Collaboration in eTwinning: Find a project partner - MT
-
Upload
european-schoolnet -
Category
Education
-
view
298 -
download
8
Transcript of Collaboration in eTwinning: Find a project partner - MT
etwinning.net
Collaboration in eTwinning
II. Contents
IV. Management of the Twinspace
Kollaborazzjoni fl-eTwinningII. Il-ħolqien ta’ proġett tal-eTwinning
Kif issib imsieħeb għal proġett
MenùIntroduzzjoniForums tal-ImsieħbaNetwerking Soċjali Konklużjonijiet
L-eTwinning hija komunità li toffri modi differenti biex tkun f’kuntatt ma’ għaliema oħra Ewropej. Din l-Interazzjoni tista’ ssir b’mod informattiv ħafna bħal fuq kanali tal-midja soċjali.
L-għalliema jistgħu wkoll jistabbilixxu proġetti ta’ kollaborazzjoni li jinvolvu l-istudenti tagħhom. Li tieħu sehem fi proġett tal-eTwinning jitlob impenn qawwi mill-partijiet kollha u għalhekk l-għażla ta’ msieħba tajbin u affidabbli hija important ħafna.
INTRODUZZJONI
Forums tal-Imsieħba
FORUMS TAL-IMSIEĦBA
Jekk tixtieq tibda proġett ma’ xi ħadd jeħtieġ ikollkom bażi komuni għall-kollaborazzjoni. Attivitajiet ta’ kollaborazzjoni jeħtieġ ikollhom rabta mal-kurrikulu tal-għalliema kollha li qed jieħdu sehem fil-proġett.
Mod wieħed kif tista’ ssib imsieħeb għal proġett huwa li tkun attiv/a f’waħda mill-Forums tal-Imsieħba.
FORUMS TAL-IMSIEĦBA
Il-pjattaforma tal-eTwinning Live tospita bosta forums għas-sejba attiva tal-imsieħba. Fuq dawn il-pjattaformi tista’ ssib deskrizzjonijiet ta’ ideat ta’ proġetti inkluż sejħa għall-imsieħba.
Jiżdiedu ħafna posts ġodda kuljum. Meta tkun qed tfittex imsieħeb potenzjali ssib għalliema motivati ħafa fis-sezzjoni tal-Forum tal-Imsieħba.
FORUMS TAL-IMSIEĦBA
Jekk inti interessat/a f’wieħed mill-ideat tal-proġetti ppowstjati, tista’ tesprimi l-interess potenzjali billi tieħu sehem f’fil ta’ diskussjoni.
Huwa possibbli wkoll tikteb messaġġ personali u privat billi tikklikkja fuq isem il-persuna u l-ikona tal-posta.
FORUMS TAL-IMSIEĦBA
Il-forums tal-imsieħba jistgħu jitfittxu. Meta tittajpja kelma kjav fil-kaxxa tat-tiftix, inti tintbagħat fil-posts tal-forum tal-għażla tiegħek.
Bl-għażla estiża inti tista’ tispeċifika t-tiftixa tiegħek.
FORUMS TAL-IMSIEĦBA
Ovvjament inti tista’ wkoll tippowstja l-Messaġġ tal-Forum tiegħek stess. Ikun meħtieġ tagħti t-Titlu u l-Messaġġ (deskrizzjoni tal-idea tal-proġett tiegħek) kif ukoll xi Tags.
Tags huma important meta n-nies jużaw il-kaxxa tat-tiftix biex isibu messaġġi relevanti fil-Forums.
FORUMS TAL-IMSIEĦBA
Qabel il-messaġġ tiegħek jiġi ppowstjat, jeħtieġ li żżid metadata bħal-Lingwa tal-ħidma tal-proġett u s-Suġġett(i).
Immarka aktar minn Suġġett wieħed biex tattira aktar imsieħba potenzjali.
FORUMS TAL-IMSIEĦBA
Jekk il-post tal-Forum tiegħek ma jagħtikx suċċess immedjat, taqtax qalbek. Erġa’ ppowstja l-idea tiegħek wara ftit ġimgħat u biddel xi dettalji biex tattira msieħba potenzjali ġodda.
TAJJEB LI TKUN TAF
Netwerking Soċjali
NETWERKING SOĊJALI
Imsieħba potenzjali ta’ proġett jistgħu wkoll jinstabu permezz tan-netwerking soċjali u l-ibbrawżjar tal-profili tal-eTwinners l-oħra. Sewgi eTwinners oħra, agħti ħarsa lejn il-proġetti li għamlu eċċ.
Inti tista’ tikteb messaġġ personali lil kull min hemm fil-komunità tal-eTwinning iżda l-ispammjar tan-nies għandu jkun evitat.
NETWERKING SOĊJALI
Ħu sehem ukoll f’attivitajiet ta’ Żvilupp Professjonali u Attivitajiet biex tibni n-Netwerk ta’ Tagħlim Personali tiegħek. B’hekk issib eTwinners oħra li għandhom l-istess interessi u fosthom jista’ jkun hemm xi msieħba potenzjali għal proġetti.
TAJJEB LI TKUN TAF
KONKLUŻJONI
L-għażla ta’ msieħeb għal proġett hija importanti ħafna għas-suċċess tal-proġett. L-affidabilità, l-impenn u l-flessibilità huma fatturi ewlenin.
L-imsieħba ta’ proġett għandhom ikunu disponibbli biex jikkomunikaw.
Qabel jibdew proġett, l-imsieħba għandhom jaqblu fuq pjan ġenerali ta’ proġett li huwa fattibbli għall-partijiet kollha.
Għalkemm ikun hemm xi affarijiet fil-proġett li ma jkunux previsti għall-bidu, jeħtieġ li l-imsieħba kollha jħossuhom komdi bl-arranġamenti li jsiru fil-bidu tal-proġett.
etwinning.netKunċett, test u editijar mis-Servizz t’Appoġġ Ċentrali tal-eTwinning - 2015
Under Creative Commons License