Lezzjoni 6

Post on 20-Jun-2015

1.106 views 3 download

Transcript of Lezzjoni 6

Lezzjoni 6:Il-Papa jmexxi l-familja t’Alla fid-

dinja

• L-ewwel Papa kien San Pietru

• Ġesù għażlu lil San Pietru, u qallu biex jieħu ħsieb il-merħla tiegħu.

• San Pietru obda ħafna lil Ġesù.

• Huwa kien jgħammed insara ġodda.

• Kien jagħżel l-isqfijiet biex jieħdu ħsieb il-familja t’Alla f’artijiet ‘il bogħod.

• San Pietru ħadem ħafna f’Ġerusalem, u wara mar Ruma.

• F’Ruma għallem ħafna fuq Ġesù, sakemm qatluh xi nies ħżiena.

• L-insara kienu jħobbuh ħafna lil San Pietru għalhekk bnew knisja kbira u sabiħa u semmewha għalih.

• Din il-knisja kbira llum insejħulha wkoll il-Vatikan

Il-Vatikan

• Il-Papa għandu d-dar tiegħu u l-post fejn jaħdem fil-Vatikan

Il-Vatikan

Il-Vatikan

• F’din il-knisja kbira ġieli naraw lil Papa iqaddes, jgħallem, u jilqa’ nies mid-dinja kollha.

• F’Ruma l-Papa jiltaqa’ mal-isqfijiet biex magħhom imexxi u jieħu ħsieb il-Knisja ta’ Ġesù, mxerrda mad-dinja kollha.

Il-Papa Ġwanni Pawlu II

Il-Papa Benedittu XVIil-Papa tal-lum

• Il-Papa jħobb lin-nies tal-pajjiżi kollha.

• Minn żmien għal żmien jitlaq barra minn Ruma u jmur iżur xi pajjiż ieħor.

• Il-Papa jħeġġeġ lin-nies biex ikunu ħbieb ta’ xulxin ħalli ngħixu bħala familja waħda.

• Għax Ġesù ried li l-bnedmin kollha jkunu bħal ngħaġ f’merħla waħda kbira, li hi l-knisja tiegħu.