Punteġġjatura

Post on 22-Nov-2014

1.688 views 8 download

description

 

Transcript of Punteġġjatura

Il-Punteġġjatura

Tfal illum ser nispjegalkom dwar

il-punteġġjatura.

Biex tifhmu aħjar ser inlaqqakom ma’ xi ħbieb tiegħi.

Bonġu tfal.Jiena s-Sur Punt.

Tarawni dejjem fl-aħħar ta’ sentenza. Warajja dejjem ikun hemm ittra kbira

li [ieli na]seb li ser tgħattini.Jiena ta’ forma tonda u

nħobb inserraħ fuq il-linja.

Issa ser nurikom eżempju biex tifhmu a]jar.

Jien għandi ħafna ġugarelli. L-iktar wieħed favorit tiegħi huwa l-buffu.

Tfal jiena s-Sinjura Virgola.Lili ssibuni matul sentenza.

Nintuża l-iżjed biex nifred lista ta’ kliem f’xi sentenza.

Issa ser nurikom eżempju biex tifhmu aħjar.

Għandi ħafna ġugarelli. Għandi karozza,

trejn, żugraga,ajruplan u kelb tas-suf.

Tfal jiena s-Sinjura Mistoqsija.Nintuża fl-aħħar tas-sentenza meta

xi ħadd irid isaqsi xi ħa[a.

Issa ser nurikom eżempju biex tifhmu aħjar.

Liema ġugarell qlajt f’għeluq sninek?

Tfal jiena s-Sinjura EsklamazzjoniNintuża meta xi ħadd ikun qed jistgħaġeb

Issa ser nurikom eżempju biex tifhmu aħjar.

Kemm huma sbieħ il-ġugarelli tiegħek!

Tfal aħna l-aħwa Inverted Commas.

Issibuna dejjem meta xi ħadd jkun qed jitkellem.

Tnejn minnha jkunu fil-bidu tal-kliem u t-tnejn l-oħra nkunu fl-

aħħar tal-kliem.

Issa ser nurukom eżempju biex tifhmu aħjar.

“ Kemm hu kbir l-ajruplan li xtrajt,”

qal Marjo lil Mark.

Dawn kienu s-sinjali tal-punteġġjatura. Nispera li ħadtu

pjaċir tiltaqgħu magħhom. Huma jixtiequ li tużawhom fejn ikun hemm bżonn. Obduhom

tfal għax il-punteġġjatura tagħmel is-sentenzi aktar

bis-sens.

Ċaw tfal!

Is-sentenzi li ser nurikom m’għandhomx punteġġjatura.Irranġawhom billi żżidulhom il-

punteġġjatura.

Jiena nħobb ħafna nilgħab bil-ġugarelli

Għandi pupa żugraga ballun u tajra

Jiena nħobb ħafna nilgħab bil-ġugarelli.

Għandi pupa, żugraga, ballun u tajra.

Minn fejn xtrajt l-ballun tal-futbol

Minn fejn xtrajt l-ballun tal-futbol ?

Lanqas qatt ma rajt ġugarelli daqshekk sbieħ

Lanqas qatt ma rajt ġugarelli daqshekk

sbieħ !

L-aktar ġugarell li nħobb huwa l-ballun qal Marjo

“L-aktar ġugarell li nħobb huwa l-ballun,” qal Marjo .