Fieldwork għall-5 Sena Primarja - IMDINA paġna...

12
Fieldwork għall-5 Sena Primarja - IMDINA paġna 1

Transcript of Fieldwork għall-5 Sena Primarja - IMDINA paġna...

Page 1: Fieldwork għall-5 Sena Primarja - IMDINA paġna 1primarysocialstudies.skola.edu.mt/schoolnet/year-5/fw-5/Yr5-Mdina... · L-Imdina L-Imdina hija l-Belt prinċipali antika ta’ Malta.

Fieldwork għall-5 Sena Primarja - IMDINA paġna 1

Page 2: Fieldwork għall-5 Sena Primarja - IMDINA paġna 1primarysocialstudies.skola.edu.mt/schoolnet/year-5/fw-5/Yr5-Mdina... · L-Imdina L-Imdina hija l-Belt prinċipali antika ta’ Malta.

Fieldwork għall-5 Sena Primarja - IMDINA paġna 2

L-Imdina

L-Imdina hija l-Belt prinċipali antika ta’ Malta. Din hija

waħda mit-tlett ibliet qodma tal-Gżejjer Maltin. Dawn

huma l-Imdina, il-Birgu u ċ-Ċittadella.

Innota fuq il-mappa l-pożizzjoni strateġika tagħha, ‘il bogħod mill-baħar.

Ikteb l-ismijiet tat-tlett ibliet skont l-ittra li hemm fil-mappa.

A ___________

B ___________

Ċ ___________

Bħala għajnuna biex tiffamiljarizza ruħek mar-rotta ta’ dan il-fieldwork,

ara dokumentarju dwar l-Imdina fuq il-YouTube.

Id-dokumentarju huwa maqsum f’żewġ partijiet:

A. https://www.youtube.com/watch?feature=player_embedded&v=0Unkki8zUxY

B. https://www.youtube.com/watch?feature=player_embedded&v=IRER0m7L_Nc

Page 3: Fieldwork għall-5 Sena Primarja - IMDINA paġna 1primarysocialstudies.skola.edu.mt/schoolnet/year-5/fw-5/Yr5-Mdina... · L-Imdina L-Imdina hija l-Belt prinċipali antika ta’ Malta.

Fieldwork għall-5 Sena Primarja - IMDINA paġna 3

Ir-Rotta tal-fieldwork

Ibda minn ħdejn il-Bieb Prinċipali tal-Imdina.

L-IMDINA kienet u għadha importanti ħafna

fl-istorja ta’ pajjiżna. Għaliex?

� Fil-Medju Evu l-Imdina kienet iċ-ċentru jew

aħjar il-belt kapitali tal-Gżejjer Maltin – din

baqgħet hekk sal-wasla tal-Kavallieri ta’ San

Ġwann f’Malta fl-1530;

� Illum l-Imdina għadha importanti speċjalment

minħabba li tiġbed lejha kwantità kbira ta’ turisti

kull sena.

L-Istorja tal-IMDINA fil-qosor:

� In-nies ilhom jgħixu f’dawn l-inħawi sa mill-Preistorja.

� Fi żmien il-Ħakma Rumana fuq Malta, hawnhekk kien hawn il-belt kapitali li kien

jisimha MELITA. Melita ta’ Żmien ir-Rumani kienet ħafna ikbar mill-Imdina li naraw

illum.

� Min ċekken il-belt ta’ Melita u dawwarha bis-swar? Ma nafux eżatt; jew l-Għarab

jew il-Biżantini; nafu żgur imma li kienu l-Għarab li semmewha MDINA.

� Wara l-ġrajja ta’ Monroy, ir-Re Alfonso ta’ Aragona ta t-titlu ta’ CITTÀ

NOTABILE lill-Imdina.

� Meta l-Kavallieri ta’ San Ġwann ġew Malta huma marru joqogħdu l-Birgu; allura

l-Imdina ma baqgħetx il-belt kapitali ta’ Malta. Fl-1693 għamel terremot qawwi u

bosta bini fl-Imdina ġratlu l-ħsara. Wara dan it-terremot il-Gran Mastru De

Vilhena u l-perit tiegħu Francois Mondion bnew il-bini sabiħ li naraw l-Imdina llum.

Mondion fetaħ ukoll il-Bieb Prinċipali li jidher fl-istampa.

� Illum l-Imdina hija magħrufa bħala l-Belt Siekta.

Page 4: Fieldwork għall-5 Sena Primarja - IMDINA paġna 1primarysocialstudies.skola.edu.mt/schoolnet/year-5/fw-5/Yr5-Mdina... · L-Imdina L-Imdina hija l-Belt prinċipali antika ta’ Malta.

Fieldwork għall-5 Sena Primarja - IMDINA paġna 4

Wieġeb billi timla l-vojt jew taqta’ sing: (xi risposti tista’ ssibhom min-noti li hemm f’paġna 2 ) 1. Qabel tibda dieħel lejn l-Imdina hemm tabella.

Sib din l-informazzjoni:

F’liema sena sar il-Bieb tal-Imdina? _____________.

2. Qabel tidħol mill-Bieb Prinċipali tal-Imdina, ħares lejn ix-xellug, wara ħares

ukoll lejn il-lemin.

X’tara meta tħares ’l isfel? (foss, kappella, ċinema, skola).

3. Min fetaħ dan il-Bieb Prinċipali li jidher fl-istampa ta’ paġna 1?

i) Ir-Rabtin

ii) Il-Gran Mastru La Valette

iii) Il-Perit Mondion

iv) L-Isqof ta’ Malta

Idħol fil-pjazza żgħira li hemm fid-daħla

tal-Imdina.

4. Ikteb l-ismijiet tat-tliet qaddisin li hemm

fuq il-Bieb Prinċipali tal-Imdina fuq ġewwa.

Iktibhom fl-ordni kif qegħdin, mix-xellug għal-lemin.

Agħżel minn dawn li ġejjin: (San Bert, Santa Marija, Sant’Agatha, Santa

Ċeċilja, San Anard, San Ġorġ Preca, San Publiju, San Pawl)

a) ________________________________

b) ________________________________

ċ) ________________________________

Page 5: Fieldwork għall-5 Sena Primarja - IMDINA paġna 1primarysocialstudies.skola.edu.mt/schoolnet/year-5/fw-5/Yr5-Mdina... · L-Imdina L-Imdina hija l-Belt prinċipali antika ta’ Malta.

Fieldwork għall-5 Sena Primarja - IMDINA paġna 5

5. In-naħa tax-xellug, Inti u dieħla mill-Bieb tal-Imdina għandek issib lapida

tal-irħam imwaħħla mal-ħajt.

Din il-lapida tfakkar meta l-Maltin irvellaw

kontra l-Ħakma tal-Franċiżi. Kien propju

hawnhekk li beda l-irvell li wassal biex

jitkeċċew il-Franċiżi minn Malta biex

minflokhom ġew l-Ingliżi.

Ikteb l-ismijiet ta’ tnejn mill-vittmi Maltin ta’ dan l-irvell:

i) ____________________ ii) ____________________

6. Din il-lapida turina li xi darba l-Gżejjer Maltin kienu maħkuma mill-Franċiżi.

Fil-fatt il-Gżejjer Maltin kienu maħkuma minn ħafna qawwiet u pajjiżi

barranin. Minbarra l-Franċiżi semmi, żewġ pajjiżi barranin li xi darba kienu

jaħkmu fuq il-Gżejjer Maltin:

i) ____________________ ii) ____________________

7. Fl-istampa li qed tara fuq il-lemin hemm it-Torri

tal-Għassa; hawnhekk kont issib il-gwardjani

tal-Imdina, dejjem lesti biex iżommu l-ordni

fil-belt.

i) Illum dan il-bini huwa magħruf bħala (il-Katidral;

il-foss; it-Torri tal-Istandard)

ii) Illum il-ġurnata dan it-torri qiegħed jintuża bħala

______________________.

Page 6: Fieldwork għall-5 Sena Primarja - IMDINA paġna 1primarysocialstudies.skola.edu.mt/schoolnet/year-5/fw-5/Yr5-Mdina... · L-Imdina L-Imdina hija l-Belt prinċipali antika ta’ Malta.

Fieldwork għall-5 Sena Primarja - IMDINA paġna 6

iii) Taħseb li dan it-Torri huwa miżmum fi stat tajjeb, jew huwa mitluq u

miżmum fi stat ħażin?

_______________________________________________________.

iv) Min taħseb li jista’ jgħin biex dan it-Torri u bosta bini ieħor fl-Imdina ikunu

restawrati u miżmuma fi stat tajjeb?

Agħżel minn dawn li ġejjin: (il-pulizija, il-kunsill lokali, is-suldati,

il-ħaddiema tal-banek).

8. Fil-pjazza ta’ quddiem it-Torri, tista’ tara wkoll

palazz sabiħ. Ħares sew lejn dan il-palazz, idħol

fil-bitħa sabiħa li għandu quddiemu.

Dan il-Palazz huwa mibni fuq stil importanti ħafna,

jgħidulu l-ISTIL BAROKK. Stil Barokk huwa stil li fih

ħafna disinji u kumplikazzjonijiet.

Fittex din l-informazzjoni fil-bitħa tal-Palazz.

i) Dan il-Palazz inbena (mill-Gran Mastru De Vilhena, mill-Arċisqof ta’ Malta,

mill-President ta’ Malta, mis-Sindku tal-Imdina)

ii) Manoel de Vilhena kien (il-Gran Mastru, il-President, il-Prim Ministru) ta’

Malta li rranġa u sebbaħ ħafna l-belt tal-Imdina.

iii) Fl-istess Palazz illum insibu mużew importanti ħafna, dan huwa (il-Mużew

il-Kbir, il-Mużew tal-Istorja Naturali, il-Mużew Arkeoloġiku).

iv) Dan il-mużew huwa importanti ħafna għal Malta għax (fih jaħdmu ħafna

wejters, iżuruh ħafna turisti, fih jagħmlu l-eżamijiet tax-xjenza).

Page 7: Fieldwork għall-5 Sena Primarja - IMDINA paġna 1primarysocialstudies.skola.edu.mt/schoolnet/year-5/fw-5/Yr5-Mdina... · L-Imdina L-Imdina hija l-Belt prinċipali antika ta’ Malta.

Fieldwork għall-5 Sena Primarja - IMDINA paġna 7

9. L-arma li qed tara fir-ritratt tal-lemin hija

l-arma tal-Gran Mastru De Vilhena.

Żewġ postijiet fejn tista’ tara din l-arma huma:

� Mal-faċċata tat-Torri tal-Istandard

� Fuq wara tal-Bieb tal-Imdina

� Mal-Imdina Dungeons

� Mal-Għassa tal-Pulizija

� Taħt il-bust ta’ De Vilhena mal-faċċata tal-Palazz de Vilhena

Mill-pjazza fejn qegħdin – Pjazza San Publiju, ibqa’ nieżel fuq il-lemin, minn

Triq Inguanez. Għandek issib pjazzetta ħelwa.

10. Hawn insibu l-post fejn jiltaqa’ l-Kunsill

Lokali tal-Imdina llum.

i) X’jismu dan il-misraħ illum?

_______________________________

ii) Liema uffiċjali minn dawn li ġejjin

jiltaqgħu fil-bini tal-Kunsill Lokali?

(is-Sindku, Ministri, kappillani, Kunsilliera, il-Gran

Mastru, Kavallieri).

Inkomplu l-fieldwork …..

Mill-pjazza ta’ quddiem il-Kunsill Lokali ibqa’ sejjer lejn

il-pjazza tal-Katidral; fil-pjazza ħares sew madwarek u

innota; fittex l-istampi li ġejjin u irrispondi l-mistoqsijiet

dwarhom.

Page 8: Fieldwork għall-5 Sena Primarja - IMDINA paġna 1primarysocialstudies.skola.edu.mt/schoolnet/year-5/fw-5/Yr5-Mdina... · L-Imdina L-Imdina hija l-Belt prinċipali antika ta’ Malta.

Fieldwork għall-5 Sena Primarja - IMDINA paġna 8

11. Ħares lejn dan il-bini li jidher fl-istampa tal-lemin.

i) Illum, fl-Imdina, ġewwa dan il-bini nsibu (l-Mużew

tal-Katidral, l-Palazz tal-Gran Mastri, l-Iskola

tal-Patrijiet ta’ San Pawl, l-Armerija)

ii) Dan il-bini fl-antik kien is-Seminarju. Fis-Seminarju

jitgħallmu dawk li bi ħsiebhom isiru (għalliema,

suldati, sorijiet, qassisin). Illum is-Seminarju qiegħed ir-Rabat Malta.

Dur fuq il-lemin u tiġi fi Pjazza San Pawl.

12. Fl-istampa tal-lemin jidher il-KATIDRAL ta’ Malta.

Il-Katidral huwa l-knisja prinċipali tad-Djoċesi

Maltija.

Il-Katidral ta’ Malta huwa ddedikat lil (San Pawl, Santa

Marija, San Pietru, Sant’Agata).

Fl-1693 kien sar terremot Malta. Il-Katidral ġarrab

ħsarat kbar. Ħares lejn ir-ritratt li hawn fuq

il-lemin. Juri mudell tal-Katidral kif kien qabel

it-terremot. Qabbel bejn il-Katidral kif inhu llum u

kif kien dak iż-żmien.

Semmi Żewġ tibdiliet li tista’ tinnota.

i) __________________________

ii) __________________________

Page 9: Fieldwork għall-5 Sena Primarja - IMDINA paġna 1primarysocialstudies.skola.edu.mt/schoolnet/year-5/fw-5/Yr5-Mdina... · L-Imdina L-Imdina hija l-Belt prinċipali antika ta’ Malta.

Fieldwork għall-5 Sena Primarja - IMDINA paġna 9

Innota li l-pjazza ta’ quddiem il-Katidral jisimha PJAZZA SAN PAWL. Itla’

l-pjazza kollha – dahrek lejn il-Katidral – imbagħad ikser lejn il-lemin; it-triq li

qbadt jisimha Triq Villegaignon; fuq ix-xellug ta’ Triq Villegaignon issib il-Knisja

Tal-Karmnu)

13. Il-Knisja tal-Madonna tal-Karmnu:

Hawnhekk, fl-1798, meta Malta kienet maħkuma

mill-Franċiżi, il-Maltin raw lill-Franċiżi se jisirqu

d-damask. Il-Maltin tant irrabjaw li bdew jiġġieldu

lill-Franċiżi biex ikeċċuhom minn Malta. Damu sentejn

jiġġieldu sakemm irnexxielhom ikeċċu lill-Franċiżi.

L-istatwa li hemm fil-kantuniera turi (lill-Madonna

tal-Karmnu, Sant’Agatha, Santa Tereża).

Kompli miexi Triq Villegaignon – kif taqbeż il-Knisja tal-Karmnu, tara Palazz

sabiħ bit-twieqi mibnija fuq stil Sikulu-Normann; dan il-Palazz jismu PALAZZO

FALSON.

14. PALAZZO FALSON:

Palazzo Falson kienet dar privata li llum qiegħda

f’idejn il-FONDAZZJONI PATRIMONJU MALTI.

Għal żmien twil kienet id-dar privata tal-Kaptan

Gollcher – dan twieled fl-1889 u miet fl-1962. Kien

il-Kaptan Gollcher li laqqam din id-dar id-DAR

NORMANNA. Bosta turisti llum iżuru din id-dar biex

jammiraw il-Kċina, l-Istudju, l-Armerija, is-Salott,

il-Kamra tal-Ikel, il-Librerija u bosta kmamar

interessanti oħra.

Page 10: Fieldwork għall-5 Sena Primarja - IMDINA paġna 1primarysocialstudies.skola.edu.mt/schoolnet/year-5/fw-5/Yr5-Mdina... · L-Imdina L-Imdina hija l-Belt prinċipali antika ta’ Malta.

Fieldwork għall-5 Sena Primarja - IMDINA paġna 10

TPENĠIJA: Sib xi ħaġa interessanti li qed tara madwarek u penġiha fil-kaxxa li

ġejja. Tista’ tpenġi xi tieqa, pum ta’ bieb, ħabbata, gallarija, jew affarijiet oħra.

Wara ikteb Kepxin ħdejn l-oġġett li penġejt.

Ir-ritratt jurina triq dejqa fl-Imdina. Probabbli rajt ħafna bħal din it-triq inti

u ddur ġewwa l-Imdina waqt dan il-fieldwork. It-toroq dojoq nistgħu nsejħulhom

KARATTERISTIKA tal-Imdina.

15. Liema minn dawn li ġejjin jistgħu jissejħu karatteristiċi tal-Imdina?

Immarka minn dawn:

Post fejn niltaqgħu ma’ ħafna turisti.

Darba kien hemm is-Seminarju.

Insibu l-akbar ċinema ta’ Malta.

Djar mibnija fuq stil antik.

Hemm ħafna garaxxijiet għax-xarabanks.

Toroq dojoq.

Bosta ġonna.

Insibu l-Katidral.

Kompli miexi lejn il-Wesgħa ta’ Sant’Agata, jew kif inhi magħrufa Bastion

Square (il-Pjazza tas-Sur). Hawnhekk issib pjazza ħelwa. Tista’ wkoll timxi ftit

matul is-swar tal-Imdina.

Page 11: Fieldwork għall-5 Sena Primarja - IMDINA paġna 1primarysocialstudies.skola.edu.mt/schoolnet/year-5/fw-5/Yr5-Mdina... · L-Imdina L-Imdina hija l-Belt prinċipali antika ta’ Malta.

Fieldwork għall-5 Sena Primarja - IMDINA paġna 11

16. Ħares minn fuq is-swar tal-Imdina. Bil-għajnuna tal-għalliem/a ikteb

l-ismijiet ta’ tliet ibliet li qed tara minn fuq is-swar:

i) ______________ ii) _______________ iii) ______________

Minn fuq is-swar, erġa’ lura u ikser fuq il-lemin, in-naħa ta’ Casa Del Tesoriere,

u kompli miexi. Hemmhekk issib Triq l-Imħażen. Imxi ‘l isfel fi Triq l-Imħażen,

imxiha kollha sakemm tiġi fi Pjazza tal-Mina tal-Griegi. Oħroġ mill-Imdina

billi tgħaddi minn Bieb il-Griegi.

17. X’ħin toħroġ minn Bieb il-Griegi tiġi (fil-foss, fil-Pjazza tal-Katidral, s-Siġġiewi).

18. Taħt dawn iż-żewġ ritratti, ikteb: IL-BIEB PRINĊIPALI u BIEB IL-GRIEGI.

19. Liema hu l-eqdem, il-Bieb Prinċipali jew Bieb il-Griegi?

B’hekk ġejna fit-tmiem tal-fieldwork tagħna.

Nittama li ħadtu gost tagħmluh u tgħallimtu bosta affarijiet

interessanti fuq l-Imdina

Page 12: Fieldwork għall-5 Sena Primarja - IMDINA paġna 1primarysocialstudies.skola.edu.mt/schoolnet/year-5/fw-5/Yr5-Mdina... · L-Imdina L-Imdina hija l-Belt prinċipali antika ta’ Malta.

Fieldwork għall-5 Sena Primarja - IMDINA paġna 12

Mid-Dokument SSAR – HANDBOOK numru 4 FIELDWORK L-istudenti tal-Ħames Sena Primarja għandhom jagħmlu fieldwork ġo waħda mill-bliet

antiki li ġejjin:

� L-Imdina

� Il-Birgu

� Iċ-Ċittadella

Id-Dipartiment tal-Kurrikulu u e-Learning ħejja sett noti biex jintużaw waqt

il-fieldwork. Dawn in-noti, minbarra li tpoġġew fuq il-Fronter, qed jiġu stampati u

mqassma lil kull student/a tal-Ħames Sena.

Filmati qosra dwar l-ibliet il-qodma tpoġġew fuq il-YouTube biex l-għalliema u

l-istudenti jkunu jistgħu jiffamiljarizzaw ruħhom mal-postijiet ta’ nteress imsemmija u

mar-rotta li jsegwi l-fieldwork. Il-fieldwork għandu jitlesta sal-aħħar ta’ Jannar u jiġi

assessjat mill-għalliema tal-Ħames Sena fuq il-kriterji li ġejjin:

Kriterji għall-Assessjar Marki - massimu ta’ 20

a. parteċipazzjoni, il-ħila li ssegwi l-istruzzjonijiet 5

b. ħiliet ta’ osservazzjoni, identifikar u irrekordjar 5

ċ. l-interpretazzjoni tal-informazzjoni miġbura 5

d. Il-preżentazzjoni tad-dokument finali 5

TOTAL 20

Il-fieldwork jiġi assessjat minn massimu ta’ 20 marka. Il-marka tal-fieldwork tifforma

parti mill-marka finali tal-Istudji Soċjali fil-karta tal-eżami ta’ nofs is-sena.

Tony Pace Marthese Mugliett

Uffiċjal Edukattiv Primarja Għalliema tal-Ħames Sena

____________________________________________________________________________________________________

Ħajr lil: Edward Gilson

Tpenġija fil-qoxra ta’ quddiem: Carmen Aquilina

Pubblikazzjoni: EAU - DQSE