Post on 25-Oct-2020
NATIONAL OUTPATIENTS’ SERVICES’
BOOKLET
2017
MINISTERU GĦAS-SAĦĦA
2
Christopher Fearne
MINISTRU GĦAS-SAĦĦA
Il-qasam tas-saħħa mhux biss dwar operazzjonijiet fl-isptarijiet tagħna, mhux
biss swali attrezzatti u tagħmir mediku tal-għola livell. Il-kura tas-saħħa hija
wkoll dwar il-mediċini li jingħataw lill-pazjenti tagħna u l-aċċess għal dawn il-
mediċini.
Fl-aħħar snin is-servizzi offruti mid-Dipartiment tal-Ispiżerija tal-Għażla
Tiegħek (POYC Unit), żdiedu bil-għan li jkun iffaċilitat l-aċċess għall-mediċni
tal-pazjenti li huma initolati għall-mediċini b’xejn.
Fl-aħħar snin fost oħrajn bdejna skema li permezz tagħha mediċini goffi jew
tqal bdew jiġu mwassla fid-dar tal-pazjent. Din l-iskema qed tagħti kwalita`
ta’ ħajja aħjar lill-pazjenti li qegħdin fuq trattament bħal-Complete Nutritional
Preparation u l-familjari tagħhom.
Presentament, l-iskema nazzjonali għat-tqassim tal-mediċini fid-djar għall-
persuni li għandhom ‘l fuq minn 70 sena qed tkun estiża mal-pajjiż kollu.
Permezz ta’ din l-iskema persuni anzjani u dawk neqsin mill-mobilita`, jekk
irridu, se jkollhom il-mediċini tagħhom imwassla sal-bieb tagħhom mingħajr
ma jkollhom l-iskariġġ li jmorru huma fl-ispiżerija.
Il-POYC wkoll riesqa lejn futur aktar teknoloġiku. Is-sena li għaddiet tfasslet
sistema ġdida li permezz tagħha t-tobba tal-familja jistgħu jiktbu r-riċetta
tagħhom direttament b’mod elettroniku. Illum il-Computer Generated
Prescription qeda tintuża fiċ-Ċentri tas-Saħħa kollha madwar Malta u
Għawdex. Dan huwa servizz li fil-ġejjieni se jkun ukoll qed jiġi estiż għat-
tobba fis-settur privat.
Ix-xogħol li jwettaq id-Dipartiment tal-POYC fost il-180,000 pazjent li
jibbenifikaw u jgawdu mis-servizzi tagħhom, huwa wieħed impekkabbli.
Xogħol li ma kienx ikun possibbli mingħajr tim ta’ nies iddedikati li jaħdmu
għall-għan wieħed - dak li l-pazjent jibqa’ jingħata l-aħjar servizz u f’waqtu.
1.
3
Introduzzjoni
Il-Pharmacy Of Your Choice Unit (POYC), li taqa’ taħt il-
kappa tal-Ministeru tas-Saħħa – hija l-akbar entita’ li,
permezz tal-pjattaforma tal-ICT tagħha, tipprovdi servizzi
farmaċewtiċi b’xejn fuq bażi real-time minn 222 spiżerija fil
-kommunita` flimkien ma servizzi oħra relatati ma’ dan il-
Qasam lil 180,000 pazjent fil-kommunita`; jiġifieri ‘l fuq
minn 33% tal-popolazzjoni ta’ Malta u Għawdex.
Bid-determinazzjoni tradizzjonali tagħha, il-POYC Unit
żammet l-impetu organizzativ tagħha biex barra mill-Iskemi
li diġa tħaddem, imbarkat ukoll fuq diversi inizjattivi ġodda
bil-għan li tkompli tqiegħed lilha nnifisha fost l-aħjar
mudelli lokali tal-ġestjoni tan-negozju fis-settur pubbliku u
dak privat.
Minkejja l-isfidi, ninsabu kunfidenti li bl-għoti tas-setgħa
kontinwa u bl-impenn tat-TIM motivat tagħna, se nkomplu
nkabbru l-effiċjenza sabiex insostnu s-suċċess
intraprenditorjali miksuba għall-benefiċċju tal-partijiet
kollha interessati kif ukoll, u l-aktar importanti, għas-soċjetà
ċivili.
2.
4
DIKJARAZZJONI TA’ IMPENN
‘Il-POYC Unit hija impenjata għall-kisba ta’ eċċellenza,
tal-ogħla servizz ta’ kwalita’ fil-qasam tal-farmaċewtika u
biex tippromwovi servizz fejn il-pazjent dejjem jinżamm
fiċ-ċentru tal-miri tagħha.
Dan l-impenn ukoll ikopri t-titjieb kontinwu fil-kwalita’
tal-operat sabiex is-servizz offrut ikun dejjem f’waqtu u
effiċjenti, filwaqt li jkun jirrifletti il-ħtiġijiet tal-partijiet
interessati kollha li jagħmlu użu mill-POYC Unit.’
3.
5
Servizzi Offruti mill-POYC Unit
1. POYC Call Centre - Client Support Team
2. Servizz Nazzjonali ta’ One Stop Shop
360° One Stop Shop Service Concept
3. L-Iskema Nazzjonali tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek
The Pharmacy Of Your Choice National Scheme
4. L-Iskema Nazzjonali - Tqassim tal-mediċini fid-djar 70+
The 70+ Domiciliary Delivery Scheme
5. L-Iskema Nazzjonali - Tqassim ta’ Mediċini goffi jew tqal b’xejn fid-
djar domiċiljari tal-pazjenti li jibenefikaw mill– POYC Scheme
The Domiciliary Delivery of Heavy Pharmaceuticals National Scheme
6. L-Iskema Nazzjonali tal-Exceptional u Named Patient Treatment
The Exceptional and Named Patients’ Treatment National Scheme
7. L-Iskema Nazzjonali għall-Pazjenti bil-kundizzjoni tas-Coeliac
The National Coeliac Scheme
8. “Kun Af Aktar Dwar il-Mediċina Tiegħek” - Programm Edukattiv
għall-Pazjenti fil-Komunita`
A Nationwide Educational Technical Outreach Programme
9. Il-Computer Generated Prescription - Sistema Elettronika li tiġbor it-
trattament mediku f’waqtu
The Computer Generated Prescription - Patients’ Electronic Treatment
Records real-time Update
10. Il-Bank Nazzjonali tal-Informazzjoni elettronika medika tal-
Outpatients fuq bażi ta’ transazzjonijeit fil-pront (real-time basis).
The National Outpatients Data Bank
4.
6
POYC CALL CENTRE - CLIENT SUPPORT TEAM
Il-POYC Call Centre flimkien mal-Client Support Team ġie
mwaqqaf apposta biex joffri pariri u assistenza b'xejn
speċifikament għall–ħtiġijiet tal-pazjenti fil-komunita’.
mit-Tnejn sal-Ġimgħa
8.00am - 1.00pm
Malta: 2248 1800
Gozo: 2215 6448
info.poyc@gov.mt
www.poyc.gov.mt
5.
7
360° ONE STOP SHOP CONCEPT
Bl-introduzzjoni tat-360° One Stop Shop Service fl-2014
ġew eliminati l-proċessi burokratiċi tal-passat u permezz ta’
proċessi ġodda u simplifikati il-pazjenti issa għandhom
aċċess għall–mediċini li huma intitolati għalihom fl-iqsar
żmien possibbli mingħajr ma tkun kompromessa il-
verifikazzjoni u l-kontabilita`.
Taħt it-tmexxija tal-POYC is-servizz tal-One Stop Shop
huwa meqjus bħala wieħed ta’ suċċess kbir li jibbenefikaw
minnu medja ta’ 200 pazjent kuljum u b’hekk ikunu jistgħu
jibdew it-trattament tagħhom dak in-nhar stess.
Is-servizz 360° jinkludi:
a) L-approvazzjoni u l-ħruġ tal-POYC Scheme Membership
Card
b) L-approvazzjoni u l-ħruġ tad-dokument l-isfar marbut mal-
Iskeda V
c) L-approvazzjoni u l-ħruġ tad-dokument marbut mad-Drug
Control Card magħruf bhala l-Kartuna l-Bajda.
Il-POYC Unit joffri ukoll servizz tal-għoti tal-Ġurament f’każ li l-
Kartuna l-Bajda tiġi mitlufa.
Għal aktar informazjoni ċempel
lill- POYC Call Centre
fuq 22481800 jew żur il-website www.poyc.gov.mt
6.
8
L-Iskema Nazzjonali tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek
Servizz farmaċewtiku nazzjonali li sal-lum jissodisfa l-
ħtiġijiet ta' aktar minn 150,000 pazjent (33% tal-popolazzjoni
Maltija) li jibbenefikaw mill-mediċini u l-apparat
farmaċewtiku li jingħataw b’xejn mill-Gvern taħt il-
leġiżlazzjoni tal-Iskeda V u l-Iskeda II.
Għal aktar informazjoni ċempel
lill- POYC Call Centre
fuq 22481800 jew żur il-website www.poyc.gov.mt
Il-pazjent għandu jippreżenta
i l - P O Y C S c h e m e
Membership Card flimkien
mad-dokumenti neċessarji
biex jieħu mediċini b’xejn
skond l-intitolament tiegħu
mill-Ispiżeriji fil-Komunita`.
7.
9
Il-pazjenti li għandom ‘l
fuq minn 70 sena u l-
persuni b’diffikulta fil-
mobbilita` jistgħu jiġbru l-
Applikazzjoni biex ikunu
jistgħu jagħmlu użu minn
dan is-servizz mill-
Ispiżerija tagħhom fil-
komunita`.
L-Iskema Nazzjonali - Tqassim tal-Mediċini fid-
Djar Domiċiljari tal-pazjenti 70+
L-Iskema Nazzjonali tal-Exceptional Treatment u
Named Patient Treatment
Skema li bdiet fl-2015 li tiffaċilita’ l-aċċess lill-pazjenti
intitolati għall-mediċini li jaqgħu taħt il-kategoriji ta’
Exceptional u Named Patients’ Treatment biex dawn ikunu
jistgħu jiġbru il-mediċini tagħhom mill-ispiżerija tal-għażla
tagħhom fil-komunita`. Permezz tas-sistema tal-ICT tal-
POYC Unit jiġi assigurat li l-mediċini jaslu f’pakkett
personalizzat u f’waqthom fl-ispiżeriji.
Għal aktar informazjoni ċempel
lill- POYC Call Centre
fuq 22481800 jew żur il-website www.poyc.gov.mt
8.
10
L-Iskema Nazzjonali - Tqassim tal-Mediċini
goffi jew tqal fid-Djar Domiċiljari tal-pazjenti
Din l-iskema bdiet fl-2016 u bħalissa qed jibbenifikaw
minnha ‘l fuq minn 500 pazjent li huma intitolati għall-
Complete Nutritional Preparation.
Fil-ġimgħat li ġejjin huwa mistenni li din l-iskema ser
tiġi estiża għal aktar prodotti farmaċewtiċi.
L-applikazzjoni biex pazjent ikun jista` jagħmel użu
minn dan is-servizz tinġabar mill-Ispiżerija tiegħu fil-
komunita`.
Għal aktar informazjoni ċempel
lill- POYC Call Centre
fuq 22481800 jew żur il-website www.poyc.gov.mt
9.
11
Iskema Nazzjonali għall-Pazjenti bil-kundizzjoni
tas-Coeliac
Din l-Iskema bdiet fl–2015 u qed jibbenifikaw minnha dawk
il-pazjenti li jbatu mill-kondizzjoni kronika tas-Coeliac skond
l-Iskeda V. Dawn il-pazjenti jibbenifikaw minn vouchers ta’
valur monetarju ta’ €45 kull xahar; filwaqt il-pazjenti li
għandhom iktar minn 60 sena u dawk li jirċievu l-għajnuna
soċjali huma intitolati għal €50 kull xahar.
L-iskema toffri
għażla vasta ta’ ditti
u prodotti ta’
mingħajr Glutina li
huma aċċessibbli
minn 69 Operatur
Ekonomiku privat li
qed jipparteċipa
f ’d in l – Iskema
mifruxa f’ 33
lokalita madwar
Malta u Għawdex.
Għal aktar informazjoni ċempel
lill- POYC Call Centre
fuq 22481800 jew żur il-website www.poyc.gov.mt
10.
12
Għal aktar informazjoni jew għall-appuntament
ċempel lill- POYC Call Centre
fuq 22481800 jew ibgħat email fuq
info.poyc@gov.mt
Dan il-programm edukattiv ġie mfassal għall-pazjenti fil–
komunita`. Il-programm joffri tagħrif dwar il-mediċini u t-
trattamenti farmaċewtiċi sabiex jitjieb l-għarfien dwar l-
importanza li jiġu osservati l-istruzzjonijiet professjonali
dwar l-immaniġjar u l-ħażna tal-mediċini fid-djar.
Programm Edukattiv għall-Pazjenti fil-Komunita`
11.
13
Il-Computer Generated Prescription - Sistema
Elettronika li tiġbor it-trattament mediku f’waqtu
Dan il-programm eletroniku ġie imfassal mill-POYC Unit u
introdott fil-Kliniċi tas-Saħħa tal-Kura Primarja biex b’hekk it-
tobba jkollhom aċċess elettroniku għall-Istorja Medika tal-
Pazjent (patients’ electronic treatment record) u jkunu jistgħu
jiktbu l-aħħar kura li jkun ser jingħata l-pazjent
elettronikament. Dan il-programm jinkorpora wkoll il-
Formolarju tal-Gvern biex b’hekk għall-ewwel darba it-tobba
qed ikollhom l-faċilita` li jgħażlu t-trattament mediku li hu
abbinat mal-kundizjoni kronika tal-pazjent skond l-Iskeda V u l-
għażla tal-mediċina tiġi riflessa awtomatikament fuq ir-riċetta
medika.
Għal aktar informazjoni ċempel
lill- POYC Call Centre
fuq 22481800 jew żur il-website www.poyc.gov.mt
12.
14
Il-Bank Nazzjonali tal-Informazzjoni elettronika
medika tal-Outpatients fuq bażi real-time
Illum il-POYC Unit topera f’ambjent elettroniku ta’ ‘real
time’ u permezz ta’ din il-pjattaforma tal-ICT stabbiliet ruħha
bħala l-ewwel Outpatients Data-Bank Nazzjonali.
Bħala Data-Bank hija s-sors ta’ informazzjoni analitika u
statistika għal numru ta’ entitajiet fil-qasam tas-Saħħa.
Il-POYC Unit tgħin ukoll lill-Uffiċċju Nazzjonali tal-
Istatistika u minn żmien għal żmien tiġi involuta wkoll fi
proġetti Nazzjonali.
Kull informazzjoni li tingħata hija skond il-linji gwida tal-Att
tal-Protezzjoni tad-Data.
Għal aktar informazjoni ċempel
lill- POYC Call Centre
fuq 22481800 jew żur il-website www.poyc.gov.mt
13.
15
Notifikazzjoni:
Il-Goserelin 10.8mg Treatment Record Card
Il-pazjenti fuq dan it-trattament mediku huma ġentilment
imfakkra biex jippreżentaw il-Goserilin 10.8mg Treatment
Record Card lit-tabib meta jkun imisshom jieħdu dan it-
trattament mediku.
Fl-2017 il-POYC Unit
introduċiet i l -Goserelin
10.8mg Treatment Record
Card bil għan lil-pazjenti li
qed jibbenefikaw minn dan it-
trattament mediku jkunu
jistgħu josservaw aħjar il-pjan
t a t - t r a t t a m e n t m ed i k u
tagħhom.
I l - G o s e r e l i n 1 0 . 8 m g
Treatment Record Card
tinagħta mill-Isptar Mater Dei,
mit-360° One Stop Shop tal-
POYC Unit u mill-Ispiżeriji
fil-komunita` skond il-ħtieġa.
Għal aktar informazjoni ċempel
lill- POYC Call Centre
fuq 22481800 jew żur il-website www.poyc.gov.mt
14.
16
X’ irrid niftakar
15.
17 16.