Post on 04-Dec-2020
Volume 1, Issue 1
Novembru 2014
SportMalta
Qiegħed nikteb il-messaġġ għall-ewwel edizzjoni ta’ din in-newsletter ftit wara
li għalaqt sitt xhur f’din il-kariga. Kienu sitt xhur li fihom iltqajt ma’ bosta nies,
fraħt magħhom filwaqt li smajt ukoll l-ilmenti tagħhom. Kienu sitt xhur li ppru-
vajt insib saqajja fi rwol li kien kemmxejn ġdid għalija. F’dawn is-sitt xhur, diġa
mplimentajna ċerti bidliet kemm fl-amministrazzjoni sportiva kif ukoll f’attivita-
jiet li kienu u għadhom isiru, anke fil-KMS, pero’ għad hemm ħafna x’isir.
Noħlom b’bosta inizzjattivi li jistgħu jkunu attwati, filwaqt li wħud mil-laqgħat ikomplu jlaqqgħuni
ma’ nies li jipproponu proġetti li jkunu jagħmlu sens. Mad-diriġenti tal-Kunsill Malti għall-Isport
kont u għadni naħdem id f’id u persważ li dawn il-proġetti u l-ħolm jista’ wkoll jieħdu l-ħajja sabiex
nieħdu l-aħjar mill-isport u l-atleti Maltin.
Fl-aħħar mill-aħħar aħna kollha qed naħdmu għall-għan wieħed li huwa dak li naraw l-isport Malti
jmur ‘iI quddiem. Nagħlaq bi kliem Paul ’Bear’ Bryant li kien kowċ tal-American football li qal: It’s
not the will to win that matters– everyone has that. It’s the will to prepare to win that matters.
Ejja naħdmu flimkien sabiex nirnexxu!
Chris Agius
Ilni sena fit-tmun tal-Kunsill Malti għall-iSport. Sena li fiha il-ħidma ma waqfitx, anzi grazzi għat-tim ta' ħaddiema ddedikati nista ngħid li l-ħidma żdiedet fuq is-snin ta' qabel.
Kienet sena diffiċli li fiha il-prijorita’ kienet li nġibu l-kontijiet pubbliċi tal-KMS f'posthom, wara l-infieq esaġerat u bla bzonn li sar fis-snin preċedenti. B'dan il-mod nerġgħu ntellgħu 'l fuq l-istima li n-nies hemm barra għandhom lejn il-KMS. Madanakollu, minkejja r-restrizzjonijiet finanzjarji, l-attivitajiet baqgħu għaddejjin, b'żieda ma dak li kien ikun hemm is-snin ta' qabel. Din in-newsletter hija xhieda ħajja tal-ħidma li saret, grazzi għall-haddiema kollha li jagħtu il-100% lill-isport u l-isportivi Maltin. Ma' dan kollu li jidher hawn, wieħed ma jistax jinsa l-assistenzi kollha li l-KMS jagħti lill-għaqdiet sportivi kollha. Assistenzi li se jitkomplew fis-sena li ġejja. Dik li għaddiet kienet sena diffiċli. Huwa proprju fl-aktar mumenti diffiċli li joħrog il-vera valur tal-persuna. Il-ħaddiema tal-KMS urew il-validita tagħhom bl-aqwa mod, u dan in-newsletter huwa l-prova. Dr. Luciano Busuttil B.A., LL.D, MP
Messaġġ mis-Segretarju Parlamentari
Messaġġ miċ-Ċermen tal-KMS
Paġna 2 SportMalta
Skolasport huwa programm
estensiv t’attivitajiet sportivi or-
ganizzat mill-Kunsill Malti għall-
Isport, fi ħdax-il ċentru sportiv
madwar Malta.
Mark Cutajar, ir-rappreżentant tal-
Ministeru għall-KMS, ta d-dettalji
ta’ Skolasport 14/15 waqt konfer-
enza tal-aħbarijiet li saret. Huwa
stqarr li matul dawn l-aħħar xhur saret ħidma intensiva biex l-entita’ tibda tħares aktar fil-fond lejn
id-dettal. Kien għalhekk Ii twaqqaf tim tekniku magħmul minn kowċis professjonali li flimkien
analiżżaw lit-tfal bħala individwi u ħolqu program li jilħaq il-gosti ta’ kulħadd. Kompla jgħid li l-
KMS impenjat biex jgħolli l-livell tal-assoċjazzjonijiet , kif ukoll isaħħaħ l-Akkademji. Bħalissa
hemm żewġ Akkademji fi ħdan il-Kunsill Malti għall-Isport, li huma dik taż-żwiemel u tat-triathlon,
u fiż-żmien qarib se tinfetaħ ukoll waħda tal-baskitbol.
Minn naħa tiegħu, iċ-Ċermen tal-KMS, Luciano Busuttil qal li l-KMS huwa mpenjat jibqa’ jibni fuq
il-programm tas-sajf Summer on the Move, biex dejjem joffri l-aħjar, bl-aqwa prezzijiet li jistgħu
jiġu milħuqa minn kulħadd. Huwa temm jgħid li l-programmi tal-KMS jistgħu jilqgħu lil kulħadd
għaliex l-entita’ hija kommessa li tara li jkun hemm inklużjoni soċjali.
Fl-indirizz tiegħu s-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, ż-Żgħażagħ u l-Isport
Chris Agius spjega kif il-mira hi li l-programmi jintlaħqu minn kulħadd u għalhekk qed jinżammu
prezzijiet baxxi ħafna, minbarra li qed jkunu utilizzati 11-il ċentru madwar Malta sabiex ikunu ak-
tar milħuqa mill-pubbliku. Huwa semma kif il-programm Skolasport għandu jkun mezz sabiex ak-
tar tfal, żgħażagħ u adulti jitħajjru jkunu attivi u eventwalment jingħaqdu ma’ xi klabb tal-isport
f’pajjiżna.
Din is-sena mistennija jieħdu sehem ‘l fuq minn 4,000 ruħ f’diversi dixxiplini sportivi, mmexxija
minn madwar 180 kowċ professjonali. Se jkun hemm attivitajiet popolari mal-parteċipanti bħaż-
żfin, ġinnastika, baskitbol, u għawm, minbarra i-programmi ‘foundation’ u ‘participation’ immirati
għat-tfal bejn l-4 u l-10 snin li għandhom l-għan li jintroduċu l-ħiliet sportivi baziċi fid-diversi
dixxiplini.
Skolasport iħeġġeġ lill-ġenituri biex jipparteċipaw fil-programmi diversi li l-Kunsill Malti ħaseb
għalihom ukoll. L-applikazzjonijiet għadhom qed jintlaqgħu jew permezz tal-booking onlajn fuq
www.sportmalta.org.mt jew inkella billi jimlew il-formola li tinkiseb minn xi wieħed mill-11-il ċentru.
Skolasport 2014/15
Paġna 3 Volume 1, Issue 1
Mit-Tnejn 29 ta’ Settembru sal-Ħadd 5 ta’
Ottubru, madwar Malta u Għawdex, saret
ġimgħa ta’ aktar minn 50 attivita’ fiżika bla ħlas li
fihom ħadu sehem eluf ta’ Maltin u Għawdxin.
Dawn l-attivitajiet saru mill-Kunsill Malti għall-
Isport, bl-għajnuna ta’ diversi entitajiet fosthom
Aġenzija Żgħażagħ, Valletta 2018,
u s-Segretarjat Parlamentari għar-Riċerka, l-
Innovazzjoni, ż-Żgħażagħ u l-Isport.
Is-suċċess ta’ din il-Kampanja ma setax jintlaħaq
li kieku ma kienx għall-kontribut u l-impenn t’għexieren ta’ Move Agents li ħadmu b’mod
volontarju sabiex organizzaw diversi attivitajiet
fil-lokalita` jew klabb tagħhom. Ta’ min jgħid li l-
interess minn klabbs, entitajiet u individwi biex
jorganiżżaw attivitajiet waqt MOVE week
kompla għaddej sa lejliet il-bidu tal-kampanja
biex b’hekk in-numru ta’ attivitajiet għal din is-
sena kien id-doppju ta’ dak tas-sena l-oħra.
Fost l-attivitajiet il-kbar li ġew organizzati
b’suċċess fil-Belt Valletta kien hemm Dancing in
the City li rat ammont ta’ koppji jiżfnu Tango,
Cha Cha, Line Dance u Ballroom fil-Pjazza La
Valette, in-Notte Bianca li offriet l-opportunita’ lil
kull min żarha biex isegwi u jesperjenza sport u attivitajiet bħall-Judo, Karate, Aikido, Wheelchair
Basketball u Abseiling kif ukoll Games in the City li offriet opportunita’ lil mijiet ta’ studenti sabiex
jilagħbu logħob kemm modern kif ukoll tradizzjonali
f’diversi siti fil-Belt Valletta.
Attivita` oħra ta’ suċċess kienet Walk the Towers fejn
10 parteċipanti mxew mal-kosta ta’ Malta fuq medda
ta’ madwar 110 kilometri maqsuma fuq tlett ijiem. Ta
min jgħid li tul ir-rotta ngħaqdu bosta persuni li mxew
parti mir-rotta mal-parteċipanti. L-Eċċellenza Tagħha
il-President ta’ Malta iltaqgħet mal-parteċipanti u
rringrazzjathom personalment talli laqgħu din l-isfida li
saret b’risq il-Community Chest Fund.
MOVE week
Paġna 4 SportMalta
L-E. T. L-President ta’ Malta tiltaqa’ mal-
parteċipanti ta’ Walk the Towers
Special Olympics Malta kienu impenjati fl-iSpecial
Olympics Europe Summer Games li saru l-Belġju bejn
it-13 u l-20 ta’ Settembru. F’dan il-logħob ħadu sehem
2,000 atleta minn 58 pajjiż li kienu ġejjin mill-Ewropa u
l-Ewrażja. Malta kienet rapreżentata minn 32 atleta li
ħadu sehem f’dixxiplini diversi. Madanakollu l-
kontinġent kollu kważi kien ilaħħaq total ta’ 50
persuna.
Qabel marru l-Belġju uħud mill-atleti ltaqgħu mas-Segretarju
Parlamentari Chris Agius u iċ-Ċermen Luciano Busuttil.
Akkumpanjaw lill-atleti waqt iż-żjara d-direttur ġenerali ta’
Special Olympics Malta Anna Calleja u d-direttur tal-isports
Elaine Bonnici. Bħall-assoċjazzjonijiet oħra, Special
Olympics Malta tiltaqa’ ma problemi finanzjarji anke biex
tieħu sehem f’kompetizzjoni ta’ dan il-livell, kien għalhekk li
ppreżenta wkoll għotja ta’ assistenza lil Anna Calleja.
Special Olympics
Paġna 5 Volume 1, Issue 1
Minbarra l-attivitajiet li saru f’Malta,
f’Għawdex il-Gozo Sports Board flimkien
ma’ bosta clubs fasslu programm vast
ta’ attivitajiet sportivi f’lokalitajiet bħall-
Qala, ix-Xagħra, ix-Xewkija, Ta’ Kerċem,
in-Nadur, Ta’ Sannat u l-Victoria. L-
attivitajiet inkludew soft ball u baseball,
atletika, horse riding, arti marzjali,
football, rugby, ġinnastika u żfin biex
b’hekk Għawdex iċċaqlaq mal-
kumplament ta’ Malta u tal-Ewropa.
Dan kollu jawgura tajjeb għas-snin li ġejjin biex b’hekk jintlaħaq l-għan tal-kampanja Now We
Move li sas-sena 2020 mitt miljun persuna aktar madwar l-Ewropa jkunu qed jgħixu ħajja attiva u
iktar b’saħħita.
…. MOVE week
Fl-aħħar xhur
Skemi għall-Għaqdiet Sportivi
Flexi Training Scheme
Paġna 6 SportMalta
Matul dan ix-xahar kienet imnedija l-flexi training
scheme li hija riforma tal-iskema 20/20. Din l-
iskema hi miftuħa għall-atleti li jifformaw parti
minn xi tim nazzjonali. L-iskema minnha nfusha
kienet waħda tajba madanakollu s-Segretarjat
Parlamentari flimkien mal-Kunsill Malti għall-
isport ħasbu sabiex jagħtu libsa ġdida lil din l-
iskema billi jintroduċu diversi miżuri ġodda. Dan
qed isir sabiex l-iskema mhux biss tilħaq numru
akbar ta’ atleti imma li tħalli l-frott meħtieġ.
L-atleta flimkien ma’ min iħaddimhom u l-KMS ser
jaraw li l-iskema tkun waħda aktar flessibli fejn
jidħlu ħiniijiet dedikati lix-xogħol u dawk għat-
taħriġ. Il-KMS ser jkun qiegħed isegwi mill-viċin
lill-atleti sabiex ikunu massimizzati l-vantaġġi ta’
din l-iskema. Il-KMS ser jara li l-għażla tal-atleti li
jibbenefikaw minn din l-iskema tkun waħda aktar
trasparenti.
Dawk kollha nteressati li jibbenefikaw minn din l-
iskema jsibu l-informazzjoni fil-website tal-KMS www.sportmalta.org.mt.
Iċ-Ċermen tal-Bord Ivan Riolo jagħti d-dettalji
tal-iskema l-ġdida
Uħud mill-membri tal-għaqdiet sportivi li attendew
għat-tnedija tal-iskema
Otters kienu wieħed mill-bosta klabbs li ħadu xi tip
ta’ assistenza din is-sena.
Fil-bidu ta’ Ottubru, ngħataw assistenzi lill-19-il
għaqda sportiva u s-sussidji lil 7 klabbs tar-regatta.
Aktar attivitajiet
Summer on the Move
Paġna 7 Volume 1, Issue 1
Għal ħafna nies ix-xahar ta' Settembru huwa sinonimu mal-bidu
tas-sena skolastika. Għall-Kunsill Malti għall-Isport, Settembru jġib
miegħu tmiem Summer on the Move; il-programm sportiv għas-sajf.
Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, ż-
Żgħażagħ u l-Isport Chris Aġius flimkien maċ-Ċermen tal-KMS
Luciano Busuttil żaru l-pixxina nazzjonali tal-Qroqq fejn segwew l-
attivitajiet li kienu għaddejjin għal nies ta' kull eta'. Spikkat l-
esebizzjoni tal-għawm sinkronizzat li ta' kull gimgha tkun immexxija
minn Saho Harada, li rebħet żewġ midalji f'din id-dixxiplina; waħda
tal-fidda u oħra tal-bronż f'żewġ edizzjonijiet tal-olimpjadi tas-sajf
(2004/2008). Minbarra l-attivitajiet fil-pixxina,
kemm is-Segretarju Parlamentari u anke ċ-
Ċermen żaru l-indoor games li kienu
għaddejjin fil-kumpless tal-Qroqq.
Din kienet l-ewwel sena, minbarra dik tal-
2004, li l-programm Summer on the Move
m'għamilx telf. Il-fondi li ser jibqa' wara li
jinqatgħu l-ispejjeż kollha, ser jintużaw sabiex
il-livell tal-programmi kull ma jmur jitjieb.
L-iskola Sekondarja tal-Bniet tal-Kulleġġ San
Injazju ser tibbenefika minn fondi tal-UE biex
żewġ nissen huts jinbidlu f’faċilitajiet sportivi
Fl-okkażżjoni ta’ Car Free Day, uħud mill-ħaddiema
flimkien mas-Segretarju Parlamentari użaw l-lanċa
bħala mezz ta’ trasport lejn l-uffiċju.
Huwa mportanti li tinvesti fl-infrastruttura u fil-facilitajiet pero huwa għaqli li jkollok pjan ta’ kif
dawn ser joperaw mingħajr piż finanzjarju fuq is-soċjeta. Bil-proġett varat illum ser nkunu qed
inwettqu wegħda elettorali oħra li nkunu qed nirriġeneraw il-kumpless tal-pixxina nazzjonali f’Tal-
Qroqq li sfortunatament tħalliet fi stat dilapitat. B’dan il-proġett ser nkunu qed niffrankaw ammont
ta’ flus li jista’ jerġa jkun investit fil-manutenzjoni tal-pixxina. Dan qalu llum is-Segretarju Parla-
mentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, ż-Żgħażagħ u l-Isport Chris Agius waqt konferenza tal-
aħbarijiet li saret fil-pixxina nazzjonali Tal-Qroqq.
Is-Segretarju Parlamentari għall-Presidenza Ewropea 2017 u Fondi Ewropej Dr Ian Borg min-
naħa tiegħu tkellem fuq l-aċċess għall-Fondi Ewropej minn għaqdiet sportivi. Huwa qal li l-aċċess
għal dawn l-għaqdiet huwa diffiċli għaliex l-isport mhuwiex ikkunsidrat bħala prijorità mill-Unjoni
Ewropea fejn jidħol finanzjament Ewropew.
Għaldaqstant fl-indirizz tiegħu Dr Borg ħeġġeġ lill-
amministraturi tal-għaqdiet sportivi biex meta jippreżentaw
xi applikazzjoni għal xi fond ewropej fis-seba’ snin li
ġejjin jabbinawha ma’ waħda mill-prijoritajiet tal-Unjoni
Ewropea bħalma għamel il-Kunsill Malti għall-isport f’dan il-
proġett fejn qed jinvesti f’ġenerazzjoni ta’ enerġija alternat-
tiva. Fil-fatt Dr Borg tenna li bejn l-2014 u l-2020 l-ammont
ta’ fondi li ħa jkunu allokati għall-ġenerazzjoni ta’ enerġija
nadifa jammonta għal madwar €60 miljun.
Ic-chairman tal-Kunsill Malti għall-ISport Dr. Luciano Busuttil, tenna li permezz ta’ dan il-proġett il-
Kunsill Malti għall-Isport se jkun qiegħed jiffranka madwar 200,000 ewro fis-sena fi fuel. Din
tibqa’ l-akbar spiża fl-operat tal-Pixxina Nazzjonali. Huwa kompla jgħid li se jitnaqqas madwar
268,000 kilogramm ta’ CO2. Huwa temm jgħid li dawn il-miżuri mhux biss huma sors t’enerġija
alternattiva imma l-Kunsill Malti għall-Isport fl-aħħar mill-aħħar ikun qed jagħmel ‘aktar b’inqas
spejjeż’.
Il-facility manager Dermot Galea elenka l-erbgħa fażijiet tal-proġett:
L-installazzjoni ta’ żewġ heat pumps għall-pool prinċipali u għad-diving pool li ser jiġu użati
minnflok is-sistema ta’ boiler preżenti;
L-installazzjoni ta’ Variable Refrigerant Flow airconditioning system għall-West stand fejn jin-
sabu l-uffiċini.
L-installazzjoni ta’ solar collectors li ser jiġu użati biex jissaħħan l-ilma tax-xowers fil-
kumpless.
U fl-aħħar l-installazzjoni ta’ ‘pool covers’ għall-main pool u għad-diving pool.
Fondi Ewropej għall-Pixxina
Paġna 8 SportMalta
Wara s-suċċess tal-ewwel proġett ‘WebCheck’, fejn ażjendi
fil-qasam tat-turizmu kienu mistednin jipparteċipaw fi
skema biex jippromwovu l-preżenza tagħhom fuq l-internet,
l-Awtorita’ ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni bil-
kollaborazzjoni tas-Segretarjat Parlamentari għar-Ricerka, l
-Innovazzjoni, ż-Żgħażagħ u l-Isport, nediet dan il-proġett
biex tgħin l-organizazzjonijiet żgħar fil-qasam sportiv jifhmu
il-potenzjal tal-preżenza tagħhom fuq l-internet u jieħdu l-
opportunita li jesponu l-isport fuq skala lokali kif wkoll
internazzjonali.
L-organizzazjonijiet li qed jieħdu sehem f’dan il-proġett ser jkunu assenjati speċjalista lokali fil-
qasam tal-eBusiness u l-medja soċjali, fejn dan ħa jiltaqa’ mal-organizzazjonijiet b’mod
individwali biex tkun iggarantita l-attenzjoni kollha meħtieġa, u janalizza l-istrateġija onlajn
tagħhom b’enfasi fuq il-pjattaformi tal-użu tal-medja socjali bħal dawk l-iktar magħrufa Facebook,
Youtube u Twitter. Ser joffri wkoll rikomandazzjonijiet u suġġerimenti meħtieġa skont in-natura tal
-operat ta’ kull soċjeta. Il-parteċipanti kollha ħa jingħataw l-assistenza kollha meħtieġa u ħa jiġu
mistiedna jattendu għal taħriġ bla ħlas, peress li l-proġett hu organizzat u ffinanzjat kollu mill-MCA
stess biex jitgħallmu kif għandhom jagħmlu użu aħjar mill-medja socjali.
Sports Webcheck
Paġna 9 Volume 1, Issue 1
Il-Marsa jirbħu r-Regatta ta’ Jum il-Vitorja Inawgurat l-istedjum f’Kerċem
Il-Y.O.U.R.S. mogħtija tagħmir sportiv għall-użu miż-żgħażagħ tal-faċilita’
Colours; ix-Xow taż-Żfin
Paġna 10 SportMalta
Għall-ewwel darba , il-Kunsill Malti għall-Isport tella’ xow bl-
isem ta’ Colours, festa ta’ żfin u kuluri. Dan ix-xow, serva ta’
għan doppju għaliex kienu ppremjati kemm l-istudenti li at-
tendew u għamlu ħilithom f’dawn is-sessjonijiet u anke l-
ġenituri tagħhom li b’tant sagrifiċċju wasslu lil uliedhom għal
dawn il-lezzonijiet. Din tassew kienet vetrina fejn l-istudenti
wrew l-progress tat-talent tagħhom quddiem udjenza nume-
ruza li mliet is-sala fi tlett darbiet li sar ix-xow.
Id-dixxiplina taż-żfin ilha tikber fil-popolarita’ matul dawn l-aħħar snin. KMS Skola Sport toffri
lezzjonijiet taż-żfin ta’ ġeneri differenti li huma popolari ferm, dan kien possibbli għaliex il-Kunsill
Malti għall-Isport dejjem stinka biex joffri pro-
grammi mill-aktar professjonali taħt tmexxija ta’
għalliema ikkwalifikati u ddekati fuq xogħlhom.
Permess ta’ dan intlaħaq livell gholi ħafna u kien
għalhekk li l-Kunsill Malti ghall-Isport ħaseb biex
għall-ewwel darba ssir ix-xow Colours, inizzjat-
tiva li ntlaqat b’ferħ kbir għaliex propju kie-
net vetrina ta’ parti mix-xogħol li jsir mill-Kunsill
Malti għall-Isport.
Il-Kunsill Malti għall-Isport qiegħed jgħin biex jitressaq l-isport lejn il-poplu permezz ta’ Skola
Sport li huwa programm sportiv tul ix-xhur tax-Xitwa, u programmi oħra, li joffru diversi sport lil
tfal, żgħażagħ u adulti. Permezz ta’ dawn il-programmi u inizjattivi bhal ‘Colours’, il-Kunsill Malti
ghall-iSport qed dejjem lilħqu l-miri tieghu biex ihajjar aktar nies ikunu attivi.
Il-direttrici artistika ta’ dan ix-xow kienet Roxanne Gauci li kienet megħjuna minn Alison Bugeja,
Stacy Giordmaina u Jean Claude Di-
mech. L-erbgħa huma kowċes mal-KMS
kif ukoll żeffiena professjonali.
Colours 2014 itella’ bil-kollaborazzjoni ta’
Kellogg’s, Spinach Fitness, Emmaya,
Elizir, Nigel Fleri Soler Photography,
Summer on the Move 2014, Kristal, Go
Ahead, Janice Make-Up and Nails, Har-
lequin Summer Academy u Consolidated
Biscuits.
Il-Kumplessi Sportivi
Paġna 11 SportMalta
Il-Kumpless Sportiv tal-Kottonera jinsab fin-
nofsinhar ta’ Malta u jintuża regolarment għal
taħriġ sportiv differenti fosthom il-volleyball, il-
badminton, in-netball, il-baskitbol u l-futsal.
F’dan il-kumpless hemm żewg swali kbar;
is-sala principali, li hija l-akbar sala sportiva
li għandna f’Malta, magħmula minn art tal-
lakstu apposta għall-logħob, hija kbira 1325
metru kwadru u tesa’ madwar 1250
persuna.
Is-sala sekondarja hija magħmula minn art tal-concrete, hija kbira madwar 600 metru
kwadru u tesa’ 320 persuna.
Dan il-kumpless huwa popolari ħafna għall-
sports days organizzati mill-iskejjel tat-tfal
jew mill-Isport Promotion Unit. Dan huwa
wkoll wieħed miċ-ċentri użati mill-
programm tal-KMS Skolasport.
Matul is-sena, jiġu organizzati wkoll avvenimenti
lokali u internazzjonali li jagħmlu gieħ lit-turizmu
sportiv Malti. F’dan il-perjodu ta’ avvenimenti,
jittellgħu l-bnadar ta’ kull pajjiz li jkun se
jipparteċipa.
Kull min ikun jixtieq, jista’ jibbukkja s-swali għal
kull bżonn sportiv tiegħu, b’rati fissi.
Ħin tal-Ftuħ Kuntatt
Tnejn sal-Ġimgħa - 08.00 – 23:00 Edwin Buttigieg
Is-Sibt, il-Ħadd u Festi Pubblici - 08.00—19.00 Emejl: edwin.buttigieg@sportmalta.org.mt
Telefon: 22036239 / 22036107
Kumpless Sportiv tal-Kottonera
Paġna 12 Volume 1, Issue 1
Huwa l-ħsieb li din il-publikazzjoni tibda’ tibtbagħat kull xahrejn. Dawk l-assoċjazzjonijiet li jixtiequ
li xi attivita’ li għamlu tidher fuq din il-pubblikazzjoni għandhom jibgħatu ritratt wieħed u infor-
mazzjoni dwaru lil janet.debrincat@sportmalta.org.mt. Il-KMS u s-Segretarjat Parlamentari jirris-
erva d-dritt tal-għażla tar-ritratti li jkunu ppublikati.
Is-Sajf li għadda l-kamp sportiv lokali tilef personaġġ
magħruf sew li, bil-ħidma u d-dedikazzjoni tiegħu tul
diversi snin, serva ta’ mudell u awtoritá għad-dilettanti
kollha Maltin.
Teddie Borg kien attiv f’diversi dixxiplini, fosthom il-
futbol u t-tlielaq tal-muturi, u jibqa’ magħruf l-aktar għall
-kontribut kbir tiegħu fil-qasam tal-ibburdjar. Taħt id-
direzzjoni tiegħu, Malta rat dan l-isport jikber fil-popolaritá fejn anke organizza diversi tlielaq pres-
tiġjużi ta’ livell internazzjonali.
Teddie Borg kien inħatar membru tal-bord tal-Kunsill Malti għall-Isport f’Marzu 2013 fejn ta kon-
tribut qawwi
fl-organiżazzjoni ta’ dawn l-aħħar edizzjonijiet tar-Regatta.
Matul il-karriera sportiva tiegħu Teddie Borg kien xprun biex mexxa ‘l quddiem it-talent Malti u
rrappreżenta lil pajjiżna f’diversi okkażżjonijiet. Fil-fatt huwa kien il-persuna li bl-appoġġ tal-Power
Boat PI waqqaf il-Federazzjoni Maltija tal-Powerboats. Teddie Borg kien ġurnalist attiv, mhux
biss kien pijunier ta’ programmi sportivi iżda wkoll kontributur fuq diversi gażżetti lokali.
Tislima lil Teddy Borg
Publikazzjonijiet futuri
Żeffiena tal-Line Dancing
waqt Dancing in the City
Tlesta x-xogħol fuq is-saqaf tal-Padiljun ta’ Kordin,
u issa l-Padiljun jista’ jintuża tul is-sena kollha