €255190 2061 ‑ €50

SMS 5061 8820 ‑ €6.99

Għal donazzjoni ċempel 2123 6962No.7, Triq il‑Merkanti, Valletta | No.7, Triq l‑Imgħallem, Ir‑Rabat Għawdex

www.missio.org.mt

VO/1178Jien. Int. Aħna. Flimkien.#ilmissioint

Maratona fuq it-TV b’risq il-Missjoni

Xandira LIVE fuq it‑televiżjoni mill‑WE Studios

IS‑SIBT 13 TA’ MARZU 2021minn nofsinhar sa nofsillejl

90sena ħidma

għall‑missjoni

Għal donazzjoni online: www.missio.org.mt/donate

RAĠĠ DAWL

Words can kill.

Frar 2021 3EDITORJAL DUN JOSEPH MIZZI

Magazin ta’ kull xahar maħruġ mill-Kulleġġ tal-Kappillani li jitqassam b’xejn lill-familji Maltin. Biex tirreklama u għal kull korrispondenza ċempel fuq 2182 8931 jew 7946 1470 jew bil-posta.

INDIRIZZ Flimkien, Kulleġġ tal-Kappillani Kurja, il-Furjana

EMAIL [email protected]

Editur Carmel Conti Grafika Outlook Coop Stampar Velprint Ltd

Il-kitba li tidher fil-Flimkien apparti l-Editorjal mhux neċessarjament tirrifletti l-opinjoni tal-Bord Editorjali.

Flimkien

Page 4: Flimkien - WordPress.com

Il-Knisja f’Malta tagħmel ħafna xogħol fejjiedi fis-soċjetà u tgħin ħafna individwi u familji mil-lat pastorali, spiritwali, edukattiv kif ukoll materjali. Tmexxi wkoll djar għall-anzjani u t-tfal, id-Dar tal-Kleru, djar għal persuni vulnerabbli u day care centres, fost oħrajn. Biex tagħmel dan il-Knisja tiddependi mid-donazzjonijiet. Jekk tixtieq tagħti donazzjoni biex tgħin lill-Knisja, tista’ tagħmel depożitu f’dan il-kont kurrenti mal-APS Bank plc:IBAN: MT13APSB77002000494810494830018

Isem tal-kont: Arċidjoċesi ta’ Malta

Numru tal-kont: 10494830018

Tista’ wkoll tibgħat ċekk pagabbli lill-Arċidjoċesi ta’ Malta, PO Box 1, Floriana.

Grazzi tal-kontribuzzjoni tiegħek

Agħti donazzjoni lill-Knisja

Page 5: Flimkien - WordPress.com

KELMA TA’ FRANĠISKU

Fix-xahar ta’ Frar nibdew ir-Randan Imqaddes. Din hija mixja li twassalna għall-festa kbira tal-Għid il-Kbir u

għaċ-ċelebrazzjoni tal-misteru tal-mewt u l-qawmien mill-imwiet ta’ Sidna Ġesù Kristu.

Dan l-istaġun ta’ sinifikat profond fil-ħajja tal-Knisja jibda bl-att penitenzjali qawwi ta’ Ras ir-Randan, jew inkella l-Erbgħa tal-Irmied. Kull nhar ta’ Ġimgħa fir-Randan aħna msejħin nagħmlu penitenza billi nduru lejn Alla b’qalb safja, nitolbuh maħfra ta’

Id-dawl tad-dinjadnubietna, u nagħmlu proponiment li nħobbu lil xulxin kif ħabbna hu.

Jalla din il-mixja li se nagħmlu matul dan ir-Randan twassalna għal-lejl qaddis tal-Għid li fih niċħdu lix-Xitan, inġeddu l-fidi tagħna, u bix-xemgħa mixgħula f ’idejna nilqgħu lil Kristu, id-dawl tad-dinja.

Charles Jude Scicluna Arċisqof ta’ Malta

Frar 2021 5MESSAĠĠ TAL- ARĊISQOF

Qatt tiddjalogaw max-Xitan!

Fit-tentazzjonijiet li kellu, Ġesù ma ddjalogax max-Xitan. Ħafna drabi waqt it-tentazzjoni aħna nibdew niddjalogaw magħha, niddjalogaw max-Xitan: “Iva, jien nista’ nagħmel hekk ... imbagħad immur inqerr ... imbagħad dan ... imbagħad dak.” Imma qatt ma għandna niddjalogaw max-Xitan. Ġesù jagħmel żewġ affarijiet: keċċieh ’l hemm u, kif ġara f’dal-każ, wieġeb bil-Kelma ta’ Alla. Oqogħdu attenti! Qatt tiddjalogaw mat-tentazzjoni! Qatt tiddjalogaw max-Xitan!

1 ta’ Marzu 2020

Page 6: Flimkien - WordPress.com

Fiż-żmien tad-dehriet f ’Lourdes, ħafna nies ippruvaw jakkwistaw il-kuruna li Bernadette kienet iżżomm f ’idejha

waqt id-dehriet biex titlob mal-Madonna. Din il-kuruna kienu xtrawhielha l-ġenituri tagħha. Kienet għal qalbha ħafna u ma xtaqitx tbigħha jew tagħtiha.

Imma, jum fost l-oħrajn, din il-kuruna sparixxiet.

“Poġġejtha fil-but… u filgħaxija ma sibthiex!” qalet Bernadette. Imma minn dakinhar ’il quddiem Bernadette ma kkonfondietx aktar. Fil-fatt diversi drabi tat il-kuruna tagħha lil min kien jitlobhielha. “Wara kollox,” kienet tgħid, “dik biss strument biex tgħinek titlob.”

Serqu l-kuruna lil Bernadette!

Dik il-kuruna Bernadette kienet użatha fil-grotta ta’ Massabielle meta rat għall-ewwel darba lill-Madonna fil-11 ta’ Frar, 1858. “Dakinhar daħħalt idi fil-but,” qalet Bernadette Soubirous, “qbadt il-kuruna tar-Rużarju u ppruvajt nagħmel is-sinjal tas-Salib.”

Il-Madonna wkoll kienet iżżomm kuruna f ’idejha waqt id-dehriet. Skont Bernadette iż-żibeġ u s-salib tal-kuruna tal-Madonna kienu bojod. Dak iż-żmien Bernadette kellha 14-il sena. L-uniċi talb li kienet taf tgħid kienu l-Missierna, l-Ave Marija u l-Kredu – li kienu biżżejjed biex setgħet tgħid ir-Rużarju.

6 Frar 2021

Page 7: Flimkien - WordPress.com

Serqu l-kuruna lil Bernadette!

Matul iż-żmien tad-dehriet stess Bernadette mhux biss kienet tgħid il-misteri tar-Rużarju imma wkoll “għexithom”. Għexet tal-Ferħ, imbagħad tat-Tbatija u fl-aħħar tal-Glorja.

Fl-ewwel seba’ dehriet Bernadette għexet il-misteri tal-FERĦ. Anki wiċċha waqt id-dehriet kien ikun jiddi bil-ferħ. Bħalma fl-ewwel misteru tal-Ferħ lil Marija dehrilha l-anġlu, hekk ukoll Bernadette kellha dehra: dehritilha Marija. Fit-tieni misteru Marija żaret lil Eliżabetta, bħalma l-Madonna talbet lil Bernadette iżżurha 15-il darba. Fit-tielet posta tal-Ferħ aħna niftakru fit-twelid ta’ Ġesù fl-għar ta’ Betlehem – anki d-dehriet f ’Lourdes seħħew ġo għar fejn kienu jistkennu l-qżieqeż ta’ dawk l-inħawi. Fir-raba’ posta niftakru meta Marija ppreżentat lil Ġesù fit-Tempju, tawh isem u ġie mħabbar lilha li sejf ta’ dulur kellu jinfdilha ruħha. Xi ħaġa simili ġrat ukoll lil Bernadette meta l-Madonna qaltilha isimha (“Jiena l-Immakulata Kunċizzjoni”) u qaltilha wkoll li mhux se twegħidha kuntentizza f ’din id-dinja imma fl-oħra. Fil-ħames misteru Marija tilfet lil Ġesù – u f ’Lourdes il-Madonna kellmitna dwar it-telfa li l-bniedem jista’ jsofri meta jagħmel dnub, għalhekk Marija kienet tgħid spiss lil

Beradette: “Penitenza, penitenza, penitenza, itlob għall-midinbin.”

Matul l-erba’ dehriet ta’ wara (mit-8 dehra sal-11) Bernadette esperjenzat il-misteri tat-TBATIJA. F’dawn id-dehriet wiċċ Bernadette kien ikun jidher serju u mnikket, u għamlet azzjonijiet li ma jinftehmux, bħal meta kielet ħaxix morr, ħaffret l-art tliet darbiet, xorbot l-ilma mdardar bit-tajn u kellha tobżqu, imbagħad ċappset wiċċha bit-tajn, tant li n-nies ħasbuha li ġġennet.

Mit-tnax-il dehra ’l quddiem Bernadette esperjenzat xi ftit mill-misteri tal-GLORJA. Id-dehriet bdew jiġu rikonoxxuti u ġara kif xtaqet il-Madonna: jiġifieri nbeda l-proċess biex tinbena kappella u bdew isiru purċissjonijiet.F’Nevers, fejn qattgħet il-bqija ta’ ħajjitha bħala soru, Bernadette baqgħet fidila lejn ir-Rużarju. Kienet tgħid, “Meta torqdu filgħaxija, żommu l-kuruna f ’idejkom, u orqdu bir-Rużarju fuq xofftejkom.”

Fis-16 ta’ April, 1879 Bernadette mietet – hi u tgħid l-Ave Marija u bil-kuruna tar-Rużarju f ’idejha.

Dakinhar Bernadette marret tgħix il-Misteri tad-DAWL. Kellha 35 sena.

Din is-sena jaħbat id-90 anniversarjumill-ewwel pellegrinaġġ nazzjonali djoċesan tal-morda Maltin għal Lourdes li kien sar fl-1931. Marija hija viċin uliedha kollha, viċin il-morda kollha – kemm ta’ min jagħmel pellegrinaġġ għal Lourdes kif ukoll ta’ min jagħmel esperjenza ta’ Lourdes f ’ħajtu.

Frar 2021 7

Page 8: Flimkien - WordPress.com

OLIVER FRIGGIERI

Il-bidu u t-tmiem tal-Oratorju PAWLU TA’ MALTA.

L-ID MOĦBIJA

8 Frar 2021

Page 9: Flimkien - WordPress.com

OLIVER FRIGGIERI

Il-bidu u t-tmiem tal-Oratorju PAWLU TA’ MALTA.

PAWLU:It-toroq tal-Mulej imserrpa ħafna,u l-istaġuni tiegħu strambi wkoll.Mill-artijiet kburin, mill-bliet setgħanadik l-Id moħbija għażlet dan l-iskoll.

Jien qatt ma ltqajt ma’ Kristu n-Nazzarenu,u ħdimt kontrih bis-saħħa, bla waqfien,biex tgħib mill-art ix-xirka ġdida tiegħu,biex ismu ma jikbirx ma’ kullimkien.

Waqqfitni f’nofs it-triq dik l-Id moħbijau d-dawl għammiex għamilni bniedem ġdid.Iss’hu jmexxini fost il-ġnus imbiegħda,u jiena biss qaddej, hu biss is-sid.

KULĦADD:Imbierka l-Id moħbija li wasslitekbiex tara l-għarqa w tieqaf f’dan ix-xatt.Tinsiex ir-rabta ġdida ta’ bejnietna,u ġensna ma jinsiekx, qatt, qatt u qatt.

Arġ’ejja biex nagħtuk il-merħba tagħna,u miegħek ġib id-dawl tal-jum il-ġdid.Sejħilna biex tgħaqqadna, arġ’ejja, arġ’ejja,għax lilek, lilek biss dal-ġens irid.

PAWLU:Ma ninsa qatt lil Malta.

Frar 2021 9

Page 10: Flimkien - WordPress.com

Tad-dar indunaw li Gilbert kien qed ikun bil-ġuħ ħafna. Kien jiġi mill-iskola u mill-ewwel jistaqsi għall-ikel. Meta

marru jistaqsu l-iskola biex jaraw x’kien qed jiġri sabu li Gilbert kien qed jagħti l-kolazzjon tiegħu lil tifel ieħor li għal xi raġuni ma kienx ikollu. Darba oħra, Gilbert innota li tifel daqsu ma kienx qed jilgħab waqt il-brejk. Resaq lejh u staqsieh għaliex kien joqgħod waħdu, u t-tifel wieġbu li kien għadu kemm għamel operazzjoni biex jingħata kilwa minn ta’ ommu għax tiegħu kienu mardulu, għalhekk kien għadu konvalexxenti u ma setax jiġri. Meta sema’ hekk, Gilbert offrielu li sakemm jiġi f ’tiegħu hu kien se jakkumpanjah biex ma jkunx aktar waħdu.

Imma Gilbert ukoll ma tantx kien ’il bogħod mill-viżti għand it-tabib.

Bħal dan ix-xahar 23 sena ilu, Gilbert Simiana miet. Kellu kważi 16-il sena; sitta minnhom maħkum mill-kanċer. Twieled ir-Rabat fl-1982, ir-raba’ fost ħamest aħwa. Kien fuq tiegħu u ferrieħi iżda fl-istess ħin twajjeb u ubbidjenti. Meta kien jisma’ lil xi ħadd jidgħi jew jitkellem ħażin kien jikkoreġih bil-ħlewwa. Gilbert qatt ma kien ifalli lezzjoni waħda tal-Museum, anki waqt il-marda tiegħu, ikaxkar u jzappap. Qatt ma kien igerger. Kien iħobb jgħid li meta jikber jixtieq isir membru tal-Museum u jmur missjunarju.

Nhar it-30 ta’ April 1992, lejlet li għalaq 10 snin, Gilbert ħass uġigħ ta’ ras qawwi. Ittieħed għand

professur, u minn CT Scan urġenti rriżulta li t-tifel kellu tumur f ’moħħu. Kellhom isifruh l-Ingilterra biex joperawh.

Tal-familja kollha kienu xxukkjati, iżda Gilbert ħa din l-aħbar b’kalma kbira. Aktar tard stqarr ma’ oħtu Lorraine: “Lor, kemm inħossni xxurtjat li Ġesù għażel lili biex nurih kemm inħobbu b’dan il-mod!”

Gilbert kien jilbes il-badge tal-Verbum Dei b’għożża kbira u b’ċerta kburija. Anki meta l-isptar kienu jibdlulu l-piġama, huwa mill-ewwel kien jerġa’ jilbisha fuq in-nadifa. Huwa kien jitlob l-Arloġġ Museumin kuljum. Dan huwa ktejjeb b’talba kull siegħa miktuba minn San Ġorġ Preca. Kien jitlob ukoll ħmistax-il posta Rużarju, għax kien iħobb lill-Madonna b’imħabba ta’ iben lejn ommu. Fl-isptar l-Ingilterra kien ukoll jaqra silta mill-Bibbja kuljum.

F’Awwissu tal-1996, Gilbert żar Lourdes flimkien ma’ missieru. Din il-mawra nisslet eċċitament kbir fih. Quddiem il-grotta, Gilbert talab biex imut mingħajr dnub – imbagħad jekk il-Madonna tkun trid tidħol għalih quddiem Alla biex ifiq, tagħmel hi! Imma l-importanti għalih kien li jmut mingħajr dnub. Lil oħtu qalilha li l-akbar xewqa tiegħu kienet li l-familja kollha jiltaqgħu miegħu fil-Ġenna.

Fl-1995, il-Papa kien ħatar lill-Ispanjol Mons. José Sebastián Laboa bħala Nunzju għal Malta. Jum fost l-oħrajn, Laboa ltaqa’ ma’ grupp ta’ tfal

Gilbert Simiana, ċjoè Domenico Savio ta’ Malta

“Inħossni xxurtjat!”10 Frar 2021 ROBERT ALOISIO XHIEDA TAL-IRXOXT

Page 11: Flimkien - WordPress.com

tal-Museum mexjin fit-triq. Meta staqsiehom xi jfisser il-Milied għalihom baqa’ impressjonat ferm bit-tweġiba pjuttost teoloġika li tah Gilbert.

Meta s-soru li kienet tattendi għall-bżonnijiet ta’ Mons. Laboa qaltlu li dak it-tifel kien marid gravement, huwa mar jara lit-tifel id-dar. Il-laqgħa kienet bħal ta’ ragħaj ma’ nagħġa marida u sofferenti. Minn dak il-waqt in-Nunzju beda jfittex lit-tifel spiss waqt li jkun passiġġata jew jiġġoggja fl-inħawi tad-dar tiegħu.

Darba n-Nunzju stqarr ma’ Gilbert li kien sejjer għand il-Papa Ġwanni Pawlu II u talbu x’jixtieq. It-tifel wieġbu pront pront li xtaqu jgħid lill-Papa li hu kien qed joffri t-tbatijiet tiegħu biex joħroġ il-ġid mill-vjaġġi pastorali tiegħu. Meta Laboa ġie lura u reġa’ żar lil Gilbert, qallu li kien kellem lill-Papa dwaru u li dan ukoll xtaq jiltaqa’ miegħu.

Laboa mhux biss organizza din il-laqgħa imma wkoll ħallas minn butu stess għall-vjaġġi tiegħu u ta’ ħutu. Gilbert u l-familja ltaqgħu mal-Papa Ġwanni Pawlu II fid-9 ta’ Settembru 1997. Waqt din il-laqgħa Gilbert kien kommoss ħafna, eċċitat u ferħan se jtir, hekk li meta l-Papa biesu ma

kienx kapaċi jesprimi ruħu bil-ferħ li ħakmu. Gilbert reġa’ qal lill-Papa li kien qed joffri t-tbatijiet tiegħu biex joħroġ il-ġid mill-vjaġġi tiegħu. Skont oħtu, li kienet preżenti, il-Papa qallu li hu kien tifel speċjali ħafna għal Ġesù u li kien magħżul minnu.

L-aħħar li kellmuh tal-familja kien l-Erbgħa 25 ta’ Frar 1998. Iż-żagħżugħ kien tilef id-dawl ta’ għajnejh. It-tabib tal-familja stqarr li Gilbert qatt ma gerger mill-marda tiegħu. Stqarr ukoll li kien sema’ lil ta’ madwaru jgħidu li Gilbert kien jgħid li “Ġesù bata, mela jien inbati wkoll u noffri t-tbatijiet tiegħi għall-bżonnijiet tal-Papa.” Gilbert miet fis-27 ta’ Frar 1998. Il-funeral sar fil-Knisja ta’ San Pawl, ir-Rabat. In-Nunzju Laboa fl-omelija ddikjarah “Domenico Savio ta’ Malta” u “żagħżugħ Malti li, anki mejjet, il-preżenza tiegħu qanqlet ħafna ġid”.

Il-messaġġ ta’ Gilbert, b’mod speċjali għaż-żgħażagħ huwa li l-kwalità tal-ħajja ma titkejjilx mit-tul tal-jiem u mis-suċċess fid-dinja iżda minn kemm wieħed jagħraf jingħata lil Alla u lill-proxxmu fl-imħabba, anke jekk dan ikun ifisser ċaħda u tbatija.

Frar 2021 11

Page 12: Flimkien - WordPress.com

Il-kelma verità għandha tifsiriet differenti. Hemm il-verità tax-xjenza, li tista’ tippruvaha bl-esperimenti u l-istatistiċi. Hemm il-verità storika dwar jekk fatt ġarax veru u hemmx provi għal dan. Hemm ukoll il-verità li toħroġ mill-ħajja ta’ kuljum. Il-qwiel, ngħidu aħna, jagħtuna prinċipji ta’ veritajiet li min ħoloqhom ikun ħareġ bihom wara li osserva dak li jiġri madwaru.

Xi drabi fil-Bibbja jidhru xi żbalji, allura kif ngħidu li l-Bibbja fiha l-verità? Tista’ xi ħaġa tkun vera avolja ma tkunx ġrat veru?

Hemm dawk li nsejħulhom stejjer, parabboli u miti, li għalkemm mhux bilfors ikunu ġraw kif jirrakkuntahom l-awtur xorta joffru veritajiet ibbażati fuq dak li jiġri fil-ħajja. Il-leġġendi storiċi u l-ħrejjef, bħal ta’ Esopu, mhux bilfors ġraw kif jirrakkuntaw l-istess stejjer, imma t-tagħlima warajhom ħadd ma jgħid li mhix vera sempliċement għax id-dettalji tagħhom ma ġrawx storikament. Huma stejjer li fihom għerf li jaslilna f ’forom differenti.

Il-Bibbja hija wkoll ġabra ta’ ħafna kitbiet differenti, ġejjin minn artijiet u kulturi differenti, minn awturi u fi żminijiet differenti. Imma dawn il-kitbiet differenti jwasslulna l-veritajiet dwar Alla u l-bniedem, u dwar dak li għamel Alla għalina.

Nieħdu b’eżempju l-KTIEB TA’ ĠOB (fit-Testment il-Qadim), li l-ġrajja li fih tissejjaħ

Il-Bibbja fiha żbalji?

12 Frar 2021 FR PAUL SCIBERRAS BIBBJA

Page 13: Flimkien - WordPress.com

mit (myth). L-awtur għaqqad flimkien numru ta’ veritajiet u ġrajjiet dwar nies differenti u bihom tana ġrajja ta’ bniedem (nista’ nkun jien jew int!) biex jiddiskuti l-prinċipju tar-“retribuzzjoni” – għax dak iż-żmien kienu għadhom jirraġunaw li jekk inti bniedem tajjeb, allura Alla jbierkek bis-saħħa, bil-ġid u b’ħafna wlied, imma jekk int ħażin, allura d-dnub se jdur kontrik u jiġu fuqek biss il-mard, faqar u l-bqija.

Il-Ktieb ta’ Ġob huwa l-ġrajja maħluqa ta’ bniedem li jbati ħafna, avolja ma għamilx ħlief it-tajjeb. Anki llum għadna nistaqsu għaliex hawn it-tbatija fid-dinja, speċjalment fuq it-tajbin u l-innoċenti. Din il-problema Ġob ma setax isolviha sal-aħħar għax kien hemm bżonn jiġi Ġesù biex jurina li t-tbatija fiha nnifisha mhix kastig imma mezz ieħor biex Alla jsalvana.

Għalhekk, dak li nsibu rrakkuntat fil-Bibbja huwa VERU għax jistqarr veritajiet dwar Alla u x’għamel biex isalvana. Imma dak li tirrakkonta l-Bibbja MHUX BILFORS ĠARA EŻATT kif ġie rrakkuntat. Jista’ jkun ukoll li l-verità f ’dak li hemm irrakkuntat fiha għad toħroġ aktar ’il quddiem. Imma dan ma jnaqqas xejn mill-verità li hemm fiha.

La l-Bibbja trid twassal il-verità dwar Alla li jrid isalva l-ħolqien, inkluż il-bniedem (anke permezz tal-istorja tal-bniedem stess) allura DIN hija l-verità li rridu nfittxu fil-Bibbja.

Ngħidu aħna, il-Bibbja mhix ktieb ta’ veritajiet XJENTIFIĊI. Pereżempju, fil-ġrajja ta’ Ġożwè li nsibu fit-Testment il-Qadim (wara li l-Lhud ħarbu mill-Eġittu, għaddew mid-deżert u waslu biex jidħlu fl-Art Imwiegħda) naqraw li Ġożwè waqqaf ix-xemx ħalli jkollu d-dawl biex seta’ jkompli jirbaħ lill-għedewwa. Dan hu żball xjentifiku, għax illum nafu li x-xemx ma ddurx mad-dinja imma bil-kontra. Imma

sempliċement għax hemm żball xjentifiku ma jfissirx li għandna narmu l-verità li hemm fir-rakkont – li hi li Alla hu qawwi u kapaċi jrebbaħ lill-poplu tiegħu.

Sal-lum stess fir-rapport tat-temp jgħidulna li “ix-xemx titla’ fis-7:00 ta’ filgħodu u tinżel fis-6:34 ta’ filgħaxija”. Fil-verità x-xemx la titla’ u lanqas tinżel, imma dan ma jfissirx li l-Uffiċċju Meteoroloġiku qed jgħid il-ħmerijiet u għandna ninjorawh. Ikun qed iwasslilna rapport fi kliem li aħna nistgħu nifhmu. Hekk ukoll il-Bibbja twasslilna veritajiet dwar Alla li jsalva, imma dawn il-veritajiet twassalhom fi kliem u ġrajjiet li nistgħu nifhmu.

Eżempju ieħor huma ż-żewġ rakkonti tal-ĦOLQIEN f ’kapitli 1 u 2 tal-Ġenesi. L-istudjużi tal-Bibbja juruna li dawn iż-żewġ rakkonti tal-ħolqien huma mibnija fuq miti meħudin minn kulturi differenti tal-Mesopotamja. Għalkemm min kiteb il-Ġenesi jinqeda b’dawn il-miti, huwa addattahom u daħħal fihom elementi ta’ fidi li joħorġu t-twemmin f ’Alla wieħed. F’dan il-każ, il-bniedem ma jiġix maħluq b’riżultat ta’ ġlidiet kbar bejn diversi allat jew b’riżultat ta’ atti sesswali bejn l-allat u l-art imma bil-Kelma setgħana ta’ Alla, bir-rieda ħielsa tiegħu. Fiż-żewġ rakkonti tal-ħolqien tidher l-id setgħana ta’ Alla, il-provvidenza tiegħu, l-imħabba u l-għerf li bihom jagħmel il-bniedem, tant li wara li ħalaq il-bniedem Alla seta’ jara li “kollox huwa tajjeb ħafna” (Ġen 1:31). Din hi l-verità li toħroġ minn rakkonti li minn barra jidhru leġġenda jew mit.

Il-Bibbja ma fihiex żbalji. Il-Bibbja twassal veritajiet dwar Alla imma dawn twassalhom f ’forom li nistgħu nifhmuhom aħna l-bniedem.

Fr Paul Sciberras huwa l-Kap tad-Dipartiment tal-Iskrittura Mqaddsa, l-Ebrajk u l-Grieg fl-Università ta’ Malta.

Frar 2021 13

Page 14: Flimkien - WordPress.com

Dan hu wieħed minn żewġ inkwatri mpittrin minn Rembrandt (1606-1669) u li kien iżomm fil-kamra tas-sodda tiegħu. Rembrandt għamel rivoluzzjoni fl-arti Nisranija meta biex ipitter wiċċ Kristu beda juża rġiel Lhud bħala mudelli. F’dan l-inkwatru jispikkaw għajnejn Kristu. Għajnejja għandhom forza kbira, għax huma mera ta’ x’għandi f’qalbi, imma meta Alla jkun preżenti ġo fija, allura għajnejja jistgħu jwasslu lil Alla għand l-oħrajn. Meditazzjoni meħuda minn ‘Prayers of Life’, ta’ Michel Quoist.

14 Frar 2021 SPIRITWALITÀ

Page 15: Flimkien - WordPress.com

I am now about to close my eyelids, Lord,for my eyes this evening have finished their work,and will return home,having walked for a day in the garden of men.Thank you, Lord, for my eyes, windows open on the wide world.Thank you for their look that carries my soul as the broad sunbeam carries the light and warmth of your sun.I pray to you during the night that, tomorrow, when I open my eyes to the clear morning,they shall be ready to serve both my soul and my God.May my eyes be clear and straightforward, Lord, and give others a hunger for purity.May my look never be one of disappointment, disillusionment, despair.But may it know how to admire, contemplate, adore.May my eyes learn to close in order to find you more easily.But may they never turn away from the world because they are afraid.May my eyes be penetrating enough to recognize your presence in the world,and may they never shut on the afflictions of men.

EYESMay my eyes be firm and steady,but may they also know how to soften in pity and be capable of tears.May my gaze not soil the one it touches.May it not disturb, but may it bring peace.May it not sadden, but rather may it transmit joy.May it not attract in order to hold captive,but rather may it persuade others to rise above themselves to you.May my eyes disquiet the sinner because in them he will see your light,but may their reproach lead to encouragement.Grant that my eyes may be startling because they are an encounter, an encounter with God. Grant that they be a call, a clarion call, that brings the world to its doorstep, not because of me, Lord, but because you are to pass by.That my eyes may be all this, Lord, once more, this evening, I give you my soul, I give you my body, I give you my eyes, that in looking at men, my brothers, it may be you who look at them and you who beckon.

Frar 2021 15SPIRITWALITÀ

Page 16: Flimkien - WordPress.com

Il-Martri ta’ AbiteneAbitene kienet belt Rumana f ’dik li llum hi t-Tuneżija. Fis-sena 303 wK kienu jgħixu grupp ta’ Nsara li sofrew il-martirju fi żmien il-persekuzzjoni tal-Imperatur Dijokleżjanu. Dan kien ordna biex il-Kotba Mqaddsa jinħarqu, il-knejjes jinqerdu u ċ-ċelebrazzjonijiet tal-liturġija jiġu pprojbiti. Grupp ta’ 49 Nisrani ma obdewx il-liġi ta’ Dijokleżjanu u baqgħu jiltaqgħu biex kull nhar ta’ Ħadd jiċċelebraw il-

DUN JESMOND MANICARO

49 maqtula għax semgħu quddiesa

Quddiesa. Dan hu li s-suldati sabuhom jagħmlu meta daħlu fuqhom għal għarrieda. Wara li arrestawhom ħaduhom quddiem il-prokonslu Anullinus għall-interrogazzjoni nhar it-12 ta’ Frar.

Fost ix-xhieda nsibu dik ta’ ċertu Emeritu. Dan mingħajr tlaqliq ammetta li kien jilqa’ l-Insara f ’daru għaċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa. Il-prokonslu staqsieh, “Għalfejn tilqa’ l-Insara f ’darek u tikser

16 Frar 2021

Page 17: Flimkien - WordPress.com

il-liġi imperjali?” Emeritu wieġeb, “Sine dominico non possumus” (Ma nistgħux ngħixu mingħajr il-Ħadd). Fost dawk li nqatlu kien hemm ċertu Saturninu u l-erba’ wliedu.

Dak iż-żmien il-preċett tal-Ħadd kien għadu ma ġiex stabbilit b’mod formali, imma fost l-Insara diġà kien hemm il-konvinzjoni li l-Ħadd u l-Quddiesa tal-Ħadd jagħtu identità lin-Nisrani u li l-ħajja Nisranija ma teżistix mingħajr il-Ħadd u l-Quddiesa.

Il-Ħadd u l-Għid il-KbirSa minn żmien l-Appostli, il-Ħadd kien jingħata importanza kbira għax hu ċ-ċelebrazzjoni ta’ kull ġimgħa tal-Qawmien tal-Mulej mill-imwiet. Il-Ħadd hu stedina biex nagħmlu l-istess esperjenza tad-dixxipli ta’ Għemmaws li ħassew qalbhom titħeġġeġ meta Kristu Rxoxt fissrilhom l-Iskrittura u qasmilhom il-ħobż. Il-liturġija tal-Ħadd tfakkarna wkoll fil-ferħ tal-appostli meta dakinhar tal-qawmien filgħaxija Kristu Rxoxt deher f ’nofshom u tahom ir-rigal tal-Ispirtu s-Santu.

Jum il-Mulej ... jew il-Jum Tiegħi?Sa ftit taż-żmien ilu, f ’ħafna pajjiżi bħal Malta, il-Ħadd kien jum ta’ mistrieħ kważi għal kulħadd. Illum il-karattru tal-Ħadd qed jitnaqqar, mhux biss għax ħafna qed ikollhom jaħdmu l-Ħadd iżda wkoll għax fost dawk li jgawdu l-mistrieħ il-Ħadd qed isir “il-jum tiegħi” aktar milli “Jum

il-Mulej”. Sfortunatament, għall-kuntrarju tal-Martri ta’ Abitene, hawn min jgħaddi sew mingħajr il-Quddiesa tal-Ħadd.

Is-Sinodu Djoċesan dwar il-ĦaddFid-dokument tas-Sinodu Djoċesan (2003) dwar il-Liturġija naqraw ċar u tond li s-sehem fl-Ewkaristija għandu jkun “il-qalb tal-Ħadd għall-imgħammdin kollha”. Imbagħad ikompli: “Jum il-Mulej jgħin biex kulħadd igawdi żmien ta’ mistrieħ u ta’ rikreazzjoni biżżejjed biex ikun jista’ jieħu ħsieb xieraq tal-ħajja tiegħu familjari, kulturali, soċjali u reliġjuża. Skont tradizzjoni antika, il-liturġija tal-Ħadd l-Insara jgħixuha permezz ta’ għemejjel ta’ ġid u servizz umli mal-morda, ma’ min hu batut u mal-anzjani. L-Insara jqaddsu Jum il-Mulej u jħossu l-liturġija bħala għajn ta’ ħajja meta jiddedikaw il-ħin u l-ħsibijiet tagħhom għall-familja u għall-qraba, iktar u iktar meta mhux dejjem ikollhom ċans li jagħmlu dan biżżejjed matul il-ġimgħa. Il-Ħadd hu jum ta’ riflessjoni u ta’ meditazzjoni ta’ dak kollu li jgħin biex tikber il-ħajja tar-ruħ.”

Suġġeriment għal dan ir-Randan (li din is-sena jibda l-Erbgħa 17 ta’ Frar): nipprova ma ngħaddix mingħajr Quddiesa kull nhar ta’ Ħadd.

Dun Jesmond Manicaro jgħallem il-Liturġija, huwa delegat tal-Arċisqof għal-Liturġija, u jieħu ħsieb il-bżonnijiet pastorali tal-komunità tal-Knisja tal-Erwieħ, Ħal Tarxien.

LITURĠIJA Frar 2021 17

Page 18: Flimkien - WordPress.com

MID-DJARJU TA’ LAURA

Laura hi t-tfajla ta’ Daniel. Tħobb tniżżel fid-djarju tagħha dak li tkun għaddejja minnu. Fix-xhur li ġejjin se nibdew naqraw silta minn dan id-djarju. Din hi l-ewwel waħda.

SERJE ĠDIDA18 Frar 2021

Page 19: Flimkien - WordPress.com

Kont qed nistenna fl-ispiżerija. Kelli n-numru 12 u ġewwa għand it-tabib kien hemm in-numru 7. Ħamsa qabli. Jekk min kellu n-numru 8 jibqa’ ma jiġix, allura baqa’ erbgħa. Ma kontx naf kif se ngħaddi l-ħin li kien baqa’. Il-mobile kont xbajt naqrah. Qomt

nippassiġġa. Mal-ħajt imbajjad isfar tal-kuritur kien hemm inkwatru frameless. Kien fih poster mimli kliem, bla stampi, u kellu miktub fuqu hekk:

MID-DJARJU TA’ LAURA

Il-poster fl-ispiżerija

The Art of MarriageA good marriage must be created.In the art of marriage the little things are the big things.It is never being too old to hold hands.It is remembering to say “I love you” at least once each day.It is never going to sleep angry.It is having a mutual sense of values and common objectives.It is standing together facing the world.It is forming a circle of love that gathers in the whole family.It is speaking words of appreciation and demonstrating gratitude in thoughtful ways.It is having the capacity to forgive and forget.It is in giving each other an atmosphere in which each can grow.It is finding room for the things of the spirit.It is a common search for the good and the beautiful.It is not only marrying the right partner: it is being the right partner.

Qrajtha darbtejn u komplejt nippassiġġa. Mank jibqa’ ma jiġix in-numru 8! Bqajt naħseb fuq xi wħud minnhom. The little things are the big things. Għoġbitni. Not only marrying the right partner but being the right partner. Għoġbitni wkoll. Komplejt naħseb. Imma f ’daqqa waħda nisma’: “Number 12!” Kif! Diġà jmissni jien?

Jien u ħierġa mingħand it-tabib erġajt dort lura u ħarist lejn il-poster. Din id-darba laqatni l-kliem: It is never being too old to hold hands. Kemm xtaqt li kelli lil Daniel miegħi! Ħadt ritratt bil-mobile, bgħatt whatsapp lil Daniel u tlaqt id-dar ferħana.

Frar 2021 19

Page 20: Flimkien - WordPress.com

Emma ma ntgħażlitx biex tieħu sehem fir-reċta tal-iskola u qed tħossha ddiżappuntata. X’se tgħidilha?

André lagħab fit-tim tal-iskola imma f’ħin minnhom bidluh u daħal ieħor minfloku. Iħossu mdejjaq u rrabjat. X’se tgħidlu?

Uliedna jiġuhom waqtiet meta jkollhom iħabbtu wiċċhom ma’ diffikultajiet jew diżappunti fil-familja, fl-iskola jew mal-ħbieb. Meta narawhom imdejqin kultant nitfixklu x’għandna nagħmlu biex ngħinuhom. Imma kif?

Xi wħud mit-tfal ikollhom ħila partikolari – insejħulha “reżiljenza” jew “grinta” jew “tenaċità”. Din tgħinhom ħafna biex jegħlbu dawn id-diffikultajiet – imma mhux it-tfal

kollha jkollhom din il-ħila. X’se jagħmlu l-ġenituri ta’ Emma jew André jekk uliedhom ma għandhomx din il-ħila?

L-ewwel ħaġa li jridu jagħmlu hija li jaċċettaw dak li qed iħossu wliedhom. Żgur li ma għandhomx jgħidulhom kliem bħal: “U iva, din mhi xejn!” jew “Kulħadd iħossu hekk, ta!” jew “U issa jgħaddilek!” jew “Mur ara!” Dan il-kliem juri li ma nkunu qed nifhmu xejn.

Ikun ħafna aħjar kieku ngħidu: “Emma, naf kemm xtaqtha din, u naħseb li qed tħossok iddiżappuntata (jew imdejqa jew irrabjata, eċċ.).” Dan il-kliem juri lit-tifla li nkunu qed nifhmu kif qed tħossha hi dak il-ħin. Jekk it-tifla tinduna li int qed tħoss bħalha allura se tħoss ukoll li int tifhimha u allura se tħossha maħbuba.

“M’għażlunix għall-play!”

20 Frar 2021

Page 21: Flimkien - WordPress.com

Ħaġa importanti oħra hija li nħarsu lejn l-iżbalji jew id-diżappunti bħala xi ħaġa normali u mhux xi katastrofu jew l-aħħar tad-dinja. Kull falliment nistgħu nitgħallmu minnu u nibdluh f ’lezzjoni.

Il-valur ta’ wliedna għalina ma għandux jiddependi minn kemm jirnexxilhom jiksbu jew x’riżultati jġibu. Inkella se ndaħħlulhom il-ħsieb li jkunu maħbuba biss meta jmorru tajjeb jew jirnexxu jew jirbħu jew meta jogħġbu lilna. L-akbar xewqa ta’ kull persuna hi li tħossha maħbuba u aċċettata. Uliedna għandhom bżonn iħossuhom maħbuba bħala persuni u aċċettati kif inhuma. Hu dan li jnissel fihom il-kuraġġ biex jimxu ’l quddiem. Irridu

nħalluhom jaħsbu huma u mhux insolvulhom kollox aħna. Xogħolna hu li nkunu hemm biex nisimgħuhom.

Mhux dak li tagħmel għal uliedek li se jġibilhom suċċess fil-ħajja iżda dak li għallimthom jagħmlu għalihom infushom.

To raise a child who is comfortable enough to leave you means you’ve done your job. They are not ours to keep, but to teach how to soar on their own.

“M’għażlunix għall-play!”

JOYCE CALLUS ULIEDNA

Page 22: Flimkien - WordPress.com

When the storm has passed and the roads are tamed and we are the survivors of a collective shipwreck.

With tearful heart and our destiny blessed we will feel joy simply for being alive.

And we’ll give a hug to the first stranger and praise our good luck  that we kept a friend.

Meta tgħaddi l-maltempataTraduzzjoni mill-Ispanjol tal-poeżija “Esperanza”, miktuba minn Alexis Valdés f’Marzu 2020: it-tama dwar kif se nħossuna meta xi darba tgħaddi din il-maltempata.

HOPEAnd then we’ll remember all that we lost and finally learn everything we never learned.

We’ll envy no one  for all of us have suffered and we’ll not be idle but more compassionate

22 Frar 2021

Page 23: Flimkien - WordPress.com

We’ll value more what belongs to all than what was earned. We’ll be more generous and much more committed.

We’ll understand how fragile it means to be alive. We’ll sweat empathy for those still with us and those who are gone.

We’ll miss the old man who asked for a buck in the market whose name we never knew who was always at your side. And maybe the poor old man was your God in disguise. But you never asked his name because you never had the time.

And all will become a miracle. And all will become a legacy. And we’ll respect the life, the life we have gained.

When the storm passes I ask you Lord, in shame,that you return us better,as you once dreamed us.

Alexis Valdés huwa kantant, kompożitur, mużiċist u poeta Kuban. Poeżija meħuda mill-ktieb “Let Us Dream – The Path To A Better Future – Pope Francis”.

Frar 2021 23

Page 24: Flimkien - WordPress.com

ThisLent... bekind!Insteadofgivingsomethingup...DOsomethingpositive!

 JAMES MARTIN SJ24 Frar 2021

Page 25: Flimkien - WordPress.com

ThisLent... bekind!

It’s Lent, and I bet more than a few people have asked you the question: What are you

giving up for Lent? 

Well, instead of giving something up ... how about DOING something positive? How about this: be kind. And let me suggest a few ways to do that.

First: Give people the benefit of the doubt. After all, why not? Everyone is carrying around some sort of burden. Usually one that you don’t even know about. So give them a break.

Second: Honour the absent. Be kind when you’re talking about people who aren’t there. Spiritually speaking, it’s essential. It’s part of charity. Practically speaking, it makes sense too. Why? Because you’ll feel unpleasant about yourself

afterwards. Because the person you’re complaining to will probably see you as negative. Finally, because it will probably get back to them. More to the point, it’s mean. 

Third: Be kind. Just because you’re having a rotten day doesn’t mean you have to pass along your misery to someone else. It’s important to share your struggles with friends. But being in a bad mood is no excuse for being unpleasant. If you feel you’re moving into that territory, ask yourself a simple question, “Am I being a jerk?” If you’re somehow unable to discern that, the look on other people’s faces will tell you. 

So for Lent, some advice: be a kind person!

Addattat minn artiklu li deher fuq America magazine.

Page 26: Flimkien - WordPress.com

Valletta Branch - Tel: 2123 8039 Paola Branch - Tel: 2180 9930 Mosta Branch - Tel: 2141 3030 Œamrun Branch - Tel: 2247 4850Gozo Branch - Rabat Tel: 2156 5620 bsl.com.mt

Dates for pilgrimages to Lourdes for summer 2021

will be out in January

Valletta Branch - Tel: 2123 8039 Paola Branch - Tel: 2180 9930

Dates for pilgrimages Dates for pilgrimages Dates for pilgrimages Dates for pilgrimages Dates for pilgrimages to Lourdes for summer 2021 to Lourdes for summer 2021 to Lourdes for summer 2021 to Lourdes for summer 2021 to Lourdes for summer 2021

will be out in Januarywill be out in Januarywill be out in Januarywill be out in Januarywill be out in January

Happy New Year

Happy New Year