BAħIT TAL-UE GĠALL-FUTUR...2 ta’ Mejju 2018 BAħIT TAL-UE GĠALL-FUTUR BAĠIT TAL-UE MODERN...

4
2 ta’ Mejju 2018 BAĠIT TAL-UE GĦALL-FUTUR BAĠIT TAL-UE MODERN GĦAL UNJONI LI TIPPROTEĠI, TAGĦTI S-SETGĦA U TIDDEFENDI Illum huwa mument importanti għall-Unjoni tagħna. Il-baġit il-ġdid huwa opportunità biex insawru l-futur tagħna bħala Unjoni ta’ 27 ġdida u ambizzjuża magħquda permezz tas-solidarjetà. Bil-proposta tal-lum ippreżentajna kemm viżjoni għat-tip ta’ Unjoni li rridu, kif ukoll pjan prammatiku ta’ kif nistgħu nwettquha. Għall-ewwel darba fl-istorja tagħna, mekkaniżmu tal-istat tad-dritt se jiżgura l-ġestjoni finanzjarja soda tal-baġit tal-Unjoni u se jħares flus il-kontribwenti. Il-ballun issa jinsab għand il-Parlament u tal-Kunsill u nemmen li għandna nimmiraw li jkollna ftehim qabel l-elezzjonijiet tal- Parlament Ewropew is-sena d-dieħla.” Jean-Claude Juncker, il-President tal-Kummissjoni Ewropea, it-2 ta’ Mejju 2018. “Din il-proposta tal-baġit hija verament dwar il-valur miżjud tal-UE. Qed ninvestu anki aktar f’oqsma fejn Stat Membru wieħed ma jistax jaġixxi waħdu jew fejn huwa aktar effiċjenti jekk naġixxu flimkien - sew jekk fir-riċerka, il-migrazzjoni, il-kontroll tal- fruntieri jew id-difiża. Barra minn hekk, se nkomplu niffinanzjaw il-politiki tradizzjonali - iżda mmodernizzati - bħall-Politika Agrikola Komuni u l-Politika ta’ Koeżjoni, għaliex kollha nibbenefikaw mill-istandard għoli tal-prodotti agrikoli tagħna u mill-irkupru ekonomiku fir-reġjuni.” Günther H. Oettinger, Kummissarju għall-Baġit u r-Riżorsi Umani, 2 ta’ Mejju 2018 BAĠIT POŻITTIV GĦAL AĠENDA POŻITTIVA Il-baġit fit-tul li jmiss, li jibda fl-1 ta’ Jannar 2021, se jkun l-ewwel wieħed għall-Unjoni Ewropea ta’ 27. Dan huwa mument kruċjali għall-UE. Fi żmien meta l-Unjoni hija lesta biex issostni kliemha b’azzjonijiet. Il-Kummissjoni tipproponi baġit fit-tul ġdid, modern u ffukat, strettament orjentat lejn il-prijoritajiet politiċi — li jagħti l-ħajja lill-aġenda pożittiva stabbilita mill-President Juncker fid-diskors dwar l-Istat tal-Unjoni fl-14 ta’ Settembru 2016 u miftiehem mill-mexxejja tas-27 Stat Membru fi Bratislava fis-16 ta’ Settembru 2016 u fid-Dikjarazzjoni ta’ Ruma tal-25 ta’ Marzu 2017. Il-baġit propost jgħaqqad strumenti ġodda ma’ programmi modernizzati sabiex jagħti riżultati b’mod effiċjenti fuq il-prijoritajiet tal-Unjoni Ewropea u biex ikun għall-altezza ta’ sfidi ġodda.

Transcript of BAħIT TAL-UE GĠALL-FUTUR...2 ta’ Mejju 2018 BAħIT TAL-UE GĠALL-FUTUR BAĠIT TAL-UE MODERN...

2 ta’ Mejju 2018

BAĠIT TAL-UE GĦALL-FUTUR

BAĠIT TAL-UE MODERN GĦAL UNJONI LI TIPPROTEĠI, TAGĦTI S-SETGĦA U TIDDEFENDI

Illum huwa mument importanti għall-Unjoni tagħna. Il-baġit il-ġdid huwa opportunità biex insawru l-futur tagħna bħala Unjoni ta’ 27 ġdida u ambizzjuża magħquda permezz tas-solidarjetà. Bil-proposta tal-lum ippreżentajna kemm viżjoni għat-tip ta’ Unjoni li rridu, kif ukoll pjan prammatiku ta’ kif nistgħu nwettquha. Għall-ewwel darba fl-istorja tagħna, mekkaniżmu tal-istat tad-dritt se jiżgura l-ġestjoni finanzjarja soda tal-baġit tal-Unjoni u se jħares flus il-kontribwenti. Il-ballun issa jinsab għand il-Parlament u tal-Kunsill u nemmen li għandna nimmiraw li jkollna ftehim qabel l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew is-sena d-dieħla.”

Jean-Claude Juncker, il-President tal-Kummissjoni Ewropea, it-2 ta’ Mejju 2018.

“Din il-proposta tal-baġit hija verament dwar il-valur miżjud tal-UE. Qed ninvestu anki aktar f’oqsma fejn Stat Membru wieħed ma jistax jaġixxi waħdu jew fejn huwa aktar effiċjenti jekk naġixxu flimkien - sew jekk fir-riċerka, il-migrazzjoni, il-kontroll tal-fruntieri jew id-difiża. Barra minn hekk, se nkomplu niffinanzjaw il-politiki tradizzjonali - iżda mmodernizzati - bħall-Politika Agrikola Komuni u l-Politika ta’ Koeżjoni, għaliex kollha nibbenefikaw mill-istandard għoli tal-prodotti agrikoli tagħna u mill-irkupru ekonomiku fir-reġjuni.”

Günther H. Oettinger, Kummissarju għall-Baġit u r-Riżorsi Umani, 2 ta’ Mejju 2018

BAĠIT POŻITTIV GĦAL AĠENDA POŻITTIVAIl-baġit fit-tul li jmiss, li jibda fl-1 ta’ Jannar 2021, se jkun l-ewwel wieħed għall-Unjoni Ewropea ta’ 27. Dan huwa mument kruċjali għall-UE. Fi żmien meta l-Unjoni hija lesta biex issostni kliemha b’azzjonijiet.

Il-Kummissjoni tipproponi baġit fit-tul ġdid, modern u ffukat, strettament orjentat lejn il-prijoritajiet politiċi — li jagħti l-ħajja lill-aġenda pożittiva stabbilita mill-President Juncker fid-diskors dwar l-Istat tal-Unjoni fl-14 ta’ Settembru 2016 u miftiehem mill-mexxejja tas-27 Stat Membru fi Bratislava fis-16 ta’ Settembru 2016 u fid-Dikjarazzjoni ta’ Ruma tal-25 ta’ Marzu 2017. Il-baġit propost jgħaqqad strumenti ġodda ma’ programmi modernizzati sabiex jagħti riżultati b’mod effiċjenti fuq il-prijoritajiet tal-Unjoni Ewropea u biex ikun għall-altezza ta’ sfidi ġodda.

ALLINJAMENT MAL-PRIJORITAJIET POLITIKI

Il-proposti tal-Kummissjoni se jġibu lill-baġit tal-UE kompletament konformi mal-aġenda pożittiva tal-Unjoni Ewropea wara l-2020. Dawn huma bbażati fuq valutazzjoni rigoruża tar-riżorsi li huma meħtieġa biex jingħataw riżultati fl-għanijiet tal-UE, u tal-effiċjenza u l-valur miżjud tan-nefqa f’kull qasam. Bħala riżultat, il-Kummissjoni tipproponi approċċ prammatiku, li jipprovdi sostenn xieraq għall-prijoritajiet ġodda u eżistenti filwaqt li jittratta wkoll it-tnaqqis fil-kontribuzzjonijiet nazzjonali li jirriżulta mill-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE.

Il-programmi se jkunu mqassma madwar il-prijoritajiet ta’ nfiq tematiċi ewlenin u jikkorrispondu għall-intestaturi fl-istruttura formali tal-baġit. F’kull prijorità, il-programmi se jkunu miġbura f’raggruppamenti ta’ politika, li jkunu riflessi fit-titli tal-baġit annwali. L-arkitettura l-ġdida se tipprovdi aktar trasparenza dwar x’inhu l-iskop tal-baġit tal-UE u kif se jikkontribwixxu għal dan il-partijiet differenti tal-baġit. Hija se tipprovdi wkoll aktar flessibbiltà ta’ reazzjoni għall-bżonnijiet li qed jevolvu u għal emerġenzi mhux previsti f’oqsma bħas-sigurtà u l-migrazzjoni.

(*) Impenji stmati 2014-2020 (in-nefqa tar-Renju Unit eskluża) f’% tal-ING tal-UE(**) Fond Ewropew għall-Iżvilupp integrat (“inkluż fil-baġit”)

Sors: Il-Kummissjoni Ewropea

Limitu massimu tal-impenji f’% tal-ING tal-UE

fond Ewropew għall-Iżvilupp

Id-daqs tal-baġit tal-UE bħala perċentwal tal-introjtu gross nazzjonali (ING)Limitu massimu tal-impenji f’% tal-ING tal-UE

Evoluzzjoni tal-oqsma ta’ politika ewlenin fil-baġit tal-UE

0.03 %

Medja Medja2000-2006

Medja2007-2013

Medja2014-2020

Medja2014-2020

UE-27*2021-2027**

1.25 % 1.09 % 1.12 % 1.00 % 1.11 %1.13 %

0.02 % 0.03 %

0.03 %

0.03 %

Karatteristiċi ewlenin tal-Baġit tal-UE li jmiss

Politika Agrikola Komuni u Sajd

Koeżjoni Ekonomika, Soċjali u Territorjali

Programmi oħra

Amministrazzjoni Pubblika Ewropea

0.03 %

Aktar finanzjament għall-oqsma prijoritarji

Mekkaniżmu ġdid biex jipproteġi l-baġit tal-UE

mir-riskji finanzjarji marbutin mal-Istat

tad-dritt

Enfasi qawwija fuq il-valur miżjud Ewropew u fuq il-prestazzjoni

Inqas burokrazija għall-benefiċjarji

Approċċ aktar flessibbli u aġli bi struttura aktar ċara u mingħajr toqol

żejjed

1993-1999

60 %

50 %

40 %

30 %

20 %

10 %

0 %

1988

-199

2

1993

-199

9

1995

-199

9*

2000

-200

6

2007

-201

3

2014

-202

0

2021

-202

7

Sors: Il-Kummissjoni Ewropea

*Aġġustat għat-tkabbir tal-1995

ĊAREZZA U SIMPLIFIKAZZJONI

Il-Kummissjoni tipproponi qafas aktar koerenti, iffukat u trasparenti. L-istruttura tal-baġit se tkun aktar ċara u aktar allinjata mill-qrib mal-prijoritajiet tal-UE. Il-Kummissjoni tipproponi li l-programmi jonqsu b’aktar minn terz, pereżempju billi sorsi ta’ finanzjament frammentati jinġabru flimkien u ssir simplifikazzjoni radikali fl-użu tal-istrumenti finanzjarji.

L-istruttura tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali eżistenti tinkludi 58 programm

58

Programmi jew strumenti ġodda fil-proposta l-ġdida

37

VIĊINAT U D-DINJAEUR 123

15 Azzjonijiet Esterni

16 Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni

AMMINISTRAZZJONI PUBBLIKA EWROPEAEUR 85.3

17 Amministrazzjoni pubblika Ewropea

KOEŻJONI U VALURIEUR 442.4

5 Żvilupp Reġjonali u Koeżjoni

6 Unjoni Ekonomika u Monetarja

7 Investiment fin-Nies, Koeżjoni Soċjali u Valuri

SIGURTÀ U DIFIŻAEUR 27.5

12 Siġurtà

13 Difiża

14 Rispons għall-Kriżijiet

RIŻORSI NATURALI U AMBJENTEUR 378.9

8 Agrikoltura u Politika Marittima

9 Ambjent u Azzjoni dwar il-Klima

MIGRAZZJONI U ĠESTJONI TAL-FRUNTIERIEUR 34.9

10 Migrazzjoni

11 Ġestjoni tal-Fruntieri

I. SUQ UNIKU, INNOVAZZJONI U DIĠITALI EUR 187.4

1 Riċerka u Innovazzjoni

2 Investiment Strateġiku Ewropew

3 Suq Uniku

4 Spazju

IL-QAFAS FINANZJARJU PLURIENNALI L-ĠDID 2021 - 2027BAĠIT GĦAL UNJONI LI TIPPROTEĠI, TAGĦTI S-SETGĦA U TIDDEFENDI

€ 1087.2

F’biljuni ta’ euro, prezzijiet attwali

€1 279,4

EUR 187.4EUR 27.5

EUR 34.9

EUR 442.4

EUR 378.9

EUR 123

EUR 85.3

Prin

t IS

BN 9

78-9

2-79

-843

90-7

do

i:10.

2775

/209

671

NA-

04-1

8-34

8-M

T-C

PDF

ISBN

978

-92-

79-8

4393

-8

doi:1

0.27

75/8

1373

7 N

A-04

-18-

348-

MT-

N

KOERENZA MAL-AMBIZZJONIJIET POLITIĊI

Jekk l-Ewropa trid timxi ‘l quddiem flimkien fl-aġenda pożittiva tagħha, se jkollha bżonn baġit li jkun koerenti mal-ambizzjonijiet tagħha. L-investiment f’oqsma bħar-riċerka u l-innovazzjoni, iż-żgħażagħ u l-ekonomija diġitali se jrendi dividendi abbundanti għall-ġenerazzjonijiet futuri. Huwa għalhekk li il-Kummissjoni qed tipproponi żidiet fl-oqsma prijoritarji:

Żieda skont il-Baġit tal-UE il-ġdid fit-tul

× 1,6Riċerka, Innovazzjoni u Diġitali

Żgħażagħ

LIFE Klima u Ambjent

Migrazzjoni u Fruntieri

Siġurtà

Azzjoni Esterna

Integrazzjoni ta’ kwistjonijiet klimatiċi li jikkontribwixxu għall-għanijiet tal-klima

× 2,2

× 1,7

× 2,6

× 1,8

× 1,3

× 1,6

25 % tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027, UE 27 = 320 biljun

20 % tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2014-2020, UE 28 = 206 biljun

Żieda kombinata = + EUR 109 biljun

Żieda kombinata = + EUR 114-il biljun

Nota: Imqabbel mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2014-2020 fl-UE-27 inkluż il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp

Sors: Il-Kummissjoni Ewropea