Illum jew għada kulħadd -...

Post on 12-Jul-2020

2 views 0 download

Transcript of Illum jew għada kulħadd -...

Ħadd wara Ħadd tasal ta’ kulħadd. Illum jew għada... kulħadd irid imut.

Il-flus imorru u jiġu. Jekk tkun għaqli, dak li tonfoq terġa’ ġġibu.

Il-flus imorru u jiġu. Jekk tkun għaqli, dak li tonfoq terġa’ ġġibu.

Wieħed wiċċu tost għax meta tajtu ħaġa żgħira ħa oħra ikbar: ħa l-kunfidenza.

Mis-saba’ jieħu l-id.

Nippjanaw kemm nippjanaw,

Alla hu Dak li jmexxi kollox.

Il-bniedem jipproponi u

Alla jiddisponi.

Il-ħuta ż-żgħira qatt ma kielet il-kbira.

Min hu dgħajjef qatt ma wasal biex jegħleb lil min hu qawwi.

Il-ħuta ż-żgħira qatt ma kielet il-kbira.

Min hu dgħajjef qatt ma wasal biex jegħleb lil min hu qawwi.

Il-karattru tagħna u

l-mod ta’ kif inġibu ruħna

ħafna drabi jkollu minn

dak tal-ġenituri tagħna

jew ta’ qrabatna.

Skont iz-zokk il-fergħa.

Min jiżżattat jew jidħol fejn m’għandux jidħol ħafna drabi jsib ruħu fl-inkwiet.

Min jidħol bejn il-basla u qoxritha jibqa’ b’riħitha.

Il-bniedem li jkun jaf x’ġej ilesti ruħu minn qabel.

Bniedem avżat nofsu armat.

Il-ħila għax-xogħol jew għas-sengħa ħafna drabi tintiret.

Il-ħila għax-xogħol jew għas-sengħa ħafna drabi tintiret.

Bin is-sengħa għandu nofsha.

Meta tiġrilek xi ħaġa ħażina, darb’oħra

toqgħod attent.

Meta tiġrilek xi ħaġa ħażina, darb’oħra

toqgħod attent.

Il-kelb il-mismut kull ilma jaħsbu misħun.

Il-kelb il-mismut kull ilma jaħsbu misħun.

Min jagħmillek il-ġid irrispettah

u ibża’ għalih.

Iddardarx l-għajn li trid tixrob minnha. Iddardarx l-għajn li trid tixrob minnha.

Min jagħmillek il-ġid irrispettah

u ibża’ għalih.

Isma’ bilfors u emmen jekk trid.

Isma’ bilfors u emmen jekk trid.

Isma’ dak li jingħad imma agħmel dak li jaqbillek...

temminx kollox.

Isma’ dak li jingħad imma agħmel dak li jaqbillek...

temminx kollox.

Min jobżoq fis-sema jiġi f’wiċċu. Min jeħodha kontra Alla ma jirnexxilux, f’wiċċu jibqa’!

Attent x’tgħid quddiem it-tfal

għax dawn jgħidu kollox.

(* għawar = sigrieti)

It-tfal jikxfu l-għawar.* It-tfal jikxfu l-għawar.*

Attent x’tgħid quddiem it-tfal

għax dawn jgħidu kollox.

(* għawar = sigrieti)

L-ilbies jagħmlek nies.

L-ilbies jaf jibdel id-dehra tal-bniedem.